Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sib medjatur - Rumanija

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fir-Rumanija.


Kif issib medjatur fir-Rumanija

Skont l-Artikolu 12 tal-Liġi Nru. 192/2006, il-medjaturi awtorizzati jiġu rreġistrati mal-Bord tal-Medjaturi, li nħoloq u jinżamm aġġornat mill-Kunsill tal-Medjazzjoni u jiġu perjodikament ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Rumen, Parti I.

Il-Bord tal-Medjaturi huwa wkoll disponibbli fis-sit elettroniku uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni.

Is-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Medjazzjoni jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

L-informazzjoni fis-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Medjazzjoni ilha disponibbli mit-2 ta’ Novembru 2006.

Fost l-informazzjoni addizzjonali li tista’ ssib mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Medjaturi hemm:

  • L-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li l-medjaturi jkunu membri tagħhom;
  • Il-programm ta’ taħriġ fil-medjazzjoni li ggradwaw minnu;
  • L-ilsien barrani li bih jistgħu jmexxu medjazzjoni;
  • Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.

Jekk inti interessat li ssolvi tilwima permezz tal-medjazzjoni, tista’ tagħmel kuntatt ma’ medjatur. Il-bord tal-medjaturi jintwera fil-bini tal-qrati u fis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Bord tal-Medjaturi jiġi aġġornat perjodikament mill-Kunsill tal-Medjazzjoni li jikkomunika l-aġġornamenti lill-qrati, lill-awtoritajiet tal-gvern nazzjonali u tal-gvernijiet lokali u lill-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva.

Kif tfittex medjatur fir-Rumanija

Tista’ tfittex Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamedjatur billi tuża l-kriterji li ġejjin:

  • L-ewwel ittra ta’ isem il-medjatur, u
  • Il-kontea fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tiegħu.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/06/2013