Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-insolvenza - Belġju

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiżl-Olandiż diġà ġew tradotti.

Hawnhekk jingħata tagħrif dwar ir-reġistri li jirrigwardaw il-każijiet ta’ insolvenza fil-Belġju.


Reġistri tal-insolvenza

Jeżistu xi reġistri li jirrigwardaw l-insolvenza fil-Belġju?

M’hemmx reġistri ta’ insolvenza pubbliċi fil-Belġju.

  • Fil-każ tal-kumpaniji, il-Banque-Carrefour des Entreprises (BCE) huwa reġistru li fih l-informazzjoni kollha dwar l-identità tal-kumpaniji kif ukoll is-sitwazzjoni legali tagħhom (u b’mod partikolari l-falliment). Is-sentenzi ta’ falliment u ta’ kompożizzjoni legali madankollu huma ppubblikati fuq il-Ġurnal Uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoniteur Belge, li huwa aċċessibbli onlajn.
  • Fil-każ tal-individwi, fil-Belġju jeżisti bażi tad-dejta li jiċċentralizza ċertu ammont ta’  informazzjoni rigward persuni bid-dejn li għażlu li jibdew proċedimenti ta’ ftehim kollettiv ta’ djun. Dan il-bażi tad-dejta tinsab fil-Bank Nazzjonali tal-Belġju, iżda m’huwiex pubbliku.

Is-servizz ta’ konsultazzjoni tar-reġistri ta’ insolvenza fil-Belġju huwa bil-ħlas?

Le, m'hemmx ħlas għall-aċċess għall-bażi tad-dejta.

Kif tagħmel tiftix f’reġistru ta’ insolvenza fil-Belġju?

Tista’ tfittex għal sentenzi ta’ falliment jew ta’ kompożizzjoni legali fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju.

Perijodu kopert mir-reġistri tal-insolvenza fil-Belġju

Ir-referenzi tal-kumpaniji huma disponibbli mill-1 ta’ Jannar 1983 b’link għall-pubblikazzjonijiet li nħarġu mill-1 ta’ Ġunju 1997.

Hemm ukoll disponibbli l-pubblikazzjonijiet tal-assoċjazzjonijiet ta’ wara l-1 ta’ Lulju 2003.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2017