Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-insolvenza - Skozja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

 

Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar ir-reġistru ta’ insolvenza tal Iskozja.


Reġistri tal-insolvenza

X'għandu x'joffri r-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja?

Is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAccountant in Bankruptcy fih gwida u materjal dwar l-insolvenza fl-Iskozja. Huwa jipprovdi:

  • Aċċess għal-leġiżlazzjoni
  • Ħolqa għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-insolvenzi, li fih dettalji dwar:
    • Fallimenti
    • Restrizzjonijiet fuq il-fallimenti
    • Atti protetti dwar it-trusts
    • Likwidazzjonijiet u riċevituri ta' negozji fl-Iskozja (inkluż l-istralċ solventi).

Ir-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja ma għandux dettalji tal-amministrazzjonijiet tal-kumpaniji.

Is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoney Scotland jagħtik pariri dwar il-flus u d-dejn, materjal għal konsulenti finanzjarji approvati, informazzjoni dwar l-iskema ta' arranġament tad-dejn (skema statutorja dwar il-ġestjoni ta' pagamenti fuq perjodu raġonevoli, bi protezzjoni mill-azzjoni tal-kreditur).

Ir-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja huwa l-proprjetà ta' u ġestit mill-Accountant in Bankruptcy.

Ir-Reġistru DAS (Ir-Reġistru tal-Iskema ta' Arranġament tad-Dejn) tal-Iskozja

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru DAS Register tal-Iskozja jagħti informazzjoni dwar programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Ir-Reġistru DAS huwa l-proprjetà ta' u ġestit minn Civic, f'isem Money Scotland

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas. Hija disponibbli wkoll dejta kummerċjali li tista' titniżżel kuljum. Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaroienquiries@aib.gsi.gov.uk

L-aċċess għar-reġistru DAS tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru DAS huwa mingħajr ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja

Ir-reġistru Skoċċiż tal-insolvenzi jinsab onlajn. Jeħtieġ li wieħed Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajirreġistra bħala utent.

Kif tagħmel tiftix fir-reġistru DAS

Ir-reġistru DAS jinsab onlajn. Jeħtieġ li wieħed Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajirreġistra bħala utent.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja

It-tiftix fir-reġistru tal-insolvenzi jagħtik id-dettalji ta' kull każ "attwali" ta' falliment, kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sentejn. Fil-każ tal-atti protetti tat-trusts, ir-reġistru jagħtik id-dettalji tal-każijiet "attwali", kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sena. Bl-istess mod, it-tiftix fuq riċevituri jew stralċ jagħtik dettalji dwar każijiet "attwali" kif ukoll dwar dawk li ngħalqu s-sena li għaddiet.

L-istorja tar-Reġistru DAS

Is-sit elettroniku tar-Reġistru DAS ikorpi informazzjoni dwar il-programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAccountant in Bankruptcy, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Insolvenzi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoney Scotland DAS (Skema ta' Arranġament tad-Dejn), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Iskozja, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru DAS (irreġistra bħala utent)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/08/2019