Drittijiet relatati mal-protezzjoni tal-integrità fiżika u mentali ta' persuna Dawn huma għal meta int tkun ittrattat ħażin, miżmum inġustament, ittorturat, jew tkun vittma ta' piena jew trattament degradanti jew inuman, skjavitù, jew xogħol forzat, jew traffikar tal-bnedmin. Dawn japplikaw ukoll għal każijiet fejn pereżempju jinqatel qarib tiegħek.
Drittijiet ta' nondiskriminazzjoni Dawn huma għal meta tiġi ttrattat differenti fuq il-bażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, l-età, id-diżabbiltà, l-orjentament sesswali (għal nies leżbjani, omosesswali, bisesswali, transesswali jew intersesswali), ir-reliġjon u t-twemmin tiegħek, jew għal raġunijiet oħra bħall-edukazzjoni, l-impjieg, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi jew l-abitazzjoni. Dawn japplikaw ukoll jekk tkun vittma ta' reat ta' mibegħda - reat motivat minn razziżmu, ksenofobija, intolleranza reliġjuża, jew minn diżabbiltà reali jew perċepita, orjentament sesswali jew identità tal-ġeneru.
Drittijiet relatati mal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon Dawn huma għal meta tkun ristretta l-libertà tiegħek li jkollok opinjoni, u li tirċievi u tittrażmetti informazzjoni u ideat, inkluż onlajn. Dawn ikopru wkoll attivitajiet bħall-ħolqien, il-prestazzjoni, id-distribuzzjoni jew l-eżibizzjoni liberi ta' xogħlijiet artistiċi.
Drittijiet ta' parteċipazzjoni soċjali u politika Dawn huma għal meta ma titħallilekx il-libertà tal-għaqda paċifika, jew ma titħalliex tifforma partit politiku jew tingħaqad ma' trade union jew kwalunkwe assoċjazzjoni oħra. Dawn japplikaw ukoll jekk id-dritt tiegħek li tivvota jew li toħroġ bħala kandidat f'elezzjoni jkunu ristretti. Jekk tiġi miċħud minn protezzjoni diplomatika jew konsulari mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħek, dan ikun kopert ukoll.
Drittijiet relatati mal-libertà ta' moviment fl-UE Dawn huma, pereżempju, għal meta ma titħalliex tiċċaqlaq jew tirrisjedi liberament fl-Unjoni Ewropea, biex taħdem, tistudja, tiftaħ negozju jew takkumpanja membru tal-familja.
Drittijiet relatati ma' amministrazzjoni pubblika tajba Dawn huwa għal meta tkun tixtieq tqajjem kwistjoni dwar amministrazzjoni ħażina, bħal meta l-kwistjonijiet tiegħek ma jiġux ttrattati b'mod imparzjali, ġust jew fi żmien raġonevoli minn uffiċċju governattiv, awtorità lokali jew kwalunkwe istituzzjoni pubblika oħra.
Drittijiet relatati mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja Dawn huma għal meta l-ħajja privata jew tal-familja tiegħek ma tiġix rispettata. Dawn jinkludu l-identità personali tiegħek (eż l-għażla tal-isem, kif tilbes, l-identità sesswali), it-trattamenti mediċi (negliġenti jew bla kunsens), segwiment bil-moħbi (inkluż cyberstalking), tfittxijiet fuq il-persuna bla ġustifikazzjoni jew teħid tal-marki tas-swaba' mill-pulizija, ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, ir-relazzjoni bejnek u sieħbek/seħbitek (inkluża sħubija tal-istess sess), l-adozzjonijiet, eċċ. Dawn jinkludu wkoll sitwazzjonijiet fejn titkeċċa għal raġuni marbuta mal-maternità u d-dritt għal liv tal-maternità u tal-ġenituri bi ħlas.
Drittijiet relatati mal-protezzjoni tad-data personali Dawn huma dwar il-ġbir tad-data personali tiegħek, l-aċċess għaliha u l-użu minnha (kulma jidentifikak, bħal ismek, in-numri tat-telefown, id-data tat-twelid jew ir-ritratti) minn oħrajn (individwi, kumpaniji, awtoritajiet pubbliċi, il-gvern, aġenziji jew kwalunkwe korp ieħor), inkluż onlajn. Dawn jinkludu wkoll telefonati jew posta ta' promozzjoni kummerċjali diretta li ma tkunx trid tirċievi.
