Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-impatt tal-virus COVID-19 fuq il-qasam tal-ġustizzja


Il-coronavirus wassal għal kriżi li ma tiqafx fil-fruntieri u li taffettwa l-oqsma kollha ta’ ħajjitna. Il-ġustizzja Ewropea mhijiex eċċezzjoni f’dan ir-rigward.


Din il-paġna għandha l-għan li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda fl-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19, li jaffettwaw il-ġudikatura, l-awtoritajiet nazzjonali u l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja, iżda wkoll in-negozji u ċ-ċittadini.

Billi s-sitwazzjoni qed tinbidel malajr u l-informazzjoni dwar dan is-suġġett għadha qed tevolvi, din il-paġna se tiġi aġġornata regolarment biex tirrifletti l-iżviluppi l-ġodda.

Il-Kunsill tal-Ewropa ħoloq ukoll paġna web dwar il-miżuri nazzjonali fil-qasam tal-ġustizzja fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19. Tista’ tikkonsulta l-paġna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

1. Id-dritt ċivili

NĠE (fl-oqsma ċivili u kummerċjali)

Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini u n-negozji jkollhom bżonn jieħdu azzjoni proċedurali f’każ transfruntiera, iżda ma jkunux jistgħu jagħmlu dan minħabba l-miżuri ta’ emerġenza meħuda fi Stat Membru tal-UE biex tiġi miġġielda l-imxija tal-COVID-19. Dawn il-miżuri jistgħu jirriżultaw:

  • f’sospensjoni sħiħa jew parzjali tal-ħidma tal-qrati u tal-awtoritajiet li ċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jkunu jeħtieġu,
  • f’inkapaċità temporanja li tinkiseb l-għajnuna legali,
  • f’diffikultà ta’ aċċess għall-informazzjoni li tingħata normalment mill-awtoritajiet kompetenti,
  • Kwistjonijiet prattiċi oħra, pereżempju dewmien fl-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni f’kuntest transfruntiera jew fin-notifika ta’ dokument ġudizzjarju,
  • Aġġustamenti temporanji f’termini ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku (bl-email, bit-telefown jew bil-posta).

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni pprovduta mill-punti ta’ kuntatt tan-NĠE rigward il-miżuri temporanji li ttieħdu fl-Istati Membri tal-UE

Tabella komparattiva - L-impatt tal-COVID-19 fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċiviliPDF(995 KB)mt

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-paġni web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Istat Membru li teħtieġ l-informazzjoni dwaru.

L-EFFETT TAL-PANDEMIJA TAL-COVID-19 FUQ IT-TERMINI PRESKRITTIVI

It-termini preskrittivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar materji ġudizzjarji ċivili u kummerċjali mhumiex affettwati direttament mill-miżuri speċjali adottati mill-Istati Membri.

Il-biċċa l-kbira tal-iskadenzi rregolati mid-dritt tal-UE ma għandhomx konsegwenzi diretti meta jiskadu [1], u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-fatt li l-iskadenza tinqabeż ma jwassalx għal konsegwenzi diretti fuq l-awtoritajiet, il-qrati u ċ-ċittadini ħlief li potenzjalment tikkawża dewmien.

F’għadd ta’ każijiet oħra, l-istrumenti tal-UE li jistabbilixxu termini fissi jistgħu jipprovdu wkoll eżenzjonijiet f’ċirkostanzi eċċezzjonali [2], li jistgħu jkopru s-sitwazzjoni straordinarja attwali, meta pereżempju l-attivitajiet tal-awtoritajiet jew tal-qrati ikunu serjament disturbati jew saħansitra mwaqqfa kompletament.

Madankollu, l-iskadenza ta’ termini oħrajn previsti mill-istrumenti tal-UE tista’ ċċaħħad liċ-ċittadini jew lill-qrati mill-possibbiltà li jieħdu passi proċedurali, bħal pereżempju appell kontra deċiżjoni, b’konsegwenzi irriversibbli fil-proċedimenti ġudizzjarji [3] u mingħajr ambitu għal estensjoni jew deroga prevista f’dak l-istrument partikolari tal-UE. F’każijiet bħal dawn, ma jistax jiġi preżunt mill-bidu nett li ċ-ċirkostanzi li rriżultaw minn din il-kriżi jiġġustifikaw deroga mid-dritt tal-Unjoni applikabbli fuq it-termini preskrittivi. Fl-istess ħin huwa ċar li l-kriżi tal-COVID-19 toħloq sitwazzjoni eċċezzjonali li tippreżenta sfidi sinifikanti kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-awtoritajiet, u tista’ toħloq sitwazzjonijiet fejn ir-rispett tal-obbligi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni ma jkunx temporanjament possibbli, jew ikun eċċessivament diffiċli.

