Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kif tipproċedi? - Finlandja

LISTA TAL- KONTENUT

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Xi drabi, jaf ikun aħjar jekk tirrikorri għal proċedura alternattiva. Ara "Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim".

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Għal tipi differenti ta' kawżi japplikaw termini preskrittivi differenti. Tista' tikseb aktar informazzjoni dwar it-termini preskrittivi mingħand avukat jew billi tirrikorri għand l-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali (oikeusaputoimisto).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-individwi privati biss jistgħu jressqu kawża ċivili quddiem il-qorti mingħajr konsulenza legali. Madankollu, f'kawżi kumplessi, jaf ikun jaqbillek li jkollok l-assistenza ta' avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-reġistri tal-qorti huma l-ewwel punti ta' kuntatt.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwi użati fil-proċedimenti fil-qrati Finlandiżi huma l-Finlandiż u l-Isvediż. Il-pretensjonijiet (rikorsi għal ċitazzjonijiet) iridu jsiru bil-miktub u normalment bil-Finlandiż. Fil-Gżejjer Åland, irid jintuża l-Isvediż. Iċ-ċittadini tal-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jużaw il-lingwa proprja tagħhom. Il-pretensjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta' faks jew bil-posta elettronika. Għal ċerti tipi ta' proċedimenti, hemm ukoll il-possibbiltà li jintuża l-ipproċessar awtomatiku. Ara "L-ipproċessar awtomatiku – Il-Finlandja".

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma teżisti l-ebda formola speċjali. Il-pretensjoni tiegħek trid tindika b'mod ċar dak li qed titlob u r-raġunijiet għat-talba. Bħala regola ġenerali, mal-pretensjoni tiegħek għandek tehmeż kwalunkwe kuntratt, dokument relatat ma' xi impenji jew evidenza miktuba oħra li tkun beħsiebek issejjes it-talba tiegħek fuqha.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Meta l-kawża tkun ingħalqet, il-qorti titolbok tħallas tariffa tal-amministrazzjoni. L-ammont ta' din it-tariffa jiddependi mill-istadju tal-proċedimenti li fih tkun inqatgħet is-sentenza. Ċerti kawżi jistgħu jiġu solvuti bis-saħħa tal-evidenza miktuba biss. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni qabel ma jsir is-smigħ. Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/tuomioistuimet/karajaoikeudet/en/index/charges/chargescollectedbycourts.html.

Id-drittijiet tal-avukat u d-data meta għandhom jitħallsu, jiġu stabbiliti f'kuntratt u mhumiex soġġetti għal xi regoli speċifiċi.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-eliġibbiltà għall-għajnuna legali tiddependi mil-livell tal-introjtu tiegħek. L-għajnuna legali ma tingħatax għal kawżi żgħar. Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/oikeusapu/en/index.html.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Id-data li fiha l-qorti tirċievi r-rikors tiegħek għal ċitazzjoni tikkostitwixxi l-bidu tal-proċedimenti. Fuq talba, il-qorti tista' tibgħat konferma tal-irċevuta. Madankollu, il-qorti ma tistax tipprovdi konferma dwar jekk il-kawża ġietx introdotta b'mod adegwat jew le.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-qorti tibqa' żżomm lill-partijiet interessati informati bl-andament tal-kawża u tipprovdilhom skeda ta' żmien temporanja għal dak li jkun se jiġri. Huwa wkoll possibbli li tikkuntattja inti stess lill-qorti biex tikseb aktar tagħrif dwar l-andament tal-proċedimenti tiegħek.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/02/2018