Drittijiet ta' proprjetà Dawn huma għal meta ma titħalliex tgawdi l-proprjetà tiegħek, inklużi l-artijiet, il-flettijiet, il-karozzi eċċ. Dawn japplikaw ukoll jekk, bħala awtur jew inventur, tixtieq tipproteġi l-kreazzjoni tiegħek u l-qligħ minnha. Dawn jistgħu jkunu relatati ma' xogħlijiet koperti minn drittijiet tal-awtur kif ukoll privattivi, marki kummerċjali, u metodi tan-negozju u proċessi industrijali oriġinali.
Drittijiet tal-ħaddiema u drittijiet relatati ma' attivitajiet ta' impjieg indipendenti u ta' negozju Dawn huma għal meta ma titħalliex tagħżel impjieg liberament, taħdem, jew tiftaħ jew tmexxi negozju liberament. Dawn ikopru wkoll id-drittijiet tiegħek bħala ħaddiem għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-post tax-xogħol, id-dritt ta' negozjar kollettiv u azzjoni, il-ħarsien minn tkeċċija inġusta kif ukoll id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti. Ikopru wkoll in-nuqqas ta' protezzjoni taż-żgħażagħ fix-xogħol u t-tħaddim tat-tfal.
Drittijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali u l-assistenza, l-edukazzjoni, l-abitazzjoni u l-kura tas-saħħa Dawn huma għal meta ma titħalliex taċċessa l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali, l-iktar waqt maternità, mard, aċċident, telf ta' impjieg jew minħabba l-età. Dawn ikopru d-drittijiet tiegħek għal aċċess għal kura u trattament mediċi bażiċi, u għal assistenza soċjali u għall-abitazzjoni inkluż appoġġ finanzjarju. Dawn ikopru wkoll problemi ta' aċċess għal edukazzjoni obbligatorja kif ukoll edukazzjoni superjuri u ulterjuri, inkluż taħriġ vokazzjonali u universitarju jew nuqqas ta' rispett minn faċilitajiet edukattivi għall-konvinzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u pedagoġiċi tal-ġenituri. Dawn japplikaw ukoll għal problemi b'aċċess għal servizzi ġenerali bħal servizzi postali, telekomunikazzjonijiet jew trasport.
Drittijiet tal-konsumatur Dawn huma għal meta tħabbat wiċċek ma' trattament inġust int u tixtri prodott jew servizz (inkluż xiri onlajn), jew meta dak li tixtri jkun ta' standard baxx. Ikopru wkoll kwistjonijiet bħal klawżoli kuntrattwali inġusti jew jekk tkun imqarraq mir-reklamar jew jekk l-operatur tal-pakkett tal-ivvjaġġar tiegħek ifalli.
Drittijiet ambjentali Dawn huma għal meta l-ambjent fejn tgħix ma jiġix preżervat u mħares kif xieraq. Ikopruk ukoll jekk ikollok tbati t-tniġġis, bħal kwalità tal-arja ħażina jew kimiċi tossiċi.
Dritt ta' aċċess għall-qrati u korpi oħrajn biex tikseb rimedju, bħal deċiżjoni vinkolanti jew kumpens finanzjarju Dawn huma għal meta ma tkunx tista' tirrikorri għall-ġustizzja, meta s-smigħ tiegħek ikun inġust jew immexxi ħażin fil-privat, il-qorti ma tkunx indipendenti, it-tul tal-proċedimenti ma jkunux raġonevoli jew jekk ma tirċevix għajnuna legali jew rappreżentanza legali. Japplikaw ukoll jekk tkun ittrattat bħala ħati qabel ma l-ħtija tiġi ppruvata f'qorti, jekk tinsab ħati ta' att li mhux reat kriminali, il-piena tkun ħarxa żżejjed jew qed tiġi kkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess att.
Drittijiet ta' ażil u immigrazzjoni Dawn huma għal meta ma titħalliex titlob ażil jew jekk titneħħa, titkeċċa jew tiġi estradit lejn pajjiż fejn hemm riskju serju li tista' tkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti oħrajn.