Għal din ir-raġuni, il-preservazzjoni ta’ aċċess effettiv għall-ġustizzja għandha tkun kriterju importanti meta jiġi vvalutat:

  • jekk it-terminu jkunx skada,
  • x’konsegwenzi proċedurali jistgħu jirriżultaw mill-iskadenza tiegħu.

Pereżempju, ir-restrizzjonijiet ġenerali fuq il-ħajja soċjetali li jaffettwaw il-qrati, kif ukoll is-servizzi postali flimkien mal-possibbiltà li tikkonsulta avukat u tħejji s-sottomissjonijiet għall-qorti jistgħu jipperikolaw l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja. B’riżultat ta’ dan, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, jista’ jkun iġġustifikat li t-tul ta’ żmien tal-kriżi ma jkunx jgħodd għat-termini proċedurali. Dan jista’ jvarja għal sitwazzjonijiet differenti: jekk il-qrati jaħdmu b’mod normali għal materji urġenti tad-dritt tal-familja minħabba li huma prijorità, wieħed jista’ jinsisti wkoll fuq l-istess termini.

Fit-twettiq ta’ din il-valutazzjoni, deċiżjoni ta’ Stat Membru dwar l-interruzzjoni tat-termini skont il-liġi nazzjonali tista’ sservi ta’ punt ta’ riferiment importanti (anke jekk ma taffettwax legalment u direttament l-iskadenzi previsti mid-dritt tal-UE) sabiex jiġi kkunsidrat jekk l-aċċess effettiv għall-ġustizzja jkunx imxekkel b’tali mod li s-sospensjoni tal-iskadenzi tkun tista’ tiġi kkunsidrata wkoll bħala ġustifikata għall-iskadenzi previsti mid-dritt tal-UE.

[1] B’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet jew il-qrati, pereżempju l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatar-Regolament 1393/2007 għall-konferma tal-irċevuta mill-aġenzija li tirċievi jew fl-Artikolu 13(4) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatad-Direttiva 2002/08 dwar l-għajnuna legali.
[2] Ara l-Artikolu 11(3) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatar-Regolament Brussell II a, jew l-Artikolu 18 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatar-Regolament tal-EAPO.
[3] Ara pereżempju l-Artikolu 15(5) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatar-Regolament Brussell II a li jiffissa terminu ta’ 6 ġimgħat biex qorti oħra taċċetta l-ġuriżdizzjoni, li inkella jwassal biex il-qorti konvokata l-ewwel teżerċita l-ġuriżdizzjoni, l-Artikolu 6 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatar-Regolament dwar in-Notifiki tad-dokumenti li jiffissa terminu ta’ ġimgħa biex ir-riċevitur jirrifjuta n-notifika ta' dokumenti, l-Artikolu 19(2) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatar-Regolament dwar il-Manteniment li jistabbilixxi terminu ta’ 45 jum biex isir rikors għal reviżjoni tad-deċiżjoni dwar il-manteniment eċċ.

Il-liġi dwar l-Insolvenza

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-għeluq ta’ partijiet kbar tal-ekonomija wassal għal tnaqqis drastiku fil-likwidità tal-kumpaniji u għal theddida ta’ insolvenzi tal-massa. It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex ilaħħqu ma’ din is-sitwazzjoni u jipprevjenu l-insolvenzi ta’ negozji vijabbli kkawżati minn dan ix-xokk temporanju. Miżuri ta’ dan it-tip jistgħu jikkonċernaw:

  • il-liġi sostantiva dwar l-insolvenza, inkluża s-sospensjoni tad-dmir (għad-debituri) u l-possibbiltà (għall-kredituri) li jitolbu l-insolvenza jew moratorji fuq l-eżekuzzjoni ta’ talbiet jew it-terminazzjoni tal-kuntratti,
  • il-liġi proċedurali dwar l-insolvenza relatata mal-interruzzjoni tal-proċedimenti fil-qrati, il-perjodi taż-żmien u tipi diversi ta’ limitazzjonijiet taż-żmien, u
  • miżuri addizzjonali relatati direttament jew indirettament mas-sitwazzjonijiet ta’ insolvenza tan-negozji, inkluż, meta jkun indikat mill-Istati Membri, miżuri usa’ li jgħinu lill-imprendituri jegħlbu d-diffikultajiet ekonomiċi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19.

