Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Drittijiet fundamentali - Latvja


Il-qrati nazzjonali

Każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi fil-Latvja jinstemgħu minn qrati fi tliet livelli - qrati distrettwali jew tal-belt (rajonu (pilsētu) tiesas), qrati reġjonali (apgabaltiesas), u l-Qorti Suprema (Augstākā tiesa). Għal lista ta’ qrati kklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Hemm ukoll il-Qorti Kostituzzjonali (Satversmes tiesa), li skont il-Kostituzzjoni u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Liġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali (Satversmes tiesas likums) tisma’ każijiet li jinvolvu l-konformità ta’ liġijiet u regolamenti mal-Kostituzzjoni, u kwistjonijiet oħrajn assenjati lill-ġurisdizzjoni tagħha bil-liġi.

Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar il-Poter Ġudizzjarju (Likums “Par tiesu varu”), il-prinċipji u l-proċeduri għall-proċess ta’ każijiet huma stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLigi dwar il-Qorti Kostituzzjonali , il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Kriminali (Kriminālprocesa likums), u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Amministrattiva (Administratīvā procesa likums), li jirregolaw il-progress ta’ każijiet, id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu matul u fl-aħħar tal-proċedimenti, u l-proċeduri għall-eżekuzzjoni.

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Ombudsman (Tiesībsarga birojs) jopera taħt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar l-Ombudsman (Tiesībsarga likums).

Kwalunkwe persuna li temmen li seta’ kien hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem, sew tagħha u sew dawk ta’ persuna oħra, jew ksur tal-prinċipji ta’ governanza tajba, hija intitolata li tagħmel ilment jew sottomissjoni bil-miktub lill-Uffiċċju tal-Ombudsman. Il-proċedura għall-wasla u l-eżaminazzjoni tal-ilmenti hija rregolata mil-Liġi dwar l-Ombudsman u r-regolamenti dwar l-ittrattar tal-ilmenti (sūdzību izskatīšanas reglaments). Skont dawn id-dispożizzjonijiet, mal-wasla ta’ lment bil-miktub, l-Ombudsman irid jiddeċiedi jekk jaċċettax il-każ jew jirrifjutahx (l-ilment jiġi rrifjutat jekk ma jkunx fih biżżejjed dettalji tal-ksur jew jekk ma jkunx jaqa’ fil-kompetenza tal-Ombudsman), u jrid javża lill-ilmentatur bid-deċiżjoni. Il-każ għandu jiġi kkunsidrat fi żmien tliet xhur. Il-każ jintemm jew bi ftehim bejn il-partijiet jew b'rakkomandazzjoni li ssir mill-Ombudsman. Ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman mhijiex legalment vinkolanti.

It-Taqsima 13(6) tal-Liġi dwar l-Ombudsman tipprevedi li l-Ombudsman jista’ wkoll jiftaħ każijiet fuq l-inizjattiva proprja tiegħu jew tagħha.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ombudsman tar-Repubblika tal-Latvja

Baznīcas ielā 25
Riga
LV-1010

Tel.: +371 67686768
Fax: 67244074

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiesibsargs@tiesibsargs.lv

Miftuħ għall-pubbliku kuljum mid-9.00 sal-16.00.

Il-konsultazzjonijiet isiru b’appuntament. M’hemm l-ebda ħlas.

L-Ombudsman f’każijiet tad-drittijiet tat-tfal

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman jaġixxi skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar l-Ombudsman. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 652(2) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (Bērnu tiesību aizsardzības likums), l-Uffiċċju tal-Ombudsman jittratta wkoll ilmenti dwar ksur ta’ drittijiet tat-tfal, b’attenzjoni partikolari għal ksur li jsir minn awtoritajiet tal-istat jew tal-gvern lokali jew impjegati tagħhom.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ombudsman tar-Repubblika tal-Latvja

Baznīcas ielā 25
Riga
LV-1010

Tel.: +371 67686768
Fax: 67244074

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiesibsargs@tiesibsargs.lv

Miftuħ għall-pubbliku kuljum mid-9.00 sal-16.00.

Il-konsultazzjonijiet isiru b’appuntament. M’hemm l-ebda ħlas.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIspettorat Statali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (Valsts bērnu tiesību aizsardzības inspekcija) jimmonitorja u jivverifika l-infurzar ta’ liġijiet u regolamenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, skont it-Taqsima 651 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal.

Spetturi tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal jistgħu jiġu kkonsultati f'dan l-indirizz:

53 Ventspils iela
Riga
LV–1002

Tel.: +371 67359128, +371 67359133

Miftuħ għall-pubbliku nhar ta’ Tnejn mis-13.00-18.00 u nhar ta’ Ħamis 8.30-14.00.
Jekk jogħġbok ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn għal informazzjoni aktar iddettaljata dwar applikazzjonijiet u lmenti rigward kwistjonijiet tad-drittijiet tat-tfal.

Il-korp tal-ugwaljanza

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman jopera skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar l-Ombudsman.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ombudsman tar-Repubblika tal-Latvja

25 Baznīcas ielā
Riga
LV-1010

Tel.: +371 67686768
Fax: 67244074

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiesibsargs@tiesibsargs.lv

Miftuħ għall-pubbliku kuljum mid-9.00 sal-16.00.

