Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

Navigation path

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Insolvenza

Jekk kumpanija jew imprenditur isib ruħu f’diffikultà finanzjarja, jew ma jkunx jista’ jħallas id-djun tiegħu, f'kull pajjiż hemm proċedimenti speċifiċi li jindirizzaw din is-sitwazzjoni b'mod inklussiv, fejn ikunu involuti l-kredituri kollha (il-partijiet li jkunu dovuti l-flus).


Il-proċedimenti ta' insolvenza jvarjaw skont l-għanijiet tagħhom:

Kumpaniji

  • Jekk il-kumpanija tkun tista’ tiġi salvata jew in-negozju jkun vijabbli – id-djun tagħha jistgħu jiġu ristrutturati (normalment bi qbil mal-kredituri). Dan isir biex titħares il-kumpanija u jinżammu l-impjiegi.
  • Jekk in-negozju ma jkunx jista' jiġi salvat, il-kumpanija trid tiġi stralċata ("tfalli").

Imprendituri

  • L-imprendituri jistgħu normalment japplikaw għal proċedura li tinvolvi pjan ta' ħlas lura ordinat għad-djun tagħhom u ħelsien mid-dejn wara perijodu raġonevoli ta’ żmien (normalment 3 snin). Dan jiżgura li ma jfallux personalment u jkunu jistgħu jibdew negozji oħra fil-futur.

F'kull każ, hekk kif il-proċedimenti jinfetħu formalment, il-kredituri ma jkunux jistgħu jiftħu kawża individwali biex jirkupraw il-flus dovuti lilhom. Dan isir biex ikun żgurat li l-kredituri kollha jiġu ttrattati bl-istess mod u li l-assi tad-debitur ikunu mħarsa.

Biex jitħallsu, il-kredituri jridu jippruvaw il-pretensjonijiet tagħhom, jew lill-qorti jew lill-korp (ġeneralment amministratur jew likwidatur) responsabbli għar-riorganizzazzjoni jew għal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur. F'ċirkostanzi speċifiċi, dan jista’ jsir mid-debitur innifsu.

Insolvenza transfruntiera (ir-regoli tal-UE)

Il-każijiet ta' insolvenza li jinvolvu kumpaniji jew imprendituri b'attivitajiet, assi jew interessi f'bosta pajjiżi jistgħu jkunu solvuti skont id-dritt tal-UE – speċifikament Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Regolament 2015/848 (hawnhekk issib Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsira ta' kif jaħdem).

Formoli msemmijin fir-Regolament 2015/848

Proċeduri nazzjonali

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Reġistri tal-insolvenza


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019