Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Deskrizzjoni ta' linja ta' politika ġenerali


It-teknoloġiji l-ġodda jisfidaw il-metodi tradizzjonali ta' kif wieħed jikkonduċi/imexxi proċedimenti fil-qorti. It-teknoliġiji l-ġodda jipprovdu wkoll għodda sabiex itejbu l-effiċjenza, il-flessibilità u l-konvenjenza għal dawk kollha involuti – il-qrati, il-partijiet għall-proċedimenti u anki x-xhieda.


Vidjokonferenza – għal min u għaliex?

Vidjokonferenza hi għodda li għandha potenzjal kbir fil-kuntest tal-UE u tas-28 Stati Membri tagħha.

Bosta Stati Membri għandhom esperjenza fil-prattika fl-organizzazzjoni ta' vidjokonferenzi bejn awtoritajiet f'reġjuni differenti tal-istess pajjiż jew ma' pajjiżi oħra.

Fil-qafas tal-e-justice Ewropea, l-Istati Membri tal-UE ftehmu sabiex jaħdmu flimkien biex jippromwovu l-użu ta' vidjokonferenza u sabiex jiskambjaw esperjenzi u l-aħjar prattiki. Xogħol bħal dan isir fil-qafas legali eżistenti u jirrispetta s-salvagwardji proċedurali li jeżistu fuq livell ta' Stat Membru u tal-UE.

F'każijiet transkonfinali komunikazzjoni bejn awtoritajiet ġudizzjarji ta' Stati Membri differenti hi kruċjali. Vidjokonferenza hi metodu wieħed possibbli sabiex komunikazzjoni bħal din tiġi ssimplifikata u inkoraġġita.

L-użu ta' tagħmir ta' vidjokonferenza jipprovdi lill-qrati b'aktar flessibilità ta' meta u kif xhieda jew esperti minn Stati Membri oħra huma meħtieġa li jagħtu evidenza.

  • Mil-lat ta' xhud jew espert, ikun aktar konvenjenti li tingħata evidenza mingħajr il-bżonn li wieħed ikollu jsiefer.
  • Għal xhieda vulnerabbli jew li jħossuhom intimidati, il-vidjokonferenza tnaqqas mill-istress li wieħed ikollu meta jkun f'awla ta' qorti mimlija nies.
  • Interpretazzjoni tista' tiġi provduta b'vidjokonferenza, fejn meħtieġ.
  • Vidjokonferenza tnaqqas ukoll l-ispejjeż għal kull min hu involut.

Il-qafas leġiżlattiv

Hemm diversi possibilitajiet għall-organizzazzjoni ta' vidjokonferenzi transkonfinali taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari għat-tmexxija ta' smigħ ta' xhieda, esperti jew vittmi permezz ta' vidjokonferenza, skont l-istrumenti legali bħal:

Deskrizzjoni fil-qosor tal-qafas legali hu provdut fil-fuljett mehmuż – aktar informazzjoni dettaljata tinsab fil-manwal.

Pjanijiet għal quddiem

L-Istati Membri qablu li xogħol fuq il-faċilitazzjoni tal-vidjokonferenza għandu jitkompla. Fil-futur,  fejn hu xieraq, għodda oħra  għandhom jitpoġġew fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika għal dak il-għan. B'mod partikolari, pjanijiet futuri jistgħu jinkludu:

  • links għal-leġiżlazzjoni tal-UE u leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li jirregolaw l-użu tal-vidjokonferenzi;
  • informazzjoni kkonsolidata dwar il-qrati kollha b'faċilitazzjonijiet ta' vidjokonferenzi fl-Istati Membri;
  • għodod għall-arranġament prattiku ta' vidjokonferenzi (formoli elettroniċi, possibilment sistema ta' ibbukkjar fuq terminu itwal ta' żmien);
  • links għall-istruzzjonijiet nazzjonali jew manwali, fejn disponibbli;
  • taqsima dwar eżempji ta' vidjokonferenzi fi proċedimenti transkonfinali u kollezzjoni tal-aħjar prattiċi;
  • informazzjoni dwar taħriġ u moduli ta' taħriġ onlajn;
  • link għall-bażijiet tad-dejta interkonnessi tal-interpreti.

Dokumenti relatati

FuljettPDF(3083 Kb)mt


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 27/04/2016