Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Insolvenza - Portugall

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

LISTA TAL- KONTENUT

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Nota minn qabel:

Il-bażi legali tal-informazzjoni pprovduta f’dan il-fajl essenzjalment huwa l-Kodiċi tal-Insolvenza u l-Irkupru tan-Negozju, approvat mid-Digriet Amministrattiv Nru 53/2004 tat-18 ta’ Marzu 2004 bl-iktar reviżjoni riċenti permezz tal-Liġi Nru 8/2018 tat-2 ta’ Marzu 2018, li ser issir referenza għalih iktar ’il quddiem bl-abbrevjazzjoni Portugiża tiegħu, CIRE.

Is-CIRE jista’ jiġi kkonsultat bil-Portugiż, prinċipalment fl-iktar verżjoni aġġornata tiegħu, fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tad-Distrett ta’ Lisbona: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pgdlisboa.pt/

Minħabba r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li jingħataw tweġibiet fid-dettall għal dan il-kwestjonarju, in-natura speċjalizzata ħafna tal-mistoqsijiet, u r-rekwiżit li jirriżulta mill-Artikolu 86 tar-Regolament 2015/848 li l-Punti ta’ Kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali jipprovdu informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali biex jgħinu lill-professjonisti li jittrattaw każijiet transkonfinali ta’ insolvenza fi Stati Membri oħrajn, f’ħafna mit-tweġibiet ta’ hawn taħt għażilt li nikkwota d-dispożizzjonijiet legali applikabbli għal kull sitwazzjoni. Dan għamiltu biex nevita ineżattezzi fl-informazzjoni teknika mitluba u peress li deherli li jekk nissostitwixxi l-kontenut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet bi spjegazzjoni differenti jirriżulta test iktar twil. F’każijiet oħrajn ħassejt li kien biżżejjed li nirreferi għad-dispożizzjonijiet legali, mingħajr ma nikkwotahom, u li nagħti sommarju tas-sitwazzjoni rispettiva li japplikaw għaliha.

It-tweġibiet kollha f’dan il-fajl fihom informazzjoni dwar il-proċedura ta’ insolvenza msemmija fl-Artikolu 1(1) tas-CIRE.

Minbarra l-proċedura ta’ insolvenza nnifisha, is-CIRE jipprovdi wkoll żewġ proċeduri speċjali: il-proċedura speċjali ta’ ristrutturar jew “rivitalizzazzjoni” msemmija fl-Artikolu 1(2) tas-CIRE u l-proċedura speċjali għall-ftehim ta’ ħlas imsemmija fl-Artikolu 1(3) tas-CIRE.L-informazzjoni dwar dawn iż-żewġ proċeduri speċjali tista’ tinstab fit-tweġiba għall-Mistoqsija 2.

L-informazzjoni li ssir pubblika fi proċedimenti ta’ insolvenza (stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament 2015/848), fil-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali u fil-proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas tista’ tiġi kkonsultata fuq Citius, is-sit web għall-qrati pprovdut mill-Ministeru tal-Ġustizzja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.citius.mj.pt/portal/consultas/ConsultasCire.aspx

TIPI TA’ PROĊEDIMENTI

L-Artikolu 1 tas-CIRE jipprovdi tliet tipi differenti ta’ proċedimenti li jistgħu jitressqu fir-rigward ta’ kategoriji differenti ta’ kredituri:

  1. Proċedimenti ta’ insolvenza, li jistgħu japplikaw għal kumpaniji jew persuni fiżiċi;
  2. Il-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali, li tapplika biss għall-kumpaniji (l-Artikoli minn 17-A sa 17-J tas-CIRE);
  3. Il-proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali, li tista’ tapplika għal kwalunkwe debitur minbarra kumpanija (l-Artikoli minn 222-A sa 222-J tas-CIRE).

L-Artikolu 1 tas-CIRE jipprovdi dan li ġej:

“Artikolu 1

Għan

1 - Il-proċedimenti ta’ insolvenza jikkonsistu fi proċess ta’ infurzar universali fejn l-għan huwa li l-kredituri jiġu sodisfatti bil-mod stabbilit fi pjan ta’ insolvenza bbażat fuq l-irkupru tal-kumpanija permezz tal-assi ta’ insolvenza, jew, meta dan ma jkunx possibbli, billi jiġu llikwidati l-assi tad-debitur u jitqassmu r-rikavati fost il-kredituri.

2 - Meta kumpanija tkun f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli jew tkun mhedda minn insolvenza imminenti, tista’ titlob lill-qorti biex tiftaħ proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali, skont l-Artikoli minn 17-A sa 17-J.

3 - Meta debitur ta’ kwalunkwe natura oħra jkun f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli jew ikun mhedded minn insolvenza imminenti, l-imsemmi debitur jista’ jitlob lill-qorti tiftaħ il-proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali kif stabbilit fl-Artikoli minn 222-A sa 222-J.”

B’mod partikolari, l-Artikolu 2 tas-CIRE jiddikjara li jistgħu jitressqu proċedimenti ta’ insolvenza kontra:

  • Kwalunkwe persuni fiżiċi jew ġuridiċi
  • Wirt sospiż
  • Assoċjazzjonijiet li m’għandhomx personalità ġuridika u kummissjonijiet speċjali
  • Kumpaniji tal-liġi ċivili
  • Kumpaniji kummerċjali jew kumpaniji tal-liġi ċivili li jkollhom forma kummerċjali sad-data tar-reġistrazzjoni finali tal-kuntratt li jkunu inkorporati bih
  • Kooperattivi, qabel ir-reġistrazzjoni tal-inkorporazzjoni tagħhom
  • Stabbilimenti b’responsabbiltà limitata individwali
  • Kwalunkwe patrimonji awtonomi oħrajn.

Ma jistgħux jitressqu proċedimenti ta’ insolvenza kontra:

  • Persuni ġuridiċi pubbliċi u entitajiet pubbliċi korporattivi
  • Impriżi tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet ta’ kreditu, korporazzjonijiet finanzjarji, ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi li jinvolvu fondi ta’ parteċipazzjoni jew titoli ta’ partijiet terzi u impriżi ta’ investiment kollettiv, billi l-proċedimenti ta’ insolvenza mhumiex kompatibbli mal-iskemi speċjali pprovduti għal tali entitajiet.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

PROĊEDIMENTI TA’ INSOLVENZA

Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza previsti fl-Artikolu 1(1) tas-CIRE:

Il-proċedimenti ta’ insolvenza jistgħu jkunu bbażati fuq l-irkupru tal-kumpanija jew biex jiġu llikwidati l-assi u jitħallsu l-kredituri.

Fil-proċedura ta’ insolvenza, l-Artikoli minn 235 sa 266 tas-CIRE jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-insolvenza ta’ persuni fiżiċi, inklużi persuni mhux tan-negozju u sidien ta’ negozji żgħar, kif ukoll għall-insolvenza taż-żewġ konjuġi.

Ftuħ ta’ proċedimenti

Huwa possibbli li jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tas-CIRE:

“Artikolu 3

Insolvenza

1 - Debitur huwa kkunsidrat insolventi meta ma jkunx jista’ jonora l-obbligi dovuti tiegħu.

2 - Il-persuni ġuridiċi u l-patrimonji awtonomi li ebda persuna ġuridika ma jkollha responsabbiltà personali u illimitata għad-djun tagħhom, direttament jew indirettament, huma wkoll ikkunsidrati bħala insolventi meta l-obbligazzjonijiet ikunu manifestament ikbar mill-assi, kif evalwati skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli.

3 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti ma japplikawx meta l-assi jkunu ikbar mill-obbligazzjonijiet, kif evalwati skont ir-regoli li ġejjin:

a) fost l-assi u l-obbligazzjonijiet, jitqiesu elementi identifikabbli, anki meta ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bil-valur ġust tagħhom;

b) meta d-debitur ikun sid ta’ kumpanija, l-evalwazzjoni hija bbażata fuq perspettiva ta’ kontinwità jew likwidazzjoni, skont liema tkun l-iktar probabbli, imma fi kwalunkwe każ, tiġi eskluża l-intestatura ta’ trasferiment kummerċjali;

c) Djun li jeħtieġu ħlas biss permezz ta’ fondi distribwibbli jew permezz ta’ assi li jibqgħu wara li d-drittijiet ta’ kredituri oħrajn tad-debitur ikunu ġew sodisfatti jew salvagwardjati mhumiex inklużi fl-obbligazzjonijiet.

4 - L-insolvenza imminenti ser titqies ekwivalenti għall-insolvenza attwali meta debitur jiddikjara l-insolvenza.”

Leġittimità attiva u passiva

Barra minn hekk, l-Artikoli 18, 19 u 20 tas-CIRE, ikkwotati hawn taħt, jiddefinixxu min jista’ jitlob u min għandu jiddikjara l-insolvenza u taħt liema ċirkostanzi jista’ jagħmel dan:

“Artikolu 18

Dmir li tiġi ddikjarata l-insolvenza

1 - Debitur għandu jitlob dikjarazzjoni tal-insolvenza tiegħu fi żmien 30 jum wara d-data li jkun sar jaf b’dik l-insolvenza, kif deskritt fl-Artikolu 3(1), jew id-data li fiha kellu jsir jaf dwarha.

2 - Persuni fiżiċi li mhumiex sidien ta’ kumpanija fid-data tal-insolvenza huma eżentati mid-dmir li jiddikjaraw l-insolvenza.

3 - Meta debitur ikun sid ta’ kumpanija, l-għarfien tas-sitwazzjoni tal-insolvenza għandu jkun preżunt meta jkunu għaddew mill-inqas tliet xhur min-nuqqas ta’ konformità ġenerali mal-obbligi ta’ kwalunkwe wieħed mit-tipi stabbiliti fl-Artikolu 20(1)(g).”

“L-Artikolu 19

Min jista’ jitlob l-insolvenza?

Meta debitur ma jkunx persuna fiżika b’kapaċità legali, l-entità korporattiva rispettiva tkun responsabbli biex tiddikjara l-insolvenza, jew, jekk dan ma jkunx il-każ, ikun responsabbli kwalunkwe wieħed mid-diretturi.”

“Artikolu 20

Persuni u entitajiet oħrajn li jistgħu jitolbu insolvenza

1 - Dikjarazzjoni ta’ insolvenza ta’ debitur tista’ tintalab mill-persuna legalment responsabbli għad-djun, minn kwalunkwe kreditur, anki jekk kondizzjonali u tkun xi tkun in-natura tat-talba, jew mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li jirrappreżenta l-entitajiet li l-interessi tagħhom huma legalment fdati għandu, meta jseħħ xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a) sospensjoni ġenerali tal-ħlas ta’ obbligi dovuti;

b) nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu wieħed jew iktar li, minħabba s-somma involuta jew iċ-ċirkostanzi tan-nuqqas ta’ konformità, juri n-nuqqas ta’ kapaċità tad-debitur li jissodisfa l-biċċa l-kbira tal-obbligi tiegħu fil-pront;

c) ħarba tas-sid tal-kumpanija jew tad-diretturi tad-debitur jew diżerzjoni tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija jew il-post tan-negozju prinċipali, relatata man-nuqqas ta’ affidabbiltà kreditizja tad-debitur u fin-nuqqas ta’ ħatra ta’ sostitut ta’ reputazzjoni tajba;

d) tixrid, abbandun, likwidazzjoni mgħaġġla jew distruttiva tal-assi u kostituzzjoni fittizja ta’ krediti;

e) insuffiċjenza ta’ assi li jistgħu jinqabdu biex titħallas it-talba rispettiva fi proċedimenti ta’ infurzar imressqa kontra d-debitur;

f) nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stabbiliti fi pjan ta’ insolvenza jew ta’ ħlas, kif previst fl-Artikolu 218(1)(a) u (2);

g) nuqqas ta’ konformità ġenerali, fis-sitt xhur ta’ qabel, ma’ djun ta’ kwalunkwe wieħed mit-tipi li ġejjin:

i) taxxa;

ii) kontribuzzjonijiet u drittijiet tas-sigurtà soċjali;

iii) djun li jirriżultaw minn kuntratt ta’ impjieg, jew ksur jew terminazzjoni ta’ tali kuntratt;

iv) ħlasijiet għal kwalunkwe tip ta’ kiri, inklużi kirjiet finanzjarji, ħlasijiet tal-prezz tax-xiri jew ta’ self garantit b’ipoteka, fir-rigward tal-post fejn id-debitur iwettaq l-attività tiegħu jew għandu l-uffiċċju rreġistrat jew ir-residenza tiegħu;

h) jekk id-debitur ikun wieħed mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), fejn ikollu iktar obbligazzjonijiet milli assi kif muri fl-aħħar karta tal-bilanċ approvata, jew ikun qiegħed lura b’iktar minn disa’ xhur fl-approvazzjoni u fis-sottomissjoni tal-kontijiet, jekk ikun legalment mitlub li jagħmel hekk.

2 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti ma jippreġudikawx il-possibbiltà ta’ rappreżentanza ta’ entitajiet pubbliċi skont l-Artikolu 13.”

Il-forma u kontenut tat-talba

Ir-raġunijiet li għandhom jitressqu u jiġu ssostanzjati biex issir talba għall-insolvenza huma stipulati fl-Artikoli minn 23 sa 25 tas-CIRE:

“Artikolu 23

Il-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni

1 - It-talba għal ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza jew talba għal dikjarazzjoni ta’ insolvenza ssir permezz ta’ applikazzjoni bil-miktub li tistabbilixxi l-fatti wara d-dikjarazzjoni mitluba u mbagħad tifformula t-talba korrispondenti.

2 - Fl-applikazzjoni, l-applikant:

a) jekk ikun id-debitur attwali, għandu jindika jekk huwiex diġà insolventi jew jekk l-insolvenza hix sempliċement imminenti u, fil-każ ta’ persuna fiżika, jekk huwiex qed jitlob eżenzjoni għall-obbligazzjonijiet li fadal skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu XII;

b) għandu jidentifika d-diretturi tad-debitur li huma maħturin legalment u li effettivament jokkupaw dik il-pożizzjoni u l-ikbar ħames kredituri tiegħu, minbarra l-applikant innifsu;

c) jekk id-debitur ikun miżżewweġ, għandu jidentifika l-konjuġi rispettiv u indika r-reġim tal-proprjetà matrimonjali;

d) għandu jehmeż ċertifikat mir-reġistru ċivili, ir-reġistru tan-negozju jew minn kwalunkwe reġistru pubbliku ieħor li huwa suġġett għalih id-debitur.

3 - Meta ma jkunx possibbli li l-applikant jipprovdi l-informazzjoni u l-annessi stabbiliti fil-paragrafu preċedenti, huwa mitlub li din l-informazzjoni u dawn l-annessi jiġu pprovduti mid-debitur innifsu.”

“Artikolu 24

Dokumenti li għandhom jiġu pprovduti mid-debitur

1 - Meta d-debitur ikun l-applikant, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu pprovduti mal-applikazzjoni:

a) lista alfabetika tal-kredituri kollha li tiddikjara l-indirizzi rispettivi tagħhom, l-ammonti dovuti, id-dati ta’ maturità u n-natura ta’ dawk it-talbiet, il-garanziji li jibbenefikaw minnhom u l-eżistenza possibbli ta’ relazzjonijiet speċjali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49;

b) lista u identifikazzjoni tal-azzjonijiet u l-miżuri ta’ infurzar kollha pendenti kontra d-debitur;

c) dokument li jistabbilixxi l-attività jew l-attivitajiet li kien involut fihom id-debitur fl-aħħar tliet snin u l-istabbilimenti li għandu, kif ukoll ir-raġunijiet li d-debitur jemmen li kkawżaw is-sitwazzjoni li jsib ruħu fiha;

d) dokument li jidentifika l-persuna li l-patrimonju tagħha jkun qed jiġi amministrat, fejn ikun involut patrimonju sospiż, l-imsieħba, l-assoċjati jew il-membri magħrufin tal-persuna ġuridika, jekk applikabbli, u, f’sitwazzjonijiet oħrajn fejn l-insolvenza ma tkunx relatata ma’ persuna fiżika, dawk il-persuni li huma legalment responsabbli għat-talbiet ta’ insolvenza;

e) lista ta’ assi li għandu d-debitur taħt arranġamenti għall-kiri jew lokazzjoni finanzjarja jew bejgħ suġġetti għal riżerva ta’ sjieda, u l-assi u l-intitolamenti l-oħrajn kollha li jappartjenu lilu b’indikazzjoni tan-natura tagħhom, il-post fejn jistgħu jinstabu, id-dettalji tar-reġistrazzjoni, jekk applikabbli, il-valur tal-akkwist u stima tal-valur kurrenti tagħhom;

f) meta debitur ikollu kontijiet organizzati, il-kontijiet annwali li jirrigwardaw l-aħħar tliet snin finanzjarji, kif ukoll ir-rapporti rispettivi ta’ ġestjoni, superviżjoni u verifika, opinjonijiet mill-korp ta’ sorveljanza u dokumenti ta’ ċertifikazzjoni legali, jekk ikunu obbligatorji jew jekk jeżistu, u informazzjoni dwar l-iktar bidliet sinifikanti fis-sjieda tal-proprjetà wara d-data tar-rapportar tal-kontijiet l-iktar riċenti u dwar operazzjonijiet li minħabba n-natura, l-għan jew id-daqs tagħhom, imorru lil hinn mill-attività ta’ kuljum tad-debitur;

g) meta kumpanija tkun koperta minn konsolidazzjoni ta’ kontijiet, ir-rapporti kkonsolidati dwar il-ġestjoni, kontijiet annwali kkonsolidati u dokumenti oħrajn ta’ rapportar tal-kontijiet għall-aħħar tliet snin finanzjarji, kif ukoll ir-rapporti ta’ sorveljanza u ta’ verifika rispettivi, opinjonijiet mill-korp ta’ sorveljanza, dokumenti ta’ ċertifikazzjoni legali u rapport ta’ operazzjonijiet intragrupp imwettqin matul l-istess perjodu;

h) rapporti u kontijiet speċjali u informazzjoni ta’ kull tliet xhur u kull sitt xhur, fuq bażi individwali u kkonsolidata, irrapportati f’dati wara t-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja li l-kumpanija hija meħtieġa tipprovdi skont ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-Kodiċi tat-Titoli u s-Suq tat-Titoli;

i) lista tal-persunal fis-servizz tad-debitur.

2 - Id-debitur huwa mitlub ukoll li:

a) jipprovdi dokument li jikkonferma s-setgħat tad-diretturi li jirrappreżentaw lid-debitur u kopja tad-dokument li jistipula d-deċiżjoni li tinbeda t-talba mill-korp maniġerjali korporattiv rispettiv, jekk ikun applikabbli;

b) jiġġustifika n-nuqqas ta’ sottomissjoni jew in-nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe wieħed mid-dokumenti meħtieġa fil-paragrafu 1.

3 - Mingħajr preġudizzju għal sottomissjonijiet iktar tard, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 223 et seq., it-talba sottomessa b’dan il-mod mid-debitur tista’ tkun akkumpanjata minn pjan ta’ insolvenza.”

“Artikolu 25

Talba minn persuna jew entità differenti intitolata li tagħmel dan

1 - Meta t-talba ma tiġix sottomessa mid-debitur innifsu, il-persuna jew l-entità li titlob id-dikjarazzjoni tal-insolvenza għandha tiġġustifika l-oriġini, in-natura u l-ammont tat-talba tagħha fl-applikazzjoni, jew ir-responsabbiltà tagħha għat-talbiet dwar l-insolvenza, skont il-każ, u tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollha dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tad-debitur.

2 - L-applikant għandu jipprovdi wkoll il-mezzi ta’ prova kollha għad-dispożizzjoni tiegħu, u huwa meħtieġ ukoll li jippreżenta xhieda skont il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 511 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.”

Data tal-bidu għall-proċedura u t-termini

Id-data tal-bidu għall-proċedura u t-termini għall-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni u / jew għoti ta’ deċiżjonijiet, u d-deċiżjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza, huma essenzjalment stabbiliti fl-Artikoli 4, minn 27 sa 30, 35 u 36 tas-CIRE:

“Artikolu 4

Data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza u l-bidu tal-proċedura

1 - Kull meta l-akkuratezza tista’ tkun fattur importanti, ir-referenzi magħmulin f’dan il-Kodiċi għad-data tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza għandhom jiġu interpretati bħala l-mument meta ngħatat is-sentenza rispettiva.

2 - It-termini kollha f’dan il-Kodiċi li għandhom il-bidu tal-proċedimenti ta’ insolvenza bħala l-aħħar punt finali tagħhom ikopru wkoll il-perjodu minn din id-data sad-dikjarazzjoni tal-insolvenza.

3 - Jekk l-insolvenza tiġi ddikjarata fi proċedimenti li kellhom jiġu sospiżi skont l-Artikolu 8(2), minħabba li diġà hemm proċedimenti mibdija kontra l-istess debitur li huma pendenti, id-data tal-bidu ta’ dawn tal-aħħar għandha tintuża għall-finijiet tat-termini msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istess japplika jekk proċeduri l-antiki jiġu sospiżi minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 264(3)(b).”

“Artikolu 27

Valutazzjoni preliminari

1 - Fil-jum tad-distribuzzjoni jew, jekk dan ma jkunx fattibbli, sat-tielet jum tax-xogħol wara dan, l-imħallef:

a) joħroġ ċaħda preliminari tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ insolvenza meta tkun manifestament bla bażi, jew fejn ikunu seħħew b’mod ċar eċċezzjonijiet inevitabbli li jikkawżaw dewmien li l-imħallef għandu jkun jaf dwarhom ex officio;

b) jagħti lill-applikant massimu ta’ ħamest ijiem biex jikkoreġi d-difetti rimedjabbli fl-applikazzjoni – u fin-nuqqas li jagħmel dan l-applikazzjoni tiġi miċħuda – b’mod partikolari fejn ma jkollhiex ir-rekwiżiti legali jew ma tkunx akkumpanjata bid-dokumenti meħtieġa, f’każijiet fejn tali nuqqas ma jkunx iġġustifikat kif xieraq.

2 - F’każijiet ta’ talbiet għal insolvenza, deċiżjonijiet ta’ ċaħda preliminari li mhumiex ibbażati totalment jew parzjalment fuq in-nuqqas tad-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 24(2)(a) għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web ta’ Citius fiż-żmien previst fl-Artikolu 38(8), u jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(8).”

“Artikolu 28

Dikjarazzjoni immedjata ta’ sitwazzjoni ta’ insolvenza

Meta debitur japplika għall-insolvenza, jitqies li jkun irrikonoxxa l-insolvenza tiegħu, li għandha tiġi ddikjarata sat-tielet jum tax-xogħol wara d-distribuzzjoni tal-applikazzjoni inizjali jew, jekk ikun hemm difetti li jistgħu jiġu kkoreġuti, wara li dawn ikunu ġew ikkoreġuti.”

“Artikolu 29

Notifika tal-proċess lid-debitur

1 - Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31(3), jekk it-talba ma tkunx ġiet ippreżentata mid-debitur u ma jkun hemm ebda raġuni għal ċaħda preliminari, l-imħallef jinnotifika proċess personali lid-debitur, fit-terminu stabbilit fl-artikolu preċedenti.

2 - Meta l-proċess jiġi notifikat, id-debitur jiġi mgħarraf bil-penalitajiet previsti fil-paragrafu 5 tal-artikolu sussegwenti u li d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 24(1) għandhom ikunu lesti biex jintbagħtu immedjatament lill-prattikant fl-insolvenza jekk tiġi ddikjarata l-insolvenza.”

“Artikolu 30

Oppożizzjoni mid-debitur

1 - Debitur jista’ jippreżenta oppożizzjoni fi żmien għaxart ijiem, f’liema każ japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(2).

2 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu li ġej, meta jressaq oppożizzjoni, debitur huwa meħtieġ li jipprovdi lista tal-ikbar ħames kredituri tiegħu minbarra l-applikant, u jiddikjara d-domiċilju rispettiv tagħhom, taħt penali ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni tal-imsemmija oppożizzjoni.

3 - L-oppożizzjoni mid-debitur għad-dikjarazzjoni mitluba ta’ insolvenza tista’ tkun ibbażata fuq in-nuqqas ta’ fatt li fuqu hija bbażata t-talba jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ insolvenza.

4 - Id-debitur għandu responsabbiltà li jipprovdi evidenza tas-solvenza, fuq il-bażi ta’ kontabilità meħtieġa legalment, jekk applikabbli, organizzata kif suppost u ppreżentata b’mod korrett, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3).

5 - Jekk is-smigħ tad-debitur ma jiġix irrinunzjat skont l-Artikolu 12 u d-debitur ma jippreżentax oppożizzjoni, il-fatti allegati fl-applikazzjoni inizjali huma kkunsidrati bħala debitament aċċettati, u l-insolvenza tiġi ddikjarata fil-ġurnata tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, jekk tali fatti jissodisfaw xi sitwazzjonijiet stabbiliti fis-subparagrafi tal-Artikolu 20(1).”

