Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

Navigation path

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

F'liema Stat Membru


Sib għand liema qorti f’liema Stat Membru għandek tirrikorri jekk ma jirnexxux l-isforzi biex tinstab soluzzjoni bonarja għal tilwima ma’ kumpanija, professjonista, min iħaddmek, membru tal-familja tiegħek jew ħaddieħor f’pajjiżek jew barra minn pajjiżek.


Jekk il-każ tiegħek għandu dimensjoni nazzjonali, kull ma għandek tagħmel huwa li tiddefinixxi l-qorti kompetenti, fi kliem ieħor, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Jekk tirrikorri għand il-qorti żbaljata jew jekk ikun hemm tilwima fuq il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni inti tkun qed tirriskja li l-proċedimenti jitwalu konsiderevolment jew saħansitra ċaħda tal-kawża tiegħek minħabba nuqqas ta' ġurisdizzjoni.

L-Istati Membri għandhom regoli ta' ġurisdizzjoni differenti li jiddeterminaw id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn il-qrati fit-territorju tagħhom.

Jekk il-kawża tiegħek għandha dimensjoni internazzjonali jew transkonfinali, għandek tiddentifikom it-tnejn: Liema Stat Membru u liema qorti hija kompetenti (għandha ġurisdizzjoni). It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet jista' jkollha konsegwenzi sinifikattivi? Jekk ikollok tgħaddi għall-kontenzjuż barra minn pajjiżek se jkollok tiffaċċja inkonvenjenzi u spejjeż addizzjonali, pereżempju minħabba l-ħtieġa li jiġu tradotti d-dikjarazzjonijiet, biex tqabbad avukat fl-Istat Membru fejn qed isiru l-proċedimenti jew biex tivjaġġa għas-seduti tal-qorti.

Sabiex jgħinek tidentifika l-qorti kompetenti għal każ speċifiku, żur l-għodda tar-riċerka fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtlas Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili Fih l-ismijiet u l-indirizzi tal-qrati kollha tal-Istati Membri li huma kompetenti f'materji ċivili u kummerċjali (qrati tal-prim'istanza, qorti tal-appell, eċċ) u żoni ġeografiċi li fihom għandhom ġurisdizzjoni.

Ara ukoll taqsimiet oħra fuq:

- ġurisdizzjoni f'materji ċivili u kummerċjali;

- ġurisdizzjoni f'materji kriminali;

Wara li tkun iddefinejt l-Istat Membru u l-qorti kompetenti tista' tibda l-kawża l-qorti – għal dan il-fini ara Kif għandek tipproċedi?


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Last update: 18/01/2019