Tabella komparattiva dwar miżuri relatati mal-Insolvenza fis-SM wara l-COVID-19PDF(1607 KB)mt

2. Id-dritt kriminali

NĠE (f’materji kriminali)

Ħafna Stati Membri imponew restrizzjonijiet stretti biex jipprevjenu l-imxija tal-coronavirus. Dan jaffettwa wkoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-applikazzjoni tal-istrumenti tal-UE.

Is-Segretarjat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) qed jiġbor informazzjoni dwar il-kooperazzjoni internazzjonali f’materji kriminali u qed jagħmilha disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafit-Taqsima speċjali tal-COVID-19 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-sit web tan-NĠE. Peress li l-aċċess għal xi informazzjoni huwa ristrett, jekk jogħġbok ikkuntattja l-punt ta’ kuntatt nazzjonali tiegħek jew is-Segretarjat tan-NĠE biex titlob dawn id-dettalji.

Il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-MAE

Il-kriżi tal-COVID-19 għandha impatt immedjat fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, bħall-proċedimenti tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew (MAE).

Matul il-kriżi attwali, hemm bżonn ta’ skambju rapidu u effiċjenti bejn l-Istati Membri fil-proċedimenti sensittivi ta’ ċediment. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Eurojust, nediet in-NĠE (f’materji kriminali) u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, grupp ta’ koordinazzjoni tal-MAE. Il-grupp jista’ jkun utli wkoll għal sitwazzjonijiet oħrajn meta jkun meħtieġ skambju rapidu bejn l-Istati Membri, pereżempju b’reazzjoni għal sentenzi tal-QĠUE, li jkollhom impatt dirett fuq il-funzjonament bla xkiel tal-MAE.

Id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati

It-tifqigħa tal-COVID-19 għandha wkoll impatt fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati. Il-komunikazzjoni diretta ma’ avukati, interpreti jew ma’ terzi (filwaqt li l-persuni suspettati jew akkużati jiġu mċaħħda mil-libertà) hija aktar diffiċli.

L-użu ta’ awdjokonferenzi u vidjokonferenzi jew b’għodod oħra ta’ komunikazzjoni huwa mħeġġeġ. Barra minn hekk, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ sikurezza, bħal protezzjonijiet tal-ħġieġ fl-għases tal-pulizija jew fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, sabiex ikun jista’ jiġi eżerċitat id-dritt ta’ aċċess għal avukat jew id-dritt għal interpretu.

Id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati jridu jiġu rrispettati anke fi żmien il-COVID-19 sabiex jiġi żgurat li jkun hemm proċedimenti ġusti. Derogi limitati, li huma previsti mid-direttivi, jekk hemm rekwiżiti imperattivi, għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv mill-awtoritajiet kompetenti u ma għandhomx jintużaw fuq skala kbira.

Il-vittmi tal-kriminalità — appoġġ u protezzjoni matul iż-żmien tal-pandemija tal-COVID-19

Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li l-vittmi kollha tal-kriminalità jkollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ ġenerali u speċjalizzati li jkunu kunfidenzjali, mingħajr ħlas u li jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet individwali tal-vittmi. L-aċċess għal appoġġ u protezzjoni li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi għandu jkun disponibbli fiċ-ċirkostanzi kollha. Dan jinkludi wkoll is-sitwazzjoni speċifika matul il-pandemija tal-COVID-19.

Vittmi tal-vjolenza domestika

Is-sitwazzjoni tal-vittmi tal-vjolenza domestika hija partikolarment aggravata bit-tbegħid soċjali u l-iżolament matul perjodi ta’ konfinament. Persuni b’sieħeb abbużiv u tfal b’ġenituri abbużivi huma minn naħa aktar esposti għal kontroll koerċittiv, vjolenza u negliġenza, u min-naħa l-oħra, l-aċċess tagħhom għall-appoġġ u l-protezzjoni huwa aktar limitat.

