Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Kif tipproċedi? - Slovenja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

LISTA TAL- KONTENUT

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista' jkun aktar faċli li tinsab soluzzjoni għal tilwima permezz ta' proċedura alternattiva ta' soluzzjoni għat-tilwim. Metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) jippermettu li tinstab soluzzjoni għal tilwima mingħajr il-ħtieġa ta' qorti, jew tal-inqas mingħajr deċiżjoni tal-qorti dwar il-mertu tal-kawża. It-tipi ewlenin ta' ADR użati fis-Slovenja jinkludu l-arbitraġġ, il-medjazzjoni u l-kawżi quddiem il-qorti f'sens usa' maħsuba biex iwasslu għal ftehim bil-qorti. L-Att dwar Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (Zakon o alternativnem reševanju sodnih sporov) jobbliga lill-qrati tal-ewwel u t-tieni istanza biex iħallu lill-partijiet b'tilwima ġejja minn relazzjonijiet kummerċjali, marbuta max-xogħol, tal-familja u relazzjonijiet ċivili oħra biex jużaw it-tekniki tal-ADR biex jadottaw u jeżegwixxu programm ta' ADR. Skont dan il-programm, il-qrati għandhom l-obbligu jippermettu lill-partijiet jużaw il-medjazzjoni, u possibilment forom oħra ta' ADR ukoll.

Il-medjazzjoni hija s-soluzzjoni ta' tilwima bl-għajnuna ta' parti terza newtrali, li ma tistax tagħti deċiżjoni vinkolanti. Il-partijiet jistgħu jaqblu li jikkonkludu ftehim ta' soluzzjoni ta' tilwima f'forma ta' att nutarili direttament infurzabbli, ftehim quddiem il-qorti jew deċiżjoni ta' arbitraġġ ibbażata fuq ftehim.

Il-partijiet jistgħu, f'kull ħin matul il-proċedimenti f'qorti ċivili, jikkonkludu ftehim fuq il-kwistjoni tat-tilwima (ftehim bil-qorti). Il-ftehim bil-qorti jikkostitwixxi titolu eżekuttiv.

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim".

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-preskrizzjoni biex tinfetaħ kawża tiddependi fuq in-natura tal-każ. Il-pariri ta' avukat jew ta' avukat tal-għajnuna legali jista' jiċċara d-domandi dwar il-preskrizzjoni u limiti oħra ta' żmien. Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab taħt it-taqsima "Preskrizzjoni Proċedurali".

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-partijiet jistgħu jidhru quddiem il-qorti mingħajr bżonn ta' avukat fis-Slovenja, ħlief fi proċeduri li jinvolvu rimedji legali straordinarji, fejn jistgħu jieħdu passi legali biss permezz ta' intermedjarju li jkun avukat, jew jekk il-parti jew ir-rappreżentant legali tiegħu jkun għadda mill-eżami tal-warrant. Jekk il-parti tkun tixtieq avukat, l-intermedjarju jista' jkun, fi proċedimenti quddiem qorti lokali, kull persuna li għandha kapaċità ġuridika sħiħa, filwaqt li quddiem qorti distrettwali jew superjuri jew quddiem il-Qorti Suprema, avukat jew persuna li tkun għaddiet mill-eżami tal-warrant biss tista' tidher għall-parti.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Il-kawża tista' tiġi ppreżentata quddiem il-qorti kompetenti bil-posta jew mibgħuta direttament lir-reġistru tagħha. Ara wkoll it-tweġiba Nru 8.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa uffiċjali tal-qorti fis-Slovenja huwa s-Sloven. Madankollu, f'żoni fejn hemm minorità etnika Ungeriża jew Taljana, l-Ungeriż jew it-Taljan jiġu meqjusa wkoll bħala lingwa uffiċjali ta' mpar is-Sloven. L-att tal-kawża jrid isir bis-Sloven u ffirmat mir-rikorrent innifsu. Il-firma oriġinali tar-rikorrent tfisser firma bil-miktub kif ukoll firma sigura elettronika vverifikata minn ċertifikat ta' kwalità.

Għalhekk, rikors kif ukoll att ta' kawża, jridu jiġu ppreżentati bil-miktub. Rikors bil-miktub huwa rikors miktub jew stampat u ffirmat bil-miktub (rikors f'forma stampata). Rikors bil-miktub jiġi ppreżentat bil-posta, mibgħut direttament lill-korp jew imwassal mill-persuna mqabbda professjonalment biex tippreżenta r-rikorsi (fornitur ta' servizzi professjonali/poslovni ponudnik). Rikors jista' jiġi ppreżentat ukoll bil-faks.

Il-liġi tipprovdi wkoll għar-rikorsi elettroniċi, eżempju rikorsi f'forma elettronika u ffirmati b'firma elettronika sigura vverifikata minn ċertifikat ta' kwalità. Ir-rikorsi elettroniċi jiddaħħlu fis-sistema ta' informazzjoni elettronikament. Is-sistema ta' informazzjoni tavża awtomatikament lir-rikorrent li r-rikors wasal. Il-liġi tippermetti wkoll li rikors bil-miktub jiġi ppreżentat elettronikament jew permezz tal-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi eżistenti (atti u regolamenti ta' implimentazzjoni) marbuta mal-proċeduri ċivili u kummerċjali kollha, attwalment il-proċeduri inklużi fis-sit elettroniku e-Justice(e‑Sodstvo) biss jistgħu jinbdew permezz tal-Internet jew elettronikament: ċerti tipi tal-proċedura ta' infurzar, is-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet u l-għotja ta' deċiżjonijiet fi proċedimenti ta' stralċ, u s-sottomissjoni ta' proposti għar-reġistrazzjoni tal-art.

