Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom reġistri tal-insolvenza u tal-falliment li tista’ ssib informazzjoni dwarhom. Dawn ir-reġistri bħalissa jinsabu fil-proċess li jiġu kkollegati u li fihom ikun jista’ jsir tiftix minn punt ċentrali.

Ir-reġistri jirreġistraw, janalizzaw u jaħżnu informazzjoni dwar l-insolvenza li hija disponibbli għall-pubbliku, minkejja f’forom differenti, skont il-pajjiż:

  • pajjiżi b’reġistri dedikati – jippubblikaw informazzjoni dwar kull stadju tal-proċedimenti ta’ insolvenza u l-partijiet fil-proċedimenti.
  • pajjiżi li jużaw reġistri oħra – is-sitwazzjoni hija aktar diversa. Uħud jippubblikaw biss l-isem u l-istatus ta’ kumpanija, oħrajn jinkludu informazzjoni dwar l-istadji kollha tal-proċedimenti.

Informazzjoni dwar ir-reġistri nazzjonali

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Tfittxija li taqdik għalkollox

Uża l-ħolqa aktar 'l isfel biex tfittex - b’kull lingwa uffiċjali tal-UE - ir-reġistri nazzjonali tal-insolvenza għal:

  • Informazzjoni u dokumentazzjoni dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza
  • Dokumenti marbuta mad-debituri

Fittex ir-reġistri nazzjonali

L-informazzjoni u d-dokumenti li ssib f'dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli mingħajr ħlas.

Bħalissa mhux il-pajjiżi kollha tal-UE huma disponibbli b'dan is-servizz. Dan għandu jiġi rettifikat sa nofs l-2019 li hija l-iskadenza stabbilita mir-Regolament dwar l-Insolvenza emendat biex ikun hemm interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali ta’ insolvenza madwar l-UE permezz tal-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja. Din is-sistema futura ta’ interkonnessjoni se jkun fiha, b’mod armonizzat, sett predefinit ta’ informazzjoni (“informazzjoni obbligatorja”) dwar il-proċedimenti ta’ insolvenza jinfetħu fejn jinfetħu fl-UE.

Links relatati

Insolvenza

L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.