L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu miżuri speċjali ta’ appoġġ u protezzjoni għall-vittmi tal-vjolenza domestika fl-iskemi tal-emerġenza tal-COVID-19 nazzjonali tagħhom. B’mod partikolari, huwa kruċjali li jiġi żgurat aċċess effettiv għal servizzi ta’ appoġġ online u offline, inkluża għajnuna psikoloġika u servizzi soċjali oħrajn. Il-vittmi tal-vjolenza domestika b’mod partikolari għandu jkollhom aċċess għal postijiet ta’ kenn, għajnuna psikoloġika, appoġġ għat-trawma u konsulenza. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar għandhom ukoll ikunu partikolarment attenti għall-każijiet irreġistrati u ġodda ta’ vjolenza domestika. Huwa kruċjali wkoll li tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika tal-vittmi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-paġni b’din it-tema speċifiċi għall-pajjiż tal-Portal tal-Ġustizzja elettronika jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar kif l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi jiġu organizzati fi Stati Membri partikolari.

Bosta atturi (inklużi l-aġenziji tal-UE u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ) jipprovdu informazzjoni prattika dwar kif jiġi żgurat l-appoġġ u l-protezzjoni għall-vittmi waqt is-sitwazzjoni pandemika tal-COVID-19:

  • Informazzjoni dwar l-eqreb servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi tal-vjolenza domestika tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk (minn Women against Violence Europe).
  • L-informazzjoni dwar il-helplines ta’ emerġenza nazzjonali għan-nisa tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk (mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi).
  • Informazzjoni dwar kif jiġu stabbiliti u pprovduti appoġġ u konsulenza mill-bogħod għall-vittmi tal-vjolenza domestika tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit web tal-Victim Support Europe.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali ħarġet bullettin dwar l-implikazzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19 fuq id-drittijiet fundamentali. Dan jinkludi eżempji ta’ prattiki tajbin minn bosta Stati Membri dwar kif jiġu żgurati l-appoġġ u l-protezzjoni għall-vittmi tal-vjolenza domestika.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tipprevedi wkoll sett ta’ pariri dwar kif għandhom jiġu appoġġati u protetti l-vittmi tal-vjolenza domestika matul sitwazzjoni pandemika.

Vittmi taċ-ċiberkriminalità

Skont il-EUROPOL, il-pandemija tal-COVID-19 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiġġib magħha opportunitajiet ġodda għall-kriminali biex jabbużaw il-biżgħat u l-kundizzjonijiet tax-xogħol taċ-ċittadini. L-għadd ta’ attakki ċibernetiċi huwa sinifikanti u mistenni li jiżdied aktar. B’għadd ta’ nies jaħdmu mid-dar, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaiċ-ċansijiet li l-kriminali ċibernetiċi jisfruttaw l-opportunitajiet u l-vulnerabbiltajiet immultiplikaw.

L-EUROPOL ħejjiet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasuġġerimenti ta’ prevenzjoni u sensibilizzazzjoni biex jgħinu lill-pubbliku ġenerali jżomm ’il bogħod mill-perikli ċibernetiċi. Matul dawn iż-żminijiet ta’ riskji ogħla, huwa partikolarment importanti li jintuża l-kontroll mill-ġenituri għas-salvagwardja tal-attivitajiet online tat-tfal, l-apparati elettroniċi jitħarsu bil-passwords, bil-PIN jew bl-informazzjoni bijometrika u x-xiri jsir mingħand bejjiegħa online affidabbli (wara li jiġu ċċekkjati l-klassifikazzjonijiet individwali).

Aktar informazzjoni dwar kif tbiegħed il-perikli online tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Vittmi ta’ reati ta’ mibegħda

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tirrapporta żieda fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE fl-inċidenti ta’ razziżmu, ksenofobija u intolleranza mmirati lejn ċerti komunitajiet nazzjonali jew etniċi, li huma marbuta mal-pandemija tal-COVID-19.

L-isforzi tal-Istati Membri fir-rigward tal-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda jenħtieġ li jkollhom l-għan li jrawmu r-rappurtar ta’ reati ta’ mibegħda, li jtejbu l-investigazzjoni preċiża tal-motivazzjonijiet ta’ preġudizzju u li jipprovdu appoġġ lil dawn il-vittmi.

