Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Insolvenza - Slovenja

LISTA TAL- KONTENUT

1 Kontra min jistgħu jinfetħu proċedimenti ta' insolvenza?

Proċedimenti ta’ insolvenza u proċedimenti għal ristrutturar preventiv huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Operazzjonijiet Finanzjarji, il-Proċedimenti ta’ Insolvenza u l-Istralċ Obbligatorju (Zakon o finančnem poslovanju, postopkih zaradi insolventnosti in prisilnem prenehanju) (minn hawn ’il quddiem: ZFPPIPP).

I. IL-PROĊEDIMENTI TA’ INSOLVENZA

1. Proċedimenti għal ristrutturar finanzjarju - riorganizzazzjoni

Proċedimenti ta’ saldu jistgħu jinfetħu kontra:

- persuna ġuridika organizzata bħala kumpanija jew kooperattiva, sakemm il-liġi ma tistipulax mod ieħor għal kumpanija jew kooperattiva partikolari meta tikkunsidra l-attività li din tkun involuta fiha;

- intraprenditur; jew

- kull persuna ġuridika oħra meta jkun stipulat hekk mil-liġi.

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jinkludu wkoll regoli speċjali għal saldu obbligatorju ta’ kumpanija kbira, medja jew żgħira. Dawn il-proċedimenti joffru għażla usa’ ta’ miżuri għar-ristrutturar finanzjarju tal-obbligi tad-debitur (pereżempju, pretensjonijiet garantiti tal-kredituri).

Proċedimenti ta’ saldu obbligatorju ssimplifikati huma permessi biss kontra kumpanija li tkun meqjusa bħala mikrokumpanija skont ir-regoli tal-Att dwar il-Kumpaniji (Zakon o gospodarskih družbah) jew kontra intraprenditur li jissodisfa l-kriterji għal kumpanija mikro jew żgħira.

2. Proċedimenti f’każ ta’ falliment

Proċedimenti ta’ falliment kontra entità ġuridika jistgħu jinfetħu kontra kwalunkwe entità ġuridika sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi li tirregola forma ġuridika partikolari jew tip partikolari ta’ entità ġuridika jew persuna ġuridika partikolari. Proċedimenti ta’ falliment kontra kumpanija ta’ diżabbiltà jistgħu jiġu permessi biss bil-kunsens tal-gvern Sloven.

Falliment personali jista’ jinġieb kontra l-proprjetà ta’:

- intraprenditur;

- individwu (tabib, nutar, avukat, bidwi jew persuna fiżika li ma tkunx intraprenditur u li twettaq attività partikolari bħala professjoni); jew

- konsumatur.

Falliment ta’ suċċessjoni jista’ jinġieb kontra l-proprjetà ta’ testatur f'pożizzjoni ta' dejn eċċessiv - persuna fiżika mejta.

II. IL-PROĊEDIMENTI LI JIPPREĊEDU L-INSOLVENZA

Proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv

Proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv huma permessi biss kontra kumpanija kapitali li tkun meqjusa bħala kumpanija kbira, medja jew żgħira skont ir-regoli tal-Att dwar il-Kumpaniji.

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Insolvenza

Ir-rekwiżit prinċipali biex jinfetħu proċedimenti ta’ insolvenza hu l-eżistenza ta’ ċirkostanzi ta’ insolvenza. L-insolvenza hija ddefinita bħala sitwazzjoni fejn:

- id-debitur ikun ilu insolventi għal perjodu ta’ żmien twil minħabba li ma kienx kapaċi jħallas l-obbligazzjonijiet kollha dovuti tiegħu f’dak il-perjodu; jew

- id-debitur ikun sar insolventi għal perjodu ta’ żmien twil minħabba li l-valur tal-proprjetà tiegħu jkun inqas mit-total tal-obbligazzjonijiet tiegħu (pożizzjoni ta' dejn eċċessiv), jew minħabba li t-telf tal-kumpanija kapitali tad-debitur flimkien mat-telf riportat fis-sena attwali jaqbeż nofs il-kapital azzjonarju, u t-telf ma jkunx jista’ jiġi kopert mill-profitt riportat jew mir-riżervi.

Proċedimenti ta’ insolvenza preliminari u prinċipali

Il-proċedimenti ta’ insolvenza jinkludu proċedimenti ta’ insolvenza “preliminari” u “prinċipali”. Il-proċedimenti ta’ insolvenza preliminari jinfetħu billi jitressaq rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti (rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza). Waqt il-proċedimenti ta’ insolvenza preliminari, il-qorti tiddeċiedi dwar il-kundizzjonijiet għall-ftuħ tal-proċedimenti. Il-proċedimenti prinċipali jinfetħu permezz ta’ Deċiżjoni li fiha l-qorti tiddeċiedi dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza).

Il-partijiet għall-proċedimenti ta’ insolvenza preliminari u prinċipali

Fil-proċedimenti preliminari, l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu minn rikorrent tal-proċedimenti, debitur li kontrih ikun tressaq rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti meta d-debitur ma jkunx ir-rikorrent, u kreditur li jkun jista’ juri li x’aktarx għandu pretensjoni kontra d-debitur li kontrih ikun tressaq rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti, sakemm il-kreditur jikkomunika l-intenzjoni tiegħu li jipparteċipa fil-proċedimenti preliminari.

Fil-proċedimenti ta’ insolvenza prinċipali, l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe kreditur li jagħmel pretensjoni fil-proċedimenti kontra d-debitur insolventi u mid-debitur insolventi (f’saldu obbligatorju, saldu obbligatorju ssimplifikat u falliment personali).

Ftuħ u avviż tal-proċedimenti

Fl-istess jum li fih il-qorti toħroġ Deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti, tippubblika d-Deċiżjoni fuq il-paġni web użati għall-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-qorti, dokumenti minn parteċipanti u informazzoni oħra fi proċedimenti ta’ insolvenza. Il-qorti tinforma lill-kredituri dwar il-ftuħ tal-proċedimenti permezz ta’ avviż, li għandu jiġi ppubblikat fl-istess jum u fl-istess ħin li fih tippubblika d-Deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. F’din id-Deċiżjoni, il-qorti tippubblika informazzjoni importanti dwar il-proċedimenti. Il-konsegwenzi legali tal-ftuħ tal-proċedimenti jibdew fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-avviż dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Rikorrent fil-proċedimenti

Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jista’ jitressaq biss minn debitur insolventi jew azzjonist li jkun personalment responsabbli għal kumpanija debitriċi. Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kontra kumpanija kbira, medja jew żgħira jista’ jitressaq ukoll minn kredituri li, b’mod konġunt, ikunu sidien ta’ mill-inqas 20 % tal-pretensjonijiet finanzjarji kollha. Pereżempju, dawn jistgħu jkunu banek li jitqiesu bħala entitajiet informati tajjeb u li jkollhom l-informazzjoni, l-infrastruttura u l-persunal meħtieġa biex jimplimentaw pjan għar-ristrutturar finanzjarju tad-debitur insolventi.

Proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jseħħu bl-intenzjoni li debitur insolventi jsir finanzjarjament solventi fuq perjodu ta' żmien qasir sa twil permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ ristrutturar finanzjarju. Sabiex id-debitur ikun jista’ jwettaq in-negozju b’mod normali (u jipprovdi l-likwidità meħtieġa għall-operazzjonijiet tan-negozju kurrenti) waqt il-perjodu ta’ inċertezza waqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, id-disponiment forzat tal-assi tad-debitur mhuwiex permess. Bħala kontrobilanċ għal dan il-“vantaġġ” u bil-għan li d-debitur ma jitħallhiex jabbuża minnu, l-operazzjonijiet tan-negozju tiegħu huma ristretti waqt il-proċedimenti għal negozju regolari biss.

Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jista’ jitressaq biss minn debitur insolventi. F’dawn il-proċedimenti, pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti biss huma suoġġetti għar-ristrutturar. Saldu obbligatorju ssimplifikat ma għandu ebda effett fuq pretensjonijiet ta’ prijorità jew garantiti, u lanqas fuq pretensonijiet għat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet.

Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment jista’ jitressaq minn debitur, azzjonist responsabbli ta’ debitur, kreditur, jew il-Fond tar-Repubblika tas-Slovenija għall-Garanzija Pubblika, il-Manteniment u d-Diżabbiltà (Javni jamstveni, preživninski in invalidski sklad Republike Slovenije). Il-kreditur irid juri l-probabbiltà li l-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur se tirnexxi u li d-debitur ikun aktar minn xahrejn tard fil-ħlas tal-pretensjoni tiegħu. Il-Fond tar-Repubblika tas-Slovenja għall-Garanzija Pubblika, il-Manteniment u d-Diżabbiltà jrid juri l-probabbiltà li jeżistu pretensjonijiet ta’ ħaddiema kontra d-debitur tal-proċedimenti ta’ falliment proposti u li anki d-debitur ikun aktar minn xahrejn tard fil-ħlas ta’ dawn il-pretensjonijiet.

Proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv jitwettqu bl-intenzjoni li d-debitur, li x’aktarx ikun se jsir insolventi fi żmien sena, jitħalla jimplimenta ċerti miżuri biex jirristruttura l-obbligi finanzjarji tiegħu u miżuri ta’ ristrutturar finanzjarju oħrajn li jkunu neċessarji biex jiġu eliminati l-kawżi tal-insolvenza possibbli, fuq il-bażi ta’ ftehim dwar ir-ristrutturar finanzjarju. Ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv jista’ jitressaq biss minn debitur. Irid ikun hemm qbil bejn il-kedituri li jkollhom sehem ta’ mill-inqas 30 % tal-pretensjonijiet finanzjarji kollha kontra d-debitur dwar ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv. Id-debitur għandu jehmeż mar-rikors, kopja ffirmata minn nutar tad-dikjarazzjoni tal-kredituri, fejn dawn jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għall-ftuħ tal-proċedimenti.

Paġni web għall-pubblikazzjoni ta’ proċedimenti ta’ insolvenza

Għall-proċedimenti ta’ insolvenza kollha, dan li ġej għandu jiġi ppubblikat fuq il-paġni web għall-pubblikazzjonijiet pubbliċi fil-proċedimenti ta’ insolvenza:

  • l-informazzjoni dwar proċedimenti ta’ saldu obbligatorju individwali, proċedimenti ta’ falliment, likwidazzjoni obbligatorja, saldu obbligatorju ssimplifikat, ristrutturar preventiv u falliment ta’ suċċessjoni;
  • id-deċiżjonijiet tal-qorti maħruġin fil-proċedimenti (ħlief ċerti eċċezzjonijiet stipulati mil-liġi);
  • avviżi dwar il-ftuħ tal-proċedimenti, avviżi dwar id-dati tas-seduti u notifiki oħrajn u sejħiet għall-votazzjoni li jinħarġu minn qorti skont il-liġi;
  • ir-rekords tas-seduti u s-sessjonijiet tal-kumitat tal-kredituri;
  • ir-rapporti tal-amministraturi u tad-debituri insolventi fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju;
  • il-lista tal-pretensjonijiet ivverifikati;
  • is-sottomissjonijiet tal-partijiet fil-proċedimenti u dokumenti oħrajn tal-qorti li għandhom jiġu ppubblikati skont iz-ZFPPIPP; u
  • in-notifiki kollha ta’ rkant pubbliku fil-proċedimenti ta’ falliment u l-istediniet sabiex jiġu ppreżentati offerti li jirrigwadaw ir-realizzazzjoni tal-patrimonju fil-każ ta’ falliment.

