Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

F'liema Stat Membru


Sib għand liema qorti f’liema Stat Membru għandek tirrikorri jekk ma jirnexxux l-isforzi biex tinstab soluzzjoni bonarja għal tilwima ma’ kumpanija, professjonista, min iħaddmek, membru tal-familja tiegħek jew ħaddieħor f’pajjiżek jew barra minn pajjiżek.


Jekk il-każ tiegħek għandu dimensjoni nazzjonali, kull ma għandek tagħmel huwa li tiddefinixxi l-qorti kompetenti, fi kliem ieħor, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Jekk tirrikorri għand il-qorti żbaljata jew jekk ikun hemm tilwima fuq il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni inti tkun qed tirriskja li l-proċedimenti jitwalu konsiderevolment jew saħansitra ċaħda tal-kawża tiegħek minħabba nuqqas ta' ġurisdizzjoni.

L-Istati Membri għandhom regoli ta' ġurisdizzjoni differenti li jiddeterminaw id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn il-qrati fit-territorju tagħhom.

Jekk il-kawża tiegħek għandha dimensjoni internazzjonali jew transkonfinali, għandek tiddentifikom it-tnejn: Liema Stat Membru u liema qorti hija kompetenti (għandha ġurisdizzjoni). It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet jista' jkollha konsegwenzi sinifikattivi? Jekk ikollok tgħaddi għall-kontenzjuż barra minn pajjiżek se jkollok tiffaċċja inkonvenjenzi u spejjeż addizzjonali, pereżempju minħabba l-ħtieġa li jiġu tradotti d-dikjarazzjonijiet, biex tqabbad avukat fl-Istat Membru fejn qed isiru l-proċedimenti jew biex tivjaġġa għas-seduti tal-qorti.

Sabiex jgħinek tidentifika l-qorti kompetenti għal każ speċifiku, żur l-għodda tar-riċerka fl-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili Fih l-ismijiet u l-indirizzi tal-qrati kollha tal-Istati Membri li huma kompetenti f'materji ċivili u kummerċjali (qrati tal-prim'istanza, qorti tal-appell, eċċ) u żoni ġeografiċi li fihom għandhom ġurisdizzjoni.

Ara ukoll taqsimiet oħra fuq:

- ġurisdizzjoni f'materji ċivili u kummerċjali;

- ġurisdizzjoni f'materji kriminali;

Wara li tkun iddefinejt l-Istat Membru u l-qorti kompetenti tista' tibda l-kawża l-qorti – għal dan il-fini ara Kif għandek tipproċedi?


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 16/11/2017