“Artikolu 35

Diskussjoni u smigħ tas-sentenza

1 - Meta debitur ikun ressaq oppożizzjoni, jew meta s-seduta ma tkunx ġiet irrinunzjata, jiġu skedati immedjatament diskussjoni u smigħ tas-sentenza għal wieħed mill-ħamest ijiem ta’ wara, u l-applikant, id-debitur u d-diretturi kollha maħturin legalment jew dawk id-diretturi identifikati fl-applikazzjoni inizjali jiġu notifikati biex jattendu personalment jew ikunu rappreżentati b’mod legali kif xieraq.

2 - Jekk id-debitur jew ir-rappreżentant maħtur jonqsu milli jattendu, il-fatti allegati fl-applikazzjoni inizjali jiġu kkunsidrati bħala aċċettati, jekk is-smigħ tad-debitur ma jkunx ġie rrinunzjat skont l-Artikolu 12.

3 - Jekk is-sitwazzjoni kif deskritta fil-paragrafu preċedenti ma sseħħx, in-nuqqas ta’ attendenza tal-applikant jew ta’ rappreżentant titqies ekwivalenti għall-irtirar tat-talba.

4 - Skont il-każ, l-imħallef jirreġistra deċiżjoni li tiddikjara l-insolvenza immedjatament, jekk il-fatti allegati fl-applikazzjoni inizjali jaqgħu taħt l-Artikolu 20(1), jew deċiżjoni ekwivalenti għall-irtirar tat-talba.

5 - Meta jattendu ż-żewġ partijiet, jew l-applikant jew ir-rappreżentant tiegħu biss, iżda s-smigħ tad-debitur ikun ġie rrinunzjat, l-imħallef joħroġ ordni biex jidentifika s-suġġett tat-tilwima u jelenka l-aspetti tal-evidenza.

6 - It-talbiet ippreżentati mbagħad jiġu deċiżi, segwiti immedjatament mill-produzzjoni tal-evidenza.

7 - Meta tintemm il-produzzjoni tal-evidenza, isiru sottomissjonijiet orali u l-qorti mbagħad tagħti sentenza.

8 - Jekk is-sentenza ma tkunx tista’ tingħata immedjatament, din tingħata fi żmien ħamest ijiem.”

“Artikolu 36

Sentenza li tiddikjara l-insolvenza

1 - Fis-sentenza li tiddikjara l-insolvenza, l-imħallef:

a) jiddikjara d-data u l-ħin tad-deċiżjoni rispettiva u, fin-nuqqas ta’ tali dikjarazzjoni, l-imsemmija deċiżjoni titqies li ngħatat f’nofsinhar;

b) jidentifika lid-debitur insolventi, billi jiddikjara l-uffiċċju rreġistrat jew ir-residenza tiegħu;

c) jiddikjara u jiddetermina r-residenza tad-diretturi tad-debitur, maħturin legalment u li jokkupaw tali pożizzjoni b’mod effettiv, kif ukoll ir-residenza tad-debitur meta l-imsemmi debitur ikun persuna fiżika;

d) jaħtar il-prattikant fl-insolvenza, billi jiddikjara l-indirizz professjonali tiegħu;

e) jiddeċiedi li l-patrimonju insolventi jkun amministrat mid-debitur, meta jintlaħqu r-rekwiżiti fl-Artikolu 224(2);

f) jiddeċiedi li d-debitur jibgħat id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 24(1) li jkunu għadhom neqsin mill-fajl immedjatament lill-prattikant fl-insolvenza;

g) jeħtieġ il-qbid tad-dokumenti tal-kontabilità u l-assi kollha tad-debitur għal trasferiment immedjat lill-prattikant fl-insolvenza, anki meta jinqabdu, jiġu mirhuna jew b’xi mod marbutin jew miżmumin u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 150(1);

h) jordna li l-oġġetti li jindikaw li seta’ seħħ reat kriminali jingħataw lill-Prosekutur Pubbliku għal effetti dovuti;

i) meta jkollu informazzjoni li tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura biex tiġi eżaminata l-ħtija tal-insolvenza, jiddikjara l-ftuħ ta’ tali proċedura, kemm jekk ta’ natura kompluta jew limitata, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 187;

j) jistabbilixxi terminu ta’ massimu 30 jum biex jiġu ppreżentati talbiet;

l) jirrakkomanda lill-kredituri li huma meħtieġa jinfurmaw lill-prattikant fl-insolvenza fil-pront dwar kwalunkwe garanzija reali li jibbenefikaw minnha;

m) jirrakkomanda lid-debituri tal-parti insolventi li l-ħlasijiet li għandhom jagħmlu se jsiru lill-prattikant fl-insolvenza u mhux lill-parti insolventi;

n) jistabbilixxi data u ħin fil-45 sa 60 jum ta’ wara biex tiġi organizzata l-laqgħa tal-kredituri kif stabbilit fl-Artikolu 156, imsejħa l-laqgħa tal-evalwazzjoni tar-rapport, jew jiddikjara, għal raġunijiet xierqa, li l-imsemmija laqgħa ma ssirx.

2 - Id-dispożizzjonijiet tal-aħħar parti tal-paragrafu 1(n) ma japplikawx f’każijiet fejn tkun mistennija s-sottomissjoni ta’ pjan ta’ insolvenza jew fejn jiġi deċiż li l-amministrazzjoni tal-insolvenza għandha ssir mid-debitur.

3 - F’każijiet fejn ma hija stabbilita ebda data biex issir il-laqgħa tal-evalwazzjoni tar-rapport, skont il-paragrafu 1(n), u kwalunkwe parti interessata, fit-terminu stabbilit għall-preżentazzjoni tat-talbiet, titlob lill-qorti biex issejjaħ tali laqgħa, l-imħallef għandu jistabbilixxi ġurnata u ħin għal-laqgħa fil-45 sa 60 jum wara s-sentenza li tiddikjara l-insolvenza.

4 - F’każijiet fejn ma tkun stabbilita ebda data biex issir il-laqgħa tal-evalwazzjoni tar-rapport, skont il-paragrafu 1(n), it-termini previsti f’dan il-Kodiċi kkalkulati b’referenza għat-twettiq ta’ dik il-laqgħa huma kkalkulati b’referenza għall-45 jum wara d-data tas-sentenza li tiddikjara l-insolvenza.

5 - Imħallef li ddeċieda li ma ssirx laqgħa ta’ evalwazzjoni tar-rapport, meta tingħata s-sentenza, għandu jadatta l-iskeda tal-proċedimenti għal dak il-fatt, filwaqt li jqis il-każ speċifiku inkwistjoni.”

Notifika u pubblikazzjoni tas-sentenza

Ir-regoli dwar in-notifika u l-pubblikazzjoni tas-sentenza li tiddikjara l-insolvenza huma stabbiliti fl-Artikoli 37 u 38 tas-CIRE:

“Artikolu 37

Notifika ta’ sentenza u taħrika

1 - Id-diretturi tad-debitur, li r-residenza tagħhom ġiet iddeterminata, jiġu nnotifikati personalment dwar is-sentenza skont u bil-mod previst fil-liġi proċedurali dwar it-taħrik.Jintbagħtulhom ukoll kopji tal-applikazzjoni inizjali.

2 - Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe notifiki li jirriżultaw meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni tax-xogħol, b’mod iktar speċifiku fir-rigward tal-Fond ta’ Garanzija tas-Salarji, il-Prosekutur Pubbliku, l-Istitut tas-Sigurtà Soċjali, l-applikant għad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza u d-debitur jiġu nnotifikati wkoll dwar is-sentenza, skont it-termini previsti għat-taħrika, jekk is-sentenza ma tkunx diġà ngħatat personalment skont il-proċedura lid-debitur u, jekk id-debitur ikun sid ta’ kumpanija, lill-kumitat tal-ħaddiema.

3 - L-ikbar ħames kredituri magħrufin, minbarra l-applikant, jiġu nnotifikati skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew permezz ta’ ittra rreġistrata, skont jekk għandhomx ir-residenza abitwali, l-uffiċċju rreġistrat jew id-domiċilju tagħhom fil-Portugall jew le.

4 - Kredituri magħrufin li għandhom ir-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju legali rreġistrat tagħhom fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih infetħu l-proċedimenti, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-korpi tas-sigurtà soċjali ta’ dawk l-Istati Membri, jiġu nnotifikati immedjatament permezz ta’ ittra rreġistrata, skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015.

5 - Meta jkunu jeżistu talbiet f’isem l-Istat, istituzzjonijiet pubbliċi li mhumiex kumpaniji pubbliċi jew istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, tali entitajiet jiġu nnotifikati permezz ta’ ittra rreġistrata.

6 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti ma jipprekludux il-possibbiltà ta’ notifika u taħrika permezz ta’ mezzi elettroniċi, skont ordni ta’ implimentazzjoni ministerjali maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

7 - Kredituri oħrajn u partijiet interessati oħrajn jiġu nnotifikati permezz ta’ avviż pubbliku, b’perjodu ta’ grazzja ta’ ħamest ijiem, muri fl-uffiċċju rreġistrat jew fir-residenza tad-debitur, fl-istabbilimenti tad-debitur u fil-qorti nnifisha u f’avviż ippubblikat fuq is-sit web ta’ Citius.

8 - L-avviżi pubbliċi msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jindikaw in-numru tal-każ, il-perjodu ta’ grazzja u l-possibbiltà ta’ appell jew li jsiru oġġezzjonijiet u għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 36 minn (a) sa (e) u minn (i) sa (n), filwaqt li jiġi nnotat li t-terminu għall-appell, l-oġġezzjonijiet u l-preżentazzjoni ta’ talbiet jibda biss mill-aħħar tal-perjodu ta’ grazzja u l-imsemmi perjodu ta’ grazzja huwa kkalkulat mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu preċedenti.”

“Artikolu 38

Pubblikazzjoni u reġistrazzjoni

[…]

2 - Id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza u l-ħatra ta’ prattikant fl-insolvenza huma awtomatikament irreġistrati abbażi taċ-ċertifikat rispettiv, mibgħut għal dak l-iskop mis-segretarjat:

a) fir-Reġistru Ċivili, jekk id-debitur ikun persuna fiżika;

b) fir-Reġistru tan-Negozju, jekk ikun hemm kwalunkwe fatti relatati mad-debitur insolventi li jkunu suġġetti għal tali reġistrazzjoni;

c) fl-entità responsabbli għal kwalunkwe tip ieħor ta’ reġistrazzjoni li jista’ jkun suġġett għaliha d-debitur.

3 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 43(5) tal-Kodiċi tar-Reġistrazzjoni tal-Bini, id-dikjarazzjoni tal-insolvenza hija rreġistrata wkoll fir-Reġistru tal-Bini fir-rigward tal-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju insolventi, abbażi ta’ ċertifikat ġudizzjarju tas-sentenza finali tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, jekk is-servizz tar-reġistrazzjoni ma jkunx jista’ jkollu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa permezz ta’ mezzi elettroniċi, kif ukoll fuq dikjarazzjoni maħruġa mill-prattikant fl-insolvenza li identifika l-assi.

4 - Meta r-reġistrazzjoni prevista fil-paragrafu preċedenti titwettaq b’mod provviżorju, din issir abbażi tal-informazzjoni fuq il-paġna elettronika tal-qorti, skont il-paragrafu 6(b), u fuq id-dikjarazzjoni tal-prattikant fl-insolvenza li identifika l-assi.

5 - Jekk ikun jeżisti xi rekord ta’ akkwist jew rikonoxximent ta’ intitolament ta’ proprjetà jew sempliċi pussess favur kwalunkwe persuna oħra li mhijiex il-parti insolventi fir-rigward tal-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza, il-prattikant fl-insolvenza għandu jehmeż ċertifikat ta’ tali rekords mal-fajl tal-każ.

6 - Is-segretarjat:

a) jirreġistra d-dikjarazzjoni tal-insolvenza u l-ħatra tal-prattikant fl-insolvenza awtomatikament fir-reġistru kompjuterizzat tal-infurzar stabbilit mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;

b) jirreġistra l-inklużjoni ta’ din l-informazzjoni u t-terminu mogħti għat-talbiet, fil-paġna elettronika tal-qorti;

c) jinnotifika lill-Bank tal-Portugall dwar id-dikjarazzjoni tal-insolvenza biex ikun jista’ jwettaq ir-reġistrazzjoni meħtieġa fid-database tar-riskju tal-kreditu ċentrali.

7 - L-indirizz professjonali tal-prattikant fl-insolvenza jitniżżel fuq ir-reġistrazzjoni tal-ħatra tal-imsemmi prattikant.

8 - Il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni kollha tas-sentenza jsiru f’ħamest ijiem.

9 - Il-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni pubblika tad-deċiżjoni biex jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza barranin u, jekk applikabbli, tad-deċiżjoni li jinħatar prattikant fl-insolvenza, kif imsemmi fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015, għandhom jintalbu fil-qorti Portugiża fiż-żona fejn jinsab l-istabbiliment tad-debitur, jew, jekk dan ma jkunx il-każ, fil-Qorti Kummerċjali ta’ Lisbona.Il-qorti tista’ titlob traduzzjoni ċċertifikata minn persuna li tkun kompetenti biex tagħmel dan skont il-liġi ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

10 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, jekk il-liġi tal-Istat tal-proċedimenti tal-insolvenza tipprovdi għal arranġamenti ta’ reġistrazzjoni li ma jkunux magħrufin fil-liġi Portugiża, ir-reġistrazzjoni tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-arranġamenti li l-iktar jixbhuhom.

11 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9, il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015, għandha tiġi ddeterminata awtomatikament mid-dipartimenti kompetenti tar-reġistrazzjoni jekk id-debitur ikollu stabbiliment li jinsab fil-Portugall.”

Miżuri kawtelatorji

Il-possibbiltà li jiġu ordnati miżuri kawtelatorji hija prevista fl-Artikolu 31 tas-CIRE:

“Artikolu 31

Miżuri kawtelatorji

1 - Jekk ikun hemm tħassib iġġustifikat li tista’ sseħħ amministrazzjoni ħażina, l-imħallef awtomatikament, jew fuq talba tal-applikant, jordna l-miżuri kawtelatorji meqjusa neċessarji jew xierqa biex iwaqqaf id-degradazzjoni tal-patrimonju tad-debitur, sakemm tingħata s-sentenza.

2 - Il-miżuri kawtelatorji jistgħu jikkonsistu fil-ħatra ta’ amministratur legali provviżorju b’setgħat esklussivi biex jamministra l-patrimonju tad-debitur, jew biex jassisti lid-debitur f’tali amministrazzjoni.

3 - L-implimentazzjoni ta’ miżuri kawtelatorji tista’ sseħħ qabel in-notifika tad-debitur, jekk azzjoni bikrija bħal din titqies indispensabbli sabiex jiġi evitat li jiġi ppreġudikat l-effett utli.Madankollu, l-imsemmija notifika ma tista’ qatt tintbagħat iktar minn 10 ijiem wara t-terminu li kieku kien japplika.”

PROĊEDURA TA’ RIVITALIZZAZZJONI SPEĊJALI.

Kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali prevista fl-Artikolu 1(2) tas-CIRE:

It-tieni proċedura msemmija hawn fuq, prevista fl-Artikolu 1(2) tas-CIRE, hija l-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali (PER – Processo Especial de Revitalização), li tista’ tintalab minn kumpanija li għandha diffikultajiet ekonomiċi jew li tinsab f’sitwazzjoni ta’ insolvenza imminenti.

L-għan u l-formalitajiet ta’ proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali

L-iskop tal-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali, it-talba biex tinfetaħ, il-formalitajiet assoċjati magħha u l-kunċett ta’ sitwazzjoni ekonomika diffiċli huma previsti fl-Artikoli 17-A, 17-B u 17-C tas-CIRE, rispettivament.

“L-Artikolu 17-A

L-għan u n-natura tal-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali.

1 - Il-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali hija maħsuba biex tippermetti lil kumpanija, li hemm evidenza li tinsab f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli jew f’periklu imminenti ta’ insolvenza iżda li xorta tista’ tiġi rkuprata, tinnegozja mal-kredituri rispettivi tagħha biex tkun tista’ tikkonkludi ftehim magħhom li jwassal għar-rivitalizzazzjoni tal-kumpanija.

2 - Il-proċedura msemmija fil-paragrafu preċedenti tista’ tintuża minn kwalunkwe kumpanija li, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub u ffirmata, tikkonferma l-fatt li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rivitalizzazzjoni, u tissottometti stqarrija oħra, iffirmata mhux iktar minn 30 jum preċedentement minn kontabilist iċċertifikat jew minn awditur statutorju, kull meta r-reviżjoni tal-kontijiet tkun meħtieġa legalment, li tiċċertifika li l-kumpanija ma tinsabx f’sitwazzjoni attwali ta’ insolvenza skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3.

3 - Il-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali għandha natura urġenti u għandhom japplikaw ir-regoli kollha stabbiliti f’dan il-Kodiċi li mhumiex inkompatibbli man-natura tagħha.”

“Artikolu 17-B

Kunċett ta’ sitwazzjoni ekonomika diffiċli

Għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi, kumpanija tkun f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli meta tiffaċċja diffikultà serja biex tonora l-obbligi tagħha fil-pront minħabba nuqqas ta’ likwidità jew jekk ma tkunx tista’ tikseb kreditu.”

“L-Artikolu 17-C

Talba u formalitajiet

1 - Il-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali tibda fuq talba tal-kumpanija u ta’ kreditur jew ta’ kredituri li, billi ma jkunux partikolarment relatati mal-kumpanija jkollhom talbiet relatati mhux ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa ta’ mill-inqas 10 % skont 3(b), permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub biex jinbdew n-negozjati li jwasslu għar-rivitalizzazzjoni tal-kumpanija permezz ta’ pjan ta’ rkupru approvat.

2 - Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tkun iffirmata u datata mid-dikjaranti rispettivi kollha.

3 - Il-kumpanija tinnotifika lill-qorti kompetenti biex tiddikjara l-insolvenza tagħha f’petizzjoni li tispjega t-talba tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1, flimkien ma’ dawn li ġejjin:

a) id-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija hawn fuq;

b) kopja tad-dokumenti elenkati fl-Artikolu 24(1), li jibqgħu disponibbli fis-segretarjat għal konsultazzjoni mill-kredituri matul il-proċedura kollha;

c) pjan ta’ rkupru propost akkumpanjat, bħala minimu, minn deskrizzjoni tal-assi, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-kreditu tal-kumpanija.

4 - Ladarba t-talba msemmija fil-paragrafu preċedenti tkun waslet, l-imħallef jaħtar minnufih amministratur ġudizzjarju provviżorju, permezz ta’ ordni uffiċjali, fejn japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 32 sa 34 mutatis mutandis.

5 - Il-kumpanija tiġi nnotifikata immedjatament dwar l-ordni uffiċjali msemmija fil-paragrafu preċedenti, fejn japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 37 sa 38 mutatis mutandis.

6 - Fuq talba motivata tal-kumpanija u tal-kreditur jew tal-kredituri li, filwaqt li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, ikollhom mill-inqas talbiet fil-valur ta’ 5 % tat-talbiet irrappurtati, jew wara talba motivata mill-kumpanija, l-imħallef jista’ jnaqqas il-limitu ta’ 10 % msemmi fil-paragrafu 1, wara li jikkunsidra l-ammont totali ta’ talbiet irrappurtati u l-kompożizzjoni tal-kredituri kollha meta jevalwa t-talba.

7 - Awtomatikament, jew fuq talba tal-amministratur ġudizzjarju provviżorju, il-proċeduri ta’ rivitalizzazzjoni speċjali mibdija minn intrapriżi kummerċjali li l-kumpanija jkollha relazzjoni ta’ kontroll jew ta’ grupp magħhom skont il-Kodiċi tal-Kumpaniji Kummerċjali, jiġu annessi mal-fajls tal-każ.Talba bħal din tista’ ssir ukoll minn kwalunkwe waħda mill-kumpaniji f’dawk iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-bidu ta’ proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali.

8 - L-anness imsemmi fil-paragrafu preċedenti jista’ jintalab biss sal-bidu tat-terminu għan-negozjati kif stabbilit fl-Artikolu 17-D(5) fil-proċedura li għandhom jiġu annessi magħha d-dokumenti l-oħrajn kollha, fejn japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 86(4) mutatis mutandis.”

Barra minn hekk, l-Artikoli minn 17-D sa 17-I tas-CIRE, dwar proċeduri ta’ rivitalizzazzjoni speċjali, jipprovdu għal:

  • l-istadji proċedurali sussegwenti (pereż. stedina lill-kredituri kollha li ma ffirmawx id-dikjarazzjoni li tagħti lok għall-proċedimenti biex jipparteċipaw fin-negozjati bil-għan li ssir rivitalizzazzjoni);
  • l-effetti (eż. il-proċedura timpedixxi l-ftuħ ta’ kwalunkwe azzjonijiet oħrajn għall-irkupru ta’ djun kontra d-debitur);
  • il-konklużjoni ta’ negozjati bl-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru li jwassal għal rivitalizzazzjoni jew mingħajr ebda approvazzjoni tal-pjan;
  • il-garanziji miftiehma bejn id-debitur u l-kredituri;
  • l-approvazzjoni ta’ ftehimiet straġudizzjarji għall-irkupru tad-debitur.

PROĊEDURA TA’ FTEHIM TA’ ĦLAS SPEĊJALI.

Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali prevista fl-Artikolu 1(3) tas-CIRE:

It-tielet proċedura msemmija fl-Artikolu 1(3) tas-CIRE hija l-proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali prevista fl-Artikoli minn 222-A sa 222-J tas-CIRE.

Il-proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali għandha natura urġenti u tista’ tintuża fir-rigward ta’ kwalunkwe debitur li mhuwiex kumpanija u li huwa kkonfermat li qed iġarrab sitwazzjoni ekonomika diffiċli jew jinsab f’periklu ta’ insolvenza imminenti.

Skont l-Artikolu 222-B tas-CIRE, debitur jinsab f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli meta jsib diffikultà serja biex jonora l-obbligazzjonijiet tiegħu fil-pront minħabba nuqqas ta’ likwidità jew nuqqas ta’ kapaċità li jikseb kreditu.

Din il-proċedura speċjali tibda:

  • permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub mid-debitur u minn kreditur wieħed jew diversi, li fiha jiddikjaraw ix-xewqa tagħhom li jibdew negozjati li jwasslu għat-tfassil ta’ ftehim ta’ ħlas,

jew

  • permezz ta’ sottomissjoni ta’ ftehim straġudizzjarju, iffirmat mid-debitur u minn kredituri li jirrappreżentaw mill-inqas il-maġġoranza tal-voti.

Id-dikjarazzjoni jew il-ftehim imsemmijin hawn fuq, akkumpanjati minn lista tal-kredituri u lista tal-azzjonijiet pendenti kollha għall-irkupru tad-dejn, jintbagħtu lill-qorti. Ladarba d-dikjarazzjoni jew il-ftehim ikunu waslu, il-qorti taħtar l-amministratur ġudizzjarju provviżorju.

Immedjatament wara li jiġi nnotifikat dwar l-ordni uffiċjali li taħtar l-amministratur ġudizzjarju provviżorju, id-debitur għandu jibgħat ittra rreġistrata lill-kredituri kollha li ma ffirmawx id-dikjarazzjoni jew il-ftehim inizjali, u jistedinhom biex jipparteċipaw. F’każijiet fejn id-debitur issottometta ftehim ta’ ħlas straġudizzjarju, is-segretarjat jinnotifika lill-kredituri li ma pparteċipawx f’tali ftehim u li jidhru fuq il-lista ta’ talbiet irrappurtati mid-debitur.

Wara l-pubblikazzjoni tal-ordni uffiċjali li taħtar l-amministratur ġudizzjarju provviżorju fuq is-sit web ta’ Citius, kull kreditur jkollu 20 jum biex iressaq talbiet lill-amministratur ġudizzjarju msemmi.

Imbagħad, l-amministratur ġudizzjarju provviżorju jfassal lista ta’ talbiet u jibgħatha lis-segretarjat tal-qorti.Il-lista tiġi ppubblikata wkoll fuq is-sit web ta’ Citius.Il-lista tista’ tiġi kkontestata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.

