Drittijiet fundamentali - Estonja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Estonjan diġà ġew tradotti.


Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Ombudsperson

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Qrati Nazzjonali

Qrati tal-kontea, qrati amministrattivi, qrati distrettwali u l-Qorti Suprema

Indirizzi:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Harju, Liivalaia 24, 15034 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Viru, Kooli 2a, 41598 Jõhvi, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Tartu, Kalevi 1, 51010 Tartu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Pärnu, Kuninga 22, 80099 Pärnu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva ta' Tallinn, Pärnu mnt 7, 15082 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva ta' Tartu, Kalevi 1, 51010 Tartu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Distrettwali ta' Tallinn, Pärnu mnt 7, 15084 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Distrettwali ta' Tartu, Kalevi 1, 50050 Tartu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema, Lossi 17, 50093 Tartu, Estonia

Dawn l-istituzzjonijiet isolvu t-tilwim legali. Hemm erba' qrati tal-kontea: il-Qorti tal-Kontea ta' Harju, il-Qorti tal-Kontea ta' Viru, il-Qorti tal-Kontea ta' Tartu u l-Qorti tal-Kontea ta' Pärnu. Hemm żewġ qrati amministrattivi: Il-Qorti Amministrattiva ta' Tallinn u l-Qorti Amministrattiva ta' Tartu. Fit-tieni stadju (l-istadju tal-appell), il-Kmamar Amministrattivi tal-qrati distrettwali ta' Tallinn u Tartu jirrevedu deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti amministrattiva. Id-deċiżjonijiet fl-ogħla stadju jiġu riveduti mill-Kamra Amministrattiva tal-Qorti Suprema.

Jekk individwu jqis li persuna fid-dritt pubbliku (bħall-Istat jew il-il-gvern lokali) tkun kisritlu drittijietu jew irrestrinġietlu l-libertajiet tiegħu permezz ta' att amministrattiv jew proċess huma jkunu jistgħu jtellgħu l-kwistjoni quddiem il-qorti amministrattiva. Tilwim li jirrigwarda r-riforma tal-proprjetà jew ir-riformi tal-art, is-servizzi pubbliċi, l-amministrazzjoni fiskali, iċ-ċittadinanza u kwistjonijiet ta' immigrazzjoni, kif ukoll l-akkwist pubbliku, il-proprjetà tal-istat, il-bini u l-ippjanar u r-responsabilità statali jinstemgħu quddiem il-qorti distrettwali.

Il-qorti distrettwali li tirċievi l-ilment tara l-ilment jew l-oġġezzjoni tkunx tissodisfa r-rekwiżiti legali, jekk hix akkumpanjata mill-hemżiet kollha elenkati fl-ilment, u jekk il-qorti distrettwali hix kompetenti biex tiġġudika fuq dan il-każ u jekk sarx il-ħlas mitlub mill-istat. Jekk waħda minn dawn tkun nieqsa, il-qorti tagħti lill-persuna li qed tressaq l-ilment jew oġġezzjoni sa 15-il jum biex tirranġa dan in-nuqqas. Jekk il-persuna li tressaq l-ilment jew l-oġġezzjoni tonqos milli tirrettifika n-nuqqasijiet qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-qorti distrettwali tirritornalha l-ilment jew l-oġġezzjoni b'avviż. Jekk l-ilment jew l-oġġezzjoni tissodisfa r-rekwiżiti, il-qorti taċċetta l-każ u ssir proċedura preliminari li matulha l-qorti tħejji l-każ biex tkun possibbli li ssolvih mingħajr interruzzjoni f'seduta waħda. Meta l-proċedura preliminari titlesta, il-qorti tibgħat taħrika lill-partijiet involuti fil-kawża u tinformahom bil-ħin u l-post fejn il-qorti tkun se tisma' l-każ.