Il-paġni web għall-pubblikazzjoni tal-proċedimenti ta’ insolvenza huma ġestiti mill-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għar-Rekords Legali Pubbliċi u Servizzi Relatati (Agencija Republike Slovenije za javnopravne evidence in storitve; minn hawn ’il quddiem: AJPES). Hemm preżunjoni statutorja irrifjutabbli li l-partijiet fi proċedimenti ta’ insolvenza u kull persuna oħra jsiru konxji mid-deċiżjonijiet tal-qorti, mir-rikorsi ta’ partijiet oħrajn għall-proċedimenti u atti legali oħrajn fi żmien tmint ijiem wara li jiġu ppubblikati. Għal din ir-raġuni, il-paġni web huma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapubbliċi u mingħajr ħlas.

3 Liema huma l-assi li jiffurmaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza? Kif jiġu ttrattati l-assi li huma miksuba minn, jew li jiddevolvu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Wara li jiftaħ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, id-debitur għandu jżomm il-proprjetà tiegħu. Id-debitur jista’ jbigħ biss il-proprjetà li ma tkunx meħtieġa għall-operat tan-negozju tiegħu meta l-bejgħ ta’ proprjetà bħal din ikun identifikat bħala miżura ta’ ristrutturar finanzjarju fil-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju. Wara li jiftaħ proċedimenti ta’ saldu obligatorji, id-debitur jista’ jieħu self biss bil-kunsens tal-qorti, bil-limitu massimu ta’ dan is-self ikun daqs il-valur totali tal-assi likwidi meħtieġa għall-finanzjament tal-operat tan-negozju regolari u biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju.

Il-pretensjonijiet li jirriżultaw b’rabta mal-finanzjament tal-operat tan-negozju regolari tad-debitur fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju u fi proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv jitħallsu fi proċedimenti ta’ falliment potenzjali sussegwenti mid-distribuzzjoni ġenerali tal-patrimonju tal-falliment, qabel ma jitħallsu l-pretensjonijiet ta’ prijorità (jiġifieri l-ispejjeż tal-proċedimenti).

Proċedimenti f’każ ta’ falliment

Il-patrimonju tal-falliment ta’ debitur li jkun persuna ġuridika jinkludi l-proprjetà tad-debitur f'falliment fil-ftuħ tal-proċedimenti, il-proprjetà kollha miksuba permezz tar-realizzazzjoni u l-ġestjoni tal-patrimonju ta’ falliment u billi jiġu kkuntestati atti legali tad-debitur f'falliment, u l-proprjetà miksuba permezz ta' operat tan-negozju kontinwat fejn id-debitur f'falliment ikompli l-operat tan-negozju wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment f’konformità maż-ZFPPIPP. Il-patrimonju tal-falliment jinkludi wkoll il-proprjetà miksuba bil-preżentazzjoni ta’ azzonijiet kontra azzjonisti responsabbli personalment għad-debitur f'falliment; minbarra assi li jkunu neċessarji b’mod urġenti sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi.

Il-patrimonju tal-falliment ta’ debitur f'falliment personali jinkludi l-proprjetà kollha li d-debitur f'falliment jikseb waqt il-perjodu ta’ verifika, sal-eżenzjoni mill-obbligi jew sal-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment. F’każ ta’ falliment personali, dan li ġej ikun eskluż mill-patrimonju f’każ ta’ falliment:

- oġġetti (oġġetti għal użu personali (ħwejjeġ, żraben, eċċ.), oġġetti tad-dar (għamara, friġġ, forn, washing machine, eċċ.) li jkunu neċessarji b’mod urġenti għad-debitur u l-membri tal-unità domestika tad-debitur, oġġetti meħtieġa b’mod urġenti għat-twettiq tax-xogħol tad-debitur, premjijiet u rikonoxximenti, iċ-ċurkett tat-tieġ, ittri personali, materjal miktub bl-id u dokumenti personali oħrajn (stampi u ritratti tal-membri tal-familja eċċ.); u

- riċevibbli (riċevibbli għal manteniment legali, riċevibbli għal kumpens għal korrimenti fuq il-persuna skont l-assigurazzjoni tad-diżabbiltà, riċevibbli għal għajnuna soċjali finanzjarja, eċċ.).

Barra minn hekk, il-patrimonju tal-falliment f’falliment personali ma jinkludix il-gwadanni tad-debitur meħtieġa għall-provvediment tad-dħul soċjali minimu (id-debitur iżomm tal-anqas 76 % tas-salarju minimu, u f’każ fejn id-debitur ikun isostni membru tal-familja jew persuna oħra, id-debitur għandu jipprovdi bil-liġi l-ammont preskritt għal kull persuna sostnuta).

F’każ ta’ falliment personali, id-debitur jiġi garantit l-istess dħul soċjali minimu li kieku jirċievi f’każ ta’ infurzar individwali.

4 X’setgħat għandhom id-debitur u l-prattikant tal-insolvenza, rispettivament?

Il-kompetenzi u l-kompiti ta’ qorti

Il-qorti tad-distrett għandha l-kompetenza sabiex tittratta l-proċedimenti ta’ insolvenza. Il-proċedimenti ta’ insolvenza jiġu ppreseduti minn imħallef wieħed. Il-Qorti Superjuri ta’ Ljubljana (Višje sodišče v Ljubljani) hija territorjalment kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-appelli fil-proċedimenti ta’ insolvenza kollha.

Il-ħatra ta’ amministratur u s-setgħat tiegħu

L-amministratur jeżerċita s-setgħat u jwettaq il-kompiti fil-proċedimenti ta’ insolvenza, kif inhu stipulat mil-liġi, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-kredituri. L-amministratur jinħatar fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju u fil-proċedimenti ta’ falliment. L-amministratur jinħatar minn qorti b’Deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza. Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kontra kumpaniji kbar, medji jew żgħar, il-qorti taħtar amministratur b’Deċiżjoni speċjali fil-jum li jiġi wara dak li fih tirċievi rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti.

Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, amministratur jissorvelja l-operat tan-negozju tad-debitur. Għal dan il-għan, id-debitur insolventi għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni u jippermetti l-ispezzjoni tar-rekords u d-dokumentazzjoni tan-negozju tiegħu. Fi proċedimenti bħal dawn, il-kapaċità ġuridika tad-debitur hija limitata. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti, id-debitur jista’ jwettaq biss negozju (kurrenti) regolari relatat mal-attivitajiet tiegħu u mas-saldu tal-obbligazzjonijiet relatati man-negozju. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti, id-debitur jista’ jkollu x'jaqsam mal-proprjetà tiegħu biss sal-punt meħtieġ biex iwettaq negozju regolari u ma jistax jieħu self jew kreditu, jagħti garanziji jew avallijiet, jew jidħol f’kuntratt jew iwettaq kwalunkwe att ieħor li jwassal għat-trattament inugwali tal-kredituri jew jinibixxi l-implimentazzjoni tar-ristrutturar finanzjarju. Wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, id-debitur jista’, barra mill-kuntratti regolari u soġġett għall-għoti ta’ kunsens mill-qorti, ibigħ proprjetà li ma tkunx meħtieġa għan-negozju tiegħu jekk il-bejgħ tal-proprjetà jkun speċifikat bħala miżura ta’ ristrutturar finanzjarju fil-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju. Id-debitur jista’ jieħu self jew kreditu b’limitu massimu daqs il-valur totali tal-assi likwidi meħtieġa għall-finanzjament tal-operat tan-negozju regolari u biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Il-qorti tiddeċiedi jekk tagħtix il-kunses fuq bażi tal-opinjoni tal-amministratur jew il-kumitat tal-kredituri.

Ladarba jinfetħu proċedimenti ta’ falliment kontra entità ġuridika, is-setgħat tar-rappreżentanti tad-debitur, detentur ta’ prokura u persuni oħrajn awtorizzati sabiex jirrappreżentaw lid-debitur, kif ukoll is-setgħat tal-maniġment sabiex jiġġestixxi n-negozju tad-debitur jiġu tterminati. L-amministratur jakkwista s-setgħat li jiġġestixxi n-negozju tad-debitur insolventi waqt il-proċedimenti ta’ falliment skont il-bżonnijiet tal-proċedimenti u sabiex jirrappreżenta lid-debitur fi:

  • atti proċedurali u ġuridiċi oħrajn relatati mal-verifika tal-pretensjonijiet, u mad-drittijiet ta’ separazzjoni u esklużjoni;
  • atti proċedurali u atti ġuridiċi oħrajn sabiex jiġu kkuntestati atti ġuridiċi tad-debitur insolventi;
  • kuntratti ġuridiċi u atti oħrajn meħtieġa sabiex jiġi rrealizzat il-patrimonju f’każ ta’ falliment;
  • ir-realizzazzjoni ta’ deroga u drittijiet oħrajn miksubin mid-debitur insolventi bħala konsegwenza ġuridika tal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment; u
  • tranżazzjonijiet ġuridiċi oħrajn li d-debitur insolventi jista’ jwettaq taħt il-liġi.

Ladarba jkunu nfetħu proċedimenti ta’ falliment personali, il-kapaċità ġuridika tad-debitur f'falliment tkun ristretta minn:

1. nuqqas ta’ abbiltà li jikkonkludi kuntratti jew jagħmel tranżazzjonijiet jew atti ġuridiċi oħrajn li jinkludu t-trattament ta’ proprjetà inkluża fil-patrimonju f’każ ta’ falliment; u

2. nuqqas ta’ abbiltà, mingħajr il-kunsens tal-qorti, li:

  • jissellef jew jieħu kreditu, jew jagħti garanziji;
  • jiftaħ kont bankarju jew kont tal-flus ieħor; jew
  • jirriftjuta d-drittijiet ta’ suċċessjoni jew drittijiet proprjetarji oħrajn.

Tranżazzjoni ġuridika jew att ġuridiku ieħor ta’ debitur f'falliment li jmorru kontra dawn ir-regoli ma jkollhomx effett ġuridiku, ħlief fejn il-parti kontraenti l-oħra ma tkunx taf u ma setgħetx tkun taf li l-proċedimenti ta’ falliment personali kienu miftuħin kontra d-debitur fil-waqt tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni ġurdika jew it-twettiq tal-att ġuridiku, li s-suġġett tiegħu kien id-dispożizzjoni tal-proprjetà tad-debitur inkluża fil-patrimonju f’każ ta’ falliment. Bħala regola, u evidenza għall-kuntrarju mhix permessa, il-parti kontraenti l-oħra titqies li kienet taf li l-proċedimenti ta’ falliment personali kienu nfetħu kontra d-debitur, fejn il-kuntratt jew kwalunkwe tranżazzjoni ġuridika oħra tkun ġiet konkluża aktar minn tmint ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment fuq il-paġni web pubbliċi għall-pubblikazzjoni tal-proċedimenti ta’ insolvenza.

Fi proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv, amministratur ma jkunx involut. Il-kapaċità ġuridika tad-debitur mhijiex ristretta f’dawn il-proċedimenti. Amministratur lanqas ikun involut fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju ssimplifikati.

Liċenzja biex taġixxi bħala amministratur

Il-funzjoni ta’ amministratur tista’ titwettaq biss minn persuna li jkollha liċenzja valida mill-ministru responsabbli għall-affarijiet legali biex twettaq il-funzjoni ta’ amministratur fi proċedimenti ta’ insolvenza u likwidazzjoni obbligatorja.