L-effetti fuq proċeduri oħrajn huma dawn li ġejjin:

  • Permezz tal-ftuħ tal-proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali u bil-ħatra sussegwenti tal-amministratur ġudizzjarju provviżorju, ma tista’ titressaq ebda azzjoni oħra għall-irkupru tad-dejn kontra d-debitur.
  • Titwaqqaf milli ssir sospensjoni tal-provvediment ta’ servizzi pubbliċi essenzjali.
  • Kwalunkwe proċedimenti ta’ insolvenza li fihom tkun preċedentement intalbet l-insolvenza tad-debitur jiġu sospiżi, sakemm ma tkunx ingħatat sentenza li tiddikjara l-insolvenza f’tali proċedimenti (ikkanċellata immedjatament wara l-approvazzjoni tal-ftehim ta’ ħlas).
  • L-azzjonijiet ta’ rkupru pendenti jiġu sospiżi (ikkanċellati immedjatament wara l-approvazzjoni tal-ftehim ta’ ħlas, ħlief meta l-imsemmi ftehim jipprovdi għall-kontinwazzjoni tagħhom).
  • It-termini għal perjodi ta’ limitazzjoni jew termini perentorji li huma kontestabbli mid-debitur huma sospiżi.

Wara li jkunu bdew il-proċeduri, id-debitur huwa pprojbit milli jwettaq azzjonijiet ta’ rilevanza speċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-amministratur ġudizzjarju.

In-negozjati bejn id-debitur u l-kredituri huma rregolati mit-termini miftiehma fost dawk kollha involuti jew, fin-nuqqas ta’ ftehim, mir-regoli definiti mill-amministratur ġudizzjarju provviżorju.

Meta n-negozjati jiġu konklużi bl-approvazzjoni unanima tal-ftehim ta’ ħlas, li jinvolvi l-kredituri kollha, il-ftehim imsemmi għandu jiġi ffirmat minn kulħadd, u jiġi immedjatament mehmuż mal-fajl, għal approvazzjoni jew rifjut mill-imħallef.

Jekk in-negozjati jiġu konklużi bl-approvazzjoni tal-ftehim ta’ ħlas iżda mingħajr l-involviment tal-kredituri kollha, il-ftehim imsemmi jintbagħat lill-qorti għall-approvazzjoni jew rifjut mill-imħallef u jiġi ppubblikat fuq is-sit web ta’ Citius. Il-partijiet interessati mbagħad ikollhom 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni biex jitolbu li l-pjan ma jiġix approvat.

Ftehim ta’ ħlas huwa kkunsidrat approvat meta:

  • jivvutaw għalih il-kredituri li t-talbiet tagħhom jirrappreżentaw mill-inqas terz tat-talbiet kollha relatati mad-drittijiet tal-vot, stabbiliti fil-lista tat-talbiet, u jikseb il-vot favorevoli ta’ iktar minn żewġ terzi tal-voti kollha mitfugħa u iktar minn nofs il-voti mitfugħa jikkorrispondu għal talbiet ta’ klassifikazzjoni mhux iktar baxxa, filwaqt li l-astensjonijiet ma jiġux ikkunsidrati,

jew

  • jikseb il-vot favorevoli tal-kredituri li t-talbiet tagħhom jirrappreżentaw iktar minn nofs it-talbiet kollha relatati mad-drittijiet tal-vot, u iktar minn nofs dawn il-voti jikkorrispondu għal‑talbiet ta’ klassifikazzjoni mhux iktar baxxa, filwaqt li l-astensjonijiet ma jiġux ikkunsidrati.

Jekk id-debitur jew il-maġġoranza tal-kredituri jikkonkludu li mhux possibbli li jintlaħaq ftehim, jew jekk it-terminu ta’ xahrejn biex jiġu konklużi n-negozjati jinqabeż, il-proċess tan-negozjati jintemm. Fin-nuqqas ta’ ftehim, l-għeluq tal-proċedura jwassal għall-kanċellazzjoni tal-effetti kollha tagħha fuq id-debitur, jekk l-imsemmi debitur jkun għadu mhuwiex f’sitwazzjoni ta’ insolvenza. Inkella, l-għeluq tal-proċedura jwassal għall-insolvenza tad-debitur.

Il-garanziji miftiehma mad-debitur matul il-proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali, biex jipprovdu lid-debitur imsemmi l-mezzi finanzjarji biex ikompli l-attività tiegħu jinżammu anki meta, fl-għeluq tal-proċedura, tiġi ddikjarata l-insolvenza tad-debitur f’terminu ta’ sentejn. Barra minn hekk, kredituri li ffinanzjaw l-attività tad-debitur matul il-proċedura bil-ħsieb ta’ konformità mal-ftehim ta’ ħlas, igawdu privileġġ ta’ kreditu ta’ proprjetà ġenerali, mogħti qabel il-privileġġ ta’ kreditu ta’ proprjetà ġenerali mogħti lill-ħaddiema.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

L-Artikolu 46 tas-CIRE jistipula liema assi huma koperti mill-patrimonju insolventi:

“Artikolu 46

Kunċett ta’ patrimonju insolventi

1 - Il-patrimonju insolventi huwa maħsub biex jissodisfa t-talbiet tal-kredituri dwar l-insolvenza, wara li d-djun tagħhom ikunu tħallsu u, sakemm ma jkunx previst mod ieħor, ikopri l-proprjetà tad-debitur fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, kif ukoll l-assi u l-intitolamenti akkwistati mid-debitur matul il-proċedimenti.

2 - Assi li huma eżentati mill-qbid jiġu inklużi fil-patrimonju insolventi biss jekk id-debitur jippreżentahom volontarjament u l-fatt li ma jistgħux jinqabdu mhuwiex assolut.

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 736 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Portugiż jiddikjara li minbarra beni eżentati mill-qbid permezz ta’ dispożizzjoni speċjali, dawn li ġejjin assolutament ma jistgħux jinqabdu:beni u intitolamenti li ma jistgħux jiġu ttrasferiti;assi fis-sjieda pubblika tal-Istat u ta’ persuni ġuridiċi pubbliċi oħrajn;oġġetti li l-qbid tagħhom ikun offensiv għal prattika tajba jew li jkunu jeħtieġu ġustifikazzjoni ekonomika minħabba l-valur kummerċjali mnaqqas tagħhom;oġġetti maħsubin speċifikament għall-qima pubblika;oqbra;strumenti u oġġetti li huma indispensabbli għall-persuni b’diżabilità u l-kura tal-pazjenti.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Dawn is-setgħat huma previsti fl-Artikoli 223 u 224 tas-CIRE:

Amministrazzjoni mid-debitur

“Artikolu 223

Limitazzjoni għal kumpaniji

Id-dispożizzjonijiet hawnhekk japplikaw biss għal każijiet fejn il-patrimonju insolventi jirreferi għal kumpanija.”

“Artikolu 224

Prekundizzjonijiet għall-amministrazzjoni mid-debitur

1 - Fis-sentenza li tiddikjara l-insolvenza, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li l-patrimonju insolventi jiġi amministrat mid-debitur.

2 - Il-prekundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti:

a) id-debitur talab din l-amministrazzjoni;

b) id-debitur diġà ssottometta, jew wiegħed li jissottometti fi żmien 30 jum wara s-sentenza li tiddikjara l-insolvenza, pjan ta’ insolvenza li jipprovdi għall-kontinwità tal-operazzjonijiet mill-kumpanija;

c) ma hemm ebda raġuni għal tħassib rigward dewmien fit-trattament tal-każ jew żvantaġġi oħrajn għall-kredituri;

d) l-applikant għall-insolvenza jagħti l-kunsens tiegħu, meta l-applikant imsemmi ma jkunx id-debitur.

3 - L-amministrazzjoni hija fdata lid-debitur ukoll jekk id-debitur ikun talab dan u l-kredituri fil-laqgħa tal-evalwazzjoni tar-rapport jew fil-laqgħa ta’ qabilha jiddeċiedu hekk, irrispettivament minn jekk jeżistux il-prekundizzjonijiet stabbiliti f’2(c) u (d), u t-terminu previst f’2(b) jiġi kkalkulat mid-data tad-deċiżjoni mill-kredituri.”

Ħatra u status tal-prattikant

Is-setgħat tal-prattikant fl-insolvenza u l-kwalifiki meħtieġa huma pprovduti fl-Artikoli 52, 53 u 55 tas-CIRE:

“Artikolu 52

Ħatra mill-imħallef u status

1 - L-imħallef huwa kompetenti biex jaħtar il-prattikant fl-insolvenza.

2 - Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32(1) japplikaw għall-ħatra tal-prattikant fl-insolvenza, iżda l-imħallef jista’ jqis l-informazzjoni pprovduta mid-debitur jew mill-kummissjoni tal-kredituri, jekk ikun hemm, jew inkella mill-kredituri. Dan japplika wkoll jekk il-patrimonju insolventi jinvolvi kumpanija bi stabbiliment jew stabbilimenti f’attività jew meta l-proċedimenti tal-insolvenza jkunu partikolarment kumplessi, u tingħata preferenza, fl-ewwel ħatra, lill-amministratur ġudizzjarju provviżorju li jwettaq dmirijiet fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza.

3 - Il-proċess ta’ reklutaġġ għal-listi uffiċjali kif ukoll l-istatus ta’ prattikant fl-insolvenza huma stabbiliti f’liġi speċifika, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi.

4 - Jekk il-proċedimenti tal-insolvenza jkunu partikolarment kumplessi, jew jekk ikun hemm bżonn ta’ għarfien speċjali tal-prattikant fl-insolvenza, l-imħallef jista’, awtomatikament jew fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata, jaħtar iktar minn prattikant wieħed fl-insolvenza. Meta ssir talba bħal din, l-applikant għandu r-responsabbiltà li jipprovdi proposta debitament motivata rigward il-prattikant fl-insolvenza li għandu jinħatar, kif ukoll li jagħti remunerazzjoni lill-prattikant f-insolvenza hekk propost, jekk tali prattikant fl-insolvenza jinħatar u l-patrimonju insolventi ma jkunx biżżejjed biex jipprovdi għal tali remunerazzjoni.

5 - Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-prattikant fl-insolvenza maħtur mill-imħallef skont il-paragrafu 1 u l-prattikanti fl-insolvenza maħturin fuq talba ta’ kwalunkwe parti interessata, tipprevali l-opinjoni tal-prattikant fl-insolvenza maħtur mill-imħallef.

6 - Meta d-debitur ikun kumpanija kummerċjali li, skont il-Kodiċi tal-Kumpaniji Kummerċjali, ikun f’relazzjoni ta’ kontroll jew ta’ grupp ma’ kumpaniji oħrajn li fir-rigward tagħhom ikunu ġew proposti proċedimenti ta’ insolvenza, awtomatikament jew fuq talba tad-debitur jew tal-kredituri, l-imħallef jista’ jaħtar prattikant fl-insolvenza uniku għall-kumpaniji kollha. F’tali każ, l-imħallef huwa meħtieġ ukoll li, f’termini ġenerali, jaħtar prattikant fl-insolvenza ieħor bi dmirijiet limitati għall-evalwazzjoni tat-talbiet imressqa fost id-debituri fl-istess grupp, immedjatament wara li tkun ġiet ikkonfermata l-eżistenza ta’ tali talbiet mill-ewwel prattikant fl-insolvenza.

“Artikolu 53

Għażla ta’ prattikant differenti mill-kredituri

1 - Taħt il-kundizzjoni li qabel il-votazzjoni d-dokument li jikkonferma l-aċċettazzjoni tal-proposta jiġi mehmuż mal-fajls tal-każ, il-kredituri fil-laqgħa tal-kredituri, wara l-ħatra ta’ prattikant fl-insolvenza, jistgħu jaħtru persuna differenti għall-pożizzjoni, kemm jekk irreġistrata fil-lista uffiċjali kif ukoll jekk le, u jiddeċiedu dwar ir-remunerazzjoni tiegħu permezz ta’ approvazzjoni milħuqa mill-maġġoranza tal-votanti u l-voti maħruġa.L-astensjonijiet mhumiex ikkunsidrati.

2 - Il-ħatra ta’ persuna mhux irreġistrata fil-lista uffiċjali tista’ sseħħ biss f’każijiet ġustifikati minħabba d-daqs tal-kumpanija fil-patrimonju insolventi, in-natura speċifika tal-qasam ta’ attività tal-kumpanija jew il-kumplessità tal-każ.

3 - L-imħallef jista’ jirrifjuta li jaħtar il-persuna eletta mill-kredituri bħala l-prattikant fl-insolvenza bħala sostitut għall-prattikant kurrenti, biss jekk l-imħallef imsemmi jqis li dik il-persuna m’għandhiex reputazzjoni tajba jew il-kapaċità li teżerċita l-pożizzjoni, li r-remunerazzjoni approvata mill-kredituri hija manifestament eċċessiva jew, meta l-persuna kkonċernata ma tkunx irreġistrata fil-lista uffiċjali, ma teżisti ebda waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu preċedenti.”

“Artikolu 55

Dmirijiet u twettiq ta’ dmirijiet

1 - Minbarra kompiti oħrajn mogħtija b’dan il-mod, il-prattikant fl-insolvenza għandu r-responsabbiltà, bil-kooperazzjoni u taħt is-superviżjoni tal-kummissjoni tal-kredituri, jekk applikabbli, li:

a) jipprepara l-ħlas tad-djun tal-parti insolventi billi juża l-flus disponibbli fil-patrimonju insolventi, b’mod iktar speċifiku, permezz ta’ somom miksuba permezz tad-disponiment tal-assi fl-imsemmi patrimonju li għandu jsir mill-prattikant fl-insolvenza;

b) sadanittant, jiżgura l-konservazzjoni u t-tgawdija tal-intitolamenti tal-parti insolventi u l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-kumpanija, jekk dan ikun il-każ, filwaqt li jevita kemm jista’ jkun li s-sitwazzjoni ekonomika tmur għall-agħar.

2 - Mingħajr preġudizzju għal każijiet ta’ użu obbligatorju ta’ rappreżentanza legali jew il-ħtieġa għal ftehim minn qabel tal-kummissjoni tal-kredituri, il-prattikant fl-insolvenza personalment iwettaq id-dmirijiet tal-pożizzjoni.Il-prattikant fl-insolvenza jista’ jiddelega, bil-miktub, azzjonijiet speċifiċi lil prattikant fl-insolvenza differenti b’reġistrazzjoni aġġornata fil-listi uffiċjali.

3 - Meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu, il-prattikant fl-insolvenza jista’ jkun megħjun, taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, minn speċjalista jew persunal awżiljarja oħra, imħallsa jew mhux imħallsa, inkluż id-debitur innifsu, wara ftehim minn qabel mill-kummissjoni tal-kredituri jew mill-imħallef, jekk tali kummissjoni ma teżistix.

4 - Il-prattikant fl-insolvenza jista’ jimpjega l-ħaddiema meħtieġa għal-likwidazzjoni tal-patrimonju tal-insolvenza jew il-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-kumpanija, għal żmien determinat jew mhux determinat.Madankollu, il-kuntratti ġodda jiskadu mal-għeluq finali tal-istabbiliment fejn il-ħaddiema jipprovdu tali servizz, jew, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, fil-ħin tat-trasferiment.

5 - Il-prattikant fl-insolvenza huwa responsabbli wkoll biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni tal-patrimonju insolventi lill-kummissjoni tal-kredituri u lill-qorti fil-ħin.

6 - Fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza u kull meta l-prattikant fl-insolvenza ma jkollux aċċess dirett għall-informazzjoni meħtieġa, l-imħallef jordna lil kwalunkwe entitajiet pubbliċi u istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu, abbażi tar-rekords rispettivi tagħhom, l-informazzjoni meqjusa neċessarja jew utli għall-finijiet tal-proċedimenti, b’mod iktar speċifiku, rigward assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju insolventi.

7 - Ir-remunerazzjoni tal-prattikant fl-insolvenza msemmija fl-aħħar parti tal-paragrafu 2 hija r-responsabbiltà tal-prattikant fl-insolvenza li jkun iddelega tali xogħol, u huwa dan il-prattikant fl-insolvenza msemmi l-aħħar li huwa responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa mill-prattikant delegat taħt id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-istess paragrafu.

8 - Suġġett għal ftehim mill-kummissjoni tal-kredituri, il-prattikant fl-insolvenza għandu s-setgħa li jwaqqaf, jinnegozja jew jagħmel ammissjonijiet fi kwalunkwe każ ġudizzjarju li jagħmlu parti minnu l-parti insolventi jew il-patrimonju insolventi.”

Superviżjoni ġudizzjarja

L-imħallef jissorvelja l-attività tal-prattikant fl-insolvenza skont l-Artikolu 58 tas-CIRE:

“Artikolu 58

Superviżjoni mill-imħallef

Il-prattikant fl-insolvenza jwettaq dmirijiet taħt is-superviżjoni tal-imħallef li, fi kwalunkwe ħin, jista’ jitlob informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni jew il-preżentazzjoni ta’ rapport dwar l-attivitajiet imwettqa u l-istatus tal-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni.”

Il-kummissjoni tal-kredituri għandha wkoll is-setgħat li tissorvelja l-attività tal-prattikant fl-insolvenza skont l-Artikolu 68 tas-CIRE.

Remunerazzjoni tal-prattikant fl-insolvenza

Ir-remunerazzjoni tal-prattikant fl-insolvenza hija ddeterminata skont l-Artikolu 60 tas-CIRE:

“Artikolu 60

Ir-remunerazzjoni

1 - Il-prattikant fl-insolvenza maħtur mill-imħallef huwa intitolat għar-remunerazzjoni prevista fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu u għar-rimborż tal-ispejjeż li raġonevolment ikkunsidra li huma utli jew indispensabbli.

2 - Meta l-prattikant fl-insolvenza jintgħażel mil-laqgħa tal-kredituri, ir-remunerazzjoni tiegħu hija kif previst fid-deċiżjoni rispettiva.

3 - Prattikant fl-insolvenza li ma jkunx għamel ftehim minn qabel dwar ir-remunerazzjoni stabbilita mil-laqgħa tal-kredituri għat-tfassil tal-pjan ta’ insolvenza, l-immaniġġjar tal-kumpanija wara l-laqgħa ta’ evalwazzjoni tar-rapport jew is-superviżjoni tal-pjan approvat tal-insolvenza, jista’ jirtira mill-pożizzjoni sakemm dan jagħmlu fil-laqgħa rispettiva fejn tittieħed id-deċiżjoni.”

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Talbiet fuq il-patrimonju insolventi jistgħu jiġu paċuti kontra djun fuq l-imsemmi patrimonju insolventi, jekk jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 99 tas-CIRE:

“Artikolu 99

Tpaċijiet

1 - Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn previsti f’dan il-Kodiċi, wara d-dikjarazzjoni tal-insolvenza, l-applikanti għall-insolvenza jistgħu jikkumpensaw it-talbiet tagħhom kontra d-djun fuq il-patrimonju sakemm jintlaħaq mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

a) il-prekundizzjonijiet legali għat-tpaċija kienu milħuqa qabel id-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza;

b) il-fatt li jkun hemm talba fuq l-insolvenza li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 847 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili qabel il-kontrotalba tal-patrimonju.

2 - Għall-finijiet tas-subparagrafi a) u b) ta’ hawn fuq, dawn li ġejjin ma japplikawx:

a) it-telf tal-benefiċċju tat-terminu previst fl-Artikolu 780(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;

b) il-maturità bikrija u l-konverżjoni fi flus kontanti li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 96.

3 - It-tpaċijiet mhumiex ippreġudikati mill-fatt li l-obbligi għandhom muniti jew unitajiet ta’ kalkolu differenti bħala l-għan tagħhom, jekk il-konverżjoni reċiproka tagħhom tkun b’xejn fil-post tal-ħlas tal-kontrotalba, u l-konverżjoni ssir skont ir-rata tal-kambju fis-seħħ fid-data li fiha t-tpaċija tipproduċi l-effetti tagħha.

4 - Mhumiex permessi tpaċijiet:

a) jekk id-dejn fuq il-patrimonju ġie kkostitwit wara d-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, b’mod iktar speċifiku bħala konsegwenza tar-revoka ta’ atti għall-benefiċċju tal-patrimonju insolventi;

b) jekk il-kreditur tal-insolvenza akkwista l-pretensjoni mingħand persuna oħra, wara d-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza;

c) fl-użu ta’ djun tal-parti insolventi li l-patrimonju mhuwiex responsabbli għalihom;

d) bejn djun lill-patrimonju u talbiet subordinati dwar l-insolvenza.”

Minbarra r-regola ġenerali tal-Artikolu 99 tas-CIRE, jeżistu dispożizzjonijiet legali oħrajn li jipprovdu għall-possibbiltà ta’ tpaċijiet:L-Artikoli 102(3)(e), 154(1), 242(3) u 286 tas-CIRE

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

L-effetti tal-insolvenza fuq il-kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti fihom jiddependu fuq in-natura tal-kuntratt u huma stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikoli minn 102 sa 119 tas-CIRE:

“Artikolu 102

Prinċipju ġenerali fir-rigward ta’ negozju kontinwu

1 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-artikoli li ġejjin, fi kwalunkwe kuntratt bilaterali li fih, fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, tkun għadha ma seħħitx konformità sħiħa mill-parti insolventi jew mill-parti l-oħra, tali konformità tiġi sospiża sakemm il-prattikant fl-insolvenza jiddeċiedi li jeżegwixxi l-kuntratt jew li jirrifjuta l-konformità.

2 - Madankollu, il-parti l-oħra tista’ tistabbilixxi żmien raġonevoli biex il-prattikant fl-insolvenza jeżerċita din l-għażla, u wara li jiskadi jitqies li l-konformità ġiet miċħuda.

3 - Ladarba l-konformità tkun ġiet irrifjutata mill-prattikant fl-insolvenza, u mingħajr preġudizzju għas-separazzjoni tal-każijiet, jekk applikabbli:

a) ebda waħda mill-partijiet ma għandha d-dritt għar-restituzzjoni ta’ dak li jkun ġie pprovdut;

b) il-patrimonju insolventi għandu d-dritt li jitlob il-valur tal-korrispettiv li jikkorrispondi għall-ħlas diġà magħmul mid-debitur, meta jkun għadu ma ġiex ipprovdut mill-parti l-oħra;

c) il-parti l-oħra jkollha dritt, bħala talba għall-insolvenza, għall-valur tal-ħlas mid-debitur tal-parti li ma jkunx hemm konformità magħha, filwaqt li jitnaqqas il-valur tal-korrispettiv korrispondenti li jkun għadu ma ġiex ipprovdut;

d) id-dritt għal kumpens għal telf ikkawżat lill-parti l-oħra minħabba n-nuqqas ta’ konformità:

i) jeżisti biss sal-valur ta’ kwalunkwe obbligu impost skont is-subparagrafu b);

ii) jitnaqqas mill-ammont li hija intitolata għalih il-parti l-oħra , permezz tal-applikazzjoni tas-subparagrafu c);

iii) jikkostitwixxi talba għall-insolvenza;

e) kwalunkwe parti tista’ tiddikjara t-tpaċija tal-obbligazzjonijiet imsemmija fis-subparagrafi c) u d) kontra dik imsemmija fis-subparagrafu b), sal-ammont tas-somom rispettivi.

4 - L-għażla għall-eżekuzzjoni hija abbużiva jekk ikun manifestament improbabbli li jkun hemm konformità f’waqtha mal-obbligi kuntrattwali mill-patrimonju insolventi”.

“Artikolu 103

Servizzi indiviżibbli

1 - Jekk il-kuntratt jeħtieġ lill-parti l-oħra tipprovdi servizz li min-natura tiegħu ma jkunx funġibbli, jew li mal-konsenja jkun diviżibbli f’oġġetti differenti li mhumiex sostitwiti faċilment, li jinvolvu konnessjoni funzjonali, u l-prattikant fl-insolvenza jirrifjuta l-konformità:

a) l-intitolament imsemmi f’3(b) tal-artikolu preċedenti huwa sostitwit bid-dritt li l-parti l-oħra tintalab ir-restituzzjoni ta’ dak li ġie pprovdut, biex jirrifletti l-arrikkiment rispettiv fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza;

b) l-għan tal-intitolament previst fi 3(c) tal-artikolu preċedenti huwa d-differenza, jekk tkun favorevoli għall-parti l-oħra, bejn il-valuri tas-servizzi kuntrattwali kollha;

c) il-parti l-oħra, bħala applikant għall-insolvenza, hija intitolata għar-rimborż tal-ispejjeż jew għar-restituzzjoni tal-valur tal-parti tas-servizz magħmul qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza, skont jekk dan is-servizz huwiex funġibbli jew le.

2 - Madankollu, il-parti l-oħra hija intitolata li tlesti s-servizz tagħha u, bħala talba għal insolvenza, titlob il-parti tal-korrispettiv dovut, f’liema każ id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u l-artikolu preċedenti ma jibqgħux japplikaw.

3 - Jekk il-prattikant fl-insolvenza ma jirrifjutax il-konformità, id-dritt tal-parti l-oħra għal korrispettiv jikkostitwixxi biss talba fuq il-patrimonju fil-parti li taqbeż il-valur ta’ dak li kien ikun ikkalkulat bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ 1(c), kieku l-prattikant fl-insolvenza għażel li jirrifjuta l-konformità.