Is-sitwazzjoni fil-ħabsijiet

B’riżultat tat-tifqigħa tal-COVID-19, l-amministrazzjonijiet tal-ħabs nazzjonali jinsabu taħt pressjoni biex jillimitaw l-impatt tal-virus fuq l-ambjent magħluq u vulnerabbli tal-ħabs. Miżuri biex jiġi evitat it-tixrid tal-virus jinkludu s-sospensjoni temporanja taż-żjarat kollha mill-familjari u attivitajiet ma’ persuni minn barra, bħal taħriġ sportiv, professjonali jew vokazzjonali.

Kemm il-persunal kif ukoll il-priġunieri huma mħassbin dwar saħħithom. Il-priġunieri jbatu min-nuqqas tal-attivitajiet u taż-żjarat, li joħloq sfida biex il-persunal jinżamm motivat u biex jiġu evitati l-irvellijiet mill-priġunieri.

B’mod partikolari, l-Istati Membri, li għandhom rati għoljin ta’ popolazzjoni eċċessiva fil-ħabsijiet, qed ikunu mġiegħla jieħdu deċiżjonijiet diffiċli dwar il-possibbiltà ta’ rilaxx bikri.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri pposponew ukoll it-trasferimenti fiżiċi kollha ta’ priġunieri skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tappoġġa lill-Istati Membri fit-tweġibiet tagħhom biex jindirizzaw is-sitwazzjoni fil-ħabsijiet billi tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki.

Għal dak il-għan, qed issir referenza għal-lista ta’ siti elettroniċi utli ta’ hawn taħt li jinkludu data dwar il-kwistjoni tal-COVID-19 fil-ħabsijiet fis-siti web differenti tal-Istati Membri tal-UE:

L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Ħabsijiet u s-Servizzi Korrettivi (EuroPris), organizzazzjoni kkofinanzjata mill-Programm dwar il-Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea, għandha paġna ddedikata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħall-miżuri fil-ħabsijiet Ewropej fid-dawl tal-kriżi tal-COVID-19.

Fl-aħħar ta’ Marzu 2020, il-EuroPris bdiet mailing group, li laqqa’ flimkien esperti (li bħalissa jammontaw għal 84 espert) u li qasmu flimkien l-aġġornamenti ta’ kuljum tat-tweġibiet u l-mistoqsijiet kollha li kienu deħlin.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-aġġornamenti ta’ kuljum jistgħu jiġu kkonsultati wkoll fis-sit web tagħhom.

Il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti (CPT) tal-Kunsill tal-Ewropa ppubblika Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadikjarazzjoni tal-prinċipji relatati mat-trattament ta’ persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-grupp ta' ħidma tal-Kunsill għall-kooperazzjoni penoloġika tal-Kunsill tal-Ewropa (PC-CP WG) ippubblika dikjarazzjoni relatata mal-COVID-19, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ingliż u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-Franċiż.

Iktar informazzjoni relatata mal-COVID-19 u l-ħabsijiet u l-probation jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit web tal-Kunsill tal-Ewropa inkluż l-aħħar Statistiques Penales Annuelles du Conseil de l’Europe (SPACE) 2019.

IPS Innovative Prison Systems ħarġu Gwida Bażika għal Min Jieħu d-Deċiżjonijiet dwar il-Prattiki u r-Rakkomandazzjonijiet Dinjin, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCOVID-19 Pandemic Response Fighting the invisible threat in prisons, Joana Apóstolo, Rita Martins u Pedro das Neves

Is-Sottokumitat tan-NU għall-Prevenzjoni tat-Tortura (SPT):

Fis-sessjoni ta’ Frar li għadda, l-SPT Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħareġ parir dwar il-Mekkaniżmi Nazzjonali ta’ Prevenzjoni (NPMs) dwar din il-kwistjoni.

Fit-30 ta’ Marzu 2020, l-SPT ħareġ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaparir dettaljat dwar firxa ta’ azzjonijiet li għandhom jieħdu l-gvernijiet u l-korpi ta’ monitoraġġ indipendenti biex jipproteġu lill-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom waqt il-pandemija tal-COVID-19.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tortura (Association for the Prevention of Torture - APT) nediet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahub ta' informazzjoni li tikkompila u tissistematizza d-data dwar iċ-ċaħda tal-libertà u l-COVID-19.

Penal Reform International (PRI), ippubblikat nota ta’ informazzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCoronavirus: Healthcare and human rights of people in prison

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-European Prison Observatory (EPO), netwerk ta’ NGOs Ewropej ikkoordinati minn Antigone sa mill-2012, ġabar informazzjoni dwar kif il-pajjiżi Ewropej qed jittrattaw il-virus, inkluż rapport "COVID-19: what is happening in European prisons?" u mappa interattiva b’informazzjoni fil-qosor għal kull Stat Membru.

