Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-insolvenza - Ungerija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ungeriż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali fil-qosor tar-reġistri ta’ insolvenza tal-Ungerija.


Reġistri tal-insolvenza

X’joffru r-reġistri ta’ insolvenza Ungeriżi?

Fl-Ungerija, il-qrati tal-kontej (megyei bíróság) u l-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Infurzar tal-Liġi (Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium) huma responsabbli biex iżommu aġġornata d-dejta dwar l-insolvenzi.

Reġistru tal-Kummerċ (cégnyilvántartás)

L-informazzjoni dwar il-bidu u t-tmiem ta’ proċedimenti ta’ insolvenza – jiġifieri dwar il-likwidazzjoni jew il-falliment iżda wkoll fuq l-istralċjarju – tkun inkluża fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Kummerċ (Cégnyilvántartás).

Il-forma elettronika ta’ dan ir-reġistru tinżamm mis-Servizz tal-Kumpaniji tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Infurzar tal-Liġi (az Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium Céginformációs Szolgálata).

Gazzetta tal-Kumpaniji (Cégközlöny)

Mill-1 ta’ Jannar 2008, l-avviżi ta’ likwidazzjoni (felszámolási hirdetmény) bdew jiġu ppubblikati regolarment anki fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGazzetta tal-Kumpaniji (Cégközlöny) (li xi drabi tiġi aġġornata iktar minn darba kuljum).

Fis-sit elettroniku tista’ ssib anki l-ordnijiet (végzés)  li jsiru fir-rigward tal-proċedimenti ta’ falliment.

L-informazzjoni li jkollok aċċess għaliha onlajn mhix legalment vinkolanti.

L-aċċess għar-reġistri ta' insolvenza Ungeriżi huwa mingħajr ħlas?

Iva. Ir-reġistri jinkludu:

  • Il-bidu tal-proċedimenti ta’ insolvenza
  • Numru ta’ reġistrazzjoni (cégjegyzékszám)
  • Isem korporattiv
  • Uffiċċju rreġistrat (székhely)
  • Il-post fejn jinsab in-negozju (telephely)
  • Fergħat (fióktelep)
  • Attività prinċipali
  • Kapital sottoskritt
  • Numru fiskali.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistri ta' insolvenza Ungeriżi

Tista’ tagħmel tiftix fir-Reġistru tal-Kummerċ skont:

  • Numru ta’ reġistrazzjoni, jew
  • Isem kumpanija, jew
  • Numru fiskali

Mill-bidu tal-2008, tista’ tfittex fis-sit elettroniku tal-Gazzetta tal-Kumpaniji anki billi tuża isem il-kumpanija jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tagħha. B’hekk tista’ tikseb l-informazzjoni finanzjarja disponibbli kollha dwar kumpanija, inkluż l-istatus ta’ insolvenza tagħha.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza Ungeriż

Mill-1 ta’ Jannar 2008, l-avviżi ta’ likwidazzjoni bdew jiġu ppubblikati regolarment anki fis-sit elettroniku tal-Gazzetta tal-Kumpaniji (li xi drabi tiġi aġġornata iktar minn darba kuljum).

Minn Lulju 1993, meta s-Sistema Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar il-Kumpaniji u ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji  (Országos Céginformációs és Cégnyilvántartási Rendszer) bdiet taħdem b’mod sħiħ, id-dejta fir-reġistru tal-kummerċ bdiet tinħażen elettronikament mill-qrati.

Tista’ tfittex dejta dwar il-kumpaniji kollha fi kwalunkwe waħda mill-qrati, irrispettivament minn fejn id-dejta tkun effettivament maħżuna.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/07/2016