4 - Meta l-provvediment ta’ servizz huwa tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 impost mill-kuntratt fuq il-parti insolventi, u l-prattikant fl-insolvenza jirrifjuta din il-konformità:

a) id-dritt imsemmi f’3(b) tal-artikolu preċedenti ma jibqax japplika jew jiġi sostitwit bid-dritt għar-restituzzjoni tal-valur tal-parti tal-ħlas diġà magħmul qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza, skont jekk tali servizz huwiex funġibbli jew le;

b) id-dispożizzjonijiet ta’ 1(b) japplikaw meta l-parti l-oħra tkun intitolata wkoll għal rimborż ta’ dak li diġà ġie pprovdut, kif ukoll talba għal insolvenza.

5 - Meta l-provvediment ta’ servizz ikun tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 impost mill-kuntratt fuq il-parti insolventi u l-prattikant fl-insolvenza ma jirrifjutax tali konformità, l-intitolament tal-parti l-oħra għall-korrispettiv dovut, jikkostitwixxi talba fuq il-patrimonju b’mod sħiħ.

6 - Jekk is-servizz li mhux funġibbli jinqasam f’pakketti awtonomi u l-ħlas ta’ wieħed jew uħud minn dawn il-pakketti jkun diġà sar, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti japplikaw biss għall-pakketti li jifdal, u l-korrispettiv jinqasam kif xieraq bejniethom.”

“Artikolu 104

Bejgħ biż-żamma tat-titolu u operazzjonijiet simili

1 - F’kuntratt ta’ xiri u bejgħ b’żamma ta’ titolu fejn il-bejjiegħ ikun il-parti insolventi, il-parti l-oħra tista’ titlob konformità mal-kuntratt jekk l-oġġett ikun diġà ġie kkonsenjat fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza.

2 - Fil-każ ta’ insolvenza tal-lokatur, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti japplikaw għall-kuntratt ta’ kiri finanzjarju u għall-kuntratt ta’ kiri bi klawżola li tiddikjara li l-oġġett mikri jsir il-proprjetà tal-kerrej wara li jkunu saru l-ħlasijiet miftiehmin kollha.

3 - Meta x-xerrej jew il-kerrej ikun il-parti insolventi, u l-oġġett ikun fil-pussess tal-imsemmi xerrej jew kerrej, it-terminu stabbilit mill-prattikant fl-insolvenza skont l-Artikolu 102(2), ma jistax jiskadi qabel ma jkunu għaddew ħamest ijiem mid-data tal-laqgħa tal-evalwazzjoni tar-rapport, ħlief jekk l-assi inkwistjoni jista’ jnaqqas il-valur b’mod sinifikanti matul tali perjodu u l-parti l-oħra twissi lill-prattikant fl-insolvenza espliċitament dwar dan il-fatt.

4 - Iż-żamma tal-klawżola tat-titolu f’kuntratti biex isir disponiment ta’ oġġett speċifiku li fih ix-xerrej huwa l-parti insolventi tista’ tiġi kkontestata biss mill-patrimonju meta jkun ġie stipulat bil-miktub, sal-punt tal-konsenja tal-oġġett.

5 - L-effetti tar-rifjut ta’ konformità mill-prattikant fl-insolvenza, meta ammissibbli, huma stabbiliti fl-Artikolu 102(3).Huwa mifhum li l-għan tad-dritt stipulat fis-subparagrafu (c) rispettiv huwa l-ħlas tad-differenza, meta tkun pożittiva, bħala talba għall-insolvenza, bejn is-somma tal-ħlasijiet jew kirjiet skedati sa tmiem il-kuntratt, aġġornati sad-data tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91(2), u l-valur tal-oġġett fid-data tar-rifjut, jekk il-parti l-oħra tkun il-bejjiegħ jew is-sid, jew tad-differenza, meta tkun pożittiva, bejn dan il-valur imsemmi l-aħħar u dik is-somma, jekk il-parti l-oħra msemmija tkun ix-xerrej jew il-kerrej.”

“Artikolu 105

Bejgħ mingħajr konsenja

1 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 107, jekk l-obbligu tal-bejjiegħ li jikkonsenja jkun għadu ma ġiex sodisfatt, imma l-proprjetà tkun diġà ġiet trasferita:

a) il-prattikant fl-insolvenza ma jistax jirrifjuta l-konformità mal-kuntratt, f’każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ;

b) ir-rifjut ta’ konformità mill-prattikant fl-insolvenza, fil-każ tal-insolvenza tax-xerrej, għandu l-effetti stabbiliti fl-Artikolu 104(5), applikabbli mutatis mutandis.

2 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti japplikaw ukoll mutatis mutandis, għal kuntratti li jittrasferixxu drittijiet oħrajn ta’ użu reali.”

“Artikolu 106

Ftehim promissorju

1 - Fil-każ tal-insolvenza tal-bejjiegħ promissorju, il-prattikant fl-insolvenza ma jistax jirrifjuta l-konformità mal-kuntratt promissorju b’effettività reali jekk l-oġġett ikun diġà ingħata lix-xerrej promissorju.

2 - Fil-każ ta’ rifjut ta’ konformità mal-kuntratt ta’ bejgħ u xiri promissorju mill-prattikant fl-insolvenza, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 104(5) għandhom japplikaw mutatis mutandis, kemm jekk l-insolvenza tikkonċerna x-xerrej promissorju jew il-bejjiegħ promissorju.”

“Artikolu 107

Operazzjonijiet b’data tal-konsenja speċifika

1 - Jekk il-konsenja ta’ oġġetti, jew l-eżekuzzjoni ta’ servizzi finanzjarji li għandhom prezz tas-suq, ikollha titwettaq f’data speċifika jew f’ċertu terminu, u d-data jew it-terminu jaqgħu wara li tkun ġiet iddikjarata l-insolvenza, ma tistax tintalab eżekuzzjoni minn xi waħda mill-partijiet. Ix-xerrej jew il-bejjiegħ, skont il-każ, se jkun intitolat biss għall-ħlas tad-differenza bejn il-prezz aġġustat u l-prezz tas-suq tal-oġġetti jew tas-servizz finanzjarju fit-tieni jum wara d-data li fiha tkun iddikjarata l-insolvenza, fir-rigward ta’ kuntratti bl-istess data jew data ta’ skadenza għall-konformità, li, kif huwa rikjest mill-parti insolventi, tikkostitwixxi talba għall-insolvenza.

2 - Fi kwalunkwe każ, il-bejjiegħ jirritorna s-somom diġà mħallsa, u jista’ jikkumpensa tali obbligu bit-talba mogħtija lilu mill-paragrafu preċedenti, sal-ammont tas-somom rispettivi. Meta l-bejjiegħ ikun il-parti insolventi, id-dritt għar-ritorn jikkostitwixxi talba għall-parti l-oħra dwar l-insolvenza.

3 - Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, is-servizzi finanzjarji huma kkunsidrati li huma:

a) il-konsenja ta’ titoli, ħlief jekk ikunu involuti ishma li jirrappreżentaw mill-inqas 10 % tal-kapital tal-kumpanija, u s-saldu previst fil-kuntratt ma jkunx biss ta’ natura finanzjarja;

b) il-konsenja ta’ metalli prezzjużi;

c) ħlasijiet fi flus kontanti li huma ddeterminati direttament jew indirettament bir-rata tal-kambju ta’ munita barranija, bir-rata tal-imgħax statutorja, b’unità ta’ kalkolu jew bil-prezz ta’ oġġetti jew servizzi oħrajn;

d) opzjonijiet jew intitolamenti oħrajn għall-bejgħ jew il-konsenja tal-oġġetti msemmija f’a) u b) jew għall-pagamenti msemmija f’c).

4 - Meta tranżazzjonijiet differenti li jikkonċernaw servizzi finanzjarji jiġu integrati f’kuntratt qafas li jista’ jiġi tterminat biss bħala unità waħda fil-każ ta’ nuqqas ta’‑konformità, is-sett ta’ tranżazzjonijiet huwa kkunsidrat bħala kuntratt bilaterali għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u tal-Artikolu 102.

5 - Operazzjonijiet b’data speċifika tal-konsenja mhux koperti mill-paragrafu 1 huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 104 (5), mutatis mutandi.”

“Artikolu 108

Kiri fejn il-kerrej huwa l-parti insolventi

1 - Id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza ma tissospendix kuntratt ta’ kiri meta l-parti insolventi tkun il-kerrej, imma l-prattikant fl-insolvenza jista’ dejjem iħassar tali kuntratt billi jagħti avviż ta’ 60 jum, jekk avviż iqsar ma jkunx biżżejjed skont il-liġi jew il-kuntratt.

2 - Eċċezzjoni mill-paragrafu preċedenti hija jekk il-kirja tikkonċerna l-post ta’ residenza tal-parti insolventi, f’liema każ il-prattikant fl-insolvenza jista’ jiddikjara biss li l-intitolament għall-ħlas ta’ kera akkumulat wara li jkunu għaddew 60 jum minn meta saret tali dikjarazzjoni ma jistax jiġi infurzat fil-proċedimenti ta’ insolvenza. F’dan il-każ, il-kerrej se jkun intitolat li jagħmel talba fl-insolvenza għal kumpens għal danni mġarrba fil-każ ta’ evizzjoni minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ wieħed jew iktar mill-ħlasijiet tal-kiri msemmija hawn fuq, sas-somma tal-ħlasijiet li jikkorrispondu għal kwart.

3 - Il-kanċellazzjoni ta’ kuntratt mill-prattikant fl-insolvenza kif previst fil-paragrafu 1 teħtieġ il-ħlas, bħala talba għall-insolvenza, tal-ammonti dovuti li jikkorrispondu għall-perjodu ta’ intervent bejn id-data tal-produzzjoni tal-effetti u t-tmiem tat-terminu stipulat fil-kuntratt, jew id-data li fiha l-kanċellazzjoni kienet tkun possibbli b’mod ieħor mill-parti insolventi, mingħajr l-ispejjeż involuti fil-provvediment tas-servizz mill-kerrej matul dan il-perjodu, kif ukoll il-qligħ miksub permezz ta’ applikazzjoni alternattiva tal-proprjetà mikrija, sakemm dawn ikunu attribwibbli għat-tmiem bikri tal-kuntratt, b’aġġornament tal-ammonti kollha skont l-Artikolu 91(2) sad-data tal-produzzjoni tal-effetti tal-kanċellazzjoni.

4 - Il-lokatur ma jistax jitlob il-kanċellazzjoni tal-kuntratt wara d-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-kerrej fuq il-bażi ta’ waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

a) nuqqas ta’ ħlas tal-kiri relatati mal-perjodu qabel id-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza;

b) deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kerrej.

5 - Meta l-oġġett mikri b’dan il-mod ma jkunx għadu ġie mgħoddi lill-kerrej fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-kerrej imsemmi, kemm il-prattikant fl-insolvenza kif ukoll l-kerrej jistgħu jikkanċellaw il-kuntratt, u jew jistgħu jistabbilixxu terminu differenti u raġonevoli għal dak l-iskop, u wara li jgħaddi dan it-terminu jiskadi d-dritt għal kanċellazzjoni.”

“Artikolu 109

Kiri fejn il-lokatur huwa l-parti insolventi

1 - Id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza ma tissospendix l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kiri meta l-parti insolventi tkun il-lokatur, u l-kanċellazzjoni tal-kuntratt minn kwalunkwe parti hija possibbli biss fi tmiem it-terminu li jkun għaddej, mingħajr preġudizzju għal każijiet ta’ tiġdid obbligatorju.

2 - Madankollu, jekk l-oġġett ma jkunx ġie mgħoddi lill-kerrej fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(5) mutatis mutandi.

3 - Id-disponiment tal-oġġett hekk mikri fil-proċedimenti ta’ insolvenza ma jċaħħadx lil-lokatur mid-drittijiet rikonoxxuti mil-liġi ċivili f’tali ċirkostanzi.”

“Artikolu 110

Kuntratti ta’ rappreżentanza u maniġment

1 - Kuntratti ta’ rappreżentanza, inklużi kuntratti ta’ kummissjoni, li jaqgħu taħt il-patrimonju tal-insolvenza, jiskadu mad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tal-prinċipal, anki jekk ir-rappreżentazzjoni ngħatat ukoll fl-interess tar-rappreżentant jew ta’ parti terza.Ir-rappreżentant mhux se jkun intitolat għal kumpens għad-danni mġarrba.

2 - Madankollu, kuntratt ta’ rappreżentazzjoni jkun ikkunsidrat li jkompli:

a) jekk ikun meħtieġ li r-rappreżentant iwettaq azzjonijiet biex jevita dannu prevedibbli lill-patrimonju insolventi, sakemm il-prattikant fl-insolvenza jieħu l-passi dovuti;

b) għall-perjodu li matulu r-rappreżentant wettaq dmirijiet tiegħu mingħajr ma kien jaf, mingħajr ebda ħtija, li ħarġet dikjarazzjoni ta’ insolvenza għall-prinċipal.

3 - Fil-każ ta’ 2(a), ir-remunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż għar-rappreżentant jikkostitwixxu dejn għall-patrimonju insolventi, u fil-każ ta’ 2(b), dawn jikkostitwixxu dejn ta’ insolvenza.

4 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti japplikaw, mutatis mutandis, għal kwalunkwe kuntratti oħrajn li permezz tagħhom il-parti insolventi fdat il-maniġment ta’ kwistjonijiet ta’ assi lil parti terza, b’awtonomija minima, b’mod aktar speċifiku kuntratti tal-maniġment tal-portafoll u tal-assi.”

“Artikolu 111

Kuntratt ta’ servizz fit-tul

1 - Kuntratti li jeħtieġu l-provvediment ta’ servizz fit-tul fl-interess tal-parti insolventi, u li ma jiskadux b’effetti tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 110, ma jiġux sospiżi bid-dikjarazzjoni ta’ insolvenza, u jistgħu jiġu kkanċellati minn kwalunkwe parti skont l-Artikolu 108(1), applikabbli mutatis mutandis.

2 - Kanċellazzjoni bikrija tal-kuntratt teħtieġ biss il-ħlas ta’ kumpens għal danni kkawżati meta tali kanċellazzjoni titwettaq mill-prattikant fl-insolvenza, u f’tali każ il-kumpens jiġi kkalkulat, mutatis mutandis, skont l-Artikolu 108(3), u jikkostitwixxi talba għall-insolvenza għall-parti l-oħra.”

“Artikolu 112

Prokuri

1 - Ħlief fil-każijiet koperti mill-Artikolu 110(2)(a), il-prokuri li jikkonċernaw l-assi tal-patrimonju insolventi jiskadu mad-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-parti rappreżentata, anki jekk ikunu ngħataw ukoll fl-interess tal-persuna li taġixxi bħala prokura jew parti terza.

2 - Fir-rigward ta’ azzjonijiet meħuda mill-persuna li taġixxi bħala prokuratur wara li tkun skadiet il-prokura, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81(6) u (7) japplikaw, mutatis mutandis.

3 - Persuna li taġixxi bħala prokuratur li ma tkunx taf bid-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-parti rappreżentata, mingħajr ebda ħtija, mhijiex responsabbli fir-rigward ta’ partijiet terzi għall-ineffettività tal-att minħabba l-irtirar tas-setgħat ta’ rappreżentazzjoni.”

“Artikolu 113

Insolvenza tal-ħaddiema

1 - Id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tal-ħaddiema ma tissospendix il-kuntratt tax-xogħol.

2 - Il-ħlas ta’ kumpens għal telf li jirriżulta minn ksur eventwali ta’ obbligi kuntrattwali jista’ jintalab mill-parti insolventi.”

“Artikolu 114

Provvediment ta’ servizz mid-debitur

1 - Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 113 japplikaw għal kuntratti li permezz tagħhom il-parti insolventi, bħala persuna fiżika, hija meħtieġa tipprovdi servizz, ħlief jekk dan is-servizz jifforma parti mill-attività tal-kumpanija li jkollha l-persuna fiżika msemmija u ma jkollux natura funġibbli.

2 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 111 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal kuntratti li għandhom bħala għan il-provvediment fit‑tul ta’ servizz mid-debitur. Madankollu, id-dmir li jingħata kumpens jeżisti biss jekk il-kanċellazzjoni ssir mill-parti l-oħra.”

“Artikolu 115

Ċessjoni u rahan ta’ talbiet futuri

1 - Meta d-debitur ikun persuna fiżika u, qabel id-dikarazzjoni tal-insolvenza, ikun ta jew wiegħed li jagħti talbiet futuri li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol jew ta’ provvediment ta’ servizzi, jew intitolament għal pagamenti futuri oħrajn bħal benefiċċji tal-qgħad u pensjonijiet tal-irtirar, l-effettività tal-att tkun limitata għal qligħ relatat mal-perjodu qabel id-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, il-bqija tax-xahar kurrenti f’dik id-data u l-24 xahar ta’ wara.

2 - L-effettività taċ-ċessjoni magħmula jew rahan kostitwit mid-debitur qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza li l-għan tagħhom huwa ħlas tal-kiri taħt kuntratt ta’ kiri li l-prattikant fl-insolvenza ma jistax iħassar jew itemm skont l-Artikolu 104(2) u l-Artikolu 109(1), rispettivament, ikun limitat, kemm jekk id-debitur huwa persuna fiżika jew le, għal ħlasijiet relatati mal-perjodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza, il-bqija tax-xahar kurrenti f’dik id-data u x-xahar ta’ wara.

3 - Debitur bit-talbiet imsemmija fil-paragrafi preċedenti jista’ jpaċihom bi djun tal-patrimonju, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 99(1)(b) u l-Artikolu 99(4)minn (b) sa (d).”

“Artikolu 116

Kontijiet kurrenti

Id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza teħtieġ it-terminazzjoni tal-kuntratti tal-kont kurrenti li l-parti insolventi hija firmatarja għalihom, u l-għeluq tal-kontijiet rispettivi.”

“Artikolu 117

Assoċjazzjonijiet ta’ sħubija

1 - L-assoċjazzjonijiet ta’ sħubija huma kkanċellati permezz tal-insolvenza tal-parti kontraenti assoċjata.

2 - Il-parti kontraenti assoċjata hija meħtieġa li tgħaddi l-parti tagħha lill-patrimonju insolventi tal-kumpanija assoċjata, li tkun għadha ma ġietx riżolta, f’telf li tkun meħtieġ li tipparteċipa fih, filwaqt li tikkonserva d-dritt li titlob bħala kreditu taħt l-insolvenza , il-ħlasijiet li saru u li jistgħu ma jiġux inklużi fil-parteċipazzjoni tagħha fit-telf.”

“Artikolu 118

Raggruppament komplimentari ta’ kumpaniji u raggruppamenti ta’ interess ekonomiku Ewropew

1 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mod ieħor f’kuntratt, ir-ragruppament komplimentari ta’ kumpaniji u raggruppamenti ta’ interess ekonomiku Ewropew ma jiġux xolti bħala riżultat ta’ insolvenza ta’ membru wieħed jew iktar ta’ grupp.

2 - Il-membru ddikjarat insolventi hekk jista’ jillibera ruħu mir-ragruppament komplimentari tal-kumpaniji.

3 - Klawżoli tal-kuntratt li jeħtieġu li l-membru ddikjarat insolventi jikkumpensa d-dannu kkawżat lill-bqija tal-membri jew lil ragruppament huma nulli u bla effett.”

“Artikolu 119

Dispożizzjonijiet obbligatorji

1 - Kwalunkwe ftehim mill-partijiet li jeskludi jew jillimita l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet preċedenti ta’ dan il-kapitolu huwa null u bla effett.

2 - Klawżoli li jattribwixxu l-valur ta’ kundizzjoni riżolutorja għas-sitwazzjoni ta’ insolvenza ta’ waħda mill-partijiet fir-rigward ta’ tranżazzjoni jew f’tali każ li jagħtu intitolament għal kumpens, kanċellazzjoni jew irtirar lill-parti l-oħra skont termini differenti minn dawk stabbiliti f’dan il-kapitolu huma partikolarment nulli u bla effett.

3 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti ma jimpedixxux is-sitwazzjoni tal-insolvenza milli tikkostitwixxi raġuni ġusta għall-kanċellazzjoni jew l-irtirar minħabba n-natura u l-kontenut tal-ħlasijiet kuntrattwali.”

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

Effetti fuq il-proċedimenti

Id-dikjarazzjoni tal-insolvenza timpedixxi l-ftuħ ta’ kwalunkwe azzjoni ta’ infurzar mill-kredituri tal-insolvenza [l-Artikolu 88(1) tas-CIRE].

Effetti fuq it-talbiet

L-effetti tal-insolvenza fuq talbiet eżistenti rigward il-patrimonju insolventi huma stabbiliti fl-Artikoli minn 90 sa 101 tas-CIRE:

“Artikolu 90

Eżerċizzju tat-talbiet relatati ma’ insolvenza

Il-kredituri tal-insolvenza jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom biss skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi, matul il-proċedimenti tal-insolvenza.”

“Artikolu 91

Djun pagabbli immedjatament

1 - Id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tirriżulta fl-obbligi kollha tal-parti insolventi li mhumiex soġġetti għal kundizzjoni preċedenti li jsiru pagabbli immedjatament.

2 - L-obbligi kollha li jkunu għadhom ma jistgħux jiġu rikjesti fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza li għalihom ma jkun dovut ebda imgħax remuneratorju, jew li l-imgħax huwa dovut għalihom b’rata iktar baxxa mir-rata tal-imgħax statutorja, huma meqjusin bħala mnaqqsin għal somma li, jekk l-imgħax ikkalkulat kellu jiżdied ma’ tali somma bir-rata statutorja jew b’rata ugwali għad-differenza bejn ir-rata statutorja u r-rata miftiehma, rispettivament, għall-perjodu li fih id-data ta’ maturità ġiet imressqa ’l quddiem, kien jikkorrispondi għall-valur tal-obbligu inkwistjoni.

3 - Fil-każ ta’ obbligu diviż, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti japplikaw għal kull wieħed mill-ħlasijiet li għadhom ma jistgħux jiġu mitlubin.

4 - Meta jiġi kkalkulat il-perjodu li fih id-data tal-maturità tressqet ’il quddiem, huwa meqjus li l-ħlas iseħħ fid-data li fiha l-obbligi jkunu jistgħu jiġu mitlubin, jew fid-data li fiha probabbilment iseħħ dan, meta d-data msemmija l-aħħar ma tkunx iddeterminata.

5 - It-tnaqqis fl-ammont tad-dejn previst fil-paragrafi preċedenti japplika wkoll anki jekk ikun sar telf tal-benefiċċju tat-terminu minħabba li s-sitwazzjoni tal-insolvenza tkun għadha ma ġietx iddikjarata legalment, kif stabbilit fl-Artikolu 780(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

6 - Is-surroga fid-drittijiet tal-kreditur li tirriżulta mill-konformità mill-parti insolventi ma’ obbligu ta’ parti terza sseħħ fi proporzjon mal-ammont imħallas fir-rigward tas-somma ta’ tali dejn ta’ parti terza, aġġornat skont il-paragrafu 2.

7 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti japplikaw għad-dritt għal rikors fir-rigward ta’ kondebituri oħrajn.”

“Artikolu 92

Pjanijiet ta’ saldu

Skont l-Artikolu 91(1), il-fatt li jista’ jsir ħlas immedjat ta’ djun li huma koperti minn pjan ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni tat-taxxa jew tas-sigurtà soċjali għandu l-effetti li l-liġijiet rispettivi jattribwixxu għal nuqqas ta’ konformità ma’ tali pjan.L-ammonti li jistgħu jintalbu huma kkalkulati skont id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet imsemmija.”

“Artikolu 93

Allowances għal manteniment

Id-dritt li tintalab allowance għal manteniment mill-parti insolventi għall-perjodu wara d-dikjarazzjoni ta’ insolvenza jista’ jiġi eżerċitat biss kontra l-patrimonju jekk ebda waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 2009 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ma tkun tista’ tipprovdi tali allowance.F’tali każ, l-imħallef għandu jistabbilixxi l-ammont rispettiv.”

“Artikolu 94

Talbiet taħt kundizzjoni riżolutorja

Fi proċedimenti ta’ insolvenza, it-talbiet suġġetti għal kundizzjoni riżolutorja huma ttrattati bħala mhux ikkwalifikati sa fejn il-kundizzjoni hija sodisfatta, mingħajr preġudizzju għad-dmir li jiġu rritornati l-ħlasijiet magħmulin, meta l-kundizzjoni tiġi vverifikata.”

“Artikolu 95.

Responsabbiltà konġunta u garanti

1 - Il-kredituri jistgħu jitolbu l-kreditu kollu tagħhom minn kull wieħed mill-patrimonji insolventi differenti ta’ debituri u garanti responsabbli b’mod konġunt, għalkemm is-somma totali tal-ammonti riċevuti minn dawn id-debituri kollha ma tistax taqbeż l-ammont tal-kreditu.

