Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Glossarji u terminoloġija


Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali fil-qosor lejn glossarji u "teżawri" multilingwi eżistenti fil-livell Ewropew.


Glossarji u terminoloġija

"Glossarju" huwa lista alfabetika ta’ termini f’qasam partikolari ta’ għarfien akkumpanjata minn definizzjonijiet ta’ dawn it-termini. F’każ ta’ glossarju bilingwi, it-termini f’lingwa waħda huma definiti fit-tieni lingwa jew spjegati b'sinonimi jew kważisinonimi f’lingwa oħra. Glossarju jista’ jinftiehem bħala li fih spjegazzjonijiet ta’ kunċetti rilevanti għal ċertu qasam ta’ studju jew azzjoni. Fil-qasam tal-liġi, it-terminu "glossarju" jista’ jirreferi għal żewġ għodod differenti: minn naħa waħda jintuża għal lista ta’ espressjonijiet bi traduzzjonijiet ipprovdut għal kull pajjiż; min-naħa l-oħra, jintuża wkoll għal lista ta’ definizzjonijiet għat-terminoloġija.

Glossarji

IATE

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIATE (Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa) hija bażi ta' dejta multilingwi tat-termini li tintuża għat-traduzzjonijiet fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej.

Din tikkonsisti f’mutur ta’ tfittxijagħal espressjonijiet u frażijiet użati fl-oqsma kollha ta’ attività tal-Unjoni Ewropea. Hija teħtieġ għarfien professjonali tal-lingwa mira sabiex tintuża kif suppost. Hija għodda utli ħafna għal tradutturi professjonali filwaqt li mhijiex kompletament adattata għall-pubbliku ġenerali, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew il-professjonisti legali. Għalhekk, it-traduzzjonijiet ta’ espressjonijiet u frażijiet jiddaħħlu mit-tradutturi nnifishom biex joħolqu referenzi ġodda jew iżidu dawk eżistenti. Jingħataw suġġerimenti għat-traduzzjonijiet għal bosta mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux għal kollha.

L-aċċess għal din il-bażi ta’ dejta huwa b’xejn.

Dizzjunarju ta' sinonimi

It-Teżawru EUROVOC

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEUROVOC huwa teżawru multilingwi (ġabra ta' vokabolarju multilingwi komparattiv) li jkopri l-oqsma li hija attiva fihom l-Unjoni Ewropea. Dan jipprovdi mezz biex jiġu indiċjati d-dokumenti fis-sistemi ta’ dokumentazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-utenti tagħhom.

Dan it-teżawru jeżisti fi 23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

VOKABOLARJU LEGALI MULTILINGWI KOMPARATTIV (VJM)

VJM huwa ġabra ta’ reġistri tad-dejta ta’ terminoloġija multilingwi u sistemi multipli (aktar minn 23 lingwa u 30 sistema legali tal-UE) li jirriżultaw minn xogħol ta’ riċerka komprensiv dwar il-liġi komparattiva magħmula mill-ġuristi-lingwisti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Din il-ġabra bħalissa fiha madwar 650 reġistru tad-dejta ta’ terminoloġija multilingwi (20 000 terminu) relatati mal-oqsma tal-liġi tal-familja, il-liġi tal-immigrazzjoni u, fil-futur qrib, il-liġi kriminali. Ir-reġistri tad-dejta kollha huma disponibbli permezz tal-bażi tad-dejta terminoloġika Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIATE.

Ir-rekords ta’ dejta terminoloġika li jkollhom informazzjoni dettaljata ħafna bħal definizzjonijiet (adattati għal kull sistema legali), noti dwar il-liġi komparattiva, referenzi legali (leġiżlazzjoni, każistika, id-duttrina ta’ sistemi legali nazzjonali, tal-UE u internazzjonali), id-desinjazzjonijiet differenti ta’ kunċett (fl-istess lingwa u xi kultant f'lingwa differenti skont is-sistemi legali), indikazzjoni ċara tal-oriġini ta’ terminu (jew l-ekwivalenti funzjonali jew formulazzjoni — parafrażi), twissijiet (ħbieb foloz legali, riskju ta’ konfużjoni, termini li m'għadhomx jintużaw), mapep kunċettwali li jippermettu li jidhru minnufih ir-relazzjonijiet semantiċi bejn il-kunċetti, eċċ.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 15/04/2016