Drittijiet ta' gruppi vulnerabbli speċifiċi: persuni b'diżabbiltà, tfal u anzjani Dawn huma għal meta ma titħalliex taċċessa l-benefiċċji soċjali (bħall-pensjoni tad-diżabbiltà) jew meta l-parteċipazzjoni tiegħek fil-ħajja soċjali, kulturali u politika tkun ipperikolata minħabba li int tifel jew tifla, persuna anzjana jew m'intix protett speċifikament bħala membru tal-gruppi li ġejjin: tfal, anzjani jew persuni b'diżabbiltà.
Id-dinjità tal-bniedem Għandek id-dritt li tkun ittrattat ġustament u b'rispett.
Id-dritt għall-ħajja Dan id-dritt iħarsek minn, pereżempju, l-użu eċċessiv ta' forza letali mill-pulizija u mill-piena tal-mewt.
Id-dritt għall-integrità tal-persuna Għandek id-dritt li titħares milli tkun sfruttat jew imweġġa' fiżikament jew mentalment. Dan id-dritt jestendi wkoll għall-protezzjoni milli tiġi operat mingħajr kunsens, jew mill-bejgħ tal-organi tiegħek. Huwa jħares ukoll l-idea ta' "umanità" b'mod iktar ġenerali billi jipprojbixxi l-klonazzjoni umana jew l-interferenza fir-riproduzzjoni bl-għan ċerti gruppi soċjali u etniċi jitwaqqfu milli jkollhom tfal.
Projbizzjoni tat-tortura u trattament jew piena inumani jew degradanti Għandek id-dritt li tkun protett minn tortura u trattamenti li jkunu intenzjonalment umiljanti, ta' wġigħ u ta' tbatija.
Projbizzjoni tal-iskjavitù u/jew tax-xogħol forzat Għandek id-dritt li ma tkunx proprjetà jew ikkontrollat minn persuna oħra jew imġiegħel tiċċaqlaq minn post għall-ieħor biex taħdem jew tagħmel xi ħaġa kontra r-rieda tiegħek.
Dritt għal-libertà u għas-sigurtà Għandek id-dritt li titħares milli tkun detenut bla raġuni valida. Pereżempju, tista' tintbagħat il-ħabs biss jekk ikkommettejt delitt; tista' tiġi arrestat biss jekk tkun suspettat li kkommettejt delitt u ma għandekx tgħaddi minn tfittxijiet fuq persuntek irraġonevoli u raffi mingħajr ġustifikazzjoni.
L-ebda waħda minn dawn
Rispett għad-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika Dan id-dritt jissalvagwardja d-diversità kulturali, lingwistika u reliġjuża u jippermettilek tieħu sehem f'din id-diversità u tikkontribwixxi għaliha.
Diskriminazzjoni/trattament inġust fil-qasam tal-impjiegi Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti fix-xogħol minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Diskriminazzjoni/trattament inġust fil-qasam tal-edukazzjoni Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti fl-edukazzjoni minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Diskriminazzjoni/trattament inġust fil-qasam tal-abitazzjoni Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti meta tipprova ssib xi mkien fejn tgħix jew meta tkun f'darek minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Diskriminazzjoni/trattament inġust fil-qasam tal-protezzjoni soċjali Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti meta tkun qed tirċievi benefiċċji soċjali minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Diskriminazzjoni/trattament inġust fil-qasam tal-prodotti u s-servizzi Ma għandekx tiġi ttrattat b'mod inġust jew differenti meta tipprova taċċessa prodotti u servizzi minħabba r-razza, l-età, l-orjentazzjoni sesswali, eċċ. tiegħek.
Sess Din tħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti minħabba s-sess tiegħek, pereżempju jekk ma tkunx promoss minħabba li inti mara jew li inti raġel.
Oriġini razzjali u etnika Din tħarsek milli tkun ittrattat b'mod differenti minħabba l-oriġini razzjali jew etnika tiegħek.
Età Din tħarsek milli tkun ittrattat b'mod differenti minħabba l-età tiegħek.
Diżabilità Din tħarsek milli tkun ittrattat b'mod differenti minħabba kwalunkwe tip ta' diżabbiltà.
Orjentament Sesswali Din tħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti minħabba li inti pereżempju attratt lejn l-istess sess jew ġeneru jew lejn iż-żewġ sessi.
Reliġjon u twemmin Din tħarsek milli tkun ittrattat b'mod differenti minħabba t-twemmin reliġjuż, ateu jew anjostiku tiegħek.
