Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Ċipru

Stabilixxi mill-ġdid Issejvja bħala PDF

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Ebda informazzjoni disponibbli.

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Int tista’ tippreżenta l-pretensjoni tiegħek direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera.

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

– il-pretensjoni?

Bil-Grieg u bl-Ingliż.

– id-dokumenti ta’ sostenn?

Bil-Grieg u bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Mhux applikabbli.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż biex tiġi pproċessata l-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li l-pretensjoni tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

M’għandekx bżonn tkun preżenti.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Iċ-ċertifikati mediċi li jinħarġu mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek jiġu aċċettati.

Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Mhux applikabbli.

Kemm irid jgħaddi żmien, bejn wieħed u ieħor, biex l-awtorità/il-korp kompetenti jieħu deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens?

Iridu jgħaddu 6 xhur mid-data li fiha l-informazzjoni kollha tkun disponibbli biex tittieħed deċiżjoni.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Bil-Grieg u bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ tikkontesta d-deċiżjoni billi tressaq pretensjoni quddiem il-Qorti Amministrattiva fi żmien 75 jum tad-deċiżjoni.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Tista’ tapplika għal għajnuna legali fir-rigward tal-proċeduri legali li jikkonċernaw il-każ tiegħek.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

Tista’ tikseb informazzjoni dwar il-pretensjoni għal kumpens billi tikkuntattja direttament Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalis-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/03/2019