Kawżi li jinvolvu ksur ta' drittijiet skont id-dritt ċivili, bħal tilwim kuntrattwali, kawżi familjari, tilwim li jikkonċernaw id-dritt tas-suċċessjoni u tal-proprjetà, kwistjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet u l-ġestjoni ta' għaqdiet bla qligħ, kif ukoll tilwim dwar il-proprjetà intellettwali u kawżi ta' falliment u kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-impjiegi jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-kontea. Din hija biss lista qasira tal-kwistjonijiet ittrattati mill-qrati tal-kontea skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Nies li jixtiequ jressqu kawża quddiem il-qorti ċivili biex jipproteġu drittijiethom (jew dawk ta' nies oħra) iridu jagħmlu rikors il-qorti. Ir-rikors jikkostiwixxi kawża ċivili quddiem il-qorti ċivili. Ir-rikors mibgħut lill-qorti jrid jindika kontra min qed titressaq il-kawża, x'inhu jiġi allegat, għalfejn (jiġifieri fuq liema bażijiet legali) u x'evidenza hemm li tappoġġa l-allegazzjoni.

Meta l-qorti tirċievi rikors, hija tara jkunx jissodisfa r-rekwiżiti u jekk ikunx sar il-ħlas mitlub mill-istat. Jekk ir-rikors ikollu xi ħaġa nieqsa, il-qorti tistabbilixxi data sa meta jista’ jitranġa kull nuqqas. Jekk in-nuqqasijiet ma jitranġawx sa dik id-data, il-qorti ttemm il-proċedimenti. Jekk ir-rikors jissodisfa r-rekwiżiti, l-qorti tibagħtu lill-parti opposta biex twieġeb. Il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha fi żmien raġonevoli billi toħroġ avviż fejn tilqa' jew tirrifjuta l-kawża.

Jekk tkun vittma ta' delitt, tista' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatagħmel kwerela verbalment jew bil-miktub ma' entità investigattiva, normalment mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapulizija jew mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakwerela jrid ikun fiha d-dettalji personali u ta' kuntatt tiegħek, deskrizzjoni tad-delitt, id-data u l-firma. Ma hemmx bżonn ta' formoli speċjali, imma l-pulizija jistgħu madankollu jagħtuk formola għall-kwerela. Il-formola li trid tintbagħat lill-Uffiċċju tal-Prosekutur tinsab fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsaj ttal-Uffiċċju.

Il-kwerela li tagħmel jew verbalment jew bit-telefown tkun irreġistrata, u kwereli bit-telefown jistgħu anke jiġu rreġistrati.

Mhux iktar minn għaxart ijiem mill-wasla tal-kwerela, il-pulizija jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur irid jinfurmak jekk jirrifjuta li jiftaħ proċedimenti kriminali. Din l-iskadenza tista' tiġi estiża b'għaxart ijiem oħra jekk ikun hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali mingħand il-persuna li tagħmel il-kwerela sabiex jiġi deċiż jekk għandhomx jinfetħu l-proċedimenti kriminali jew le. Il-kwerelant jiġi infurmat li l-iskadenza tkun ġiet estiża u għalfejn.

Meta tkun saret investigazzjoni, il-pulizija tħejji rapport u tibagħtu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur, li:

  • jibagħtu għall-informazzjoni lill-persuna suspettata u lill-vittma (fuq talba, ara l-Artikolu 224(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali) jekk iqis l-investigazzjoni bħala magħluqa, u mbagħad iħejji att tal-akkuża u jibagħtu lill-qorti;
  • jitlob lill-pulizija twettaq iktar investigazzjonijiet, jew
  • jagħlaq il-proċedimenti.

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Bħalissa l-Estonja ma għandha l-ebda awtorità nazzjonali jew għaqda oħra li applikat għal akkreditazzjoni bħala għaqda nazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

Ombudsperson

Dan ir-rwol jokkupah il-Kanċillier tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia

Fil-kapaċità tiegħu ta' Ombudsman, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza l-attivitajiet tal-awtoritajiet li jaqdu funzjonijiet pubbliċi u jara li l-awtoritajiet statali josservaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tan-nies u prassi amministrattiva tajba. Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza:

  • l-attivitajiet ta' entitajiet u awtoritajiet statali;
  • l-attivitajiet ta' entitajiet u awtoritajiet statali governattivi lokali;
  • l-attivitajiet tal-entitajiet jew l-awtoritajiet ta' persuni ġuridiċi fid-dritt pubbliku jew entitajiet privati li jaqdu funzjonijiet pubbliċi.