2 - Id-drittijiet kontra d-debitur insolventi li jirriżultaw mill-ħlas futur possibbli tad-dejn minn kondebitur responsabbli b’mod konġunt jew minn garanti jistgħu jiġu eżerċitati biss fil-proċedimenti ta’ insolvenza bħala talba taħt kundizzjoni preċedenti jekk il-kreditur tad-dejn imsemmi hawn fuq ma jitlobx tali ħlas.”

“Artikolu 96

Konverżjoni tat-talbiet

1 - Għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tas-sid rispettiv fil-proċedimenti:

a) talbiet mhux pekunarji jiġu sodisfatti bil-valur stmat f’euro fid-data tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza;

b) talbiet pekunarji li s-somom tagħhom mhumiex iddeterminati huma sodisfatti bil-valur stmat f’euro fid-data tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza;

c) talbiet espressi f’munita barranija jew indiċijiet huma milqugħa bil-valur f’euro bir-rata tal-kambju fis-seħħ fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza fil-post tal-ħlas rispettiv.

2 - Ladarba jiġu rikonoxxuti, it-talbiet imsemmija f’1(a) u (c) huma kkunsidrati bħala kkonvertiti permanentement f’euro.”

“Artikolu 97

Kanċellazzjoni ta’ privileġġi ta’ kreditu u garanziji reali

1 - Fid-dikjarazzjoni tal-insolvenza, dawn li ġejjin huma kkanċellati:

a) il-privileġġi ta’ kreditu ġenerali li huma anċillari għal talbiet ta’ insolvenza miżmuma mill-Istat, awtoritajiet lokali u istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kostitwiti iktar minn 12-il xahar qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti ta’ insolvenza;

b) il-privileġġi ta’ kreditu speċjali li huma anċillari għal talbiet ta’ insolvenza miżmuma mill-Istat, awtoritajiet lokali u istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti iktar minn 12-il xahar qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti ta’ insolvenza;

c) l-ipoteki legali li tkun intalbet ir-reġistrazzjoni tagħhom fix-xahrejn qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti ta’ insolvenza, u li huma anċillari għal talbiet ta’ insolvenza miżmuma mill-Istat, awtoritajiet lokali u istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali;

d) jekk ma jkunux indipendenti mir-reġistrazzjoni, il-garanziji reali fuq proprjetà immobbli jew mobbli, suġġetti għal reġistrazzjoni u li jiffurmaw parti mill-patrimonju insolventi, li huma anċillari għal talbiet ta’ insolvenza u li diġà ġew kostitwiti, iżda li għadhom ma ġewx irreġistrati u li mhumiex suġġetti għal talba għal reġistrazzjoni;

e) il-garanziji reali fuq assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju insolventi li huma anċillari għal talbiet trattati bħala talbiet ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa.

2 - Ladarba tkun ġiet iddikjarata l-insolvenza, ir-reġistrazzjoni ta’ ipoteki legali li jiggarantixxu talbiet fuq l-insolvenza mhix permessa, inkluż wara l-għeluq tal-proċedimenti, ħlief jekk it-talba rispettiva tkun ġiet sottomessa qabel id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq, jew, meta l-ipoteki huma involuti kif imsemmi f’1(c), xahrejn qabel l-istess data.”

“Artikolu 98

L-għoti ta’ privileġġ lil kreditur rikjedenti

1 - Fuq talba tal-persuna li tkun ġiet iddikjarat l-insolvenza tagħha, talbiet ta’ kredituri li mhumiex ta’ klassifikazzjoni baxxa se jibbenefikaw minn privileġġ ta’ talba ġenerali, ikklassifikat fl-aħħar post, fuq il-proprjetà mobbli kollha li tifforma parti mill-patrimonju insolventi, fir-rigward ta’ kwart mis-somma rispettiva, li tikkorrispondi għal massimu ta’ 500 CU.

2 - Jekk it-tkomplija tal-proċedimenti miġjuba minn kreditur tkun ippreġudikata mid-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tad-debitur fi proċedimenti istigati f’data aktar tard, il-privileġġ imsemmi fil-paragrafu preċedenti jiġi attribwit lir-rikorrent tal-proċedimenti l-antiki; fil-każ previst fl-Artikolu 264(3)(b), il-privileġġ ġenerali fuq il-proprjetà mobbli tal-konjuġi rikjedenti u fuq nofs il-proprjetà komuni huwa r-responsabbiltà tar-rikorrent fil-proċedimenti mressqa inizjalment, minkejja s-sospensjoni tal-effetti tiegħu.

“Artikolu 99

Tpaċijiet

1 - Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn previsti f’dan il-Kodiċi, wara d-dikjarazzjoni tal-insolvenza, ir-rikorrenti għall-insolvenza jistgħu jikkumpensaw it-talbiet tagħhom kontra d-djun fuq il-patrimonju sakemm jintlaħaq mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

a) il-prekundizzjonijiet legali għat-tpaċija kienu milħuqa qabel id-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza;

b) il-fatt li jkun hemm talba fuq l-insolvenza li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 847 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili qabel il-kontrotalba tal-patrimonju.

2 - Għall-finijiet tas-subparagrafi a) u b) ta’ hawn fuq, dawn li ġejjin ma japplikawx:

a) it-telf tal-benefiċċju tat-terminu previst fl-Artikolu 780(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;

b) il-maturità bikrija u l-konverżjoni fi flus kontanti li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 96.

3 - It-tpaċijiet mhumiex ippreġudikati mill-fatt li l-obbligi għandhom muniti jew unitajiet ta’ kalkolu differenti bħala l-għan tagħhom, jekk il-konverżjoni reċiproka tagħhom tkun b’xejn fil-post tal-ħlas tal-kontrotalba, u l-konverżjoni ssir skont ir-rata tal-kambju fis-seħħ fid-data li fiha t-tpaċija tipproduċi l-effetti tagħha.

4 - Mhumiex permessi tpaċijiet:

a) jekk id-dejn fuq il-patrimonju ġie kkostitwit wara d-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, b’mod iktar speċifiku bħala konsegwenza tar-revoka ta’ atti għall-benefiċċju tal-patrimonju insolventi;

b) jekk il-kreditur tal-insolvenza akkwista l-pretensjoni mingħand persuna oħra, wara d-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza;

c) fl-użu ta’ djun tal-parti insolventi li l-patrimonju mhuwiex responsabbli għalihom;

d) bejn djun lill-patrimonju u pretensjonijiet ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa fuq l-insolvenza.”

“Artikolu 100

Sospensjoni ta’ perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni

Is-sentenza tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza se twassal għas-sospensjoni tal-perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni kollha li jistgħu jiġu kkontestati mid-debitur, matul il-proċedimenti.”

“L-Artikolu 101

Sistemi ta’ likwidazzjoni

Ir-regoli stabbiliti f’dan il-kapitolu japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 283 et seq. tal-Kodiċi tat-Titoli.”

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

L-effetti tal-proċedimenti ta’ insolvenza fuq l-azzjonijiet pendenti huma previsti fl-Artikoli minn 85 sa 89 tas-CIRE:

“Artikolu 85

Effetti fuq azzjonijiet pendenti

1 - Ladarba tkun ġiet iddikjarata l-insolvenza, l-azzjonijiet kollha li fihom jiġu eżaminati l-kwistjonijiet relatati mal-assi tal-patrimonju insolventi miġjuba kontra d-debitur jew anki kontra partijiet terzi, iżda li r-riżultat tagħhom jista’ jinfluwenza l-valur tal-patrimonju, u l-azzjonijiet kollha miġjuba mid-debitur li jikkonċernaw il-proprjetà esklussivament jiġu annessi mal-proċedimenti tal-insolvenza, sakemm dan ikun mitlub mill-prattikant fl-insolvenza, meta jkun xieraq għall-finijiet tal-proċedimenti.

2 - L-imħallef jitlob lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tibgħat il-każijiet kollha li fihom tkun twettqet kwalunkwe azzjoni ta’ qbid jew żamma ta’ merkanzija relatata mal-patrimonju insolventi biex dawn jiġu annessi mal-fajls tal-insolvenza.

3 - Il-prattikant fl-insolvenza jissostitwixxi lill-parti insolventi fil-każijiet kollha msemmija fil-paragrafi preċedenti, indipendentement minn dak li jkun anness mal-proċedimenti ta’ insolvenza jew mill-ftehim tal-parti l-oħra.”

“Artikolu 86

Assenjazzjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza

1 - Fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza, każijiet huma annessi mal-fajls tal-insolvenza li fihom tkun ġiet iddikjarata l-insolvenza ta’ persuni li huma legalment responsabbli għad-djun tal-parti insolventi jew, fil-każ ta’ persuna fiżika miżżewġa - il-konjuġi - jekk ir-reġim tal-proprjetà ma jkunx separazzjoni tal-patrimonju.

2 - Meta d-debitur ikun kumpanija kummerċjali, l-istess effetti japplikaw rigward każijiet fejn tkun ġiet iddikjarata l-insolvenza ta’ kumpaniji li tikkontrollahom il-kumpanija msemmija, skont il-Kodiċi tal-Kumpaniji Kummerċjali, jew li għandhom relazzjoni ta’ grupp mal-kumpanija msemmija.

3 - L-anness previst fil-paragrafu 2 jista’ jiġi ddeterminat awtomatikament mill-imħallef fil-każ li d-dokumenti huma annessi miegħu jew jista’ jintalab mid-debituri kollha ddikjarati insolventi fil-każijiet li għandhom jiġu annessi.

4 - Meta jkunu għaddejjin proċedimenti fi qrati b’kompetenza differenti minħabba l-kwistjoni involuta, l-anness jista’ jiġi ddeterminat biss jekk dan jintalab mill-prattikant fl-insolvenza fi proċedimenti miġjuba f’qorti ta’ kompetenza speċjalizzata jew jekk l-insolvenza tiġi deċiża mill-imħallef involut fl-istess każ.”

“Artikolu 87

Ftehimiet ta' arbitraġġ

1 - L-effettività tal-ftehimiet ta’ arbitraġġ relatati ma’ tilwim li l-parti insolventi hija involuta fih u fejn ir-riżultat ta’ tali tilwim jista’ jinfluwenza l-valur tal-patrimonju, għandha tiġi sospiża, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-trattati internazzjonali applikabbli.

2 - Il-każijiet pendenti fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza se jkomplu kif xieraq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 85(3) u l-Artikolu 128(5), jekk applikabbli.”

“Artikolu 88

Proċedura ta’ infurzar

1 - Dikjarazzjoni ta’ insolvenza ser twassal għas-sospensjoni ta’ kwalunkwe proċeduri tal-infurzar jew miżuri miġjuba minn kredituri ta’ insolvenza li jaffettwaw l-assi tal-patrimonju insolventi u jipprevjenu l-istigazzjoni jew l-insegwiment ta’ kwalunkwe proċedura ta’ infurzar imressqa mill-kredituri tal-insolvenza. Madankollu, jekk l-azzjonijiet ikunu proċedimenti kontra partijiet oħrajn, l-infurzar kontra tali partijiet ikompli.

2 - Meta jkun qed jiġi eżegwit infurzar kontra partijiet oħrajn u ma jkunx hemmx bżonn ta’ assenjazzjoni għall-proċedimenti skont l-Artikolu 85(2), tintbagħat għall-assenjazzjoni traskrizzjoni biss tal-każijiet li għandhom x’jaqsmu mal-parti insolventi.

3 - Il-proċeduri ta’ infurzar sospiżi skont il-paragrafu 1 huma xolti, fir-rigward tal-parti insolventi, hekk kif il-proċedimenti tal-insolvenza jingħalqu skont l-Artikolu 230(1)(a) u (d), ħlief għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-intitolament legali għal treġġigħ lura.

4 - Il-prattikant fl-insolvenza għandu r-responsabbiltà li jinnotifika, bil-miktub u preferibbilment elettronikament ukoll, lill-aġenti tal-infurzar maħturin fi proċedimenti ta’ infurzar affettwati mid-dikjarazzjoni tal-insolvenza, li l-imsemmi prattikant fl-insolvenza jaf bihom, jew li jinnotifika lill-qorti, meta l-proċedimenti tal-infurzar ikunu istigati minn skrivan tal-qorti, dwar l-okkorrenza tal-fatti deskritti fil-paragrafu preċedenti.”

“Artikolu 89

Azzjonijiet relatati ma’ djun tal-patrimonju insolventi

1 - Għat-tliet xhur wara d-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, ma jista’ jiġi propost ebda infurzar għall-ħlas ta’ djun tal-patrimonju insolventi.

2 - L-azzjonijiet, inklużi l-proċeduri ta’ infurzar, relatati mad-djun tal-patrimonju insolventi jkomplu permezz ta’ assenjazzjoni mal-proċedimenti ta’ insolvenza, bl-eċċezzjoni ta’ infurzar rigward djun tat-taxxa.”

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-korpi tal-insolvenza jikkonsistu mill-prattikant fl-insolvenza, il-kummissjoni tal-kredituri u l-laqgħa tal-kredituri. Il-kummissjoni tal-kredituri u l-laqgħa tal-kredituri jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-kredituri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli minn 66 sa 80 tas-CIRE:

“Artikolu 66

Ħatra tal-kummissjoni tal-kredituri mill-imħallef

1 - Qabel il-laqgħa tal-kredituri, b’mod iktar speċifiku fis-sentenza tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, l-imħallef jaħtar kummissjoni tal-kredituri li tikkonsisti minn tliet jew ħames membri u żewġ sostituti.Il-president preferibbilment ikun l-ikbar kreditur tal-kumpanija u l-għażla tal-membri l-oħrajn tiżgura r-rappreżentazzjoni xierqa tal-klassijiet differenti ta’ kredituri, bl-eċċezzjoni ta’ kredituri ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa.

2 - L-imħallef jista’ jiddeċiedi li ma jipproċedix bil-ħatra prevista fil-paragrafu preċedenti jekk iqis li dan huwa ġġustifikat minħabba d-daqs żgħir tal-patrimonju insolventi, is-sempliċità tal-likwidazzjoni jew in-numru limitat ta’ kredituri ta’ insolvenza.

3 - Għall-finijiet tal-paragrafu 1, wieħed mill-membri tal-kummissjoni jirrappreżenta lill-ħaddiema li għandhom pretensjonijiet kontra l-kumpanija, u l-għażla ta’ dan il-membru tkun konformi mad-denominazzjoni magħmula mill-ħaddiema nnifishom jew mill-kummissjoni tal-ħaddiema, jekk teżisti.

4 - Il-membri tal-kummissjoni tal-kredituri jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.Meta tintgħażel persuna ġuridika, il-persuna ġuridika msemmija taħtar ir-rappreżentant tagħha permezz ta’ prokura jew dokument iffirmat minn persuna li l-firem tagħha jorbtu lill-kumpanija.

5 - L-istituzzjonijiet tal-Istat u tas-sigurtà soċjali jistgħu jinħatru biss għall-president tal-kummissjoni tal-kredituri jekk il-fajls tal-każijiet ikun fihom ordni uffiċjali, maħruġa mill-membru tal-Gvern b’sorveljanza tal-entitajiet inkwistjoni, li jawtorizza l-eżerċizzju tal-funzjoni u jindika r-rappreżentant.

“Artikolu 67

Intervent mil-laqgħa tal-kredituri

1 - Il-laqgħa tal-kredituri jista’ ma jkollhiex kummissjoni tal-kredituri, tissostitwixxi kwalunkwe membru jew sostituti tal-kummissjoni maħtura mill-imħallef, taħtar żewġ membri addizzjonali, u, jekk l-imħallef ma jkunx ifforma l-kummissjoni, twaqqaf kummissjoni hija stess li tkun tikkonsisti fi tliet, ħames jew seba’ membri u żewġ sostituti, taħtar il-president u, fi kwalunkwe ħin, tibdel il-kompożizzjoni rispettiva, irrispettivament mill-eżistenza tal-kawża ġusta.

2 - Il-membri tal-kummissjoni tal-kredituri eletti mil-laqgħa m’għandhomx għalfejn ikunu kredituri, u, meta jiġu magħżulin, bħal fil-ħatra tal-president, il-laqgħa mhijiex marbuta biex tikkonforma mal-kriterji previsti fl-Artikolu 66( 1), iżda hija meħtieġa biss li tirrispetta l-kriterju stipulat fl-Artikolu 66(3).

3 - Id-deċiżjonijiet mil-laqgħa ta’ kredituri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu bil-maġġoranza meħtieġa fl-Artikolu 53(1), ħlief jekk tkun involuta t-tkeċċija ta’ membru għal raġuni ġusta.”

“Artikolu 68

Dmirijiet u setgħat ta’ kummissjoni tal-kredituri

1 - Minbarra kompiti oħrajn fdati lilha b’mod speċjali, il-kummissjoni hija responsabbli għas-superviżjoni u l-kooperazzjoni mal-prattikant fl-insolvenza.

2 - Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha, il-kummissjoni tista’ teżamina entrati mill-kontijiet tad-debitur liberament u titlob lill-prattikant fl-insolvenza biex jipprovdi l-informazzjoni li tqis li hi meħtieġa.”

“Artikolu 69

Deċiżjonijiet tal-kummissjoni tal-kredituri

1 - Il-kummissjoni tal-kredituri tiltaqa’ kull meta tissejjaħ mill-president jew minn żewġ membri oħrajn.

2 - Il-kummissjoni ma tistax tiddelibera mingħajr il-preżenza tal-maġġoranza tal-membri tagħha.Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza tal-voti mitfugħa mill-membri preżenti, u l-president ikollu l-vot deċiżiv fil-każ ta’ voti ndaqs.

3 - Ikunu permessi voti bil-miktub f’deliberazzjonijiet meta jkun hemm qbil dwarhom minn qabel mill-membri kollha.

4 - Id-deċiżjonijiet tal-kummissjoni tal-kredituri jiġu kkomunikati lill-imħallef mill-president rispettiv.

5 - Id-deċiżjonijiet tal-kummissjoni tal-kredituri ma jistgħux jiġu appellati quddiem il-qorti.”

“Artikolu 70

Responsabbiltà tal-membri tal-kummissjoni

Il-membri tal-kummissjoni huma responsabbli lejn il-kredituri tal-insolvenza għal danni li jirriżultaw minn nuqqas ta’ konformità mad-dmirijiet tagħhom bi ħtija, u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(4).”

“Artikolu 71

Rimborż tal-ispejjeż

Il-membri tal-kummissjoni tal-kredituri mhumiex remunerati u huma intitolati biss għar-rimborż ta’ spejjeż strettament neċessarji għall-qadi ta’ dmirijiethom.”

“Artikolu 72

Parteċipazzjoni fil-laqgħa tal-kredituri

1 - Kull min jagħmel it-talba għall-insolvenza huwa intitolat li jipparteċipa fil-laqgħa tal-kredituri, bħal dawk li għandhom id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 95(2) li, skont dik id-dispożizzjoni, ma jistgħux jiġu eżerċitati fil-proċedimenti.

2 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 4 tal-artikolu li ġej japplikaw għad-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-laqgħa ta’ applikanti ta’ klassifikazzjoni baxxa, mutatis mutandi.

3 - Il-kredituri jistgħu jkunu rrappreżentati minn rappreżentant b’setgħat speċjali għal dan il-għan.

4 - Meta jkun meħtieġ għat-tmexxija tan-negozju bla xkiel, l-imħallef jista’ jillimita l-parteċipazzjoni fil-laqgħa għal dawk li t-talbiet tagħhom jilħqu somma speċifika, li ma tistax tiġi stabbilita f’somma ikbar minn EUR 10 000.Il-kredituri affettwati b’riżultat ta’ dan jistgħu jkunu rappreżentati minn kreditur differenti li t-talba tiegħu tkun mill-inqas ugwali għal-limitu stabbilit, jew jingħaqdu flimkien biex jilħqu s-somma meħtieġa u jipparteċipaw permezz ta’ rappreżentant komuni.

5 - Il-prattikant fl-insolvenza, il-membri tal-kummissjoni tal-kredituri u d-debitur u d-diretturi tad-debitur għandhom id-dritt u d-dmir li jipparteċipaw.

6 - Il-parteċipazzjoni fil-laqgħa hija miftuħa wkoll għal tliet rappreżentanti tal-kummissjoni tal-ħaddiema jew, jekk ma teżistix tali kummissjoni, sa tliet rappreżentanti tal-ħaddiema maħtura minnhom.L-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jista’ jipparteċipa wkoll.”

“Artikolu 73

Drittijiet tal-vot

1 - It-talbiet jagħtu vot wieħed għal kull euro jew frazzjoni tiegħu jekk dawn it-talbiet ikunu diġà ġew rikonoxxuti permezz ta’ deċiżjoni finali mogħtija fl-anness li tivverifika u tikklassifika t-talbiet jew f’miżura ta’ verifika iktar tard, jew meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

a) il-kreditur ikun diġà ressaq talba fil-proċedimenti, jew, jekk ma jkunx skada t-terminu stabbilit fis-sentenza għall-preżentazzjoni ta’ talbiet, dawn it-talbiet jiġu ppreżentati fil-laqgħa nnifisha, għall-iskop biss ta’ parteċipazzjoni fil-laqgħa msemmija;

b) it-talbiet ma jkunux suġġetti għal kontestazzjoni fil-laqgħa mill-prattikant fl-insolvenza jew minn kreditur bi drittijiet tal-vot.

2 - In-numru ta’ voti mogħtija permezz ta’ talba b’kundizzjoni sospensiva huwa dejjem stabbilit mill-imħallef, filwaqt li titqies il-probabbiltà li tintlaħaq dik il-kundizzjoni.

3 - Talbiet ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa ma jagħtux drittijiet tal-vot, ħlief meta deċiżjoni mil-laqgħa tal-kredituri tikkonċerna l-approvazzjoni ta’ pjan ta’ insolvenza.

4 - Fuq talba ta’ parti interessata, l-imħallef jista’ jagħti voti lil talbiet ikkontestati, billi jistabbilixxi l-ammont rispettiv, iqis il-kwistjonijiet rilevanti kollha inkluża l-probabbiltà tas-somma u n-natura tat-talba ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa, u, meta jkunu involuti talbiet taħt kundizzjoni sospensiva, il-probabbiltà li tintlaħaq dik il-kundizzjoni.

5 - Ma jistgħux isiru appelli kontra d-deċiżjoni tal-imħallef prevista fil-paragrafu preċedenti.

6 - Id-deċiżjonijiet meħudin mil-laqgħa ma jistgħux jitqiesu invalidi taħt ebda ċirkostanza, bħala riżultat ta’ konferma sussegwenti li l-kredituri kienu fil-fatt intitolati għal numru differenti ta’ voti minn dak li ngħataw.

7 - Mingħajr preġudizzju għal kwistjonijiet oħrajn previsti fil-paragrafi preċedenti, it-talbiet b’garanziji reali li d-debitur mhux personalment responsabbli għalihom jagħtu vot wieħed għal kull euro tas-somma inkwistjoni, jew il-valur mogħti bħala garanzija, jekk dan tal-aħħar ikun iktar baxx.

“Artikolu 74

Presidenza

Il-laqgħa tal-kredituri hija ppreseduta mill-imħallef.”

“Artikolu 75

Is-sejħa għal laqgħa tal-kredituri

1 - Il-laqgħa tal-kredituri tissejjaħ mill-imħallef, fuq inizjattiva tal-imħallef stess jew fuq talba tal-prattikant fl-insolvenza, tal-kummissjoni tal-kredituri, jew minn kreditur jew grupp ta’ kredituri li t-talbiet tagħhom jirrappreżentaw, skont l-imħallef, mill-inqas parti minn ħamsa tat-talbiet totali mhux ta’ klassifikazzjoni mhux baxxa.

2 - Id-data, il-ħin, il-post u l-aġenda tal-laqgħa tal-kredituri għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-partijiet interessati mill-inqas 10 ijiem minn qabel permezz ta’ avviż ippubblikat fuq is-sit web ta’ Citius u f’avviżi murija fuq il-bieb tal-uffiċċju jew residenza rreġistrata tad-debitur u l-istabbilimenti tad-debitur.

3 - L-ikbar ħames kredituri kif ukoll id-debitur, id-diretturi tad-debitur u l-kummissjoni tal-ħaddiema jiġu notifikati wkoll dwar id-data, il-ħin u l-post tal-laqgħa permezz ta’ avviżi li jintbagħtu bil-posta rreġistrata, bl-istess perjodu ta’ avviż bil-quddiem.

4 - L-avviżi u t-tħabbiriet previsti fil-paragrafi preċedenti jiddikjaraw ukoll:

a) l-identifikazzjoni tal-proċedimenti;

b) l-isem u l-uffiċċju jew ir-residenza rreġistrata tad-debitur, jekk ikunu magħrufin;

c) avviż lil dawk li jagħmlu talbiet li għadhom ma ppreżentawx it-talbiet tagħhom dwar il-ħtieġa li jagħmlu dan, jekk ma jkunx għadda t-terminu stabbilit fis-sentenza għall-preżentazzjoni ta’ talbiet, li jinfurmahom li t-talbiet għal parteċipazzjoni sempliċi fil-laqgħa jistgħu jsiru fil-laqgħa stess, jekk it-terminu msemmi hawn fuq ma jkunx għadda fid-data tal-laqgħa;

d) limiti possibbli għall-parteċipazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 72(4), b’informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ raggruppament jew rappreżentazzjoni.”