Il-ministru responsabbli għall-affarijiet legali joħroġ il-liċenzja sabiex wieħed ikun jista’ jaġixxi bħala amministratur għal persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • huwa ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja jew ta’ Stat Membru tal-UE, Stat Membru taż-ŻEE jew Stat Membru tal-OECD u jkollu għarfien operazzjonali tal-Isloven;
  • ikollu kapaċità ġuridika u, b’mod ġenerali, ikollu saħħa tajba;
  • ikollu tal-anqas l-ewwel ċiklu ta’ edukazzjoni għolja jew edukazzjoni komparabbli miksuba barra mill-pajjiż li tkun ġiet nostrifikata, rikonoxxuta jew evalwata f’konformità mal-liġi dwar l-evalwazzjoni u r-rikonoxximent tal-edukazzjoni, jew ikollu liċenzja biex iwettaq il-kompiti ta’ awditur jew awditur awtorizzat;
  • ikollu tal-anqas esperjenza ta’ tliet snin ta’ xogħol relatat mal-edukazzjoni professjonali tiegħu;
  • ikollu polza tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà tiegħu għad-danni ta’ tal-anqas EUR 500,000 f’sena;
  • ikun għadda minn eżami professjonali biex jaġixxi ta’ amministratur;
  • ikun persuna meqjusa bħala affidabbli mill-pubbliku biex taġixxi ta’ amministratur;
  • ikun ta dikjarazzjoni lill-ministru responsabbli għall-affarijiet legali li hu jkun ser iwettaq ir-rwol tiegħu ta’ amministratur b’mod kuxjenzjuż u responsabbli u li ser jaħdem lejn finalizzazzjoni mħaffa tal-proċedimenti bl-aktar termini ta’ ripagament favorevoli possibbli lill-kredituri f’kull proċediment ta’ insolvenza li fih jinħatar.

5 Taħt liema kundizzjonijiet tiġi invokata t-tpaċija ?

Tpaċija tal-pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Fejn, mal-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, ikun hemm pretensjoni minn kreditur kontra debitur insolventi u kontrapretensjoni tad-debitur insolventi kontra l-kreditur, jitqies li tkun saret tpaċija tal-pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Din ir-regola tapplika wkoll għal pretensjonijiet mhux monetarji u pretensjonijiet mhux dovuti għal ħlas fil-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju ma jkollux effett fuq pretensjonijiet garantiti u ta’ prijorità u drittijiet ta’ esklużjoni. Fi proċedimenti ta’ insolvenza kontra kumpaniji kbar, medji jew żgħar, il-pretensjonijiet garantiti jistgħu jiġu soġġetti għal ristrutturar finanzjarju.

Tpaċija ta’ pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment

Fejn, mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, issir pretensjoni minn kreditur kontra d-debitur f'falliment u kontropretensoni tad-debitur f'falliment kontra dak il-kreditur, jitqies li tkun saret tpaċija tal-pretensjonijiet mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju. Din ir-regola tapplika wkoll għal pretensjonijiet mhux monetarji u pretensjonijiet mhux dovuti għal ħlas mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Il-kreditur ma jinnotifikax il-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur f'falliment fil-proċedimenti ta’ falliment, iżda għandu jinnotifika lill-amministratur dwar it-tpaċija fi żmien tliet xhur minn wara li jiġi ppubblikat l-avviż tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Meta l-kreditur ma jinformax lill-amministratur bit-tpaċija, il-kreditur ikun responsabbli mad-debitur f'falliment biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż u telf ieħor li d-debitur f'falliment iġarrab minħabba l-ommissjoni tal-kreditur. Fejn il-pretensjoni tal-kreditur kontra d-debitur f'falliment tkun kondizzjonali, ikun hemm tpaċija jekk il-kreditur jitlob li jkun hemm tpaċija u l-qorti tagħti l-kunsens tagħha għal din it-tpaċija.

F’każ ta’ pretensjoni kontra kreditur f'falliment li tkun saret qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jew li tkun ġiet akkwiżita minn kreditur ġdid qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment minħabba waqfien minn kreditur preċedenti, ma tistax issir tpaċija b’kontrapretensjoni tad-debitur f'falliment kontra l-kreditur il-ġdid, jekk dik il-pretensjoni tkun tqajmet qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

F’każ ta’ pretensjoni kontra l-kreditur f'falliment li tkun tqajmet qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, ma tistax issir tpaċija b’kontrapretensjoni tad-debitur f'falliment kontra dak il-kreditur, jekk dik il-pretensjoni tkun tqajmet wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

6 X’effett għandhom il-proċedimenti ta’ falliment fuq kuntratti kurrenti li d-debitur huwa parti tagħhom?

Ordnijiet sabiex issir tranżazzjoni ġuridika jew att ġuridiku ieħor għal debitur jiġu rtirati jekk id-debitur ikun ħariġhom qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, fornitur ta’ servizz ta’ pagament ma jistax jagħmel pagamenti mill-assi monetarji tad-debitur insolventi skont Deċiżjoni dwar l-infurzar jew l-irkupru obbligatorju. Offerti mogħtijin mid-debitur f'falliment qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jiġu rtirati, ħlief meta d-destinatarju jkun jaċċetta l-offerta qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment.

Amministratur jista’ jirtira kuntratti ta’ kera u lokazzjoni mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jekk dawn il-kuntratti jkunu ġew konklużi mid-debitur f'falliment qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment bl-għoti ta’ avviż ta’ xahar, irrilevanti mir-regoli statutorji ġenerali u t-termini tal-kuntratt. Meta d-debitur f'falliment juża d-dritt tiegħu ta’ terminazzjoni, il-perjodu ta’ notifika jibda fl-aħħar jum tax-xahar li fih il-parti kontraenti l-oħra tirċievi d-dikjarazzjoni tad-debitur f'falliment dwar it-terminazzjoni, u jiskadi fl-aħħar jum tax-xahar ta’ wara. Il-parti kontraenti l-oħra għandha d-dritt għal kumpens għad-danni mingħand id-debitur f'falliment li jkunu rriżultaw mill-eżerċitar tad-dritt tat-terminazzjoni, għall-kuntrarju tar-regoli ġenerali. Il-pretensjoni għad-danni għandha tiġi nnotifikata fil-proċedimenti ta’ falliment u titħallas mill-patrimonju distribwibbli skont il-liġi dwar il-pagament tal-pretensjonijiet tal-kredituri.

Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ma jkollux effett fuq ftehim dwar saldu jew fuq kuntratt finanzjarju kwalifikat li għalih japplikaw ir-regoli stipulati fil-ftehim dwar is-saldu. Meta, wara li jiġu indirizzati d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi skont ir-regoli stipulati fil-ftehim dwar is-saldu, tirriżulta pretensjoni monetarja netta ta’ parti kontraenti oħra kontra d-debitur f'falliment, il-parti kontraenti l-oħra għandha tinnotifika l-pretensjoni fil-proċedimenti ta’ falliment u l-pretensjoni titħallas mill-patrimonju distribwibbli, skont l-istat tad-dritt dwar il-pagament tal-pretensjonijiet tal-kredituri.

7 X'effetti għandhom il-proċedimenti ta' insolvenza fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali (bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti)?

L-impermissibbiltà tal-infurzar u tar-rahan

Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza kontra debitur insolventi, ġeneralment ma jkunx permissibbli mil-liġi li tinħareġ Deċiżjoni ta’ infurzar jew ta’ rahan, sakemm il-liġi ma tispeċifikax mod ieħor.

Wara l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar preventivi kontra debitur, mhuwiex permess li tinħareġ Deċiżjoni għal infurzar jew għal rahan ta’ pretensjoni finanzjarja li tkun is-suġġett ta’ ristrutturar preventiv.

Terminazzjoni ta’ proċedimenti miftuħin għall-infurzar jew rahan

Il-proċedimenti għall-infurzar jew għal rahan li jkunu nfetħu kontra debitur insolventi qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jiġu tterminati mal-ftuħ tal-proċedimenti tal-aħħar u jistgħu jitkomplew biss fuq bażi ta’ Deċiżjoni tal-qorti li tkun qed twettaq proċedimenti ta’ saldu obbligatorju li hija ddikjarata bil-liġi li hi l-bażi biex jitkomplew il-proċedimenti għall-infurzar jew għal rahan.

Il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment għandu l-konsegwenzi ġuridiċi li ġejjin fuq il-proċedimenti għall-infurzar jew ta’ rahan li jkunu nfetħu kontra debitur insolventi qabel il-bidu tal-proċedimenti ta’ ftuħ:

  • fejn, fil-proċedimenti ta’ infurzar jew ta’ rahan fuq proprjetà mobbli jew immobbli, il-kreditur ikun għadu ma kisibx id-dritt ta’ separazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti għal infurzar jew ta’ rahan jiġu sospiżi mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment;
  • fejn, fil-proċedimenti għal infurzar jew ta’ rahan fuq proprjetà mobbli jew immobbli, il-kreditur ikun kiseb id-dritt ta’ separazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment u jekk, il-bejgħ tal-proprjetà li tkun is-suġġett tad-dritt ta’ separazzjoni ikun għadu ma sarx qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti għal infurzar jew ta’ rahan jiġu sospiżi mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment;
  • fejn kreditur fil-proċedimenti ta’ infurzar jikseb dritt ta’ separazzjoni qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, u jekk qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment il-bejgħ tal-proprjetà li tkun is-suġġett ta’ dritt ta’ separazzjoni ikun sar fil-proċedimenti ta’ infurzar, il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment ma jkollux effett fuq il-proċedimenti ta’ infurzar; u
  • il-proċedimenti tas-sigurtà minn miżura interim jew preliminari jiġu sospiżi mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, u l-azzjonijiet kollha mwettqin f’dak il-proċedimenti jiġu annullati.

Il-proċedimenti ta’ infurzar jew ta’ rahan li jkunu nbdew kontra d-debitur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv għall-infurzar jew għall-assigurazzjoni ta’ pretensjoni finanzjarja, li tkun is-suġġett ta’ ristrutturar preventiv, jiġu tterminati mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv. Il-qorti tal-infurzar tiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tal-proċedimenti ta’ infurzar jew rahan skont ir-rikors tad-debitur.

Il-prinċipju tal-konsolidazzjoni tal-proċedimenti ta’ falliment

Kreditur jista’ jinnotifika l-pretensjoni tiegħu għat-twettiq ta' obbligazzjoni li tkun irriżultat mir-relazzjoni mad-debitur f'falliment sal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment biss fi proċedimenti ta’ falliment kontra dak id-debitur u skont ir-regoli tal-proċedimenti (regoli dwar in-notifika u l-verifika tal-pretensjonijiet, direzzjonijiet dwar it-tilwim (il-ftuħ ta' kawża) dwar pretensjonijiet ikkontestati, eċċ.)

8 X’inhu l-effett ta' proċediment ta’ insolvenza fuq il-kontinwazzjoni ta’ kawżi pendenti fil-mument tal-ftuħ ta’ proċediment ta’ insolvenza?

Fejn kreditur ikun fetaħ kawża biex jistabbilixxi pretensjoni qabel il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment, it-tilwim jiġi sospiż fuq il-bażi tar-regoli tal-Att dwar il-Proċeduri Ċivili (Zakon o pravdnem postopku). Kreditur li jkun fetaħ kawża qabel il-ftuħ ta' proċedimenti ta’ falliment għandu jinnotifika l-pretensjoni tiegħu fil-proċedimenti ta’ falliment.

Fil-jum li tiġi ppubblikata Deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet, jiġu tterminati r-raġunijiet li għalihom tkun ġiet sospiża kawża bħala konsegwenza tal-proċedimenti ta’ falliment. Jekk pretensjoni ta’ kreditur tiġi rikonoxxuta, l-interess legali tiegħu li jkompli bil-kawża fuq dik il-pretensjoni jispiċċa u l-proċedimenti tal-kawża jiġu sospiżi. Il-kreditur jingħata sehem ugwali u proporzjonat meta mqabbel ma’ dak tal-kredituri l-oħrajn li l-pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti fil-proċedimenti ta’ falliment.