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq applikazzjoni lill-Kanċillier tal-Ġustizzja biex jikkontrolla l-attivitajiet ta' awtoritajiet li jaqdu dmirijiet pubbliċi.

Jekk il-Kanċillier tal-Ġustizzja jsib li l-attivitajiet ta' awtorità li taqdi funzjonijiet pubbliċi huma illegali, huwa jibgħat opinjoni lill-awtorità fejn jistqarr kif din tkun kisret il-liġi u, fejn hemm bżonn, jirrakkomanda kif issegwi prassi amministrattiva legali u ġdida jew tagħmel proposti biex jiġi rimedjat il-ksur. Fiż-żewġ każijiet, qabel ma tinħareġ opinjoni huwa jivvaluta jekk l-awtorità tkun ikkonformat mal-liġi u jekk il-komunikazzjoni mal-individwu tkunx konformi mal-prassi amministrattiva tajba. Fl-opinjoni tiegħu l-Kanċillier tal-Ġustizzja jista' jikkritika, jagħti opinjoni jew jagħti rakkomandazzjonijiet immirati lejn ir-remedjar tal-ksur.

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq applikazzjoni lill-Kanċillier tal-Ġustizzja biex jara jekk att jew biċċa leġiżlazzjoni oħra tkunx konformi mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra. Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza l-konformità mal-leġiżlazzjoni maħruġa mis-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi u l-gvernijiet lokali mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra.

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza:

  • li l-Atti jikkonformaw mal-Kostituzzjoni;
  • li regolamenti tal-Gvern tar-Repubblika jikkonformaw mal-Kostituzzjoni u leġiżlazzjoni oħra;
  • li r-regolamenti ministerjali jikkonformaw mal-Kostituzzjoni u leġiżlazzjoni oħra;
  • li r-regolamenti tal-kunsilli governattivi lokali u tal-gvernijiet muniċipali u tal-bliet jikkonformaw mal-Kostituzzjoni u leġiżlazzjoni oħra;
  • il-legalità tal-atti leġiżlattivi maħruġa minn persuni ġuridiċi fid-dritt pubbliku.

Jekk il-Kanċillier tal-Ġustizzja jsib li att leġiżlattiv imur kontra l-Kostituzzjoni jew ma jkunx jikkonforma ma' liġijiet oħra:

  • jista' jagħmel proposta lil min ħareġ l-att biex l-att jinġieb konformi mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra. Min joħroġ l-att leġiżlattiv huwa obbligat li jippreżenta l-opinjoni tiegħu lill-Kanċillier tal-Ġustizzja fi żmien 20 jum. Jekk il-proposta tiġi injorata, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jitlob lill-Qorti Suprema biex tiddikjara l-att leġiżlattiv bħala invalidu jew li jikser il-Kostituzzjoni.
  • jista' jibgħat memorandum lil min ħareġ il-leġiżlazzjoni biex l-att jinġieb konformi mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra, u jagħti data sa meta trid titneħħa l-inkompatibilità. Jekk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru fil-memorandum jiġu injorati, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jista' jibgħat proposta lil min ħareġ il-leġiżlazzjoni. Jekk il-proposta tiġi injorata, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jitlob lill-Qorti Suprema biex tiddikjara l-att leġiżlattiv bħala invalidu jew li jikser il-Kostituzzjoni.
  • jista' jibgħat rapport lill-Qorti Suprema fejn jiġbdilha l-attenzjoni bil-problemi fil-leġiżlazzjoni.

