Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Litwanja


Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija)
Gedimino pr. 30
Vilnius

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi t-talba f’dan il-pajjiż anke f’każ transfruntier (mingħajr ma jkolli ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż tal-oriġini tiegħi)?

Iva, persuna tista’ tibgħat it-talba tagħha direttament lill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja.

L-awtorità (jiet) għall-kumpens b’liema lingwa (i) jaċċettaw:

- it-talba?

- id-dokumenti ta’ sostenn?

It-talba u d-dokumenti addizzjonali jridu jiġu sottomessi bil-Litwan jew bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità għall-kumpens tittraduċi t-talba / id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min irid iħallas?

L-ispejjeż tat-traduzzjoni tat-talba u/jew tad-dokumenti ta’ sostenn mehmuża magħha bil-Litwan jew l-Ingliż iridu jitħallsu mir-rikorrent jew mill-awtorità li tibgħat it-talba.

Hemm xi tariffi amministrattivi jew tariffi oħrajn li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikun hemm bżonn li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tingħata deċiżjoni fuq it-talba tiegħi, nista’ nikseb rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?

Vittma ta’ reat ma hemmx għalfejn tkun preżenti meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tagħha. Għalhekk dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli għal rimborż.

F’każ li jkolli nkun preżenti personalment, jiġi pprovdut interpretu?

Vittma ta’ reat ma hemmx għalfejn tkun preżenti meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tagħha.

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew inkella saħħti/l-korriment li nkun ġarrabt iridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tiegħek?

Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjonijiet/individwi kompetenti tal-pajjiż tar-residenza tal-vittma jiġu rikonoxxuti.

Ningħata rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, jekk ikolli ngħaddi minn eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm indum, bejn wieħed u ieħor, biex nirċievi deċiżjoni dwar il-kumpens mingħand l-awtorità/il-korp?

Deċiżjoni tittieħed fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba u tad-dokumenti kollha meħtieġa lill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Normalment bil-Litwan.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nappella minnha?

Deċiżjoni meħuda mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi appellata quddiem il-Kummissjoni Litwana għat-Tilwim Amministrattiv (Lietuvos administracinių ginčų komisija) jew quddiem il-Qorti Reġjonali Amministrattiva ta’ Vilnius (Vilniaus apygardos administracinis teismas) fi żmien xahar mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Iva. Persuna tista’ titlob għall-għajnuna legali mis-Servizz ta’ Għajnuna Legali Iggarantit mill-Istat (Valstybės garantuojamos teisinės pagalbos tarnyba) li jiddeċiedi dwar l-għoti ta’ għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Le.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2019