Jekk il-pretensjoni ta’ kreditur fil-proċedimenti ta’ falliment tiġi kkontestata mill-amministratur, il-kreditur għandu jressaq rikors biex il-kawża sospiża titkompla fi żmien xahar minn meta d-Deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet tkun ġiet ippubblikata. F’dak il-każ, il-kreditur fil-kawża jeħtieġ biss li jfittex li jistabbilixxi l-eżistenza tal-pretensjoni. Jekk il-pretensjoni ta’ kreditur tiġi kkontestata minn kreditur ieħor, il-kreditur għandu jespandi l-kawża tiegħu sabiex jinkludi l-kreditur li jkun qed jikkontesta l-pretensjoni bħala imputat ġdid, fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet. Meta l-pretensjoni tiegħu tkun stabbilita fil-kawża, il-kreditur jitħallas sehem ugwali u proporzjonat meta mqabbel ma’ dak tal-kredituri l-oħrajn li l-pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti tagħhom kienu rikonoxxuti fil-proċedimenti ta’ falliment.

9 Liema huma l-karatteristiċi ewlenin tal-parteċipazzjoni tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ insolvenza?

Fil-proċedimenti ta’ insolvenza prinċipali, l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe kreditur fil-proċedimenti li jfittex li jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur insolventi. Bħala regola ġenerali, kull kreditur (bħala parti) għandu dritt fil-proċedimenti ta’ insolvenza li jappella kull Deċiżjoni tal-qorti ħlief fejn il-liġi tistipula li appell kontra Deċiżjoni partikolari jista’ jitressaq biss minn ċerti partijiet. L-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum. Il-perjodu ta’ 15-il jum għal persuni li għandha tittieħed Deċiżjoni fir-rigward tagħhom sont iz-ZFPPIPP, jibda mill-jum li tinħareġ id-Deċiżjoni; għal persuni oħrajn il-perjodu ta’ 15-il jum jibda mill-jum li fih tiġi ppubblikata d-Deċiżjoni.

Fi proċedimenti ta’ insolvenza, kreditur jista’ jwettaq ukoll atti proċedurali permezz tal-kumitat tal-kredituri li, bħala korp tal-kredituri għan-nom tal-kredituri kollha li huma partijiet għall-proċedimenti, ikun awtorizzat li jwettaq atti proċedurali stipulati mil-liġi. Kumitat tal-kredituri jiġi stabbilit fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju; fi proċedimenti ta’ falliment, dan jiġi stabbilit biss meta l-kredituri jitolbu li jiġi stabbilit.

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Il-Kumitat tal-kredituri

Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, il-qorti tistabbilixxi kumitat tal-kredituri li, sabiex jeżerċita d-drittijiet u s-setgħat tiegħu, għandu d-dritt li jispezzjona r-rekords tan-negozju tad-debitur (jiġifieri spezzjoni tal-operat u tas-sitwazzjoni finanzjarja tad-debitur) biex jiġi protett l-interess tal-kredituri u biex jingħataw proposti u opinjonijiet meħtieġa biex jiġu protetti l-kredituri fil-proċedimenti. Fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, il-kumitat ta’ kredituri jista’, għal finijiet ta’ ristrutturar finanzjarju tad-debitur insolventi, jadotta deċiżjoni f’konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet leġiżlattivi dwar iż-żieda tal-kapital azzjonarju b’injezzjonijiet ta’ flus jew kontribuzzjonijiet in natura, li jkunu s-suġġett tal-pretensjonijiet tal-kredituri kontra d-debitur insolventi.

L-emendi leġiżlattivi fl-aħħar tal-2013, li għandhom l-għan li jiġi ffaċilitat ir-ristrutturar finanzjarju effiċjenti ta’ kumpanji kbar u medji, inkludew regoli speċjali għas-saldu obbligatorju kontra kumpaniji bħal dawn, li saħħew il-pożizzjoni tal-kredituri b’mod sinifikanti. Ir-regoli ta’ dawk il-proċedimenti jintużaw għal kumpaniji żgħar ukoll, skont l-emenda leġiżlattiva fl-2016. Sabiex l-amministratur iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod korrett fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, ikun hemm bżonn ta’ esperjenza usa’ u taħriġ u, għaldaqstant, meta jinħatar aministratur, ir-regola dwar il-ħatra skont l-ordni ta’ sekwenza ta’ ħatra awtomatika ma tapplikax u minflok il-qorti tagħżel amministratur fuq valutazzjoni tagħha stess. Meta l-kredituri stess jipproponu l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kontra debitur insolventi skont id-dispożizzjoni ġuridika l-ġdida, il-qorti taħtar l-amministratur li jkun ġie ssuġġerit mir-rikorrenti. Skont is-sistema l-ġdida, il-kumitat ta-kredituri wkoll jista' jaħtar rappreżentant tal-kredituri. Dan jippermetti lill-kumitat tal-kredituri biex isegwi b’mod aktar effiċjenti n-negozju tal-kumpanija debitriċi u l-proċessi ta’ ġestjoni fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar finanzjarju li jaqgħu taħt is-setgħat tagħha (pereżempju, miżuri dwar ir-ristrutturar tan-negozju biex jiġu ottimizzati l-kostijiet tan-negozju jew sabiex tiżdied l-effiċjenza tan-negozju). Is-setgħat tal-kumitat tal-kredituri komplew ġew estiżi sabiex tiġi inkluża l-possibbilità li l-kumitat tal-kredituri jemenda l-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju.

Rimedji legali ta’ kreditur individwali fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Kull kreditur jew amministratur jista’ jippreżenta oġġezzjoni kontra t-twettiq tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju:

  • meta d-debitur ma jkunx insolventi u jkun jista’ jħallas l-obbligi kollha tiegħu fil-ħin;
  • meta d-debitur insolventi jkun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu fi proporzjon akbar jew f’perjodu iqsar ta’ żmien milli stipulat fil-proposta għal saldu obbligatorju;
  • meta jkun improbabbli li r-realizzazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju tkun ser tippermetti lid-debitur isir solventi fuq perjodu ta' żmien qasir sa twil;
  • meta jkun improbabbli li l-kredituri jkun ser ikollhom, permezz ta’ konferma tas-saldu obbligatorju kif propost mid-debitur, kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-pagament tal-pretensjonijiet tagħhom milli kieku nfetħu proċedimenti ta’ falliment; jew
  • meta d-debitur insolventi jaġixxi kontra r-regoli li jirrestrinġu n-negozju tiegħu waqt il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jew ikun aktar minn 15-il jum tard fil-ħlas tas-salarji tal-impjegati fl-ammont minimu jew biex iħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet li d-debitur għandu jikkalkula u jħallas fl-istess waqt li jħallas il-pagi tal-impjegati.

Kull kreditur li jiġi affettwat minn saldu obbligatorju kkonfermat jista’ jitlob lill-qorti biex tannulla s-saldu obbligatorju kkonfermat jekk id-debitur insolventi jkun jista’ jħallas il-pretensjoni tal-kreditur kollha. Kawża biex tiġi stabbilita pretensjoni annullabbli għandha tiġi ppreżentata fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza għall-pagament tal-pretensjoni, kif stipulat fis-saldu obbligatorju kkonfermat. Kull kreditur li jiġi affettwat minn saldu obbligatorju kkonfermat jista’ jitlob lill-qorti biex tannulla s-saldu obbligatorju kkonfermat fejn dan ikun inkiseb b’mod froduleti. Kawża sabiex tiġi stabbilita pretensjoni annullabbli għandha tinfetaħ fi żmien sentejn wara li d-Deċiżjoni dwar il-konferma tas-saldu obbligatorju ssir finali.

Proċedimenti f’każ ta’ falliment

Il-Kumitat tal-kredituri

Fi proċedimenti ta’ falliment, kumitat tal-kredituri għandu d-dritt li jispezzjona d-dokumentazzoni kollha miżmuma mill-amministratur fil-proċedimenti ta’ falliment u li jispezzjona d-dokumentazzjoni li l-amministratur għandu jżomm fir-rigward tal-proċedimenti. Fil-proċedimenti ta’ falliment, il-kumitat tal-kredituri jista’ jipprovdi:

  • l-opinjoni tiegħu dwar it-twettiq ta’ operazzjonijiet tan-negozju neċessarji tad-debitur f'falliment;
  • il-kunsens tiegħu dwar it-tkomplija tal-operazzjonijiet tan-negozju tad-debitur f'falliment;
  • opinjoni dwar il-pjan propost tal-amministratur dwar l-andament tal-proċedimenti ta’ falliment;
  • opinjoni dwar Deċiżjoni ta' bejgħ ta' proprjetà;
  • kunsens fejn prezz ta’ bidu jew ta’ riżerva jkun inqas minn nofs il-valur tal-proprjetà, kif ivvalutat fuq il-bażi tal-valur ta’ likwidazzjoni;
  • opinjoni dwar il-valutazzjoni tal-amministratur tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment u l-emenda tagħhom; u
  • opinjoni dwar it-tlestija tal-proċedimenti ta’ falliment.

F’saldu obbligatorju ssimplifikat u fi proċedimenti ta’ ristrutturar preventivi, ma jiġix iffurmat kumitat ta’ kredituri.

10 B’liema mod jista’ l-prattikant tal-insolvenza juża jew jiddisponi minn assi tal-patrimonju?

Fil-proċedimenti ta’ falliment, aministratur ikun ir-rappreżentant legali tad-debitur f'falliment u f’dan ir-rwol huwa awtorizzat li jiġġestixxi l-patrimonju f’każ ta’ falliment u jirrealizzah.

L-amministratur tal-falliment jiġġestixxi l-patrimonju f’każ ta’ falliment, b’mod partikolari permezz ta’ lokazzjoni tal-proprjetà tad-debitur f'falliment u żieda tal-assi monetarji tad-debitur f'falliment. L-amministratur jista’ jikkonkludi wkoll saldu fil-qorti jew barra mill-qorti li għalih ikollu bżonn l-opinjoni tal-kumitat ta’ kredituri u l-kunsens tal-qorti. Wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, il-proprjetà tad-debitur tista’ tinkera jew tiġi lokata biss jekk permezz ta’ dan, il-bejgħ tal-proprjetà ma jiġix ittardjat. Kuntratt ta’ kera jew ta’ lokazzjoni jista’ jiġi konkluż biss għal perjodu ta’ żmien speċifiku u għal mhux aktar minn sena. L-amministratur jista’, bil-kunsens tal-qorti, jistabbilixxi dritt ta’ xiri prijoritarju għall-proprjetà li tkun is-suġġett tal-lokazzjoni għall-benefiċċju tal-lokatarju.

L-amministratur huwa mabut bil-liġi fir-rigwad tal-investiment tal-assi monetarji tad-debitur f'falliment. L-assi monetarji jistgħu jiġu investiti biss f’titoli ta’ dejn maħruġin mir-Repubblika tas-Slovenja jew minn Stat Membru tal-UE ieħor, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank tas-Slovenja jew bank ċentrali ta’ Stat Membru tal-UE ieħor, jew f’titoli ta’ dejn (barra titoli subordinati) maħruġin minn bank b’uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika tas-Slovenja jew istituzzjoni ta’ kreditu b’uffiċċju fi Stat Membru tal-UE ieħor. Depożiti ta’ flus fil-bank jistgħu jsiru biss ma’ bank b’uffiċċju rreġistrat fir-Repubblika tas-Slovenja jew ma’ istituzzjoni ta’ kreditu b’uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru tal-UE ieħor.