Entitajiet speċjalizzati għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem

  • Ombudsperson għad-drittijiet tat-tfal

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia

Ir-rwol tal-Ombudsman għat-Tfal jimlieh il-Kanċillier tal-Ġustizzja. Id-dmirijiet tal-kunsilliera fid-Dipartiment għad-Drittijiet tat-Tfal huma l-iktar:

  • it-trattament tal-applikazzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tat-tfal f'każijiet li jinvolvu reviżjoni kostituzzjonali u l-Ombudsman;
  • it-tħejjija u t-twettiq ta' żjarat ta' spezzjoni lill-awtoritajiet tat-tfal;
  • it-tħejjija ta' rikorsi u opinjonijiet f'kawżi ta' reviżjoni kostituzzjonali;
  • it-tagħlim dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-tfal u s-sensibilizzazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, is-sensibilizzazzjoni u l-għoti ta' taħriġ dwar id-drittijiet tat-tfal;
  • it-twettiq ta' stħarriġ u studji dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal;
  • l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni bejn għaqdiet tat-tfal u taż-żgħażagħ, għaqdiet taċ-ċittadini, NGOs, għaqdiet professjonali u awtoritajiet xjentifiċi u statali.

Fl-istess waqt, dan japplika wkoll kif deskritt għall-Kanċillier tal-Ġustizzja.

  • Entità dwar l-Ugwaljanza

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs

Indirizzi:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs, Gonsiori 29, 15027 Tallinn, Estonia

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza d-dritt fundamentali għat-trattament indaqs skont il-proċeduri normali. Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs huwa uffiċjal indipendenti li jaġixxi skont l-Att tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Att dwar it-Trattament Indaqs. Ir-rwol tal-Kummissarju huwa li jimmonitorizza l-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn iż-żewġ Atti. Il-Kummissarju jagħti pariri u jgħin lin-nies f'tilwim li għandu x'jaqsam ma' diskriminazzjoni u joħroġ opinjonijiet esperti dwar każijiet ta' diskriminazzjoni.

Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs:

  • jirċievi applikazzjonijiet minn individwi u joħroġ opinjonijiet f'każijiet ta' diskriminazzjoni;
  • janalizza l-impatt ta' leġiżlazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' nisa u rġiel u nies fi gruppi ta' minoranza fis-soċjetà;
  • jagħmel proposti lill-Gvern tar-Repubblika u lill-entitajiet governattivi u lill-gvernijiet lokali u lill-entitajiet tal-gvernijiet lokali dwar leġiżlazzjoni li trid tiġi emendata;
  • jagħti pariri u informazzjoni lill-Gvern tar-Repubblika, lill-entitajiet governattivi u lill-entitajiet tal-gvern lokali dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Att dwar it-Trattament Indaqs;
  • jadotta miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-trattament indaqs tan-nisa u l-irġiel.

Il-Kummissarju jipprovdi opinjonijiet lill-vittmi ta' diskriminazzjoni u nies b'interess leġittimu fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-trattament indaqs. Il-fini ta' dawn l-opinjonijiet hija li jipprovdu valutazzjoni li, flimkien mal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Att dwar it-Trattament Indaqs u l-ftehimiet internazzjonali li jorbtu lir-Repubblika tal-Estonja u leġiżlazzjoni oħra, tippermetti li ssir valutazzjoni ta' jekk inkisirx il-prinċipju ta' trattament indaqs fir-relazzjoni ġuridika kkonċernata.

Biex tirċievi opinjoni, trid tibgħat applikazzjoni lill-Kummissarju li jkun fiha deskrizzjoni tal-fatti li jindikaw li kien hemm diskriminazzjoni. Biex jagħti opinjoni, il-Kummissarju għandu d-dritt li jikseb informazzjoni minn kull min ikollu fil-pussess tiegħu l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu aċċertati l-fatti relatati mal-każ ta' diskriminazzjoni, u li jitlob spjegazzjonijiet bil-miktub li jikkonċernaw il-fatti relatati mal-allegata diskriminazzjoni u li jintbagħtulu dokumenti jew kopji tagħhom fiż-żmien stipulat mill-Kummissarju.

  • Entità dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSpettorat tal-Protezzjoni tad-Dejta, Väike-Ameerika 19, 10129 Tallinn, Estonia

L-Ispettorat tal-Protezzjoni tad-Dejta jiddefendi d-drittijiet kostituzzjonali li ġejjin:

  • id-dritt ta' ksib ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi;
  • id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja waqt l-użu ta' dejta personali;
  • id-dritt tan-nies li jaċċessaw id-dejta tagħhom stess.