Il-konsultazzjonijiet isiru b’appuntament. M’hemm l-ebda ħlas.

Korp tal-protezzjoni tad-data

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIspettorat Statali tad-Data (Datu valsts inspekcija, ‘DVI’) jissorvelja l-protezzjoni ta’ data personali. Dan jivverifika u jimmonitorja l-konformità tal-ipproċessar ta’ data personali fil-pajjiż mar-rekwiżiti tal-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali (Fizisko personu datu aizsardzības likums).

Skont it-Taqsima 5(3) tal-Liġi dwar l-Applikazzjonijiet Uffiċjali (Iesniegumu likums, effettiva mill-1 ta’ Jannar 2008) u t-Taqsima 64 tal-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva (effettiva mill-1 ta’ Frar 2004), l-Ispettorat irid jikkonsidra applikazzjoni jew ilment li jsirlu u jagħti tweġiba fi żmien xahar mill-wasla. Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni sabiex l-applikazzjoni jew l-ilment jiġu eżaminati.

L-Ispettorat għandu l-poter li jimponi penali għal reati relatati mal-protezzjoni ta’ data personali. Id-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu jiġu kkontestati fil-qrati.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ispettorat Statali tad-Data:

Blaumaņa iela 11/13-15.
Riga
LV-1011

Tel.: +371 67223131
E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@dvi.gov.lv

Dħul b’appuntament.

Persunal huwa disponibbli għal konsultazzjonijet bit-telefon mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-14.00-16.00.

Korpi speċjalizzati oħrajn

Iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tal-Latvja għad-Drittijiet tal-Bniedem (Latvijas cilvēktiesību centrs, ‘LCC’) huwa organizzazzjoni nongovernattiva indipendenti kkonċernata bl-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, ir-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet ta’ relazzjonijiet nazzjonali. L-oqsma ta’ attività tiegħu jinkludu l-integrazzjoni soċjali, it-tolleranza u l-antidiskriminazzjoni, istituzzjonijiet magħluqa, pariri legali, il-protezzjoni tal-interessi ta’ nies li jbatu minn mard mentali u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom, reati ta’ mibegħda u applikanti għall-asil.

Informazzjoni ta’ kuntatt taċ-Ċentru tal-Latvja għad-Drittijiet tal-Bniedem:

13 Alberta iela
7.stāvs
Riga
LV-1010
Il-Latvja

Tel.: +371 67039290
Fax: +371 67039291

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@humanrights.org.lv

Oħrajn

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni tal-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija, ‘JPA’) taġixxi skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar l-Għajnuna Legali Statali (Valsts nodrošinātās juridiskās palīdzības likums), il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Kumpens Statali lil Vittmi (Likums par valsts kompensāciju cietušajiem) u r-Regolament tal-Kabinett Nru 869 tal-15 ta’ Novembru 2005 li jistabbilixxi il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKarta tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācijas nolikums). Din tirrevedi applikazzjonijiet għal għajnuna legali statali u tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata jew tiġi miċħuda; tikkunsidra talbiet għal kumpens statali u tiddeċiedi għandux jitħallas jew le; teżamina applikazzjonijiet minn individwi għall-approvazzjoni bħala fornituri tal-għajnuna legali statali u tikkonkludi kuntratti ma’ fornituri tal-għajnuna legali; u twettaq kompiti oħrajn skont il-liġijiet u r-regolamenti msemmija hawn fuq.

Il-formola biex takkwista l-istatus ta’ fornitur tal-għajnuna legali statali hija disponibbli fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.jpa.gov.lv/, fit-taqsima ‘Juridiskās palīdzības sniedzējiem’ [fornituri tal-għajnuna legali].

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali

Brīvības gatve 214
Riga
LV-1039

Tel. mingħajr pedaġġ: + 371 680001801, tel.: +371 67514208
Fax: +37167514209

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajpa@jpa.gov.lv

Assoċjazzjoni ta’ Kenn Sigur

L-Assoċjazzjoni ta’ Kenn Sigur [Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNVO "Patvērums „Drošā māja”"] kienet imwaqqfa bl-għan li tiżviluppa servizzi ta’ appoġġ għal persuni ttraffikati u immigranti illegali, inklużi applikanti għall-asil, refuġjati u persuni mogħtija status alternattiv, sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-individwu li jirċievi għajnuna u protezzjoni adegwata; tippromwovi r-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ nies li ġew ittraffikati; u tipprovdi servizzi ta’ appoġġ għal immigranti legali, bl-iżvilupp ta’ forom interattivi ta’ taħriġ u kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet tal-istat u tal-gvern lokali u organizzazzjonijiet soċjali u Kristjani fil-Latvja u f’postijiet oħrajn madwar id-dinja. F’Settembru 2010 l-assoċjazzjoni ġiet rikonoxxuta bħala organizzazzjoni għall-benefiċċju pubbliku. Mill-2007 ilha intitolata li tipprovdi servizzi ta’ riabilitazzjoni soċjali ffinanzjati mill-istat lill-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

Lāčplēša iela 75 - 9/10
Riga
LV-1011

Tel.: +371 67898343, +371 28612120

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadrosa.maja@gmail.com


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/08/2018