Fil-qafas tar-realizzazzjoni, l-amministratur tal-falliment jista’ jbigħ il-proprjetà tad-debitur f'falliment, ifittex il-pretensjonijiet tiegħu u jwettaq kwalunkwe att legali ieħor biex jiġu rrealizzati d-drittijiet proprjetarji tiegħu. Kuntratt għall-bejgħ ta’ proprjetà tad-debitur f'falliment jista’ jiġi konkluż permezz ta’ rkant pubbliku jew sejħa vinkolanti għall-offerti. Kuntratt jista’ jiġi konkluż fuq bażi ta’ negozjati diretti ma’ xerrej biss b’mod eċċezzjonali. Il-bejgħ jibda b’(l-ewwel) deċiżjoni ta’ qorti dwar il-bejgħ. Il-qorti toħroġ deċiżjoni dwar il-bejgħ meta jsir rikors mill-amministratur u fuq bażi ta’ opinjoni tal-kumitat tal-kredituri. Meta proprjetà li fuqha kreditur separat ikollu dritt ta’ ħlas lura prijoritarju (rahan stabbilit) tinbiegħ, l-opinjoni ta’ dak il-kreditur separat hija meħtieġa wkoll. Fid-deċiżjoni li fiha l-qorti tiddeċiedi għall-ewwel darba dwar il-bejgħ ta’ proprjetà partikolari, il-qorti tiddeċiedi wkoll dwar:

1. il-metodu tal-bejgħ;

2. il-prezz tal-bidu fi rkant pubbliku jew il-prezz ta’ riżerva f’sejħa għall-offerti vinkolanti; u

3. l-ammont tad-depożitu.

F’każ fejn irkant pubbliku jew sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta’ proprjetà partikolari fuq bażi tal-ewwel deċiżjoni dwar il-bejgħ ma jirnexxux, fid-deċiżjoni sussegwenti dwar il-bejgħ il-qorti tista’:

1. jew:

- terġa’ tiddeċiedi li l-bejgħ għandu jsir permezz ta’ rkant pubbliku jew sejħa għall-offerti vinkolanti; u

- tistipula prezz tal-bidu jew ta’ riżerva aktar baxx min dak tal-ewwel deċiżjoni; jew

2. tiddeċiedi li toħroġ sejħa għall-offerti mhux vinkolanti għal bejgħ fuq bażi ta’ negozjati diretti.

Il-qorti tistipula l-prezz ta’ riżerva fil-proċedimenti biex jiġu aċċettati offerti vinkolanti fuq il-bażi tal-valur ivvalutat tal-proprjetà. Fl-ewwel deċiżjoni dwar il-bejgħ, il-prezz ta’ riżerva ma jistax ikun aktar baxx minn nofs il-valur tal-proprjetà, kif ivvalutat fuq il-bażi tal-valur ta’ likwidazzjoni tagħha. F’deċiżjoni sussegwenti dwar il-bejgħ, il-qorti tista’ tistipula prezz ta’ bidu jew ta’ riżerva li jkun anqas minn nofs il-valur tal-proprjetà, kif ivvalutat fuq il-bażi tal-valur tal-likwidazzjoni tagħha, meta l-kumitat tal-kredituri jew kreditur separat jagħti l-kunsens tiegħu.

11 Liema talbiet għandhom jiġu ppreżentati kontra l-patrimonju tal-insolvenza tad-debitur u kif għandhom jiġu ttrattati t-talbiet li jsiru wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' insolvenza?

Fil-proċedimenti ta’ falliment, il-kredituri għandhom jinnotifikaw il-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur f'falliment li jkunu rriżultaw qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, ħlief għal dawk li, bil-liġi, m’hemmx għalfejn jiġu nnotifikati. Kreditur li jkun responsabbli għall-obbligu tad-debitur f'falliment bħala kodebitur, garanti jew donatur responsabbli b’mod konġunt u in solidum, għandu jinnotifika fil-proċedimenti ta’ falliment il-pretensjoni potenzjali tiegħu ta’ rikors li kienet għadha ma tqajmitx qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment skont kundizzjoni differita li l-kreditur jakkwista l-pretensjoni ta’ rikors kontra d-debitur f'falliment abbażi tal-pagament tal-pretensjoni li għandu jsir wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Meta xi kodebituri jew garanti oħrajn li jkunu responsabbli b’mod konġunt jew in solidum ikunu responsabbli wkoll għall-prestazzjoni tal-pretensjoni tal-kreditur, barra mid-debitur f'falliment, il-kreditur jista’ jinnotifika u jfittex li jistabbilixxi l-ammont sħiħ tal-pretensjoni fil-proċedimenti ta’ falliment, sakemm din titħallas kollha b’kundizzjoni ta’ riżoluzzjoni, li tiġi mwettqa meta l-pretensjoni tal-kreditur titħallas minn kodebitur jew garanti ieħor li jkun responsabbli b’mod konġunt jew in solidum. Jekk id-debitur ma joħroġx notifika fi żmien l-iskadenza stipulata, il-pretensjoni tiegħu kontra d-debitur f'falliment taqa’ u l-qorti ma tilqax in-notifika tardiva tal-pretensjoni.

Fil-proċedimenti ta’ falliment, mhuwiex neċessarju li tinnotifika l-pretensjonijiet ta' prijorità għall-pagament tas-salarji u l-kumpens tas-salarji tal-impjegati li x-xogħol tagħhom ma jibqax neċessarju minħabba l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, għall-perjodu mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment sa meta jispiċċa l-perjodu ta’ notifika, u ħlas ta’ terminazzjoni tal-impjieg tal-ħaddiema li l-kuntratti tax-xogħol tagħhom ikunu ġew itterminati mill-amministratur minħabba li xogħolhom ma jkunx baqa’ neċessarju minħabba l-ftuħ tal-proċdimenti ta’ falliment jew waqt dawk il-proċedimenti. Uħud mill-pretensjonijiet, relatati mal-kalkolu u l-pagament tat-taxxi, ma jiġux innotifikati wkoll.

Fejn pretensjoni tiġi garantita minn dritt ta’ separazzjoni, il-kreditur għandu jinnotifika din il-pretensjoni garantita fil-proċedimenti ta’ falliment billi jinnotifika wkoll id-dritt ta’ separazzjoni. Jekk, skont is-sitwazzjoni mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, dritt proprjetarju tad-debitur f'falliment jiġi rreġistrat fuq il-proprjetà immobbli u dak id-dritt proprjetarju jkun ristrett minn ipoteka rreġistrata jew ipoteka massima li d-dħul tagħha jkun ġie fis-seħħ qabel il-ftuħ ta-proċedimenti ta’ falliment, jitqies li l-ipoteka jew l-ipoteka massima u l-pretensjoni marbuta magħhom ikunu ġew irreġistrati fil-proċedimenti ta’ falliment fil-ħin.

Il-kredituri għandhom jinnotifikaw id-drittijiet ta’ esklużjoni tagħhom li jkunu rriżultaw qabel il-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment fi żmien tliet xhur wara li l-avviż dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jiġi ppubblikat. Jekk kreditur ma jippreżentax notifika dwar id-drittijiet ta’ esklużjoni fi żmien l-iskadenza, id-dritt ta’ esklużjoni ma jiġix itterminat. Jekk l-amministratur ibigħ il-proprjetà li tkun is-suġġett ta’ dritt ta’ esklużjoni mhux innotifikat, il-kreditur li jkollu d-dritt ta’ esklużjoni jitlef id-dritt ta’ esklużjoni iżda jista’ jitlob pagament ta’ flus miksubin mill-bejgħ ta’ dik il-proprjetà, barra mill-kostijiet imġarrbin matul il-bejgħ. Il-kreditur li jkollu d-dritt ta’ esklużjoni ma jkollux id-dritt jitlob irkupru għad-danni. Il-kreditur jitlef id-dritt esklussiv u d-dritt għal pagament fi flus jekk ma jinnotifikax id-dritt sa meta l-pjan dwar l-ewwel distribuzzjoni ġenerali jiġi ppubblikat.

L-obbligi tad-debitur f'falliment li jirriżultaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment (b’ċerti eċċezzjonijiet) huma kkunsidrati bħala spejjeż tal-proċedimenti. Dawn jiġu maqsumin fi:

- kostijiet kurrenti (pereżempju, salarji u kumpens ieħor lil partijiet li jwettqu servizzi neċessarji għall-proċedimenti ta’ falliment, inklużi taxxi u kontribuzzjonijiet li għandhom jiġu kkakolati u mħallsin mid-debitur flimkien ma’ dawk il-pagamenti, kostijiet tal-amministratur, kostijiet tal-elettriku, l-ilma, it-tisħin u t-telefown u kostijiet oħrajn relatati mal-użu tas-sit tan-negozju għall-proċedimenti ta’ falliment, primjums tal-assigurazzjoni biex tiġi assigurata l-proprjetà fil-patrimonju f’każ ta’ falliment, il-kostijiet tal-pubblikazzjonijiet, l-ispejjeż legali tad-debitur f'falliment biex jikkuntesta l-pretensjonijiet, il-kostijiet għal servizzi ta’ kontabbiltà, amministrattivi u sevizzi oħrajn meħtieġa fil-proċedimenti ta’ falliment, eċċ.); u

- kostijiet okkażjonali (pagament tal-pretensjonijiet tal-kredituri li jkunu rriżultaw waqt il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, twettiq tal-obbligi fuq bażi ta’ kuntratti bilaterali ta’ inadempjenza reċiproċi, twettiq ta’ obbligi sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet legali urġenti u biex jitkompla n-negozju, kostijiet ta’ evalwazzjoni tal-proprjetà u atti oħrajn relatati mal-bejgħ, eċċ.).

12 Liema huma r-regoli li jirregolaw il-preżentata, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet?

Meta jinnotifika pretensjoni, il-kreditur jikseb id-dritt li jwettaq atti proċedurali fil-proċedimenti ta’ insolvenza prinċipali. Il-pretensjonijiet għandhom jiġu nnotifikati fi żmien l-iskadenza preskritta. Il-pretensjonijiet li jkunu rriżultaw qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza biss jiġu nnotifikati.

Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, in-notifika u l-verifika tal-pretensjonijiet isiru b’mod speċjali sabiex tiġi vvalutata l-leġittimità proċedurali ta’ kreditur biex jivvota dwar saldu obbligatorju. Il-pretensjonijiet għandhom jitressqu fi żmien 30 jum minn wara l-jum li fih in-notifika dwar il-ftuħ tal-proċedimenti tiġi ppubblikata fuq il-paġni web tal-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għar-Rekords Legali Pubbliċi u Servizzi Relatati (AJPES). Jekk ma jsirx l-avviż jew isir tard, il-kreditur ma jitlifx il-pretensjoni nnifisha iżda jitlef id-dritt tiegħu li jivvota.

Fi proċedimenti ta’ falliment, in-notifika u l-verifika tal-pretensjonijiet jiffurmaw il-bażi li fuqha tiġi ddeterminata d-distribuzzjoni tal-parimonju f’każ ta’ falliment. Fi proċedimenti bħal dawn, il-kredituri għandhom jinnotifikaw il-pretensjonijiet tagħhom fi żmien tliet xhur mill-jum li fih l-avviż dwar il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment jiġi ppubblikat fuq il-paġni web ta’ AJPES.

F’każ ta’ falliment personali, il-kreditur ma jitlifx il-pretensjoni jekk din tkun ġiet innotifikata wara l-iskadenza, iżda l-amministratur ipoġġiha fil-lista ta’ pretensjonijiet addizzjonali.

Kreditur li kontrih tkun infetħet kawża li tikkuntesta l-atti legali tad-debitur f'falliment għandu, fi żmien xahar mill-jum li fih il-kawża tiġi ppreżentata, jinnotifika fil-proċedimenti ta’ falliment il-pretensjoni tiegħu bħala pretensjoni kondizzjonali li tirriżulta jekk il-kawża tingħata b’deċiżjoni finali. Kreditur għandu jissottometti l-pretensjoni tiegħu għall-irkupru tad-danni minħabba t-terminazzjoni ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni jew kuntratt ta’ inadempjenza bilaterali tal-amministratur, fi żmien xahar minn meta jirċievi dikjarazzjoni tad-debitur f'falliment fejn jeżerċita d-drittijiet ta’ terminazzjoni jew ta’ rtirar tiegħu.