Ilment li jirrigwarda azzjonijiet jew nuqqas ta' azzjoni ta' persuna jista' jintbagħat jekk il-persuna (eż. proċessur ta' dejta personali jew min għandu informazzjoni) li tkun kisret drittijietek ma tkunx irreaġixxiet għat-tentattiv(i) tiegħek li tikkuntattjaha. L-Ispettorat jittratta lment fi żmien 30 jum mill-wasla tiegħu. Id-data tal-għeluq għall-eżami ta' lment jista' jiġi estiż għal sa 60 jum. L-ilmentatur irid jiġi avżat b'dan bil-miktub.

  • Entitatjiet oħra speċjalizzati

Ma hemm l-ebda istituzzjonijiet speċjalizzati oħra.

Oħrajn

Il-Kamra tal-Avukati Estonjana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati Estonjana, Rävala pst 3, 10143 Tallinn, Estonia

Il-Kamra tal-Avukati Estonjana hija assoċjazzjoni ta' avukati Estonjani, li l-attività ewlenija tagħha hija li tipprovdi servizzi ta' pariri legali liċ-ċittadini. Il-Kamra tal-Avukati Estonjana hija assoċjazzjoni professjonali ta' avukati stabbilita fl-14 ta' Lulju 1919 li taġixxi skont il-prinċipji ta' amministrazzjoni governattiva lokali u torganizza l-għoti ta' servizzi legali fl-interess privat u pubbliku. L-attivitajiet tal-Kamra tal-Avukati Estonjana jinkludu l-organizzazzjoni ta' żvilupp professjonali ta' avukati, relazzjonijiet mal-avukati, mal-awtoritajiet statali u għadd ta' għaqdiet lokali u barranin u s-sehem attiv fl-abbozzar tal-liġijiet. Il-Kamra torganizza wkoll il-prestazzjoni tal-funzjoni tad-dritt pubbliku-privat - tipprovdi difiża u rappreżentanza f'materji ċivili u amministrattivi għal ħlas li jsir mill-Istat.

B'mod ġenerali, trid titressaq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaapplikazzjoni biex wieħed jikseb għajnuna legali. Applikazzjonijiet għal għajnuna legali statali ġeneralment jintbagħtu lill-qorti. L-applikazzjoni għal għajnuna legali statli tingħadda lill-awotrità investigattiva jew lill-Uffiċjal tal-Prosekutur jekk il-persuna tkun suspettata f'kawża kriminali fejn il-parteċipazzjoni ta' avukat mhix obbligatorja.

Applikazzjonijiet għal għajnuna legali statali trid tintbagħat bl-Estonjan. L-applikazzjoni tista' tintbagħat ukoll bl-Ingliż jekk l-applikant għall-għajnuna statali ikun persuna fiżika residenti fi Stat Membru differenti tal-Unjoni Ewropea jew ikun ċittadin ta' Stat Membru ieħor tal-UE, jew persuna ġuridika bbażata fi Stat Membru differenti tal-UE.

Fuq talba tal-awtorità investigattiva, tal-Uffiċċju tal-Prosekutur jew tal-qorti, il-Kamra tal-Avukati Estonjana taħtar avukat biex jagħti l-għajnuna legali statali. B'mod ġenerali, individwu ma għandux id-dritt li jagħżel liem avukat jipprovdilu l-għajnuna legali statali. Madankollu, persuna għandha d-dritt li tapplika għall-għajnuna legali statali li trid tiġi pprovduta minn avukat partikolari jekk l-avukat ikun qabel li jipprovdi għajnuna legali statali. F'dak il-każ, isem l-avukat li jkun ta l-kunsens tiegħu jrid jiġi indikat immedjatament fl-applikazzjoni għal għajnuna legali statali.

Fi proċedimenti fejn il-parteċipazzjoni ta' avukat tkun meħtieġa mil-liġi, persuna ma jkollha xejn x'tagħmel biex tirċievi għajnuna legali statali (ħlief jekk tkun qabbdet avukat hija stess) - l-uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti huwa mitlub li jqabbad avukat għall-persuna u l-persuna ma għandhiex għalfejn tressaq applikazzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/08/2017