“Artikolu 76

Sospensjoni tal-laqgħa

L-imħallef jista’ jiddeċiedi li jissospendi n-negozju tal-laqgħa, billi jiddeċiedi li tali negozju jerġa’ jinbeda fil-15-il jum tax-xogħol ta’ wara.

“Artikolu 77

Maġġoranza

Minbarra f’każijiet fejn dan il-Kodiċi jeħtieġ maġġoranza ogħla jew jistabbilixxi rekwiżiti oħrajn għall-iskop tiegħu, id-deċiżjonijiet mil-laqgħa tal-kredituri jittieħdu b’maġġoranza tal-voti maħruġa.L-astensjonijiet mhumiex ikkunsidrati fil-vot, irrispettivament min-numru ta’ kredituri preżenti jew rappreżentati, jew il-perċentwali tat-talbiet miżmuma.”

“Artikolu 78

Ilment lill-imħallef u appell

1 - Il-prattikant fl-insolvenza jew kwalunkwe kreditur bi drittijiet tal-vot jista’ jressaq ilment quddiem l-imħallef, verbalment jew bil-miktub, rigward il-fatt li d-deċiżjonijiet tal-laqgħa jmorru kontra l-interess komuni tal-kredituri, sakemm l-ilment isir fil-laqgħa stess.

2 - Deċiżjoni li tilqa’ lment tista’ tiġi appellata minn kwalunkwe kreditur li tefa’ vot fuq in-naħa rebbieħa;deċiżjoni li tiċħad ilment tista’ tiġi appellata biss mill-ilmentatur.”

“Artikolu 79

Informazzjoni

Il-prattikant fl-insolvenza għandu jipprovdi informazzjoni lil-laqgħa dwar kwalunkwe kwistjoni fl-ambitu tad-dmirijiet tiegħu, fuq talba tal-imsemmija laqgħa.”

“Artikolu 80

Awtorità ta’ laqgħa tal-kredituri

Id-deċiżjonijiet kollha meħuda mil-laqgħa tal-kredituri jistgħu jiġu revokati mil-laqgħa u deċiżjoni favorevoli mil-laqgħa tawtorizza biss azzjonijiet li dan il-Kodiċi jeħtieġ l-approvazzjoni tal-kummissjoni tal-kredituri għalihom.”

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Il-prattikant fl-insolvenza jista’ juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju insolventi skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 149, 150, 157 u 158 tas-CIRE:

“Artikolu 149

Qbid ta’ assi

1 - Ladarba tkun ingħatat is-sentenza li tiddikjara l-insolvenza, id-dokumenti tal-kontabilità u l-assi kollha li jiffurmaw il-patrimonju insolventi jinqabdu, anki jekk kienu:

a) suġġetti għal ordni ta’ preservazzjoni, mirhuna jew maqbuda jew miżmuma b’xi mod, fi kwalunkwe proċedimenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li ġew maqbuda bħala riżultat ta’ reat, kemm jekk ikun reat kriminali jew sempliċi reat amministrattiv;

b) mogħtija lil kredituri skont l-Artikoli 831 et seq. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

2 - Jekk l-assi jkunu diġà nbiegħu, ir-rikavati mill-bejgħ jinqabdu, jekk tali rikavati ma jkunux diġà tħallsu lill-kredituri jew ikunu ġew diviżi bejniethom.”

“Artikolu 150

Trasferiment ta’ assi maqbuda

1 - Is-setgħa li jinqabdu l-assi tirriżulta mid-dikjarazzjoni tal-insolvenza, u l-prattikant fl-insolvenza għandu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 756(1) u (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jiżgura li l-assi jiġu ttrasferiti lilu immedjatament, sabiex jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Tali kustodja se tkun irregolata mir-regoli ġenerali u partikolarment minn dawk li japplikaw għall-kustodja legali ta’ assi mirhuna.

2 - Is-sekwestru jsir mill-prattikant fl-insolvenza, assistit mill-kummissjoni tal-kredituri jew minn rappreżentant tal-kummissjoni msemmija, jekk ikun hemm, u, fejn xieraq, fil-preżenza tal-kreditur li jitlob l-insolvenza u tal-parti insolventi.

3 - Kull meta jkun inkonvenjenti għall-prattikant fl-insolvenza li jaqbad l-assi personalment, meta l-oġġetti jkunu jinsabu f’distrett differenti minn dak tal-insolvenza, tali qbid jitwettaq minn riċevitur, u l-assi huma fdati lil depożitarju speċjali, iżda fuq ordni tal-prattikant fl-insolvenza.

4 - Il-qbid jitwettaq billi jiġu sekwestrati assi, jew permezz ta’ trasferiment dirett bl-użu ta’ lista dettaljata, skont ir-regoli li ġejjin:

a) jekk l-assi jkunu diġà ġew fdati lil depożitarju ġudizzjarju, jibqgħu hekk għalkemm jistgħu jsiru disponibbli fuq l-ordni esklussiva tal-prattikant fl-insolvenza;

b) jekk jinstabu diffikultajiet biex jiġu mħarsa l-assi jew jekk jeżistu dubji dwar liema assi huma taħt kustodja, il-prattikant fl-insolvenza jista’ jitlob lill-iskrivan tal-qorti biex imur fil-post fejn jinżammu l-assi u, ladarba d-diffikultajiet ikunu ġew megħluba jew id-dubji jkunu ġew iċċarati, l-assi jiġu ttrasferiti lill-iskrivan imsemmi;

c) meta l-qbid jiġi kkontestat jew ikun hemm reżistenza kontrih, il-prattikant fl-insolvenza jista’ jitlob għajnuna mill-forzi tal-liġi u tal-ordni u l-bieb jew is-sejf jistgħu jinfetħu bil-forza u jiġi mħejji avviż uffiċjali dwar l-okkorrenza;

d) is-sekwestru jikkonsisti fid-deskrizzjoni, l-evalwazzjoni u t-teħid tal-assi f’kustodja;

e) kemm meta l-assi jiġu ssekwestrati kif ukoll meta l-assi jiġu ttrasferiti permezz ta’ lista maqsuma f’partiti, il-prattikant fl-insolvenza jew l-assistent tiegħu se jfasslu dokument li jiddeskrivi u jinnumera l-assi, bħal f’inventarju. Dan għandu jiddikjara, fejn xieraq, il-valur attribwit, kemm jekk l-assi ngħataw lill-prattikant fl-insolvenza kif ukoll lil depożitarju speċjali u jsemmi l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-proċedimenti;

f) id-dokument ikun iffirmat mill-persuna li tixhed il-proċedura u mis-sid jew mid-detentur tal-assi maqbuda jew, jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jew ma jkunx jixtieq jiffirma, minn żewġ xhieda disponibbli.

5 - Meta parti insolventi titkeċċa mir-residenza abitwali tagħha, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 862 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

6 - Il-ħlasijiet irċevuti fi flus mill-prattikant fl-insolvenza, ħlief dak li huwa strettament meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi kurrenti, għandhom jiġu ddepożitati immedjatament f’istituzzjoni ta’ kreditu magħżula mill-prattikant fl-insolvenza.

“Artikolu 157

Għeluq bikri

Il-prattikant fl-insolvenza jista’ jagħlaq l-istabbilimenti tad-debitur, jew wieħed biss jew uħud minnhom, qabel il-laqgħa ta’ evalwazzjoni tar-rapport:

a) bl-opinjoni favorevoli tal-kummissjoni tal-kredituri, jekk tali kummissjoni tkun teżisti;

b) sakemm id-debitur ma jopponix dan, meta ma tkun teżisti ebda kummissjoni tal-kreditur, jew jekk, minkejja l-oppożizzjoni mid-debitur, l-imħallef jawtorizza hekk fuq il-bażi li d-dewmien ta’ tali miżura sad-data tal-laqgħa msemmija hawn fuq iwassal għal tnaqqis konsiderevoli fil-patrimonju insolventi.”

“Artikolu 158

Bidu tal-bejgħ tal-assi

1 - Meta s-sentenza li tiddikjara l-insolvenza ssir finali u l-laqgħa tal-evalwazzjoni tar-rapport tkun saret, il-prattikant fl-insolvenza immedjatament ibigħ l-assi maqbuda għall-patrimonju insolventi, irrispettivament mill-obbligazzjonijiet, sakemm id-deċiżjonijiet mill-kredituri fil-laqgħa msemmija hawn fuq ma jopponux tali bejgħ.

2 - Madankollu, il-prattikant fl-insolvenza se jwettaq bejgħ bikri tal-assi tal-patrimonju insolventi li ma jistgħux jiġu ppreservati minħabba li jistgħu jitħassru jew jiġu deprezzati.

3 - Jekk jiġi deċiż li jsir bejgħ bikri tal-assi kif previst fil-paragrafu preċedenti, il-prattikant fl-insolvenza għandu jikkomunika dan il-fatt lid-debitur, lill-kummissjoni tal-kredituri, meta tkun teżisti tali kummissjoni, u lill-imħallef mill-inqas jumejn qabel il-bejgħ, u jippubblika d-deċiżjoni fuq is-sit web ta’ Citius.

4 - L-imħallef, fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tad-debitur, tal-kummissjoni tal-kredituri jew ta’ xi wieħed mill-kredituri tal-insolvenza jew tal-patrimonju insolventi, jista’ jwaqqaf il-bejgħ bikri tal-assi msemmija fil-paragrafu 2.Din id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-prattikant fl-insolvenza, lid-debitur, lill-kummissjoni tal-kredituri u lill-kreditur li jagħmel it-talba. Mhumiex permessi appelli.

5 - Fit-talba msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-parti interessata għandha tipprovdi raġunijiet motivati biex ma jinbigħux l-assi u għandha, kull meta jkun possibbli, tibgħat alternattiva vijabbli għall-operazzjoni ppjanata mill-prattikant fl-insolvenza.”

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Il-klassijiet tat-talbiet dwar l-insolvenza u t-trattament ta’ talbiet imressqa wara l-ftuħ tal-proċedimenti tal-insolvenza, inklużi d-djun tal-patrimonju insolventi, huma essenzjalment previsti fl-Artikoli minn 47 sa 51 tas-CIRE:

“Artikolu 47

Il-kunċett tal-kredituri tal-insolvenza u klassijiet ta’ talbiet fuq l-insolvenza

1 - Ladarba tkun ġiet iddikjarata l-insolvenza, it-talbiet kollha fuq il-proprjetà tal-parti insolventi, jew li huma ggarantiti minn assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju insolventi, li l-bażi tagħhom ġiet qabel id-dikjarazzjoni, huma kkunsidrati bħala kredituri ta’ insolvenza, irrispettivament min-nazzjonalità jew id-domiċilju tagħhom.

2 - It-talbiet imsemmija fil-paragrafu preċedenti, kif ukoll talbiet ekwivalenti, u d-djun korrispondenti, f’dan il-Kodiċi jissejħu talbiet ta’ insolvenza u djun ta’ insolvenza, rispettivament.

3 - Talbiet li jintwerew li nkisbu matul il-proċedimenti huma ekwivalenti għal talbiet ta’ insolvenza fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza.

4 - Għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi, talbiet ta’ insolvenza huma:

a) talbiet ‘garantiti’ u ‘privileġġjati’, li jibbenefikaw rispettivament minn garanziji reali, inklużi privileġġi ta’ kreditu speċjali, u minn privileġġi ta’ kreditu ġenerali fuq assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju insolventi, sas-somma li tikkorrispondi għall-valur tal-assi garantiti jew il-privileġġi ġenerali, b’kunsiderazzjoni tal-impedimenti prevalenti possibbli;

b) talbiet ta’ ‘klassifikazzjoni iktar baxxa’, kif elenkati fl-artikolu li ġej, ħlief meta jibbenefikaw minn privileġġi ta’ kreditu ġenerali jew speċjali, jew ipoteki legali, li ma jiskadux minħabba l-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ insolvenza;

c) it-talbiet l-oħra kollha huma ‘komuni’.”

“Artikolu 48

Talbiet ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa

It-talbiet li ġejjin huma kkunsidrati bħala ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa, u jiġu kklassifikati wara talbiet oħrajn ta’ insolvenza:

a) talbiet miżmuma minn persuni f’relazzjoni speċjali mad-debitur, sakemm ir-relazzjoni speċjali diġà kienet teżisti meta ġiet akkwistata t-talba, u talbiet miżmuma minn persuni li ġew trasferiti lilhom fis-sentejn qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;

b) imgħax fuq talbiet ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa kostitwiti wara d-dikjarazzjoni tal-insolvenza, bl-eċċezzjoni ta’ talbiet koperti minn garanzija reali u minn privileġġi ta’ kreditu ġenerali, sal-valur tal-assi rispettivi;

c) talbiet li għalihom kien hemm qbil dwarhom bejn il-partijiet għal klassifikazzjoni iktar baxxa;

d) talbiet li għandhom bħala għan il-ħlasijiet mid-debitur mingħajr ħlas;

e) talbiet dwar l-insolvenza li, bħala konsegwenza ta’ revoka għall-benefiċċju tal-patrimonju insolventi, jakkumulaw għal parti terza bħala riżultat ta’ mala fede;

f) imgħax fuq talbiet ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa kostitwiti wara d-dikjarazzjoni tal-insolvenza;

g) talbiet rigward self tal-azzjonisti.”

“Artikolu 49

Persuni f’relazzjoni speċjali mad-debitur

1 - Il-persuni li ġejjin huma kkunsidrati li għandhom relazzjoni speċjali ma’ debitur li huwa persuna fiżika:

a) il-konjuġi u l-persuni ddivorzjati mid-debitur fis-sentejn qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;

b) axxendenti jew dixxendenti tal-familja jew aħwa tad-debitur jew ta’ kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fis-subparagrafu preċedenti;

c) il-konjuġi tal-familja axxendenti jew dixxendenti jew aħwa tad-debitur;

d) persuni li abitwalment għexu mad-debitur f’unità domestika kondiviża għal perjodu fis-sentejn qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza.

2 - Il-persuni li ġejjin huma kkunsidrati li għandhom relazzjoni speċjali ma’ debitur li huwa persuna ġuridika:

a) imsieħba, assoċjati jew membri li huma legalment responsabbli għad-djun, u l-persuni li kellhom tali status fis-sentejn qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;

b) entitajiet li, jekk applikabbli, kienu f’relazzjoni ta’ kontroll jew ta’ grupp mal-kumpanija, skont l-Artikolu 21 tal-Kodiċi tat-Titoli, fis-sentejn qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;

c) id-diretturi legali jew de facto tad-debitur u dawk li kienu diretturi legali jew de facto fi kwalunkwe żmien fis-sentejn qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;

d) entitajiet relatati ma’ kwalunkwe persuna minn dawk imsemmija fis-subparagrafi preċedenti fi kwalunkwe waħda mill-forom imsemmija fil-paragrafu 1.

3 - F’każijiet fejn l-insolvenza tirrigwarda biss proprjetà awtonoma waħda, il-persuni li huma kkunsidrati li huma f’relazzjoni speċjali huma s-sidien u d-diretturi rispettivi, kif ukoll dawk li huma konnessi ma’ tali persuni fi kwalunkwe waħda mill-forom ipprovduti fis-subparagrafi preċedenti u meta jkun involut wirt sospiż, dawk il-persuni konnessi mal-persuna li l-patrimonju tagħha jkun qed jiġi amministrat fi kwalunkwe waħda mill-forom previsti fil-paragrafu 1, fid-data tal-ftuħ tal-amministrazzjoni jew fis-sentejn ta’ qabel.

“Artikolu 50

Talbiet taħt kundizzjoni sospensiva

1 - Għall-finijiet ta’ dan il-Kodiċi, it-talbiet taħt kundizzjoni sospensiva u kundizzjoni riżolutorja huma, rispettivament, dawk li l-kostituzzjoni jew l-eżistenza kontinwa tagħhom hija suġġetta għal avveniment futur u inċert li jseħħ jew li, b’mod ieħor, huma infurzabbli taħt il-liġi, deċiżjoni ġudizzjarja jew affarijiet legali.

2 - It-talbiet taħt kundizzjoni sospensiva huma:

a) dawk li jirriżultaw minn ċaħda ta’ infurzar jew terminazzjoni bikrija mill-prattikant fl-insolvenza ta’ kuntratti bilaterali li jkunu għaddejjin fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, jew mir-revoka ta’ atti għall-benefiċċju tal-patrimonju insolventi, waqt li tali terminazzjoni, ċaħda jew revoka ma tkunx seħħet;

b) dawk li ma jistgħux jiġu eżerċitati kontra l-parti insolventi mingħajr esklużjoni minn qabel fuq il-proprjetà ta’ parti oħra, waqt li tali preklużjoni ma tkunx seħħet;

c) dawk li jikkonċernaw l-insolvenza li l-parti insolventi mhix personalment responsabbli għaliha, waqt li d-dejn ma jkunx jista’ jintalab.”

“Artikolu 51

Djun tal-patrimonju insolventi

1 - Sakemm ma jkunx previst espressament mod ieħor fil-liġi, minbarra d-djun l-oħrajn ikklassifikati bħala tali f’dan il-Kodiċi, dawn li ġejjin huma djun tal-patrimonju insolventi:  
a) l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-insolvenza;  
b) remunerazzjoni tal-prattikant fl-insolvenza u l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-membri tal-kummissjoni tal-kredituri;  
c) djun li jirriżultaw minn azzjonijiet għall-amministrazzjoni, il-likwidazzjoni u d-diviżjoni tal-patrimonju insolventi;  
d) djun li jirriżultaw minn azzjonijiet mill-prattikant fl-insolvenza fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu;  
e) kwalunkwe dejn li jirriżulta minn kuntratt bilaterali li l-konformità miegħu ma tistax tiġi miċħuda mill-prattikant fl-insolvenza, sakemm ma jirreferix għal perjodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza;  
f) kwalunkwe dejn li jirriżulta minn kuntratt bilaterali li l-konformità miegħu ma tistax tiġi miċħuda mill-prattikant fl-insolvenza, sakemm ma jikkorrispondix għal kumpens diġà pprovdut mill-parti l-oħra qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza, jew li jirreferi għal perjodu qabel dik id-dikjarazzjoni;  
g) kwalunkwe dejn li jirriżulta minn kuntratt li l-għan tiegħu huwa ħlas li ilu għaddej ħafna, li jikkorrispondi għal kumpens diġà pprovdut mill-parti l-oħra u li l-konformità miegħu ġiet mitluba mill-amministratur ġudizzjarju proviżorju;  
h) djun ikkostitwiti minn azzjonijiet tal-amministratur ġudizzjarju provviżorju fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu;  
i) djun li s-sors tagħhom huwa l-arrikkiment mingħajr kawża tal-patrimonju insolventi;  
j) l-obbligu li jiġu pprovduti ħlasijiet ta’ manteniment relatati ma’ perjodu qabel id-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 93.  
2 - Talbiet li jikkorrispondu għal djun tal-patrimonju insolventi u d-detenturi ta’ dawn it-talbiet huma msemmija f’dan il-Kodiċi bħala talbiet tal-patrimonju u kredituri tal-patrimonju, rispettivament.

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Ir-regoli li japplikaw għall-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet huma stabbiliti fl-Artikoli minn 128 sa 140 tas-CIRE:

“Artikolu 128

Preżentazzjoni tat-talbiet

1 - Fit-terminu stabbilit għal dak l-iskop fis-sentenza li tiddikjara l-insolvenza, il-kredituri tal-insolvenza, inkluż l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fid-difiża tal-interessi tal-entitajiet li jirrappreżenta, huma meħtieġa li jressqu l-verifika tat-talbiet permezz ta’ talba, akkumpanjata mid-dokumenti ta’ appoġġ disponibbli kollha, li tistipula:

a) l-oriġini, id-data ta’ maturità, l-ammont tal-kapital u l-imgħax;

b) il-kundizzjonijiet subordinati, kemm sospensivi kif ukoll riżolutorji;

c) in-natura tat-talbiet, kemm jekk komuni, ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa, privileġġjati jew garantiti, u, f’dan il-każ tal-aħħar, l-assi jew l-intitolamenti li huma s-suġġett tal-garanzija u l-informazzjoni ta’ reġistrazzjoni rilevanti, jekk applikabbli;

d) l-eżistenza ta’ kwalunkwe garanziji personali, bl-identifikazzjoni tal-garanti;

e) ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ħlas tard.

2 - It-talba tindirizza lill-prattikant fl-insolvenza u tintbagħat permezz ta’ trażmissjoni elettronika tad-dejta, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tal-Ordni Ministerjali ta’ Implimentazzjoni rilevanti.

3 - Kull meta l-kredituri tal-insolvenza ma jiġux sponsorjati, it-talba biex jiġu ppreżentati talbiet tinbagħat fl-indirizz professjonali tal-prattikant fl-insolvenza jew tinbagħat permezz ta’ email jew posta rreġistrata. Il-prattikant fl-insolvenza jiffirma mal-konsenja, jew fi żmien tlett ijiem minn meta jirċeviha, jibgħat konferma tal-wasla lill-kreditur bl-istess mod użat biex intbagħtet it-talba.

4 - Il-preżentazzjoni ta’ talbiet previsti fil-paragrafu 1 tista’ ssir billi tintuża l-formola pprovduta għal dak l-iskop fuq is-sit web li għandu jkun definit f’Ordni Ministerjali ta’ Implimentazzjoni maħruġa mill-membru tal-gvern responsabbli għall-ġustizzja jew fil-formola mudell għall-preżentazzjoni ta’ talbiet previsti fl-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015, f’każijiet li fihom japplika dan ir-regolament.

5 - L-għan tal-verifika huwa li jiġu ċċekkjati t-talbiet kollha tal-insolvenza, tkun xi tkun in-natura u l-bażi tagħhom, u anki kredituri li t-talbiet tagħhom ġew rikonoxxuti permezz ta’ deċiżjoni finali huma wkoll obbligati li jippreżentaw dawn it-talbiet fil-proċedimenti tal-insolvenza, jekk jixtiequ jiksbu ħlas.”

“Artikolu 129

Lista ta’ talbiet rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti

1 - Fil-15-il jum wara t-tmiem tat-terminu għall-preżentazzjoni tat-talbiet, il-prattikant fl-insolvenza jissottometti lista tal-kredituri kollha rikonoxxuti u lista ta’ kredituri mhux ‑rikonoxxuti lis-segretarjat, it-tnejn f’ordni alfabetika, relatati mhux biss ma’ dawk li ppreżentaw talbiet iżda wkoll dawk li d-drittijiet tagħhom huma stabbiliti fid-dokumenti tal-kontabilità tad-debitur jew li l-prattikant fl-insolvenza huwa konxju dwarhom b’xi mod ieħor.

2 - Il-lista ta’ kredituri rikonoxxuti tinkludi l-identifikazzjoni ta’ kull wieħed minnhom, in-natura tat-talba, l-ammont tal-kapital u l-imgħax fid-data ta’ skadenza tat-terminu għall-preżentazzjoni tat-talbiet, garanziji personali u reali, privileġġi, ir-rata ta’ imgħax ta’ ħlas tard applikabbli, kwalunkwe kundizzjoni sospensiva jew kundizzjoni riżolutorja u l-valur tal-assi li jiffurmaw il-patrimonju insolventi li fuqhom jeżistu garanziji ta’ kreditu reali li d-debitur mhuwiex personalment responsabbli għalihom.

3 - Il-lista ta’ kredituri mhux rikonoxxuti tiddikjara l-ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta’ rikonoxximent.

4 - Il-kredituri kollha mhux rikonoxxuti, kif ukoll dawk li t-talbiet tagħhom huma rikonoxxuti mingħajr ma jkunu ppreżentaw talba, jew f’termini oħrajn li mhumiex dawk tat-talba rispettiva magħmula b’dan il-mod, għandhom jiġu nnotifikati mill-prattikant fl-insolvenza permezz ta’ ittra rreġistrata jew permezz ta’ wieħed mill-mezzi stabbiliti fl-Artikolu 128(2) u (3) u, meta jkunu involuti kredituri magħrufin li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom, id-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-korpi tas-sigurtà soċjali f’dawk l-Istati Membri, jintbagħat ukoll avviż skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015.

5 - Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti tista’ tintbagħat bl-email f’każijiet fejn it-talba tkun ġiet iddepożitata bl-email u titqies li ntbagħtet fid-data li ntbagħtet fiha.Il-prattikant fl-insolvenza jehmeż il-prova rispettiva tal-konsenja mad-dokumenti tal-każ.”

