Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-insolvenza - Bulgarija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din il-paġna tipprovdilek ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza.


Reġistri tal-insolvenza

X'joffri r-reġistru Bulgaru tal-insolvenza?

Ir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza jikkonsisti fi tliet partijiet:

  1. Parti mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-fiduċjarji hija aċċessibbli permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Madankollu, il-parti disponibbli pubblikament ma tippermettix l-aċċess għal data personali, lanqas għal data li qed tistenna verifika mill-fiduċjarji.
  2. Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru ta' bejgħ u rkanti huwa totalment disponibbli permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru Bulgaru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu.
  3. Ir-reġistru tal-proċedimenti ta' insolvenza attwalment mhuwiex miżmum bħala bażi ta' data ċentralizzata, minħabba n-nuqqas ta' interkonnettività bejn il-qrati.

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza huwa mingħajr ħlas.

Kif għandha sseħħ tfittxija fir-reġistru Bulgaru tal-insolvenza

Fuq is-sit elettroniku, wieħed jista' jsib Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafiduċjarju f'xi falliment permezz ta':

  • Isem
  • Numru tal-identità unifikat
  • Indirizz
  • Speċjalità
  • Kelma fil-qasam tal-esperjenza professjonali
  • Parti ta' numru tal-ordni tal-ħatra tal-Ministru
  • Status – attiv jew mhux attiv

Kif għandha ssir tfittxija għall-bejgħ

Jista' jinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabulletin ta' bejgħ fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu

L-imgħoddi tar-reġistru Bulgaru tal-insolvenza

Is-sistema ġiet stabbilita fl-2003 wara r-realizzazzjoni tal-proġett Phare BG 0103.04 'Tisħiħ tas-sistema ta' insolvenza'. L-għan kien li tinħoloq sistema ta' informazzjoni għall-insolvenza, u li tiġi inkluża l-informazzjoni kollha f'bażi ta' data unifikata. Is-sistema taħdem f'xi qrati: il-qrati distrettwali, il-qrati tal-appell, il-Qorti Suprema ta' kassazzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/08/2017