menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ugwaljanza tas-sessi


Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tqiegħed għad-disponibbiltà materjal għat-taħriġ li jkun utli kemm għall-ġuristi għall-użu proprju kif ukoll għal min iħarreġ lill-ġuristi bħala riżorsa għall-ħidma tagħhom fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi.


Seminars dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (il-Kummissjoni Ewropea)

Seminars dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ġew organizzati għall-Kummissjoni bħala parti mill-programm finanzjarju Progress. Il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ġie stabbilit fil-liġi tal-UE sa mill-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma fl-1957. Minn dakinhar, ġabra konsiderevoli ta' leġiżlazzjoni ġiet mgħoddija fuq kwistjonijiet bħat-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol, il-ħarsien tas-saħħa fil-kuntest tal-maternità, il-liv tal-ġenituri u l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi. Id-dokumentazzjoni tal-isfond u l-kontribuzzjonijiet tal-kelliema għas-seminars huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Manwali dwar kwistjonijiet varji relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi (il-Kummissjoni Ewropea)

Il-ġuristi li jixtiequ jtejbu l-għarfien u l-fehim tagħhom dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jistgħu jsibu aktar informazzjoni u analiżi f'diversi manwali magħmula għall-Kummissjoni, li huma kollha disponibbli bl-Ingliż. Il-manwali jkopri s-suġġetti li ġejjin:

Il-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ġenitali femminili

"Magħqudin biex intemmu l-mutilazzjoni ġenitali femminili" (UEFGM) għodda tat-tagħlim elettroniku

Il-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u forma ta' abbuż tat-tfal. Bħal kull forma oħra ta' vjolenza bbażata fuq is-sess, din tikkostitwixxi ksur tad-dritt fundamentali għall-ħajja, il-libertà, is-sigurtà, id-dinjità, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, in-nondiskriminazzjoni u l-integrità fiżika u mentali, kif definit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Il-kors ta' tagħlim elettroniku "Magħqudin biex intemmu l-mutilazzjoni ġenitali femminili" (UEFGM) jindirizza l-kwistjoni tal-MĠF fil-kuntest tas-servizzi tas-saħħa u l-ażil. Il-ġuristi jistgħu jkunu interessati fl-ewwel żewġ moduli ta' fondazzjoni, li jipprovdu introduzzjoni għall-fehim tal-MĠF bħala kwistjoni ta' drittijiet tal-bniedem u bħala forma speċifika ta' vjolenza bbażata fuq is‑sess. Il-ġuristi li jispeċjalizzaw fil-liġi tal-ażil jistgħu jkunu interessati fiż-żewġ moduli speċjalizzati fil-qasam tal-ażil.

Il-kors huwa disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż, it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaljan u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortugiż.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 22/11/2017