Il-kontenut ta’ pretensjoni

Notifika ta’ pretensjoni fil-proċedimenti ta’ falliment għandha tinkludi:

1. l-ammont li għandu jiġi rikonoxxut bħala pretensjoni fil-proċedimenti; u

2. deskrizzjoni tal-fatti li minnhom tirriżulta l-eliġibbiltà tal-pretensjoni u l-evidenza tagħha, inkluża d-dokumentazzjoni sottomessa.

Notifika ta’ pretensjoni fil-proċedimenti ta’ falliment għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kont bankarju li fih irid isir il-pagament tal-pretensjoni. Jekk il-kreditur ikun beda kawża jew proċedimenti oħrajn qabel il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment, din għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-qorti jew awtorità kompetenti oħra li quddiemha jkunu qed isiru l-proċedimenti u n-numru ta’ referenza tal-kawża.

Talba sabiex tiġi vverifikata l-pretensjoni għandha tinkludi:

1. l-ammont tal-prinċipal tal-pretensjoni;

2. fejn il-kreditur fil-proċedimenti ta’ insolvenza jfittex l-imgħax ukoll apparti l-prinċipal: l-ammont kapitalizzat ta’ kwalunkwe interess ikkalkolat għall-perjodu mill-maturità sal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza; fil-każ ta’ pretensjonijiet ta’ prijorità tal-amministratur: l-ammont tal-interess ikkapitalizzat ikkalkolat;

3. fejn il-kreditur fil-proċedimenti ta’ insolvenza, barra mill-prinċipal, ifittex spejjeż imġarrbin bl-infurzar tal-pretensjoni fil-qorti jew proċedimenti oħrajn mibdijin qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza: l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż;

4. fejn il-kreditur ifittex li jistabbilixxi li l-pretensjoni hija pretensjoni ta’ prijorità: rikors espliċitu li l-pretensjoni titqies bħala pretensjoni ta’ prijorità mad-distribuzzjoni; u

5. fejn il-kreditur ifittex li jistabbilixxi li l-pretensjoni hija pretensjoni kondizzjonali: deskrizzjoni ċara taċ-ċirkostanzi li l-okkorrenza tagħhom tfisser ir-realizzazzjoni ta’ kundizzjoni differita jew ta’ riżoluzzjoni li l-pretensjoni tkun marbuta magħha.

Fil-proċedimenti ta’ insolvenza, kreditur jista’ jissottometti għadd ta’ pretensjonijiet permezz ta’ rikors wieħed.

Il-proċedura għall-verifika tal-pretensjonijiet

Il-proċedura għall-verifika tal-pretensjonijiet għandha tliet fażijiet:

1. Id-dikjarazzjoni tal-amministratur dwar il-pretensjonijiet sottomessi

L-amministratur jagħmel dikjarazzjoni dwar ir-rikonoximment jew l-ikkuntestar tal-pretensjonijiet billi jipprepara lista bażika ta’ pretensjonijiet ivverifikati (osnovni seznam preizkušenih terjatev). Fil-lista, għal kull pretensjoni, l-amministratur jiddikjara jekk hix rikonoxxuta jew ikkontestata. Il-qorti tippubblika l-lista fuq il-paġni web użati għall-pubblikazzjonijiet fil-proċedimenti ta’ insolvenza. Il-kredituri jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe żball dwar il-pretensjonijiet innotifikati fil-lista bażika fi żmien 15-il jum wara l-pubblikazzjoni tagħha billi jippreżentaw oġġezzjoni għal-lista bażika (ugovor proti osnovnem seznamu). Fejn l-oġġezzjoni tal-kreditur tkun iġġustifikata, l-amministratur għandu joħroġ korrezzjoni tal-lista bażika.

2. Id-dikjarazzjoni tal-kreditur dwar pretensjonijiet innotifikati ta’ kredituri oħrajn

Kull kreditur li jkun innotifika l-pretensjoni tiegħu fil-proċedimenti fil-ħin jista’ joġġezzjona għall-pretensjonijiet ta’ kredituri oħrajn billi jressaq oġġezzjoni li tikkuntesta pretensjoni (ugovor o prerekanju terjatve). Il-kreditur għandu jippreżenta l-oġġezzjoni li tikkuntesta pretensjoni fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju fi żmien 15-il jum u, fi proċedimenti ta’ falliment, fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tal-lista bażika ta’ pretensjonijiet ivverifikati. Fi proċedimenti ta’ falliment personali u fi proċedimeti ta’ saldu obbligatorju, oġġezzjoni bħal din tista’ titressaq mid-debitur insolventi bħala parti għall-proċedimenti. L-amministratur idaħħal dikjarazzjonijiet tal-kredituri u tad-debitur dwar il-pretensjonijiet ikkuntestati fil-lista supplimentata tal-pretensjonijiet verifikati (dopolnjeni seznam preizkušenih terjatev). Kull żball li jirriżulta jekk oġġezzjoni ppreżentata ma tiġix indirizzata ssir pretensjoni għalih f’oġġezzjoni għal-lista supplimentata.

3. Id-Deċiżjoni tal-Qorti dwar il-verifika tal-pretensjonijiet:

Il-qorti tiddeċiedi dwar il-verifika tal-pretensjonijiet permezz ta’ deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet (sklep o preizkusu terjatev). Fuq bażi ta’ din id-deċiżjoni, l-amministratur jipprepara lista finali ta’ pretensjonijiet ivverifikati (končni seznam preizkušenih terjatev), li l-qorti tippubblika flimkien ma’ Deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet.

Fid-deċiżjoni dwar il-verifika tal-pretensjonijiet, il-qorti tiddeċiedi dwar l-oġġezzjonijiet, dwar il-pretensjonijiet ivverifikati u kkuntestati u dwar pretensjonijiet li x’aktarx jiġu kkorroborati u dwar min għandu jfittex li jieħu azzjoni fi proċedimenti oħrajn (jiġifieri kawżi) biex jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu. L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kawża hija ta’ xahar.

13 Liema huma r-regoli li jirregolaw it-tqassim tal-assi wara tmiem il-proċedimenti? Kif jiġu kklassifikati t-talbiet u d-drittijiet tal-kredituri?

Il-patrimonju f’każ ta’ falliment huwa l-proprjetà tad-debitur f'falliment, li tkun irrealizzata biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-proċedimenti u jitħallsu l-pretensjonijiet tad-debituri. Il-liġi tagħmel distinzjoni bejn “patrimonju f’każ ta’ falliment” u “patrimonju f’każ ta’ falliment speċjali”. Patrimonju f’każ ta’ falliment speċjali huwa proprjetà li tkun is-suġġett ta’ dritt ta’ separazzjoni jew assi monetarji miksubin bir-realizzazzjoni ta’ dik il-proprjetà. Għall-proprjetà kollha li tkun is-suġġett ta’ dritt ta’ separazzjoni, huwa neċessarju li jiġi stabbilit patrimonju f’każ ta’ falliment separat u li din il-proprjetà tiġi ġestita b’mod separat mill-proprjetà li hija parti mill-patrimonju f’każ ta’ falliment ġenerali u l-proprjetà ta’ patrimonju ta’ falliment speċjali oħrajn.

Il-parti rrealizzata ta’ patrimonju f’każ ta’ falliment hija patrimonju distribwibbli u hija maħsuba biex jitħallsu l-pretensjonijiet tal-kredituri. Il-patrimonju distribwibbli ġenerali huwa l-assi monetarji ġġenerati mir-realizzazzjoni tal-patrimonju f’każ ta’ falliment ġenerali, minbarra l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment. Il-patrimonju speċjali distribwibbli jinkludi l-assi monetarji ġġenerati bir-realizzazzjoni tal-patrimonju f’każ ta’ falliment speċjali, minbarra l-kostijiet tar-realizzazzjoni.

Fir-rigward tal-pagament ta’ prijorità fil-proċedimenti ta’ falliment, il-pretensjonijiet tal-kredituri li jkunu rriżultaw qabel il-ftuħ tal-proċedimenti huma klassifikati kif ġej:

  • pretensjonijiet garantiti, li l-pagament tagħhom huwa garantit minn dritt ta’ separazzjoni li jinkludi d-dritt għal pagament ta’ prijorità tal-pretensjoni minn proprjetà speċifika; u
  • pretensjonijiet mhux garantiti, li fosthom jitħallsu l-ewwel il-pretensjonijiet ta’ prijorità, imbagħad il-pretensjonijiet ordinarji, segwiti minn pretensjonijiet subordinati u, fl-aħħar nett, drittijiet korporattivi.

Pretensjonijiet garantiti huma pretensjonijiet li l-pagament tagħhom ikun garantit minn dritt ta’ separazzjoni. Dritt ta’ separazzjoni huwa kull dritt li jinkludi d-dritt għal pagament ta’ prijorità tal-pretensjoni minn proprjetà speċifika. L-aktar dritt ta’ separazzjoni komuni huwa rahan. Fil-proċedimenti ta’ falliment, il-pretensonijiet garantiti jiħallsu bħala prijorità mill-flus miksubin mill-bejgħ tal-proprjetà li kienet soġġetta għal dritt ta’ separazzjoni.

Pretensjonijiet mhux garantiti huma pretensjonijiet li ma jkunux garantiti bi dritt ta’ separazzjoni. Dawn il-pretensjonijiet huma subordinati għall-ħlas lura tal-pretensjonijiet garantiti f’termini ta’ pagament mill-proprjetà li kienet s-suġġett ta’ dritt ta’ separazzjoni. Pagamenti mill-proprjetà li jifdal jitħallsu f’din l-ordni (1) pretensjonijiet ta’ prijorità, (2) pretensjonijiet ordinarji u (3) kull pretensjoni subordinata.

  • Il-pretensjonijiet ta’ prijorità huma dawk il-pretensjonijiet (mhux garantiti) li, bil-liġi, għandhom jitħallsu bħala prijorità, qabel il-pagament ta’ pretensjonijiet ordinarji (mhux garantiti) (pereżempju salarji u kumpens ta’ salarju għall-aħħar sitt xhur qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza, ħlas ta’ terminazzjoni tax-xogħol lill-ħaddiema, kontribuzzjonijiet mhux imħallsin, eċċ.). Fejn jinbdew proċedimenti ta’ falliment minħabba li l-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju ma jkunux irnexxew, il-pretensjonijiet li jirriżultaw matul il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jkollhom il-prijorità assoluta u jitħallsu qabel il-pagament tal-pretensonijiet ta’ prijorità;
  • pretensjonijiet ordinarji huma pretensjonijiet mhux garantiti, li la huma ta’ prijorità u lanqas subordinati;
  • pretensjonijiet subordinati huma pretensjonijiet mhux garantiti li jitħallsu biss wara li jitħallsu l-pretensjonijiet mhux garantiti kollha kontra d-debitur fuq bażi ta’ relazzjoni ġuridika bejn il-kreditur u d-debitur, jekk id-debitur isir insolventi. F’saldu obbligatorju, il-pretensjonijiet subordinati jistgħu jiġu kkonvertiti f’sehem ta’ sjieda. Jekk ma jiġux trasferiti bħala kontribuzzjoni in natura, saldu obbligatorju kkonfermat ikollu l-effett li jitterminahom.

Id-drittijiet korporattivi, l-ishma jew l-ishma tan-negozju ma għandhomx il-karatteristiċi (natura ġuridika) ta’ dritt ta’ obbligazzjoni, u jagħtu lill-azzjonisti dritt għal parti proporzonata tal-bqija tal-patrimonju ta’ falliment.