“Artikolu 130

Kontestazzjoni tal-lista ta’ kredituri rikonoxxuti

1 - Fl-għaxart ijiem wara t-tmiem tat-terminu stabbilit fl-Artikolu 129(1), kwalunkwe parti interessata tista’ tikkontesta l-lista ta’ kredituri rikonoxxuti billi tibgħat talba lill-imħallef li jipprovdi r-raġunijiet għall-inklużjoni jew l-esklużjoni mhux dovuta ta’ talbiet, jew l-ammont mhux korrett tal-kwalifika tat-talbiet rikonoxxuti.

2 - F’dak li jirrigwarda l-kredituri notifikati b’ittra rreġistrata, it-terminu ta’ għaxart ijiem huwa kkalkulat mit-tielet jum tax-xogħol wara d-data minn meta ntbagħtu rispettivament.

3 - Jekk ma jkun hemm l-ebda kontestazzjoni, is-sentenza tal-verifika u l-klassifikazzjoni tat-talbiet issir immedjatament, fejn, sakemm ma jkunx hemm żball manifest, il-lista ta’ kredituri rikonoxxuti mħejjija mill-prattikant fl-insolvenza tiġi approvata u t-talbiet jiġu kklassifikati fuq il-bażi tal-lista imsemmija.”

“Artikolu 131

Tweġiba għall-kontestazzjoni

1 - Il-prattikant fl-insolvenza jista’ jwieġeb kwalunkwe waħda mill-kontestazzjonijiet. Dan jista’ jsir ukoll minn kwalunkwe parti interessata li tieħu pożizzjoni kuntrarja, inkluż id-debitur.

2 - Madankollu, jekk il-kontestazzjoni tkun ibbażata fuq l-inklużjoni mhux dovuta ta’ talba speċifika fil-lista ta’ kredituri rikonoxxuti, fuq l-ommissjoni tal-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta jew fuq il-fatt li ġiet attribwita somma eċċessiva jew hija kklassifikata fi grad ogħla minn dak li huwa korrett, l-applikant rispettiv biss jista’ jirrispondi.

3 - It-tweġiba se tintbagħat fl-għaxart ijiem wara t-tmiem tat-terminu imsemmi fl-Artikolu 130 jew in-notifika mibgħuta lill-applikant bla ħsara għal kontestazzjoni, skont il-każ, taħt piena li l-kontestazzjoni tintlaqa’.”

“Artikolu 132

Reġistrazzjoni ta’ kontestazzjonijiet u tweġibiet

Il-listi ta’ talbiet rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti mill-prattikant fl-insolvenza, il-kontestazzjonijiet u t-tweġibiet huma rreġistrati f’anness wieħed.”

“Artikolu 133

Analiżi tat-talbiet u l-kontijiet tal-parti insolventi

Matul il-perjodu stabbilit għall-kontestazzjonijiet u t-tweġibiet, u sabiex it-talbiet jiġu analizzati minn kwalunkwe parti interessata u mill-kummissjoni tal-kredituri, il-prattikant fl-insolvenza għandu jagħmel it-talbiet, id-dokumenti tat-talba rispettivi u d-dokumenti tal-kontabilità tal-parti insolventi disponibbli f’post xieraq, li jkun elenkat fi tmiem il-listi ta’ kredituri rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti.”

“Artikolu 134

Mezzi ta’ prova, kopji u eżenzjoni ta’ notifika

1 - Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(2) japplikaw għall-kontestazzjonijiet u t-tweġibiet.

2 - Għal konsultazzjoni mill-partijiet interessati, l-applikant huwa mitlub jipprovdi biss żewġ kopji tad-dokumenti ppreżentati: kopja minnhom hija maħsuba għall-arkivjar fil-qorti filwaqt li l-oħra tibqa’ fil-pussess tas-segretarjat tal-qorti. Meta jintbagħtu fuq mezz diġitali, dawn id-dokumenti jistgħu jiġu estratti mis-segretarjat.

3 - Bħala eċċezzjoni, f’każijiet fejn il-kontestazzjoni tikkonċerna talbiet rikonoxxuti u ma tkunx ġiet sottomessa mill-applikant rispettiv, għandha tiġi annessa jew misluta kopja addizzjonali biex tingħata lill-applikant imsemmi.

4 - Il-kontestazzjonijiet se jiġu nnotifikati biss lill-applikanti rispettivi meta dawn ma jkunux dawk li ppreżentaw il-kontestazzjonijiet.

5 - Matul il-perjodu stabbilit għall-kontestazzjonijiet u t-tweġibiet, il-fajl jibqa’ fil-pussess tas-segretarjat tal-qorti għall-analiżi u l-konsultazzjoni mill-partijiet interessati.”

“Artikolu 135

L-opinjoni tal-kummissjoni tal-kredituri

Fi żmien għaxart ijiem wara t-tmiem tat-terminu għat-tweġiba għall-kontestazzjoni, il-kummissjoni tal-kredituri tehmeż l-opinjoni tagħha dwar il-kontestazzjonijiet mad-dokumenti tal-każ.”

“Artikolu 136

Xoljiment ta’ proċeduri

1 - Ladarba l-opinjoni mill-kummissjoni tal-kredituri tkun ġiet mehmuża jew it-terminu stabbilit fl-artikolu preċedenti jkun skada mingħajr ma jkun sar tali anness, l-imħallef għandu jiddikjara, bil-valur ta’ sentenza, li t-talbiet fuq il-lista rispettiva li ma ġewx ikkontestati huma vverifikati, ħlief fil-każ ta’ żball manifest. L-imħallef jista’ jistabbilixxi l-ġurnata u l-ħin biex isir kwalunkwe tentattiv ta’ konċiljazzjoni fl-10 ijiem ta’ wara, filwaqt li jinnotifika lil dawk kollha li ppreżentaw kontestazzjonijiet u tweġibiet, il-kummissjoni tal-kredituri u l-prattikant fl-insolvenza biex ikunu jistgħu jattendu personalment jew ikunu rappreżentati bi prokuri bis-setgħat speċjali meħtieġa.

2 - Fit-tentattiv ta’ konċiljazzjoni, talbiet li jistħoqqilhom l-approvazzjoni ta’ dawk kollha preżenti taħt it-termini eżatti rispettivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala rikonoxxuti.

3 - Ladarba jiġi konkluż it-tentattiv ta’ konċiljazzjoni, il-proċedimenti jingħalqu immedjatament mill-imħallef sabiex tkun tista’ tinħareġ ordni uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 595 u 596 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

4 - (Imħassar.)

5 - It-talbiet l-oħrajn kollha li huwa possibbli li jiġu rikonoxxuti fid-dawl tal-evidenza mniżżla fid-dokumenti tal-każ huma wkoll ikkunsidrati bħala rikonoxxuti.

6 - Fir-rigward ta’ talbiet rikonoxxuti, l-ordni uffiċjali finali għandha l-forma u l-qawwa ta’ sentenza u tiddikjara dawn it-talbiet ivverifikati u kklassifikati skont id-dispożizzjonijiet legali.

7 - Jekk il-verifika ta’ xi talbiet tkun teħtieġ li tiġi ppreżentata evidenza, il-klassifikazzjoni tat-talbiet kollha ssir fis-sentenza finali, sakemm l-imħallef ma jqisx li l-kontestazzjonijiet li qed jiġu analizzati, fid-dawl tas-somma involuta jew in-natura tagħhom, ma jimpedixxux l-għoti immedjat tas-sentenza, filwaqt li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 180(1) jiġu osservati bis-sħiħ.

8 - Jekk l-imħallef iqis li ma jkunx xieraq li jsir it-tentattiv ta’ konċiljazzjoni, l-imsemmi imħallef għandu immedjatament joħroġ l-ordni uffiċjali prevista fil-paragrafu 3.”

“Artikolu 137

Miżuri investigattivi

Meta l-miżuri investigattivi jkollhom jitwettqu qabel id-diskussjoni u s-smigħ tas-sentenza, l-imħallef għandu jordna li jittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn il-miżuri jiġu konklużi fi żmien għoxrin jum mill-ordni li tiddetermina dawk il-miżuri, billi l-partijiet interessati kollha jingħataw l-evidenza pprovduta minn kwalunkwe waħda minnhom.”

“Artikolu 138

L-istabbiliment ta’ data għas-smigħ

Ladarba tkun ġiet ipprovduta evidenza jew ikun skada t-terminu stipulat fl-ittri, tiġi stabbilita d-data għad-diskussjoni u s-smigħ tas-sentenza sa għaxart ijiem wara dan.”

“Artikolu 139

Smigħ

Fis-smigħ tas-sentenza, it-termini stabbiliti għal każ komuni se jiġu osservati, bl-ispeċjalitajiet li ġejjin:

a) kull meta jkun meħtieġ, fi żmien determinat mill-qorti, jinstemgħu l-prattikant fl-insolvenza jew il-kummissjoni tal-kredituri;

b) l-evidenza se tiġi ppreżentata fl-ordni li fiha ġew sottomessi l-kontestazzjonijiet;

c) matul id-diskussjoni, l-ewwel li jitkellmu huma l-avukati ta’ dawk li ressqu l-kontestazzjonijiet u mbagħad l-avukati tal-intimati, u ma jkun hemm ebda replika.”

“Artikolu 140

Deċiżjoni

1 - Wara li s-smigħ tas-sentenza jintemm, l-imħallef jiddeċiedi dwar il-verifika u l-klassifikazzjoni tat-talbiet fl-għaxart ijiem ta’ wara.

2 - Il-klassifikazzjoni hija ġenerali għall-assi tal-patrimonju insolventi u hija speċjali għal assi relatati ma’ drittijiet ta’ garanzija reali u privileġġi ta’ kreditu.

3 - Fil-klassifikazzjoni tat-talbiet, ma tingħatax preferenza bħala riżultat ta’ ipoteka ġudizzjarja jew ipoteka li tirriżulta minn rahan. Madankollu, l-ispejjeż imħallsin mill-applikant jew mill-kreditur jikkostitwixxu djun tal-patrimonju insolventi.”

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Ir-regoli applikabbli għall-ħlas tal-kredituri jipprovdu għal differenzi fit-trattament skont jekk it-talbiet humiex garantiti, privileġġjati, komuni jew ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fl-Artikoli minn 172 sa 184 tas-CIRE. F’dawn id-dispożizzjonijiet huma previsti wkoll: il-possibbiltà li l-ħlas ta’ dejn ta’ parti terza jkun suġġett għal surroga; u l-arranġamenti applikabbli meta jkun hemm responsabbiltà konġunta tad-debituri.

“Artikolu 172

Ħlas tad-djun tal-patrimonju insolventi

1 - Qabel ma jħallas it-talbiet tal-insolvenza, il-prattikant fl-insolvenza għandu jnaqqas l-assi jew l-intitolamenti meħtieġa biex iħallas id-djun ta’ dak il-patrimonju mill-patrimonju insolventi, inklużi dawk li jistgħu jiġu previsti sal-għeluq tal-proċedimenti.

2 - Id-djun tal-patrimonju insolventi huma assenjati għall-qligħ tal-patrimonju, u, fir-rigward tal-eċċess, għall-qligħ ta’ kull assi, mobbli jew immobbli, fi proporzjon xieraq; madankollu, l-ammont assenjat ma jaqbiżx 10 % tal-qligħ minn assi li huma suġġetti għal garanziji reali, sakemm dan ma jkunx essenzjali għall-ħlas sħiħ tad-djun tal-patrimonju insolventi jew sa fejn il-ħlas sħiħ tat-talbiet garantiti ma jkunx ippreġudikat.

3 - Il-ħlas tad-djun tal-patrimonju insolventi jseħħ fid-dati rispettivi ta’ maturità, irrispettivament minn x’ikun l-istatus tal-proċedimenti.

4 - Meta jitressqu azzjonijiet biex jiġi vverifikat id-dritt għar-restituzzjoni jew is-separazzjoni ta’ assi diġà mibjugħa u fejn tkun ġie ippreżentat l-protest kompetenti, ammont ugwali għar-rikavati tal-bejgħ, meta dan ikun jista’ jiġi ddeterminat, jibqa’ fid-depożitu u jiġi eskluż minn ħlasijiet lil kredituri tal-patrimonju tal-insolvenza jew l-insolvenza, filwaqt li l-effetti tal-protest jibqgħu fis-seħħ. Meta r-rikavati ma jistgħux jiġu ddeterminati, jibqa’ depożitat ammont ugwali għall-provvedimenti tal-inventarju. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 180(2) u (3) japplikaw, mutatis mutandi.”

“Artikolu 173

Bidu tal-ħlas tat-talbiet tal-insolvenza

Il-ħlas tat-talbiet tal-insolvenza jkopri biss dawk li ġew ivverifikati permezz ta’ sentenza finali.”

“Artikolu 174

Ħlas lil kredituri garantiti

1 - Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 172(1) u (2), ladarba l-assi gravati b’garanziji reali jkunu nbigħu u l-ispejjeż korrispondenti jkunu ġew imnaqqsin, il-ħlas lill-kredituri ggarantiti jsir immedjatament, skont il-prijorità tagħhom. Fir-rigward tal-kredituri li ma jkunux imħallsin għall-ammont kollu u li d-debitur ikun responsabbli lejhom bil-proprjetà ġenerali tiegħu, il-bilanċi rispettivi jiġu inklużi fost it-talbiet komuni, li jissostitwixxu l-bilanċi stmati, jekk dawn ma jikkoinċidux.

2 - Qabel il-bejgħ tal-assi, il-bilanċ stmat rikonoxxut bħala talba komuni huwa indirizzat fit-tqassim magħmul fost il-kredituri komuni. Madankollu, l-ammonti li jikkorrispondu għat-tqassim għandhom jibqgħu ddepożitati sakemm jiġi kkonfermat il-bilanċ attwali. L-irtirar se jiġi awtorizzat ladarba jiġu kkonfermati s-somom.

3 - Il-ħlas ta’ dejn ta’ parti terza li ma jistax jintalab:

a) ma jseħħx, fl-ipoteżi msemmija fl-ewwel parti tal-Artikolu 164(5) jew jekk l-applikant rispettiv jirrinunzja l-garanzija;

b) ma jistax jaqbeż l-ammont tad-dejn, aġġornat sad-data tal-ħlas bl-applikazzjoni tal-Artikolu 91(2);

c) jinvolvi surroga fid-drittijiet tal-kreditur, fi proporzjon mal-ammont imħallas rigward l-ammont ta’ dejn, aġġornat bl-istess termini.”

“Artikolu 175

Ħlas ta’ kredituri preferenzjali

1 - It-talbiet privileġġjati jitħallsu permezz ta’ assi mhux assenjati għal garanziji reali prevalenti, fir-rigward tal-prijorità li għandhom, u fi proporzjon mal-ammonti, fir-rigward ta’ dawk li huma ugwalment privileġġjati.

2 - Id-dispożizzjonijiet tat-tieni parti tal-Artikolu 174(1) u (2) għandhom japplikaw, mutatis mutandis.”

“Artikolu 176

Ħlas ta’ kredituri komuni

Il-kredituri komuni jitħallsu fi proporzjon mat-talbiet tagħhom jekk il-patrimonju ma jkunx biżżejjed għal ħlas tal-ammont kollu.”

“Artikolu 177

Ħlas tal-kredituri ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa

1 - Il-ħlas tat-talbiet ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa jseħħ biss wara l-ħlas tal-ammont kollu tat-talbiet komuni, u jsir fl-ordni li dawk it-talbiet huma indikati fih fl-Artikolu 48, fi proporzjon mal-ammonti rispettivi, fir-rigward ta’ dawk imsemmija fl-istess subparagrafu, jekk il-patrimonju ma jkunx biżżejjed għal ħlas sħiħ.

2 - Meta jkun hemm ftehim dwar it-talbiet bi klassifikazzjoni iktar baxxa, il-partijiet jistgħu jattribwixxu prijorità lil talba differenti minn dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 48.”

“Artikolu 178

Tqassim parzjali

1 - Kull meta jiġu ddepożitati ammonti li jiżguraw distribuzzjoni ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur ta’ talbiet privileġġjati, komuni jew ta’ klassifikazzjoni iktar baxxa, il-prattikant fl-insolvenza ġudizzjarju jissottometti pjan u skeda ta’ tqassim li jqis li għandhom jiġu implimentati, li għandhom jiġu annessi mal-każ prinċipali, flimkien mal-opinjoni tal-kummissjoni tal-kredituri, jekk tkun teżisti tali kummissjoni.

2 - L-imħallef jiddeċiedi dwar il-ħlasijiet li jqis li huma ġġustifikati.”

“Artikolu 179

Ħlas fil-każ ta’ debituri responsabbli b’mod konġunt

1 - Meta, minbarra l-parti insolventi, ikun hemm debitur ieħor responsabbli b’mod konġunt fl-istess sitwazzjoni, il-kreditur ma jirċievi ebda somma mingħajr ma jissottometti ċertifikat li jikkonferma s-somom irċevuti minn proċedimenti ta’ insolvenza li jinvolvu l-bqija tad-debituri; il-prattikant fl-insolvenza jinnotifika l-ħlas fi proċedimenti oħrajn ukoll.

2 - Debitur responsabbli in solidum li jħallas id-dejn parzjalment biss ma jistax jitħallas fil-proċedimenti tal-insolvenza tal-kondebituri jekk il-kreditur ma jkunx tħallas l-ammont kollu.”

“Artikolu 180

Salvagwardji ta’ prevenzjoni

1 - Meta jkun hemm appell kontra s-sentenza li tivverifika u tikklassifika t-talbiet jew protest permezz ta’ azzjoni pendenti, it-talbiet ta’ dawk li jippreżentaw il-protest jew it-talbiet li huma s-suġġett tal-appell huma kkunsidrati bħala vverifikati kkundizzjonalment, fil-każ imsemmi l-aħħar, għall-ammont massimu li jista’ jirriżulta mill-għarfien dwar dan, għall-iskop tat-trattament meta jsir it-tqassim. Madankollu, l-ammonti attribwiti b’dan il-mod għandhom jibqgħu ddepożitati.

2 - Wara d-deċiżjoni finali dwar l-appell jew l-azzjoni, l-irtirar tal-ammonti ddepożitati se jiġi awtorizzat sa fejn ikun meħtieġ jew, fejn isir tqassim fost il-kredituri, skont il-każ. Meta jsir irtirar parzjali, it-tqassim se jkun ibbażat fuq is-somma li jkun fadal.

3 - Dawk li, minħabba l-appell jew il-protest tagħhom, ma ppermettew l-irtirar ta’ ebda ammont, u li jitilfu tali appell jew protest, jikkumpensaw lill-kredituri li jkunu ppreġudikati, u jħallsu imgħax ta’ ħlas tard bir-rata stabbilita legalment fuq l-ammont imħallas tard, mid-data tat-tqassim li fih ġie inkluż dak l-ammont.

4 - Meta jsir protest wara li jkun sar xi tqassim, se jiġi attribwit ammont addizzjonali lill-kredituri inkwistjoni li jkun meħtieġ biex jerġa’ jkun hemm ugwaljanza ma’ kredituri ekwivalenti, fi tqassim iktar tard, mingħajr preġudizzju għall-fatt li dan l-ammont jibqa’ ddepożitat jekk ma tkunx għadha ingħatat deċiżjoni finali dwar l-azzjoni.”

“Artikolu 181

Talbiet taħt kundizzjoni sospensiva

1 - It-talbiet taħt kundizzjoni sospensiva jintlaħqu bil-valur nominali fi tqassim parzjali. Madankollu, l-ammonti attribwiti lilhom għandhom jibqgħu ddepożitati sakemm il-kundizzjoni tkun pendenti.

2 - Fl-aħħar tqassim, madankollu, jekk il-kundizzjoni ma tiġix sodisfatta:

a) ma jiġux ikkunsidrati talbiet li jkunu neqsin minn kwalunkwe valur minħabba l-improbabbiltà manifesta li l-kundizzjoni tiġi vverifikata, f’liema każ l-ammonti depożitati skont il-paragrafu preċedenti se jitqassmu fost il-kredituri l-oħrajn;

b) meta s-sitwazzjoni stabbilita fis-subparagrafu preċedenti ma sseħħx, il-prattikant fl-insolvenza jiddepożita ammont li jikkorrispondi għall-valur nominali tat-talba f’istituzzjoni ta’ kreditu sabiex jingħata lill-applikant, ladarba tiġi sodisfatta l-kundizzjoni sospensiva, jew jiġi mqassam bejn il-kredituri l-oħrajn, wara li jkun hemm ċertezza li tali kundizzjoni hija impossibbli.

“Artikolu 182

Tqassim finali

1 - Meta l-likwidazzjoni tal-patrimonju insolventi tkun ingħalqet, id-distribuzzjoni u t-tqassim finali jsiru mis-segretarjat tal-qorti ladarba l-każ ikun intbagħat għall-kalkolu tal-ispejjeż u lis-segretarjat innifsu. L-għeluq tal-likwidazzjoni mhuwiex ippreġudikat minn attività tad-debitur li tiġġenera dħul li jżid mal-patrimonju.

2 - Il-flus li jibqgħu wara l-likwidazzjoni li lanqas biss ikopru l-ispejjeż tat-tqassim jiġu allokati lill-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-finanzi u tal-proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

3 - Matul il-każ, il-prattikant fl-insolvenza jista’ jissottometti proposta għad-distribuzzjoni u t-tqassim finali, akkumpanjata mid-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, u din l-informazzjoni għandha tiġi evalwata mis-segretarjat.”

“Artikolu 183

Ħlasijiet

1 - Il-ħlasijiet kollha jsiru, mingħajr il-ħtieġa għal talba, preferibbilment permezz ta’ trasferiment bankarju lill-IBAN tar-riċevitur rispettiv, u l-ammont trasferit jinġibed mill-kont tal-insolvenza.

2 - Meta ma jkunx possibbli li jsir il-ħlas ta’ talba skont il-paragrafu preċedenti, il-prattikant fl-insolvenza għandu juża ċekk magħmul fuq il-kont tal-insolvenza.

3 - Jekk ma jintbagħatx ċekk għall-ħlas fi żmien sena mid-data tan-notifika lill-kreditur, it-talba rispettiva tiskadi u s-somma tintbagħat lura lill-Istitut tal-Ġestjoni tal-Finanzi u tat-Tagħmir tad-Dipartiment tal-Ġustizzja (Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça, I.P.)

4 - L-użu ta’ kwalunkwe mezz ta’ ħlas imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma jeħlisx lill-prattikant fl-insolvenza milli jikkonforma mar-rekwiżiti legali jew definiti kuntrattwalment għall-użu tal-kont tal-insolvenza. Japplika l-Artikolu 167(2)mutatis mutandi.”

“Artikolu 184

Il-bqija

1 - Jekk ir-rikavati mil-likwidazzjoni jkunu biżżejjed għall-ħlas sħiħ tat-talbiet ta’ insolvenza, il-bilanċ jingħata lid-debitur mill-prattikant fl-insolvenza.

2 - Jekk id-debitur ma jkunx persuna fiżika, il-prattikant fl-insolvenza jgħaddi l-parti tal-bilanċ lill-persuni parteċipanti li jkun jappartjeni lilhom kieku l-likwidazzjoni twettqet barra l-proċedimenti tal-insolvenza, jew il-prattikant fl-insolvenza se jikkonforma ma’ dak li huwa pprovdut mod ieħor mil-liġi u fir-regolamenti.”

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Il-kundizzjonijiet u l-effetti tal-għeluq tal-proċedimenti tal-insolvenza huma stabbiliti fl-Artikoli minn 231 sa 234 tas-CIRE. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu s-sitwazzjonijiet fejn hemm: approvazzjoni ta’ pjan ta’ insolvenza jekk il-kontenut tal-pjan imsemmi ma jopponix l-għeluq; tmiem tal-insolvenza; likwidazzjoni u tqassim finali; u insuffiċjenza tal-patrimonju insolventi.

“Artikolu 231

Għeluq fuq talba tad-debitur

1 - Talba mid-debitur biex jingħalqu l-proċedimenti minħabba li ntemmet l-insolvenza tiġi nnotifikata lill-kredituri biex ikunu jistgħu jikkontestaw l-għeluq, jekk jixtiequ, fi żmien tmint ijiem. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(3) u (4) japplikaw.

2 - Talba mid-debitur li ma tkunx ibbażata fuq it-tmiem tal-insolvenza tkun akkumpanjata minn dokumenti li jikkonfermaw il-kunsens tal-kredituri kollha li ressqu talbiet, meta tiġi sottomessa wara l-limitu ta’ żmien mogħti għal dak l-iskop jew, inkella, tal-kredituri magħrufin kollha.

3 - Qabel ma jiddeċiedi fuq it-talba, fi kwalunkwe wieħed minn dawk il-każijiet, l-imħallef jisma’ lill-prattikant fl-insolvenza u lill-kummissjoni tal-kredituri, jekk tkun teżisti tali kummissjoni.”

