Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Ġermanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.


Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali

Rochusstraße 1
D - 53123
Bonn

Telefon: +49 228 99527 2680
Fax : +49 228 99527 4134

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIVc2@bmas.bund.de
Indirizz tal-Internet: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bmas.de/

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-punt ta’ kuntatt f’pajjiżi)?

Tista’, madankollu idealment jenħtieġ li wkoll ikunu infurmati l-awtoritajiet kompetenti ta’ assistenza.

F’liema lingwa/i l-awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw

- it-talba?

- id-dokumenti ta’ sostenn?

Il-lingwa uffiċjali hija l-Ġermaniż. Madankollu, ma kien hemm l-ebda każ ta’ awtorità Ġermaniża li rrifjutat jew ma ħaditx ħsieb ta’ talba li kienet f’lingwa oħra apparti l-Ġermaniż.

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta' sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Dawn l-ispejjeż normalment jitħallsu mill-awtorità Ġermaniża li tieħu d-deċiżjonijiet, u xi kultant mill-awtorità ta’ assistenza Ġermaniża. Madankollu, ikun aħjar jekk id-Direttiva 2004/80/KE tkun tinkludi dispożizzjoni li tiddikjara li dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-Istat fejn twettaq ir-reat.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlas ieħor li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għal dawn?

M’hemm l-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor għal talbiet ta’ kumpens għall-vittmi fil-Ġermanja.

Jekk ikolli bżonn li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ nitħallas lura għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?

L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jiġu mħallsa mill-awtorità kompetenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Huwa pprovdut interpretu, fil-każ li għandi nkun preżenti personalment?

M’intix intitolat/intitolata legalment għal interpretu. Madankollu, fil-prattika, l-interpreti huma ta’ spiss użati meta jkunu meħtieġa.

Se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti ċ-ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi - jew is-saħħa/ġrieħi tiegħi se jkollhom jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?

Dawn iċ-ċertifikati huma ġeneralment aċċettati.

Se nitħallas lura għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jiġu mħallsa mill-awtorità kompetenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Kemm iddum bejn wieħed u ieħor biex tieħu d-deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?

Ma hemm l-ebda risposta definittiva għal din il-mistoqsija, peress li t-tul tal-proċedura tal-kumpens huwa marbut mill-qrib maċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni fuq it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni se tkun bil-Ġermaniż.

Jekk ma nkunx sodisfatt/sodisfatta bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni fil-proċedura tal-kumpens. Jekk l-appell ma jintlaqax, ilment jista’ jiġi ppreżentat lill-Qorti Soċjali.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Ir-rikorrenti kollha jistgħu jiksbu għajnuna legali, madankollu l-ispejjeż ma jistgħux jiġu mħallsa lura.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nagħmel talba għal kumpens f’każ transfruntier?

Hemm numru ta’ organizzazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi fil-Ġermanja li jistgħu jipprovdu assistenza. Is-sit web li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali tajba u huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bl-Ispanjol ukoll: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.odabs.org/.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/01/2019