Bażijiet oħrajn Dawn iħarsuk milli tkun ittrattat b'mod differenti fuq il-bażi ta' raġunijiet oħrajn mhux elenkati hawn fuq, bħall-affiljazzjoni politika, id-dehra fiżika, eċċ.
Edukazzjoni Dan iħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti, pereżempju, fl-aċċess għall-edukazzjoni.
Impjiegi Dan iħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti, pereżempju, fl-aċċess għal impjieg jew fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Oġġetti u servizzi Dan iħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti meta tixtri prodotti jew tuża servizzi differenti.
Abitazzjoni Dan iħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti, pereżempju, meta tipprova tikri jew tixtri post ta' akkomodazzjoni.
Oqsma oħra Dan iħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti fir-rigward ta' kwistjonijiet oħra mhux elenkati fuq, bħal fir-rigward tal-kura tas-saħħa, il-mezzi tax-xandir, l-isports, ix-xjenza, il-partiti politiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ.
Protezzjoni Soċjali Dan iħarsek milli tiġi ttrattat b'mod differenti, pereżempju, meta tipprova tikseb aċċess għal skemi differerenti ta' protezzjoni soċjali f'każ ta' mard, invalidità, età avvanzata, qgħad, eċċ.
Il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon Għandek il-libertà li tesprimi liberament l-ideat tiegħek (inklużi ideoloġiji u valuri morali) kif ukoll it-twemmin reliġjuż jew nonreliġjuż tiegħek.
Il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni Għandek il-libertà li tesprimi u li tirċievi ideat u informazzjoni differenti. L-istampa għandha wkoll il-libertà li tippubblika kull informazzjoni li ma tkunx falza jew malafamanti.
Libertà tal-arti u x-xjenzi Għandek il-libertà li tgawdi xogħlijiet kulturali u studji xjentifiċi, titgħallem minnhom u tinvestigahom. Jekk dawn ix-xogħlijiet ikunu fid-dominju pubbliku jew ma jkunux protetti mid-drittijiet tal-awtur, tista' anke taqsamhom mal-pubbliku.
Libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni Għandek il-libertà li tiltaqa' pubblikament jew privatament u tingħaqad ma' oħrajn għal kwalunkwe fini, sakemm dan ikun legali.
Dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet Għandek id-dritt li tipparteċipa f'kull elezzjoni li tkun intitolat għaliha u li toħroġ bħala kandidat.
Protezzjoni diplomatika u konsulari Għandek id-dritt li tingħata protezzjoni mill-ambaxxata jew konsulat tiegħek.
Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, tad-dar u tal-komunikazzjoniet tiegħek Għandek id-dritt li tkun protett mix-xkiel illegali għall-ħajja personali u familjari tiegħek, inkluż f'darek u fil-komunikazzjonijiet tiegħek ma' nies oħra (inkluż onlajn).
Dritt għaż-żwieġ u d-dritt għat-twaqqif ta’ familja Għandek id-dritt li tiżżewweġ lis-sieħeb jew sieħba tiegħek u li jkollok familja.
Dritt li tirrikonċilja l-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali (dritt għall-protezzjoni mit-tkeċċija għal xi raġuni konnessa mal-maternità, u d-dritt għal liv tal-maternità mħallas u għal liv tal-ġenituri wara t-twelid jew l-adozzjoni ta' tifel jew tifla) Għandek id-dritt li tibbilanċja l-ħajjar professjonali u dik familjari, inkluż id-dritt li titħares minn tkeċċija inġusta konnessa mal-maternità. Dan jinkludi wkoll id-dritt tiegħek għal liv tal-maternità u tal-ġenituri mħallas wara t-twelid jew l-adozzjoni ta' tfal.
Libertà professjonali u dritt għax-xogħol Għandek id-dritt li tiddeċiedi fejn tiżviluppa professjonalment il-ħiliet, il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tiegħek.
Libertà ta' intrapriża Għandek id-dritt li tiftaħ negozju mingħajr restrizzjonijiet addizzjonali apparti jew iktar minn dawk li huma prattika standard.
Dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fi ħdan l-impriża Għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni rigward id-drittijiet tiegħek fuq ix-xogħol u li tkun tista' ssemma' leħnek meta jkun hemm bidliet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jaffettwawk direttament.
