Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-insolvenza - Estonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Din it-taqsima tagħti deskrizzjoni qasira tas-servizz fil-qasam tal-falliment ipprovdut mir-Reġistru Kummerċjali Estonjan.


Reġistri tal-insolvenza

X'informazzjoni hija disponibbli fl-Estonja dwar l-insolvenza?

L-Estonja m'għandhiex reġistru separat dwar l-insolvenza. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru Kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ, madankollu, fih informazzjoni dwar il-falliment ta' entitajiet ġuridiċi u persuni li jaħdmu għal rashom. Informazzjoni fuq id-dikjarazzjonijiet ta' falliment ta' entitajiet ġuridiċi u persuni fiżiċi jistgħu jinstabu wkoll fil-pubblikazzjoni elettronika uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali), fejn huma ppubblikati proċedimenti u notifiki ta' falliment.

Dawn li ġejjin huma mdaħħla fir-Reġistru Kummerċjali Estonjan u r-reġistru ta’ assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ fuq il-bażi ta’ sentenza tal-qorti:

  • it-twaqqif tal-proċedimenti ta' falliment mingħajr ma wieħed jiddikjara falliment;
  • id-dikjarazzjonijiet ta' falliment flimkien mal-isem u l-kodiċi ta' identifikazzjoni personali tal-fiduċjarju f'falliment, kif ukoll nota li ssemmi li hu jew hi qed jirrappreżentaw il-kumpanija;
  • it-twaqqif ta' dikjarazzjoni ta' falliment flimkien ma' entrata li turi tkomplija fl-attività mill-kumpanija;
  • it-twaqqif ta' dikjarazzjoni ta' falliment u t-tħassir tal-kumpanija mir-reġistru;
  • it-terminazzjoni ta' proċeduri ta' falliment u t-tħassir tal-kumpanija mir-reġistru jew il-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tal-kumpanija;
  • kompromess u t-terminu għal dan, b'entrata li turi attività kontinwa;
  • kanċellazzjoni ta' kompromess u l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti biex jiġi dikjarat falliment, b’nota li l-kumpanija hija rappreżentata minn fiduċjarju f'falliment;
  • tmiem tal-kompromess meta jkun skada, u t-tneħħija tal-fiduċjarju f'falliment.

Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ imposti fuq id-debitur jew il-persuna bil-poter li tirrappreżentah jew projbizzjonijiet fuq it-twettiq ta' attivitajiet kummerċjali imposti fuq dik il-persuna ma jiddaħħlux fir-reġistru.

Ir-reġistru kummerċjali Estonjan fih l-informazzjoni segwenti dwar entitajiet ġuridiċi falluti:

  • l-isem tal-entità ġuridika;
  • il-kodiċi tar-reġistru;
  • l-indirizz;
  • l-isem tal-fiduċjarju f'falliment;
  • l-isem tal-membru tal-bord tal-ġestjoni;
  • id-data tal-ordni/tad-deċiżjoni li tiddikjara l-falliment u n-numru tal-ordni jew tal-kawża ċivili.

Irid isir xi ħlas biex jingħata aċċess għall-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Id-dejta tar-reġistru tista' tiġi aċċessata fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadipartimenti tar-reġistru, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonlajn u fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċċji tan-nutara. Aċċess għad-dejta miżmuma fir-reġistru kummerċjali u r-reġistru ta' assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet mhux għal skop ta' qligħ u għal dokumenti tal-fajls huwa bla ħlas fid-dipartimenti tar-reġistru.

L-ebda tariffa mhija imposta onlajn għal tiftix rigward entitajiet ġuridiċi, persuni li jaħdmu għal rashom u fergħat ta' kumpaniji barranin, għal informazzjoni rigward proċedimenti tal-qorti jew għal aċċess għad-dejta tal-kard tar-reġistru (inkluża dejta storika). Madankollu, hija imposta tariffa għat-tiftix l-ieħor kollu, inklużi dejta tal-kard tar-reġistru storika u aċċess għal rapporti annwali, artikoli ta' assoċjazzjoni u dokumenti oħrajn. Ir-rati imposti għall-użu tad-dejta tal-komjuter fir-reġistru kummerċjali huma stipulati f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregolament tal-Ministru tal-Ġustizzja.

Hija imposta tariffa għall-konsulenza ma' dejta tar-reġistru u dokumenti tal-fajl f'uffiċċju tan-nutar. It-tariffi huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tat-Tariffi Notarili.

L-aċċess għall-pubblikazzjoni elettronika uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmetlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali) huwa bla ħlas.

Dettalji tal-projbizzjonijiet tal-kummerċ huma ppubblikati u jista' jsir aċċess għalihom mingħajr ħlas Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonlajn.

Kif tfittex għall-informazzjoni dwar l-insolvenza

Tista' tfittex għal entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha fis-sistema ta' informazzjoni tar-reġistru kummerċjali (ir-Reġistru tan-Negozju Elettroniku) permezz tal-isem tan-negozju, l-isem jew il-kodiċi tar-reġistru. L-istatus ta' entità ġuridika jew persuna li taħdem għal rasha jindika jekk dik il-persuna jew entità humiex falluti jew le.

Storja tas-servizz ta' informazzjoni dwar il-falliment

Is-servizz Estonjan dwar il-falliment ilu disponibbli mill-1 ta' Settembru 1995.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/08/2017