Qabel isiru l-pagamenti lill-kedituri, l-ammont meħtieġ biex jitħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment jiġi eskluż mill-patrimonju f’każ ta’ falliment (patrimonju distribwibbli). Il-kredituri jitħallsu fl-ordni li ġejja: kredituri ta’ separazzjoni, li l-pretensjoni tagħhom tkun garantita minn dritt ta’ separazzjoni (pereżempju, ipoteka), huma l-ewwel li jitħallsu mill-proprjetà li kienet is-suġġett tal-garanzija (patrimonju distribwibbli speċjali). Il-kredituri ta’ pretensjonijiet skont kuntratti jew tranżazzjonijiet legali oħrajn li jkunu ġew konklużi mid-debitur f'falliment fil-perjodu mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju sal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, skont ir-regoli dwar ir-restrizzjoni tan-negozju fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju stipulati fil-liġi, jitħallsu l-ewwel mill-patrimonju distribwibbli ġenerali. Imbagħad, il-kredituri bi pretensjonijiet (ħaddiema) privileġġjati jitħallsu, u finalment il-kredituri l-oħrajn - kredituri ta’ pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti u kredituri ta’ pretensjonijiet subordinati. Dak li jifdal mill-proprjetà rrealizzata jiġi distribwit fost l-azzjonisti.

14 Liema huma l-kundizzjonijiet għal, u l-effetti tal-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza (b'mod partikolari b'miżura komposta)?

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju

Ftehim ta’ saldu obbligatorju maqbul b’vot tal-kredituri jrid jiġi kkonfermat ukoll minn qorti. F’deċiżjoni dwar il-konferma ta’ saldu obbligatorju, il-qorti:

1. tiddeċiedi jekk tikkonfermax is-saldu obbligatorju jew le;

2. tistabbilixxi l-kontenut tas-saldu kkonfermat billi tiddikjara:

- il-perċentwal tal-pagament tal-pretensjonijiet tal-kredituri;

- l-iskadenzi għall-ħlas tagħhom; u

- ir-rata tal-imgħax fuq il-pretensjonijiet tal-kredituri fil-perjodu mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju sal-aħħar tal-iskadenza għall-pagament tagħhom;

3. tiddeċiedi liema pretensjonijiet ikunu ġew ivverifikati fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju; u

4. tordna lid-debitur iħallas il-pretensjonijiet tal-kredituri, kif ivverifikat fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, fil-proporzjonijiet, fi żmien l-iskadenzi u bir-rati ta’ imgħax stabbiliti fis-saldu obbligatorju kkonfermat.

Ir-regola ta’ prijorità assoluta tapplika fil-proċedimenti. L-implimentazjoni tar-ristrutturar finanzjarju tan-negozju tad-debitur fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju tfisser li:

  • l-azzjonisti tad-debitur jistgħu jżommu biss dik il-parti tal-kapital azzjonarju tad-debitur li tikkorrispondi għall-bqija tal-proprjetà tad-debitur li kienu jirċievu kieku l-proċedimenti ta’ falliment infetħu kontra d-debitur;
  • il-kredituri għandhom jingħataw kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-pagament tal-pretensjonijiet tagħhom milli kieku nbdew proċedimenti ta’ falliment kontra d-debitur, b’konsiderazzjoni tal-ordni tal-prijorità u regoli oħrajn biex jitħallsu l-pretensjonijiet ta’ prijorità, ordinarji u subordinati u pretensjonijiet garantiti fil-proċedimenti ta’ falliment; u
  • l-operat tan-negozju tad-debitur jew il-parti vijabbli tiegħu jkomplu.

Ir-ristrutturar finanzjarju jitwettaq mid-debitur billi jitlob lill-kredituri biex jaqblu li jkollhom il-pretensjonijiet ordinarji tagħhom imnaqqsin jew il-pagament differit. Id-debitur għandu joffri lill-kredituri kollha perċentwal tal-pagament ugwali tal-pretensjonijiet ordinarji tagħhom, skadenzi ugwali għall-pagament tagħhom u l-istess rata ta’ imgħax mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju sal-iskadenza għall-pagament tagħhom. Fejn id-debitur ikun kumpanija kapitali, id-debitur jista’ jitlob lill-kreditur jagħżel bejn:

  • li jaqbel ma’ tnaqqis u differiment tad-data dovuta tal-pretensjonijiet ordinarji tiegħu; jew
  • li l-pretensjonijiet jiġu trasferiti lid-debitur bħala kontribuzzjoni in natura fuq bażi ta’ żieda fil-kapital azzjonarju tad-debitur (skambju ta’ dejn ma’ ekwità).

Saldu obbligatorju ma jaffettwax il-pretensjonijiet ta’ prijorità jew id-drittijiet esklużi. Il-pretensjonijiet subordinati jiġu tterminati. Il-pretensjonijiet garantiti jistgħu jiġu ristrutturati biss b’mod volontarju f’saldu obbligatorju. Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju fir-rigward ta’ kumpaniji kbar, medju jew żgħar, il-pretensjonijiet garantiti jistgħu jiġu ristrutturati b’differiment tal-maturità jew bi tnaqqis tar-rata ta’ imgħax, b’tali mod li deċiżjoni ta’ maġġoranza ta’ 75 % tapplika wkoll għal dawk il-kredituri li jkollhom dritt ta’ separazzjoni u li ma jkunux ivvutaw għas-saldu obbligatorju. F’dawn il-proċedimenti, l-esklużjoni ta’ parti vijabbli tan-negozju tad-debitur għal kumpanija oħra (spin-off) hija possibbli bħala miżura ta’ ristrutturar finanzjarju. Din hija permessa wkoll biex tirristrutura d-drittijiet ta’ separazzjoni fi dritt ta’ separazzjoni konġunt (hija meħtieġa maġġoranza ta’ 85 %).

Proċedimenti ta’ falliment kontra persuna ġuridika

Il-proċedimenti ta’ falliment isiru bl-intenzjoni li l-patrimonju ta’ falliment jiġi rrealizzat u jitħallsu l-kredituri. Bħala regola ġenerali, kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà tad-debitur f'falliment jista’ jiġi konkluż fuq il-bażi ta’ rkant pubbliku jew sejħa vinkolanti għall-offerti. Jista’ jiġi organizzat irkant pubbliku billi jiżdied il-prezz tal-bidu jew jitnaqqas il-prezz tal-bidu. Fil-proċedimenti ta’ falliment, in-negozju jew l-attività ta’ kumpanija jistgħu jinżammu billi tinbiegħ il-kumpanija f'irkant pubbliku bħala unità tan-negozju jew bil-bejgħ tal-partijiet vijabbli tagħha (il-bejgħ tan-negozju bħala negozju avvjat).

Qabel ma jsiru l-pagamenti lill-kredituri, l-ammont meħtieġ biex jitħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment jiġi eskluż mill-patrimonju f’każ ta’ falliment. Il-kredituri jitħallsu fl-ordni li ġejja: il-kredituri ta’ separazzjoni li l-pretensjoni tagħhom tkun garantita minn dritt ta’ separazzjoni (pereżempju, ipoteka) jitħallsu l-ewwel mill-proprjetà li tkun is-suġġett tal-garanzija; imbagħad jitħallsu l-kredituri tal-pretensjonijiet skont kuntratti jew tranżazzjonijiet legali oħrajn li jkunu ġew konklużi mid-debitur f'falliment fil-perjodu mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju sal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, skont ir-regoli dwar ir-restrizzjoni tan-negozju fil-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kif inhu stipulat fil-liġi; imbagħad jitħallsu l-kredituri bi pretensonijiet privileġġjati (ħaddiema), u mbagħad il-kredituri l-oħrajn - kredituri ta’ pretensjonijiet ordinarji mhux garantiti u kredituri ta’ pretensjonijiet subordinati. Dak li jifdal mill-proprjetà rrealizzata jiġi distribwit fost l-azzjonisti.

Falliment personali

Bħal fil-każ tal-proċedimenti ta’ falliment relatati ma’ entitajiet ġuridiċi, il-proċedimenti ta’ falliment personali jitwettqu għall-pagament proporzjonali u simultanju tal-pretensjonijiet tal-kredituri kollha. Il-kredituri, għaldaqstant, jitħallsu mill-proprjetà tad-debitur b’mod proporzjonat u fl-istess ħin. Il-patrimonju ta’ falliment jinkludi l-proprjetà kollha tal-persuna insolventi fil-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment, sakemm din ma tkunx eskluża mill-infurzar skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Infurzar Ċivili u s-Sigurtà (Zakon o izvršbi in zavarovanju). Minħabba li persuna fiżika, differenti minn persuna ġuridika, ma tiqafx teżisti fi tmiem il-proċedimenti tal-falliment, il-pretensjonijiet tal-kredituri li ma jkunux tħallsu fil-proċedimenti ta’ falliment ma jiġux irtirati. Bil-maqlub tal-pretensjonijiet tal-kredituri fil-proċedimenti ta’ entità ġuridika, l-eżekuzzjoni tal-pretensjonijiet fil-proċedimenti ta’ falliment personali ma tiġix irtirata mal-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment. Deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment personali li tinkludi lista ta’ pretensjonijiet rikonoxxuti mhux imħallsin hija mezz ta’ kif il-kredituri li ma jkunux tħallsu jfittxu l-infurzar ta’ dawn il-pretensjonijiet.

Biex jinħeles mill-obbligi tiegħu, id-debitur f'falliment jingħata opportunità biex jippreżenta rikors qabel tinħareġ id-deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment personali, fejn jitlob għall-ħelsien mill-obbligi tiegħu li jkunu rriżultaw qabel il-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment personali li ma jkunux ser jitħallsu skont dawk il-proċedimenti. Fejn id-debitur f'falliment jippreżenta rikors għall-ħelsien mill-obbligi u fejn il-proċedimenti għall-ħelsien mill-obbligi wara l-perjodu ta’ verifika komplut jiġu riżolti b’suċċess, il-parti tal-obbligi tiegħu li inkella setgħet tiġi infurzata fuq bażi ta’ deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment tiġi rinunzjata u, konsegwentement, id-dritt tal-kredituri biex jinfurzawha fil-qorti jiġi rtirat.

Anki jekk il-ħelsien mill-obbligi jkun favorevoli għad-debitur, il-ħelsien ma jaffettwax it-tipi ta’ obbligi tad-debitur li ġejjin:

1. id-drittijiet ta’ prijorità tal-ħaddiema;

2. il-pretensjonijiet kontra d-debitur f'falliment fuq bażi ta’ manteniment legali, kumpens għad-danni li jirriżultaw minn tnaqqis ta’ attivitajiet bażiċi jew abbiltà għax-xogħol imnaqqsa jew mitlufa, u kumpens għal manteniment mitluf minħabba l-mewt tal-persuna li kienet tipprovdih;

3. il-pretensjonijiet għal penali monetarji jew l-ikupru ta’ vantaġġ pekunarju miksub permez ta’ att kriminali pronunċjat fil-proċedimenti kriminali;

4. il-pretensjonijiet skont sentenza kondizzjonali li hija kondizzjonali għar-ritorn ta’ vantaġġ pekunarju miksub minn offiża kriminali jew fuq rimedju għad-danni kkawżati minn offiża kriminali;

5. il-pretensjonijiet għal multi jew l-irkupru ta’ vantaġġ pekunarju miksub minn offiża minuri pronunċjata fi proċedimenti ta’ offiża minuri;

6. il-pretensjonijiet għall-irkupru ta’ proprjetà miksuba b’mod illegali; u

7. il-pretensjonijiet għall-għoti ta’ rimedju għad-danni kkawżati intenzjonalment jew b’negliġenza gravi.