L-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tad-WHO ppubblika Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagwida interim dwar kif għandu jiġi ttrattat il-COVID-19 fil-ħabsijiet u f’postijiet ta’ detenzjoni oħrajn.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, għamel dikjarazzjoni dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-pandemija tal-COVID-19: Hemm bżonn ta’ passi urġenti biex jiġu protetti d-drittijiet tal-priġunieri fl-Ewropa .

Probation

It-tifqigħa tal-COVID-19 għandha wkoll effett fuq il-ħidma tal-probation fl-UE.  L-organizzazzjonijiet joħolqu modi ġodda ta’ ħidma u jipprovdu istruzzjonijiet addizzjonali għall-persunal fil-ġestjoni tax-xogħol u r-responsabbiltajiet tagħhom. Il-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probation (CEP), organizzazzjoni kkofinanzjata mill-Programm Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea, tippubblika informazzjoni, miżuri u protokolli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadwar kif is-servizzi tal-probation madwar l-Ewropa kollha qed jittrattaw it-tifqigħa tal-COVID-19.

Huma identifikaw prattiki komuni u żviluppaw rakkomandazzjonijiet dwar il-COVID-19 fis-settur tal-Probation:

  • Is-servizzi tal-probation madwar l-UE jsegwu u jikkonformaw mal-parir u l-gwida pprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali biex ma jkunux biss il-persunal tal-probation u l-persuni soġġetti għal superviżjoni li jinżammu sikuri iżda wkoll il-komunità b’mod ġenerali;
  • Il-Komunikazzjoni fost il-persunal tal-probation kif ukoll ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn issir mill-bogħod bit-telefown, bil-posta jew bil-vidjokonferenzi. L-organizzazzjonijiet tal-probation li diġà għandhom infrastruttura diġitali qegħdin f’sitwazzjoni vantaġġuża;
  • Laqgħat wiċċ imb wiċċ bejn il-persunal tal-probation u t-trażgressuri jiġu sostitwiti b’kuntatti mill-bogħod bil-posta, bit-telefown jew bil-vidjokonferenzi;
  • Għall-organizzazzjonijiet tal-probation fl-UE hija prijorità ewlenija li jieħdu ħsieb it-trażgressuri b’riskju għoli. It-trażgressuri b’riskju ogħla jiġu identifikati u prijoritizzati għal finijiet ta’ superviżjoni u intervent/trattament, speċjalment dawk bi storja ta’ abbuż domestiku;
  • F’ħafna mill-pajjiżi s-servizz komunitarju twaqqaf jew ġie pospost;
  • Il-monitoraġġ elettroniku jkompli bħas-soltu, il-laqgħat fiżiċi jiġu sostitwiti b’telefonati jew b’għodod online oħrajn;
  • Li aktar persuni jingħataw il-probation ma għandu qatt iwassal għal eċċess ta’ nies bil-probation u għal pressjoni irresponsabbli fuq l-ammont ta’ każijiet għall-uffiċjali tal-probation. Is-sanzjonijiet alternattivi jridu jkunu sinifikanti u jintużaw b’mod xieraq biex tiġi evitata s-superviżjoni tal-massa;
  • Hekk kif is-sessjonijiet tal-qorti qed jiġu posposti, huwa mistenni li wara l-pandemija tal-COVID-19 ikun hemm pressjoni ogħla fuq il-kitba u l-konsenja ta’ rapporti ta’ qabel is-sentenzjar, u b’hekk ikun hemm impatt dirett fuq ix-xogħol ta’ kuljum tal-uffiċjali tal-probation;
  • L-organizzazzjonijiet kollha tal-probation fl-UE huma mħassbin u qed jitolbu li tinġibed l-attenzjoni għaż-żieda probabbli ħafna ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika.

3. L-użu ta’ għodod diġitali mill-ġudikatura

Għadd ta’ Stati Membri għamlu pass biex isaħħu l-użu tal-għodod diġitali mill-ġudikatura fid-dawl tal-kriżi kkawżata mill-coronavirus.

It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri temporanji meħuda fl-Istati Membri:

Għodod diġitali użati mill-ġudikaturaPDF(366 KB)mt


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taġġorna xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 19/06/2020