Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kif tipproċedi? - Irlanda

LISTA TAL- KONTENUT

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Li tmur il-qorti ħafna drabi tkun l-aħħar soluzzjoni meta jkunu fallew tentattivi oħrajn sabiex tissolva tilwima. Alternattiva għall-qorti hija li tuża proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. (Ara l-Iskeda Informattiva dwar "Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim").

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini għat-tressiq ta’ azzjoni fil-qorti jvarjaw skont il-każ. Din il-kwistjoni tat-termini tista’ tiġi ċċarata ma’ konsulent legali jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf’uffiċċju ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-aċċess għal-liġi.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Fil-qrati inferjuri (jiġifieri l-Qrati taċ-Ċirkwit u l-Qrati Distrettwali), il-qorti xierqa fejn għandek tressaq pretensjoni tiġi ddeterminata mill-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti normalment ikun jirrisjedi jew iwettaq kwalunkwe professjoni, negozju jew mestier. Fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, id-Distrett jew iċ-Ċirkwit xieraq huwa dak fejn allegatament ikun sar il-kuntratt; f’kawżi ta’ delitt, fejn allegatament ikun twettaq id-delitt; fi proċedimenti tal-familja, fejn ikun jirrisjedi l-attur; u, f’kawżi li jirrigwardaw kirja jew titolu għal proprjetà immobbli, fejn ikunu jinsabu l-bini jew l-artijiet li huma s-suġġett ta’ dawn il-proċedimenti.

Għal aktar dettalji dwar il-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati"

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati tal-Irlanda jipprovdi informazzjoni dwar l-istruttura tal-qrati. Huwa jippubblika wkoll ktejjeb intitolat Explaining the Courts għall-informazzjoni pubblika. Aktar dettalji dwar is-sistema tal-qrati huma disponibbli wkoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Bord ta’ Informazzjoni liċ-Ċittadini.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-qorti xierqa fejn għandek tressaq pretensjoni tiġi ddeterminata min-natura (kuntratt, delitt, eċċ.) u l-valur tagħha.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Mhux dejjem ikun meħtieġ li jintuża intermedjarju, huwa f’idejk li tiddeċiedi u dan se jkun jiddependi fuq il-kumplessità tal-kawża tiegħek. Jekk tiddeċiedi li tuża intermedjarju, trid tuża avukat.  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Law Society hija l-korp li jakkredita u jirregola l-professjoni tal-avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors irid jiġi ddepożitat fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq, skont l-ammont ta’ kumpens li tkun qed titlob (għal aktar dettalji dwar il-qorti xierqa, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati"). L-uffiċċji tas-Servizz tal-Qrati jinstabu madwar l-Irlanda kollha, u d-dettalji tal-indirizzi u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom jinsabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fl-Irlanda, ir-rikors jista’ jsir bl-Ingliż jew bl-Irlandiż. Ir-rikors irid isir fuq formola speċjali, li tkun speċifika għall-ġuriżdizzjoni li fiha tagħmel il-pretensjoni tiegħek. Ir-rikors ma jistax jintbagħat b’faks jew bil-posta elettronika, iżda jrid jiġi ppreżentat personalment fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq. Ir-rikors ma jistax isir bil-fomm.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Hemm formoli speċjali għat-tressiq tal-azzjonijiet, li ħafna minnhom jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u l-bqija jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafir-Regoli tal-Qorti. Dawn il-formoli jindikaw liema elementi jridu jiġu inklużi fil-fajl. Tista’ tintalab xi gwida limitata mingħand uffiċjali fis-Servizz tal-Qrati, iżda dawn l-uffiċjali jistgħu jagħtu biss informazzjoni proċedurali, minħabba li ma jistgħux jagħtu pariri fuq il-merti ta’ pretensjoni jew jirrakkomandaw kif għandha tiġi pproċessata.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Id-drittijiet tal-qorti, magħrufa wkoll bħala tariffi tal-qorti, għandhom jitħallsu fuq ħafna tipi ta’ rikors. It-tariffi jridu jitħallsu meta jiġi ddepożitat ir-rikors fl-Uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq. Id-dettalji tat-tariffi differenti jinsabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati. Il-ħlasijiet lil avukat, jekk tuża wieħed, huma differenti, u mhumiex kwistjoni għas-Servizz tal-Qrati. Jekk tagħti struzzjonijiet lil avukat, dan jagħtik parir dwar l-ammont tat-tariffa li tiġi imposta u meta għandha titħallas.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara l-Iskeda Informattiva dwar "L-Għajnuna Legali".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni titressaq b’mod uffiċjali meta tinħareġ il-pretensjoni mill-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati. Skont il-ġuriżdizzjoni li fiha tressaq il-pretensjoni tiegħek, din ma tistax tinħareġ qabel ma tiġi nnotifikata lill-parti l-oħra. Fil-Qorti għal Talbiet Żgħar, ir-reġistratur tal-qorti jibgħat il-pretensjoni tiegħek lill-parti l-oħra. Fi qrati oħrajn, ikollok tinnotifika l-pretensjoni inti stess jew inkella tqabbad intermedjarju sabiex jagħmel dan għalik. Tista’ ssir taf fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati fejn iddeċidejt li tagħmel il-pretensjoni tiegħek. L-uffiċjali tas-Servizz tal-Qrati jgħarrfuk jekk ma tkunx issodisfajt il-ħtiġijiet proċedurali kollha sabiex tiddepożita l-pretensjoni tiegħek, iżda huwa f’idejn l-imħallef li jiddeċiedi jekk il-kawża tiegħek hijiex ippreżentata kif suppost.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli ta’ kull qorti jispeċifikaw it-termini u tista’ tiċċekkja din l-informazzjoni mal-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati fejn tiddepożita l-pretensjoni tiegħek


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/11/2018