15 X'inhuma d-drittijiet tal-kredituri wara l-għeluq ta' proċedimenti ta' insolvenza?

Il-proċedimenti ta’ saldu obbligatorju jingħalqu permezz ta’ deċiżjoni finali tal-qorti li tikkonferma s-saldu obbligatorju.

Kull kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun affettwata minn saldu obbligatorju kkonfermat jista’ jitlob lill-qorti biex tannulla s-saldu obbligatorju kkonfermat fejn id-debitur insolventi jkun jista’ jħallas il-pretensjonijiet ordinarji ta’ kredituri bħal dawn fil-parti l-kbira tagħhom jew kollha. Kawża li tfittex pretensjoni annullabbli għandha titressaq fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza biex titħallas il-pretensjoni, kif inhu stabbilit fis-saldu obbligatorju kkonfermat.

Kull kreditur affettwat minn saldu obbligatorju kkonfermat jista’ jitlob lill-qorti biex tannulla s-saldu obbligatorju kkonfermat jekk dan ikun inkiseb b’mod frodulenti.

Kawża sabiex tiġi stabbilita pretensjoni annullabbli għandha tinfetaħ fi żmien sentejn wara li Deċiżjoni dwar il-konferma ta’ saldu obbligatorju ssir finali.

Il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni li tikkonferma s-saldu obbligatorju għandha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar il-kawża.

F’deċiżjoni li fiha qorti tannulla s-saldu obbligatorju kkonfermat, il-qorti tista’ tordna lid-debitur iħallas kull parti mhux imħallsa tal-pretensjoni li tkun affettwata mis-saldu obbligatorju kkonfermat fi żmien perjodu stipulat mill-qorti, li ma jistax ikun itwal minn sena wara li d-deċiżjoni ssir finali.

L-għeluq ta' proċedimenti ta’ falliment kontra persuna ġuridika

Il-proċedimenti ta’ falliment kontra persuna ġuridika jingħalqu permezz ta’ deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment. Il-qorti toħroġ din id-Deċiżjoni fuq bażi tar-rapport finali tal-amministratur, li jiġi ppreparat wara li l-amministratur ikun iffinalizza l-atti kollha stipulati bil-liġi u fuq il-bażi tal-opinjoni tal-kumitat tal-kredituri. L-amministratur għandu jissottometti r-rapport finali lill-qorti fi żmien xahar minn wara l-finalizzazzjoni tad-distribuzzjoni finali.

Meta tinstab il-proprjetà tad-debitur f'falliment wara li l-qorti tkun ħarġet deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti ta’ falliment kontra d-debitur jistgħu jinfetħu fir-rigward tal-proprjetà li tkun instabet aktar tard, fuq talba tal-kreditur li jkollu d-dritt li jwettaq atti proċedurali, u li d-dritt tiegħu li jipparteċipa ma jkunx ġie rtirat qabel it-tmiem tal-proċedimenti ta’ falliment, jew inkella fuq talba ta’ azzjonista tad-debitur f'falliment.

L-għeluq ta' falliment personali

Falliment personali jingħalaq permezz ta’ deċiżjoni dwar l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment.

Jekk jingħata l-ħelsien mill-obbligi lil debitur li jkun personalment f'falliment, kull kreditur li l-pretensjoni tiegħu tkun affettwata mid-deċiżjoni finali dwar il-ħelsien mill-obbligi jista’ jitlob lill-qorti biex tannulla l-ħelsien mill-obbligi li kien is-suġġett tad-Deċiżjoni, meta d-debitur ikun kiseb id-deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-obbligi bil-ħabi jew il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni skorretta dwar il-proprjetà tiegħu jew permezz ta’ xi tip ieħor ta' frodi. Kawża għandha tinfetaħ fi żmien tliet snin wara li d-deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-obbligi ssir finali (l-Artikolu 411 taz-ZFPPIPP). Il-kredituri li - wara li d-deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-obbligi ssir finali - isibu proprjetà tad-debitur li kienet għand id-debitur qabel ingħata l-ħelsien mill-obbligi (u nħbiet) jistgħu jfittxu wkoll l-annullament mill-ħelsien mill-obbligi billi jitolbu l-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment fir-rigward ta’ proprjetà bħal din. F’dan il-każ, il-kawża biex jiġi annullat il-ħelsien mill-obbligi m’hemmx għalfejn li titressaq fi żmien l-iskadenza ta’ tliet snin.

16 Min għandu jagħmel tajjeb għall-kostijiet u l-ispejjeż involuti fil-proċedimenti ta' insolvenza?

Kull kreditur għandu jġarrab l-ispejjeż tiegħu stess biex jipparteċipa fi proċedimenti ta’ insolvenza.

Fi proċedimenti ta’ insolvenza li jkunu nfetħu fuq rikors tad-debitur, l-ispejjeż tal-proċedimenti u kull spiża oħra jiġu mġarrbin mid-debitur.

Fi proċedimenti ta’ saldu obbligatorju kontra kumpaniji kbar, medji jew żgħar li jkunu nfetħu fuq rikors tal-kredituri, l-ispejjeż inizjali tal-proċedimenti għandhom jitħallsu mir-rikorrent fil-proċedimenti. F’dawn il-proċedimenti, ir-rikorrent iġarrab ukoll l-ispejjeż tat-tariffi tal-amministratur. Id-debitur li kontrih jinfetħu l-proċedimenti jġarrab l-ispejjeż tal-pagamenti li ġejjin:

- taħt il-kuntratti konklużi ma’ konsulenti kwalifikati legali u finanzjarji rigward servizzi legali u finanzjarji li huma meħtieġa sabiex jitħejja r-rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u l-operat tad-debitur, il-pjan ta’ ristrutturar finanzjarju u dokumenti oħrajn li għandhom jiġu sottomessi bħala parti mill-proposta għas-saldu obbligatorju;

- skont kuntratt ma’ awditur dwar l-awditu tar-rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u l-operat tad-debitur; u

- skont kuntratt ma’ valutatur awtorizzat biex jirrevedi l-pjan ta’ ristruttur finanzjarju.

Fi proċedimenti ta’ falliment, il-kosijiet tal-proċedimenti u l-ispejjeż waqt il-proċedimenti jitħallsu mill-patrimonju ta’ falliment qabel il-pretensjonijiet jitħallsu mill-patrimonju distribwibbli. Meta r-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment jitressaq minn kreditur, il-kreditur għandu jagħmel depożitu sabiex ikopri l-ispejjeż inizjali tal-proċedimenti ta’ falliment, filwaqt li jżomm id-dritt li jirkupra l-avvanz imħallas skont ir-regoli dwar il-pagament tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ falliment.

Fi proċedimenti ta’ ristrutturar preventivi, id-debitur irid jerġa’ jħallas is-sehem proporzjonat tiegħu tal-ispejjeż tal-kredituri li jkunu pparteċipaw fil-proċedimenti li, skont il-prattika tan-negozju stabbilita b’mod ġenerali, ġeneralment ikunu koperti mid-debitur. Id-debitur u l-kredituri jaqblu dwar l-irkupru ta’ dawn l-ispejjeż fil-ftehim dwar ir-ristrutturar finanzjarju.

17 X'inhuma r-regoli li għandhom x'jaqsmu man-nullità, l-annullabbiltà u n-nuqqas ta' eżekutorjetà ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali ta' kredituri?

Il-kundizzjonijiet għall-annullabbiltà

Il-kredituri u l-amministratur tal-falliment għandhom id-dritt li jikkontestaw att legali tad-debitur. Kawża jew oġġezzjoni jitressqu kontra l-persuna li għall-benefiċċju tagħha jkun twettaq l-att annullabbli.

Kull att legali jista’ jiġi kkuntestat (inklużi l-ommmissjonijiet) li jirriżultaw f’pagament inugwali jew imnaqqas tal-kredituri tal-falliment jew li jqiegħdu kreditur partikolari f’pożizzoni aktar favorevoli (l-għoti ta’ vantaġġ lill-kredituri, imsejjaħ l-element oġġettiv tal-annullabbiltà). Meta jikkuntesta, l-applikant irid jagħti prova li l-parti li għaliha jkun twettaq l-att annullabbli kienet taf, jew kellha tkun taf, dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tad-debitur (l-element suġġettiv tal-annullabbiltà). Il-liġi tipprevedi preżunzjonijiet statutorji meta tqis li din il-kundizzjoni hija ssodisfata u każijiet fejn ma jkunx possibbli li tikkontesta l-atti legali. Il-liġi tistipula wkoll il-kontenut tar-rikors u l-metodu li bih titfittex l-annullabbiltà fid-dettall.

Il-perjodu li fih jistgħu jsiru l-atti annullabbli

L-atti legali li jistgħu jiġu kkuntestati fil-proċedimenti ta’ falliment huma dawk li jkunu twettqu fil-perjodu mill-aħħar sena ta’ qabel il-preżentazzjoni ta’ rikors biex jinbdew proċedimenti ta’ falliment sal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Att legali mhux imħallas (jew atti legali ta’ kontrovalur baxx b’mod disproporzjonat) jista' jiġi kkuntestat meta jkun sar fil-perjodu li jibda 36 xahar qabel il-preżentazzjoni ta’ talba biex jinbdew il-proċedimenti ta’ falliment u li jispiċċaw mal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment. Kawża għall-annullabbiltà għandha tiġi ppreżentata fi żmien 12-il xahar wara li deċiżjoni dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ falliment issir finali.

Liema atti ma jistgħux jiġu kkontestati

Mhuwiex possibbli li tikkuntesta atti legali mwettqin mid-debitur f'falliment waqt proċedimenti ta’ saldu obbligatorju, skont ir-regoli legali applikabbli għat-twettiq tan-negozju tad-debitur fil-proċedimenti; l-atti legali mwettqin mid-debitur f'falliment biex iħallas il-pretensonijiet tal-kredituri fil-proporzjonijiet, fi żmien l-iskadenzi u bir-rati ta’ mgħax stipulati f’saldu obbligatorju kkonfermat, u pagamenti ta’ kontijiet ta’ skambju jew ċekkijiet li kieku l-parti l-oħra kellha tirċievi pagament biex id-debitur f'falliment ma jitlifx id-dritt tal-irkupru kontra persuna oħra obbligata skont il-kont ta’ skambju jew ċekk.

L-atti legali mwettqin minn debitur biex jitħallsu l-pretensjonijiet tal-kreditur jew biex jitwettqu obbligi oħrajn skont ftehim ikkonfermat dwar ir-ristrutturar finanzjarju lanqas jistgħu jiġu kkuntestati.

Karatteristiċi speċjali f’falliment personali

Il-perjodu ta’ annullabbiltà għall-atti legali mhux imħallsin u għal atti legali mwettqin mid-debitur f'falliment għal-benefiċċju ta’ persuna assoċjata mill-qrib huwa ta’ ħames snin f’każ ta’ fallimet personali. Din ir-regola tinkludi l-kuntratti ma’ persuni fiżiċi assoċjati mill-qrib, kif ukoll persuni ġuridiċi li jkunu assoċjati mad-debitur f'falliment jew persuni fiżiċi asoċjati mill-qrib. Dawn huma persuni legali li fihom debitur f'falliment jew il-persuni li magħhom id-debitur huwa assoċjat mil-qrib għandhom individwalment jew flimkien sehem ta’ mill-anqas 25 % tal-kapital sottoskritt jew għandhom sehem ta’ 25 % mid-drittijiet tal-vot, jew id-dritt li jaħtru u jirrevokaw persuni awtorizzati li jirrappreżentaw il-persuna ġuridika, jew dawn il-persuni jkunu awtorizzati li jirrappreżentaw lill-persuna ġuridika jew għall-benefċċju ta’ kumpaniji assoċjati magħhom.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/05/2018