“Artikolu 232

Għeluq minħabba insuffiċjenza tal-patrimonju insolventi

1 - Meta jkun stabbilit li l-patrimonju insolventi ma jkunx suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedimenti u d-djun li fadal tal-patrimonju insolventi, il-prattikant fl-insolvenza jinforma lill-imħallef dwar dan il-fatt; l-imħallef imsemmi jista’ wkoll jiġi mgħarraf awtomatikament dwar dan.

2 - Ladarba d-debitur, il-laqgħa tal-kredituri u l-kredituri tal-patrimonju insolventi jkunu nstemgħu, l-imħallef jiddikjara l-għeluq tal-proċeduri tal-insolvenza, sakemm parti interessata ma tiddepożitax, fuq l-ordni tal-qorti, somma stabbilita mill-imħallef bħala ammont meqjus raġonevolment neċessarju biex jiġi żgurat il-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedimenti u d-djun li fadal tal-patrimonju insolventi.

3 - Wara li l-każ ikun intbagħat għall-kalkolu tal-ispejjeż u lis-segretarjat tal-qorti, wara li jkunu tħallsu l-ispejjeż, is-segretarjat imsemmi jqassam is-somom ta’ flus eżistenti fil-patrimonju insolventi fost il-kredituri tal-patrimonju insolventi fi proporzjon mat-talbiet tagħhom.

4 - Ladarba tkun ġiet ikkonfermata l-insuffiċjenza tal-patrimonju, il-prattikant fl-insolvenza jista’ jinterrompi l-likwidazzjoni rispettiva immedjatament.

5 - Meta l-proċedimenti tal-insolvenza jkunu ngħalqu minħabba insuffiċjenza tal-patrimonju, fil-każijiet fejn tkun infetħet proċedura li teżamina l-ħtija tal-insolvenza u din tkun għadha ma ġietx konkluża, dik il-proċedura tkompli b’mod limitat.

6 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti ma japplikawx meta debitur jibbenefika mid-differiment tal-ħlas tal-ispejjeż, skont l-Artikolu 248(1), matul il-perjodu li fih ikun fis-seħħ il-benefiċċju.

7 - Il-patrimonju huwa meqjus bħala insuffiċjenti meta l-valur tal-assi jkun inqas minn EUR 5 000.”

“Artikolu 233

Effetti tal-għeluq

1 - Ladarba l-proċeduri jkunu ngħalqu, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 217(5) fir-rigward tal-effetti immedjati speċifiċi tad-deċiżjoni li tapprova l-pjan tal-insolvenza:

a) l-effetti kollha li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni tal-insolvenza jieqfu, u d-debitur jirkupra d-dritt li jiddisponi mill-assi tiegħu u li jwettaq ġestjoni libera tan-negozju tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-effetti tal-kwalifika tal-insolvenza bħala ħatja u d-dispożizzjonijiet tal-artikolu li ġej;

b) il-kompiti tal-kummissjoni tal-kredituri u tal-prattikant fl-insolvenza jintemmu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mas-sottomissjoni tal-kontijiet u, jekk applikabbli, dawk mogħtija mill-pjan tal-insolvenza;

c) il-kredituri tal-insolvenza jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kontra d-debitur mingħajr restrizzjonijiet ħlief dawk stabbiliti fi kwalunkwe pjan ta’ insolvenza u pjan ta’ ħlasijiet u fl-Artikolu 242(1) fejn, għal dak l-iskop, it-titolu eżekuttiv ikun jikkonsisti fis-sentenza li tapprova l-pjan tal-ħlasijiet u s-sentenza li tivverifika t-talbiet jew id-deċiżjoni mogħtija f’azzjoni ta’ verifika iktar tard, flimkien mas-sentenza li tapprova l-pjan tal-insolvenza, jekk applikabbli;

d) il-kredituri tal-patrimonju jistgħu jagħmlu talba kontra d-debitur għal intitolamenti li ma ġewx sodisfatti.

2 - L-għeluq tal-proċedimenti tal-insolvenza qabel it-tqassim finali jirriżulta f’dawn li ġejjin:

a) revoka ta’ atti għall-benefiċċju li l-patrimonju insolventi jsir ineffettiv, sakemm il-pjan tal-insolvenza ma jagħtix setgħat għal difiża lill-prattikant fl-insolvenza f’azzjonijiet immirati biex jikkontestaw din ir-revoka, kif ukoll f’każijiet li fihom tali revoka ma tistax tibqa’ tiġi kkontestata minħabba li jkun għaddej it-terminu stabbilit fl-Artikolu 125, jew każijiet li fihom il-kontestazzjoni tkun ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni finali;

b) id-diskontinwità ta’ proċedimenti li huma pendenti skont il-verifika tat-talbiet u r-restituzzjoni u s-separazzjoni ta’ assi diġà llikwidati, ħlief jekk tkun diġà ngħatat sentenza dwar il-verifika u l-klassifikazzjoni tat-talbiet kif previst fl-Artikolu 140, jew jekk l-għeluq jirriżulta mill-approvazzjoni tal-pjan tal-insolvenza, f’liema każ l-appelli ppreżentati kontra din is-sentenza jkomplu sakemm jiġu konklużi. Dan japplika wkoll għall-azzjonijiet li jixtiequ jressquhom l-applikanti jew id-debitur, fi żmien 30 jum;

c) id-diskontinwità ta’ proċedimenti li huma pendenti kontra dawk legalment responsabbli għad-djun tal-parti insolventi proposta mill-prattikant fl-insolvenza, sakemm il-pjan tal-insolvenza ma jagħtix setgħat lill-prattikant fl-insolvenza biex isegwi tali każijiet.

3 - L-ispejjeż ta’ azzjonijiet li jikkontestaw ir-revoka ta’ atti għall-benefiċċju tal-patrimonju insolventi li huma milqugħa skont il-paragrafu 2(a) ikunu r-responsabbiltà tal-patrimonju insolventi jekk il-każ jingħalaq minħabba l-insuffiċjenza tal-proprjetà msemmija.

4 - Bl-eċċezzjoni ta’ proċedimenti ta’ verifika tat-talbiet, kwalunkwe azzjoni li tiddependi fuq il-proċedimenti tal-insolvenza u li ma tistax tiġi miċħuda, skont il-paragrafu 2(b), jew li m’għandhiex tiġi segwita mill-prattikant fl-insolvenza skont il-pjan tal-insolvenza, tiġi sseparata mill-każ u tintbagħat lill-qorti kompetenti. Id-debitur imbagħad ikollu l-leġittimità esklussiva għall-każ, irrispettivament mill-kwalifika jew mill-ftehim tal-kontroparti.

5 - Fl-għaxart ijiem wara l-għeluq, il-prattikant fl-insolvenza jagħti lill-qorti d-dokumenti kollha fil-pussess tiegħu rigward il-proċedimenti, kif ukoll id-dokumenti tal-kontabilità tad-debitur kollha li m’hemmx għalfejn jiġu ritornati lid-debitur imsemmi, għall-arkivjazzjoni.

6 - Kull meta l-proċedimenti tal-insolvenza jingħalqu mingħajr proċedura biex tiġi eżaminata l-ħtija għall-ftuħ tal-insolvenza skont l-Artikolu 36(1)(i), l-imħallef għandu jiddikjara espressament in-natura inċidentali tal-insolvenza fid-deċiżjoni kif previst fl-Artikolu 230.

7 - L-għeluq tal-proċedimenti tal-insolvenza skont l-Artikolu 230(1)(e), fejn jeżistu assi jew intitolamenti għal likwidazzjoni, jiddetermina biss il-bidu tal-perjodu tal-assenjazzjoni ta’ dħul disponibbli.”

“Artikolu 234

Effetti fuq il-kumpaniji kummerċjali

1 - Meta l-għeluq tal-proċedimenti jkun ibbażat fuq l-approvazzjoni ta’ pjan tal-insolvenza li jipprovdi għall-kontinwazzjoni tal-kumpanija kummerċjali, tali ritorn għall-attività ma jkunx jeħtieġ deċiżjoni mill-imsieħba.

2 - L-imsieħba jistgħu jiddeċiedu li jerġgħu jibdew l-attività jekk l-għeluq ikun ibbażat fuq l-Artikolu 230(1)(c).

3 - Wara li jkun seħħ it-tqassim finali u jkun ġie rreġistrat l-għeluq tal-proċedimenti, il-kumpanija titqies li m’għadhiex operattiva.

4 - Meta l-għeluq iseħħ minħabba l-insuffiċjenza tal-patrimonju insolventi, il-likwidazzjoni tal-kumpanija ssegwi r-reġim legali għal proċedimenti amministrattivi għax-xoljiment u l-likwidazzjoni ta’ entitajiet kummerċjali. L-imħallef għandu jinnotifika lir-reġistru kompetenti dwar l-għeluq u rigward il-proprjetà tal-kumpanija.”

Effetti fuq persuni fiżiċi

Jekk id-debitur ikun persuna fiżika, fuq talba tad-debitur, jista’ jingħata eżonerazzjoni minn talbiet ta’ insolvenza li mhumiex imħallsa kompletament matul il-proċedimenti tal-insolvenza jew fil-ħames snin wara l-għeluq, kif stipulat fl-Artikoli minn 235 sa 248 tas-CIRE.

L-eżonerazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ persuna fiżika, jekk tkun awtorizzata, se teħtieġ li d-dħul disponibbli li jinkiseb minn debitur jiġi assenjat lil fiduċjarju magħżul mill-qorti għall-ħames snin wara l-għeluq tal-proċedimenti tal-insolvenza (perjodu ta’ assenjazzjoni). Fl-aħħar ta’ kull sena matul il-perjodu tal-assenjazzjoni, il-fiduċjarju juża s-somom irċevuti: a) biex iħallas l-ispejjeż pendenti tal-proċedimenti tal-insolvenza; b) biex jirrimborża lill-korp responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja u tal-proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja għar-remunerazzjoni u l-ispejjeż tal-prattikant fl-insolvenza u tal-fiduċjarju kif imġarrbin minn dak il-korp; c) biex iħallas ir-remunerazzjoni u l-ispejjeż tiegħu stess; d) biex iqassam il-bqija fost il-kredituri tal-insolvenza skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti dwar il-ħlas lill-kredituri fi proċedimenti tal-insolvenza.

Meta l-perjodu ta’ assenjazzjoni jkun intemm, l-eżonerazzjoni tad-debitur tista’ tingħata mill-qorti u, f’tali każ, jiġu kkanċellati t-talbiet kollha tal-insolvenza li jibqgħu fis-seħħ fid-data li tingħata l-eżonerazzjoni, inklużi dawk li ma ġewx ippreżentati jew ivverifikati. Madankollu, l-eżonerazzjoni ma tinkludix: a) talbiet ta’ manteniment; b) kumpens dovut għal atti illegali mid-debitur li ġew iddikjarati bħala tali; c) talbiet għal multi u penali monetarji oħrajn għal reati kriminali jew reati amministrattivi; d) talbiet fiskali.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Id-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq tal-proċedimenti tal-insolvenza kienu koperti fit-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. Fil-prinċipju, wara l-għeluq tal-proċedimenti, il-kredituri tal-insolvenza jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kontra d-debitur mingħajr ebda restrizzjonijiet oħrajn ħlief dawk stipulati fil-possibbiltajiet ta’ pjanijiet ta’ insolvenza u ta’ ħlas u fl-Artikolu 242(1) tas-CIRE.

Biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, l-istrument eżegwibbli jkun is-sentenza li tapprova l-pjan ta’ ħlas u s-sentenza li tivverifika t-talba jew, jekk applikabbli, id-deċiżjoni mogħtija f’azzjoni ta’ verifika iktar tard, flimkien mas-sentenza li tapprova l-pjan tal-insolvenza.

L-Artikolu 242(1) tas-CIRE jiddikjara li, fil-każ ta’ eżonerazzjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ persuna fiżika, l-ebda infurzar ma jkun permess fuq l-assi tad-debitur li huma maħsubin biex jissodisfaw it-talbiet tal-insolvenza matul il-perjodu ta’ assenjazzjoni.

Il-proċedimenti tal-insolvenza huma kkunsidrati magħluqin fiż-żmien stabbilit fl-Artikolu 230 tas-CIRE. Il-ħin tal-għeluq jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi li ddeterminaw tali għeluq, kif ġej:

“Artikolu 230

Meta jingħalqu l-proċedimenti

1 - Meta l-proċedimenti jkomplu wara d-dikjarazzjoni tal-insolvenza, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li jagħlaq il-proċedimenti:

a) wara li jkun seħħ it-tqassim finali, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 239(6);

b) wara li d-deċiżjoni li tapprova l-pjan tal-insolvenza tkun saret finali, sakemm il-pjan imsemmi ma jopponix l-għeluq;

c) fuq talba tad-debitur, meta d-debitur ma jkunx f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jew il-kreditui kollha jagħtu l-kunsens tagħhom;

d) meta l-prattikant fl-insolvenza jikkonferma l-insuffiċjenza tal-patrimonju insolventi biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti u djun oħrajn;

e) meta l-għeluq ikun għadu ma ġiex iddikjarat, fl-ordni inizjali li teżonera l-obbligazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 237(b).

2 - Il-kredituri jiġu nnotifikati dwar id-deċiżjoni li jagħlqu l-proċedimenti u d-deċiżjoni tiġi ppubblikata u rreġistrata kif previst fl-Artikoli 37 u 38, filwaqt li jiġu ddikjarati r-raġunijiet rispettivi.”

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

L-infiq u l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-insolvenza huma meqjusa bħala djun tal-patrimonju insolventi skont l-Artikolu 51 tas-CIRE, imsemmija hawn fuq

Qabel iħallas talbiet ta’ insolvenza, il-prattikant fl-insolvenza se jnaqqas l-assi jew l-intitolamenti meħtieġa biex iħallas l-infiq u l-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk li jistgħu jiġu previsti sal-għeluq tal-proċedimenti. Il-ħlas tal-infiq u l-ispejjeż tal-proċedimenti huwa assenjat skont l-Artikolu 172 imsemmi hawn fuq tas-CIRE.

Fil-każ ta’ eżonerazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-persuna fiżika, il-fiduċjarju juża s-somom irċevuti fit-tmiem ta’ kull sena matul il-perjodu tal-assenjazzjoni, l-ewwel nett, biex iħallas l-infiq u l-ispejjeż tal-proċedimenti, skont l-Artikolu 241 tas-CIRE.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

L-Artikoli minn 120 sa 127 tas-CIRE jipprovdu għall-possibbiltà li jiġu kkanċellati atti li jkunu ta’ preġudizzju għall-interessi kollettivi tal-kredituri, sakemm jiġu sodisfatti ċ-ċirkostanzi stabbiliti f’dawn l-artikoli.

“Artikolu 120

Prinċipji ġenerali

1 - Atti ta’ preġudizzju għall-patrimonju insolventi li saru fis-sentejn qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza jistgħu jiġu rrevokati għall-benefiċċju tal-patrimonju.

2 - Atti li jnaqqsu, jostakolaw, ifixklu, jipperikolaw jew idewwmu l-ħlas lill-kredituri tal-insolvenza huma kkunsidrati li huma ta’ preġudizzju għall-patrimonju.

3 - Atti ta’ kwalunkwe tip imsemmija fl-artikolu li ġej, anki jekk twettqu jew imħollija barra mhux fit-termini stabbiliti fih, huma preżunti li huma ta’ preġudizzju għall-patrimonju, sakemm ma tiġix ipprovduta evidenza kuntrarja.

4 - Ħlief fil-każijiet imsemmija fl-artikolu li ġej, ir-rexissjoni tassumi mala fede minn terza persuna, li hija preżunta fir-rigward ta’ atti mwettqa jew imħollija barra fis-sentejn qabel il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza li pparteċipat fihom persuna b’relazzjoni speċjali mal-parti insolventi jew li bbenefikat minnhom persuna b’relazzjoni speċjali mal-parti insolventi, anki jekk l-imsemmija relazzjoni speċjali ma kinitx teżisti f’dik id-data.

5 - Il-mala fede hija mifhuma bħala għarfien, fil-ħin tal-att, dwar kwalunkwe ċirkostanza minn dawn li ġejjin:

a) id-debitur kien f’sitwazzjoni ta’ insolvenza;

b) l-att kellu natura ta’ preġudizzju u d-debitur kien f’sitwazzjoni ta’ insolvenza imminenti dak iż-żmien;

c) il-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza.

6 - Tranżazzjonijiet legali mwettqin taħt il-proċedura ta’ rivitalizzazzjoni speċjali jew proċedura ta’ ftehim ta’ ħlas speċjali rregolat minn din il-liġi, taħt miżuri ta’ rkupru u riorganizzazzjoni jew b’konnessjoni mal-adozzjoni tal-miżuri ta’ riżoluzzjoni fit-Taqsima VIII tar-Regoli Ġenerali dwar Istituzzjonijiet ta’ Kreditu u Kumpaniji Finanzjarji, approvati bid-Digriet Amministrattiv Nru 298/92 tal-31 ta’ Diċembru 1992, ma jistgħux jiġu rrevokati bl-applikazzjoni tar-regoli previsti f’dan il-kapitolu. L-istess japplika għal tranżazzjonijiet imwettqin taħt l-Iskema ta’ Riorganizzazzjoni tal-Intrapriżi Straġudizzjarji jew kwalunkwe proċess ekwivalenti ieħor previst f’leġiżlazzjoni speċjali, li l-iskop tiegħu huwa li jipprovdi mezzi ta’ finanzjament suffiċjenti lid-debitur biex l-irkupru jkun vijabbli.”

“Artikolu 121

Revoka inkondizzjonata

1 - L-atti li ġejjin jistgħu jiġu rrevokati għall-benefiċċju tal-patrimonju insolventi, mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda rekwiżit ieħor:

a) diviżjoni mwettqa inqas minn sena qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza fejn is-sehem tal-parti insolventi ġie essenzjalment sodisfatt b’assi li jistgħu jinħbew faċilment, meta l-assi ġenerali u l-valuri nominattivi jaqgħu fuq il-partijiet kointeressati;

b) atti mwettqin mid-debitur mingħajr ħlas fis-sentejn qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza, inkluż iċ-ċaħda ta’ wirt jew legat, bl-eċċezzjoni ta’ donazzjonijiet magħmulin fil-kors normali tal-affarijiet;

c) il-kostituzzjoni mid-debitur ta’ garanziji reali fuq obbligi li diġà jeżistu jew oħrajn li jissostitwixxu tali obbligi, fis-sitt xhur qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;

d) avall, sotto-avall, garanziji jew mandati ta’ kreditu li tkun iffirmathom il-parti insolventi fil-perjodu msemmi fis-subparagrafu preċedenti u li ma jirrispettawx operazzjonijiet ta’ negozju b’interess reali għall-parti insolventi;

e) kostituzzjoni mid-debitur ta’ garanziji reali fl-istess ħin tal-ħolqien tal-obbligi ggarantiti, fis-60 jum qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza;

f) ħlas jew atti oħrajn biex jintemmu l-obbligi li d-data ta’ maturità tagħhom kienet wara d-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza, li seħħew fis-sitt xhur qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza jew wara dik id-data, imma qabel id-data ta’ maturità;

g) ħlas jew modi oħrajn kif jiġu tterminati l-obbligi magħmulin fis-sitt xhur qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza skont termini li mhumiex normali fin-negozju legali u li l-kreditur ma jistax jitlobhom;

h) atti għal korrispettiv imwettqin mill-parti insolventi fis-sena qabel id-data tal-bidu tal-proċedimenti tal-insolvenza fejn l-obbligi mwettqin minnha manifestament jaqbżu dawk tal-kontroparti;

i) rimborż tas-self tal-azzjonisti, meta dan iseħħ fl-istess perjodu msemmi fis-subparagrafu preċedenti.

2 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti huma megħlubin minn regoli legali li eċċezzjonalment dejjem jeħtieġu mala fede jew rekwiżiti oħrajn. ”

“Artikolu 122

Sistemi ta’ ħlas

Atti koperti minn sistema ta’ ħlas kif definita fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva Nru 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju, jew komparabbli magħha, ma jistgħux jiġu revokati.”

“Artikolu 123

Forma ta’ revoka u skadenza tal-intitolamenti

1 - Ir-revoka tista’ titwettaq mill-prattikant fl-insolvenza permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tal-irċevuta fis-sitt xhur wara li jiġi żvelat l-att, imma mhux wara li jkunu għaddew sentejn mid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza.

2 - Madankollu, meta n-negozju ma jkunx konkluż, tista’ tiġi ddikjarata r-rexissjoni u ma tkunx suġġetta għat-terminu, bħala eċċezzjoni.”

“Artikolu 124

Effetti rigward ċessjonarji

1 - L-effetti tar-rexissjoni tal-att rigward ċessjonarji sussegwenti jassumu li kien hemm mala fede min-naħa tagħhom, ħlief fil-każ ta’ suċċessuri universali jew jekk it-trasferiment il-ġdid sar mingħajr ħlas.

2 - Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti japplikaw, mutatis mutandi, għall-kostituzzjoni tal-intitolamenti għall-assi trasferiti għall-benefiċċju ta’ parti terza.”

“Artikolu 125

Kontestazzjoni ta’ rexissjoni

Id-dritt li rexissjoni tiġi kkontestata jiskadi wara tliet xhur, waqt li l-azzjoni korrispondenti tkun għaddejja, proposta kontra l-patrimonju insolventi u li tiddependi fuq il-proċedimenti tal-insolvenza.”

“Artikolu 126

Effetti ta’ rexissjoni

1 - Ir-rexissjoni għandha effetti retroattivi, u s-sitwazzjoni li kienet teżisti kieku l-att ma twettaqx jew tħalla barra, kif applikabbli, għandha terġa’ tiġi kif kienet.

2 - L-azzjoni li tittieħed mill-prattikant fl-insolvenza għall-iskop previst fil-paragrafu preċedenti tiddependi fuq il-proċedimenti tal-insolvenza.

3 - Il-penali applikati għal partijiet terzi li ma jissottomettux assi jew oġġetti ta’ valur li għandhom jiġu rritornati lill-patrimonju fit-terminu stabbilit fis-sentenza se jkunu dawk previsti fil-liġi proċedurali għad-depożitarju ta’ assi mirhuna li ma jittrasferihomx fil-ħin.

4 - L-oġġett ipprovdut mill-parti terza se jiġi rritornat biss jekk ikun jista’ jiġi identifikat u sseparat minn dawk li jappartjenu għall-bqija tal-patrimonju.

5 - Jekk is-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu preċedenti ma sseħħx, l-obbligu li jingħata lura l-valur korrispondenti jikkostitwixxi dejn tal-patrimonju insolventi proporzjonat mal-arrikkiment rispettiv fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza, u dejn tal-insolvenza fir-rigward ta’ kwalunkwe somma possibbli li jkun fadal.

6 - L-obbligu ta’ ritorn bi spejjeż tax-xerrej, mingħajr ħlas, jeżisti biss b’mod proporzjonat mal-arrikkiment tiegħu stess, ħlief fil-każ ta’ mala fede reali jew preżunta.”

“Artikolu 127

Actio Pauliana

1 - Il-kredituri tal-insolvenza mhumiex permessi jressqu actiones Paulianae ġodda kontra atti mwettqa mid-debitur, li r-rexissjoni tagħhom tkun ġiet iddikjarata mill-prattikant fl-insolvenza.

2 - Actiones Paulianae li jkunu pendenti fid-data tad-dikjarazzjoni tal-insolvenza jew dawk proposti wara ma jiġux annessi mal-proċedimenti ta’ insolvenza, u, fil-każ ta’ rexissjoni tal-att mill-prattikant fl-insolvenza, jipproċedu biss jekk tali rexissjoni mbagħad tiġi ddikjarata ineffettiva minn deċiżjoni finali, li tkun vinkolanti rigward dawk l-azzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jkun ivvaluta l-prattikant fl-insolvenza, sakemm dan ma jmurx kontra każ iġġudikat preċedentement.

3 - Meta tintlaqa’ actio Pauliana , l-interess tal-kreditur li jressaq l-azzjoni msemmija jiġi vvalutat għall-finijiet tal-Artikolu 616 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, mingħajr ma jitqiesu l-bidliet introdotti fit-talba rispettiva permezz ta’ pjan ta’ insolvenza jew ta’ ħlasijiet possibbli.”

Twissija: Il-kontenut ta’ dan il-fajl ta’ informazzjoni ma jorbotx lill-punt ta’ kuntatt jew lill-qrati u ma jipprekludix konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ jew ta’ kwalunkwe emendi tagħha. Id-dispożizzjonijiet legali tas-CIRE msemmija hawn fuq iqisu l-verżjoni tad-Digriet Amministrattiv Nru 53/2004 tat-18 ta’ Marzu 2004, sa u inkluża r-reviżjoni li saret mil-Liġi Nru 8/2018 tat-2 ta’ Marzu 2018.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/01/2021