Is-sit elettroniku e-Justice jeżisti fis-Slovenja għal dan il-għan, u jippermetti li jiġi sottomess materjal bil-miktub elettronikament: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Fis-Slovenja rikors ma hemmx għalfejn jiġi ppreżentat permezz ta' forma speċjali; madankollu jrid ikun fih ċerti elementi rikjesti mil-liġi: referenza għall-qorti, l-ismijiet u r-residenza permanenti jew temporanja tal-partijiet, l-ismijiet tar-rappreżentanti legali jew l-aġenti, talba speċifika li tindika s-suġġett ewlieni tal-kawża u t-talbiet addizzjonali, il-fatti li jsostnu t-talba tar-rikorrent, il-provi li jappoġġaw dawk il-fatti, l-ammont mitlub u l-firma tar-rikorrent. Ir-rikorsi li jridu jiġu nnotifikati lill-parti l-oħra jridu jiġu ppreżentati l-qorti f'numru ta' kopji kif rikjesti mill-qorti u mill-parti l-oħra, u f'forma li teħtieġ il-qorti. Dan japplikaw ukoll għad-dokumenti mehmuża.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu meta tinbeda l-kawża u mal-preżentata tal-kontro talba, proposta għal annullament bonarju, rikors bi proposta għal ħruġ ta' ordni għall-ħlas, mozzjoni għal ritrattazzjoni, mozzjoni sabiex jinġiebu l-provi qabel proċedimenti ċivili, proposta għal soluzzjoni, rikors ta' appell, appell, talba għal reviżjoni, u reviżjoni. It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu mhux aktar tard mill-għeluq taż-żmien stabbilit mill-qorti fl-ordni ta' ħlas tat-tariffi tal-qorti. Il-qorti tista' tiġbed l-attenzjoni tal-partijiet rigward l-ordni dwar il-konsegwenzi fin-nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tal-qorti. It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu wkoll għal kull sentenza mogħtija mill-qrati ta' kull istanza.

Jekk it-tariffa tal-qorti għal rikors ma titħallasx qabel jiskadi ż-żmien u ma hemmx kundizzjonijiet li jippermettu l-eżenzjoni minn jew il-posponiment tal-ħlas, jew il-ħlas bin-nifs, ir-rikors jitqies li ġie rtirat. L-ispejjeż tal-proċedimenti tal-qorti jitħallsu mill-parti t-telliefa tal-kawża. L-intermedjarji li huma avukati jitħallsu lura tal-ispejjeż meħtieġa u ħlas għal proċedimenti ġudizzjarji skont l-Att dwar it-Tariffi tal-Avukati (Zakon o odvetniški tarifi). L-ispejjeż tas-servizzi tal-avukati huma l-ammont totali tal-partiti ta' ħlas li għalihom huma intitolati għas-servizzi pprovvduti u l-ispejjeż tagħhom. L-ispejjeż għas-servizzi ta' avukat jridu jitħallsu meta hu/hi jkunu wettqu l-obbligi kollha stabbiliti fil-ftehim ta' mandatarju bejnu/bejnha u l-parti jew il-persuna li għandha bżonn is-servizzi. Fejn l-avukat jagħti s-servizzi tiegħu fi proċedimenti ġudizzjarji, l-ispejjeż ta' dawk is-servizzi jridu jitħallsu meta tingħata deċiżjoni dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti. Avukat jista' jitlob il-ħlas bil-quddiem ta' somma xierqa lill-parti qabel it-tmiem tal-proċedimenti għall-ħlas diġa dovut u għall-ispejjeż li ġa saru u li se jkun hemm. Il-parti għandha tingħata rċevuta li turi l-ħlas bil-quddiem li tkun ħallset. Avukat jista' jitlob il-ħlas tad-drittijiet tiegħu u l-ispejjeż biss permezz ta' rċevuta b'lista tas-servizzi maħruġa lill-parti.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Il-partijiet jistgħu jitolbu l-għajnuna legali, li tingħatalhom jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Għajnuna Legali (Zakon o brezplačni pravni pomoči, ZBPP). Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab taħt it-taqsima "Għajnuna Legali".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Kawża titqies li nfetħet meta tasal quddiem il-qorti kompetenti. Meta din tintbagħat bil-posta jew b'telegramma, id-data tal-impustar titqies bħala d-data tan-notifika lill-qorti li lilha tkun indirizzata. Ir-rikorrent ma jirċevix konferma awtomatika li r-rikors wasal. Jekk ir-rikors jasal fil-kaxxa postali tal-qorti, il-ħin li fih jasal fil-kaxxa postali jitqies bħala l-ħin ta' notifika lill-qorti li lilha huwa indirizzat.

L-Att dwar ir-Rikorsi Elettroniċi (Zakon za vloge v elektronski obliki) jistabbilixxi li r-rikorsi elettroniċi jidħlu fis-sistema ta' informazzjoni elettronikament. F'dan il-każ, il-ħin li fih daħal fis-sistema ta' informazzjoni jitqies bħala l-mument ta' notifika lill-qorti li lilha huwa indirizzat. Is-sistema ta' informazzjoni tavża awtomatikament lir-rikorrent li r-rikors wasal.

Irridu ngħidu li, minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi fis-seħħ, mhux attwalment possibbli li tinfetaħ kawża elettronikament f'kawżi ċivili u kummerċjali, bl-eċċezzjoni ta' proċedimenti li jinvolvu r-reġistru tal-artijiet, l-istralċ u l-infurzar.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Meta l-avvenimenti huma marbuta ma termini ta' żmien preklużivi, il-qorti twissi lill-parti bil-miktub u tehmeż ukoll avviż li jispjega l-konsegwenzi jekk il-parti tonqos milli ssegwi l-istruzzjonijiet tal-qorti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/11/2015