Dritt ta’ negozjar u ta' azzjoni kollettiva Għandek id-dritt li tinteraġixxi kollettivament ma' nies oħra fuq ix-xogħol bħala parti min-negozjati dwar ftehim kollettiv, kuntratti tax-xogħol u negozjati relatati oħrajn li jaffettwaw l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek. Dan id-dritt jippermettilek ukoll li tibda azzjonijiet kollettivi bħal strajks, protesti u azzjonijiet simili oħrajn.
Dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ kollokament f’impjieg Għandek id-dritt li jkollok aċċess liberu għall-aġenziji tal-impjiegi u kumpaniji oħrajn li jistgħu jgħinuk issib impjieg xieraq għall-kwalifiki u l-esperjenza tiegħek.
Protezzjoni fil-każ ta' tkeċċija inġusta Għandek id-dritt li titħares milli titkeċċa mix-xogħol b'mod li jmur kontra l-liġijiet industrijali applikabbli.
Kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa Għandek id-dritt li jkollok kundizzjonijiet tax-xogħol li jissodsifaw l-istandards tal-ġustizzja.
Projbizzjoni tal-impjieg ta' tfal u protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol Għandek id-dritt li titħares milli tkun impjegat meta tkun għadek taħt l-età tax-xogħol. Hemm ukoll protezzjoni jekk qed taħdem wara l-ilħuq tal-età tax-xogħol.
Dritt għall-edukazzjoni Għandek id-dritt li jkollok aċċess għas-sistemi edukattivi.
Sigurtà soċjali u assistenza soċjali Għandek id-dritt ta' aċċess għas-sistemi tas-sigurtà soċjali (inklużi l-pensjoni, protezzjoni minn inċidenti relatati max-xogħol u benefiċċji diversi tal-qgħad) kif ukoll għal programmi oħrajn ta' assistenza soċjali.
Kura tas-saħħa Għandek id-dritt li jkollok aċċess għas-sistemi tal-kura tas-saħħa.
Aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali Għandek id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ġenerali bħall-enerġija, it-trasport jew is-servizzi tal-ilma.
Dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali Għandek id-dritt ta' aċċess għall-qrati jew li tuża mezzi oħrajn biex titlob id-drittijiet tiegħek. Il-fatt li teżisti qorti mhux biżżejjed; trid tintuża biex tieħu deċiżjonijiet li jagħmlu differenza fis-sitwazzjoni li tkun l-oġġett tal-proċedimenti. Il-qrati jridu jkunu wkoll ġusti - billi jittrattaw lilek u lill-oħrajn bl-istess mod, u jaġixxu skont regoli stabbiliti.
Preżunzjoni ta' innoċenza u dritt għad-difiża Għandek id-dritt li tkun ittrattat bħala persuna innoċenti sakemm tiġi ppruvata l-ħtija tiegħek; għandek id-dritt li tiġi difiż meta tiġi akkuża b'reat.
Prinċipji ta' legalità u proporzjonalità ta' reati u ta' pieni Għandek id-dritt li titħares milli tiġi kkastigat għal delitt li mhux previst mil-liġi. Il-pieni għandhom ikunu proporzjonali għad-delitt kommess.
Dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat Għandek id-dritt li titħares milli titressaq il-qorti u tiġi kkastigat għall-istess reat iktar minn darba għal att kriminali wieħed.
Dritt għall-ażil Għandek id-dritt li titlob ażil f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni Għandek id-dritt li titħares minn tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni illegali mill-pajjiż fejn qed tirrisjedi.
Drittijiet tat-tfal Bħala tifel jew tifla għandek id-dritt għall-protezzjoni u l-kura meħtieġa għall-ġid tiegħek. Għandek ukoll id-dritt li tesprimi l-opinjonijiet tiegħek u li dawn l-opinjonijiet jiġu kkunsidrati.
Persuna b’diżabilità Għandek id-dritt li titħares biex il-kundizzjoni mentali jew fiżika tiegħek ma taffettwalekx it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet l-oħra tiegħek.
Drittijiet tal-anzjani Bħala persuna anzjana għandek id-dritt tgħix ħajja dinjituża u indipendenti u li tipparteċipa fil-ħajja soċjali u kulturali.
Entità pubblika Din tinkludi korpi governattivi mis-setturi kollha u fil-livelli kollha (nazzjonali, reġjonali, lokali, eċċ.) kif ukoll korpi li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi.
Entità privata Din tinkludi persuni fiżiċi (individwi), kumpaniji privati jew entitajiet tan-negozju.
Ma nafx Ma nafx