Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-insolvenza - Greċja

Il-Greċja m'għandha l-ebda websajt għar-reġistri ta’ insolvenza. Qegħdin fil-proċess li niddisinjaw id-diġitizzazzjoni tal-bażijiet tad-dejta tagħna u tal-interface elettroniċi tagħhom.


Reġistri tal-insolvenza

X'joffri r-reġistru Grieg dwar l-insolvenza?

Skont il-leġiżlazzjoni Griega, il-proċeduri ta' insolvenza huma:

  • il-falliment (l-Artikolu 1-61 tal-Liġi 3588/2007, l-Artikolu 13(1)-(4) tal-Liġi 4013/2011, l-Artikolu 22(1) tal-Liġi 4055/2012);
  • stralċ speċjali bin-negozju għaddej (ειδική εκκαθάριση εν λειτουργία) (l-Artikolu 106k tal-Liġi 3588/2007, l-Artikolu 12 tal-Liġi 4013/2011);
  • riżoluzzjoni qabel il-falliment (προπτωχευτική διαδικασία εξυγίανσης) (l-Artikoli 70-101 tal-Liġi 3588/2007, l-Artikolu 22(2) tal-Liġi 4055/2012, l-Artikoli 116(3) u 234(1)-(3) tal-Liġi 4072/1012);
  • pjanijiet ta' ristrutturar (l-Artikoli 109-123 tal-Liġi 3588/2007, l-Artikolu 34(1) tal-Liġi 3858/2010);
  • il-proċedura sempliċi għall-fallimenti minuri (απλοποιημένη διαδικασία επί πτωχεύσεων μικρού αντικειμένου) (l-Artikoli 162-163 tal-Liġi 3588/2007);

Il-qrati ċivili tad-distrett tal-prim'istanza (ειρηνοδικεία) għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu u jagħtu d-deċiżjonijiet meħtieġa li jinvolvu ċertifikati għall-proċeduri ta' falliment ta' persuni naturali.

Il-qrati lokali tal-prim'istanza (πρωτοδικεία) għandhom ġurisdizzjoni wkoll fuq kawżi u l-għoti ta' deċiżjonijiet dwar il-falliment ta' assoċjazzjonijiet (προσωπικές εταιρίες), soċjetajiet limitati (ετερόρρυθμες εταιρίες), l-awtorizzazzjoni ta' individwi, kumpaniji, u soċjetajiet speċjali jew ġenerali (ομόρρυθμες εταιρίες), soċjetajiet b'kapital privat (ιδιωτικές κεφαλαιουχικές εταιρίες), kumpaniji limitati (εταιρίες περιορισμένης ευθύνης), kumpaniji pubbliċi limitati (ανώνυμες εταιρίες), kumpaniji Ewropej u soċjetajiet kooperattivi Ewropej.

Id-distretti lokali għandhom ġurisdizzjoni fuq kawżi li jinvolvu l-istralċ ta' soċjetà pubblika limitata u r-Reġistru Ġenerali tal-Kummerċ (Γενικό Εμπορικό Μητρώο – ΓΕΜΗ) fejn il-kamra lokali tal-kummerċ tkun responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati neċessarji għall-proċeduri ta' falliment.

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenza Grieg mingħajr ħlas?

Din il-possibilità ma teżistix.

Kif tfittex ir-reġistru tal-insolvenza Grieg

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza Grieg


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019