Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-insolvenza - Slovakkja

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-Reġistru ta’ Insolvenza tas-Slovakkja.


Reġistri tal-insolvenza

X’joffri r-reġistru ta’ insolvenza Slovakk?

Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru ta’ Insolvenza (Register úpadcov) huwa sistema ta’ informazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka, li huwa amministrat u mħaddem mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Is-sistema ta’ informazzjoni tar-Reġistru ta’ Insolvenza tinkludi informazzjoni dwar proċedimenti ta’ insolvenza, proċedimenti ta’ ristrutturar u proċedimenti ta’ ħelsien mid-dejn skont l-Artikolu 10a(2) tal-Att Nru 7/2005 dwar il-falliment u r-ristrutturar u li jemenda xi atti oħra, kif emendat.

Id-data li ġejja hija disponibbli fir-Reġistru ta' Insolvenza:

  1. Informazzjoni dwar proċedimenti skont l-Att Nru 7/2005 bid-dettalji kif ġej:
    1. l-isem tal-qorti;
    2. ir-referenza tal-atti tal-proċedimenti;
    3. l-isem u l-kunjom tal-imħallef inkarigat mill-proċedimenti;
    4. l-ismijiet tar-rikorrent u tad-debitur; fil-każ ta’
      4.1 persuna fiżika, l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, l-indirizz,
      4.2 persuna fiżika involuta fin-negozju, l-isem tan-negozju, l-isem, il-kunjom jekk ikun differenti mill-isem tan-negozju, in-numru ta’ identifikazzjoni jew kwalunkwe identifikazzjoni oħra, il-post tan-negozju,
      4.3 persuna ġuridika, l-isem tan-negozju, in-numru ta’ identifikazzjoni jew kwalunkwe identifikazzjoni oħra, u l-uffiċċju reġistrat;
    5. isem l-amministratur jew il-fiduċjarju maħtur;
    6. l-indirizz tal-uffiċċju tal-amministratur jew tal-fiduċjarju maħtur;
    7. id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza jew tal-proċedimenti ta’ ristrutturar jew id-data tal-għoti ta’ protezzjoni mill-kredituri;
    8. id-data tad-dikjarazzjoni ta’ falliment, l-approvazzjoni tar-ristrutturar jew l-assenjazzjoni ta’ pjan ta’ ħlas lura;
    9. id-data tat-tmiem tal-proċedimenti ta’ insolvenza jew tal-proċedimenti ta’ ristrutturar;
    10. informazzjoni dwar jekk il-falliment inkwistjoni jkunx falliment żgħir jew le;
    11. informazzjoni dwar it-talbiet ippreżentati, skont ir-rekwiżiti tal-kontenut għal lista tat-talbiet;
    12. informazzjoni dwar it-talbiet ippreżentati bħala talbiet wara l-aġġudikazzjoni, skont ir-rekwiżiti tal-kontenut għal lista tat-talbiet wara l-aġġudikazzjoni;
    13. informazzjoni dwar abbozz ta’ pjan ta’ ħlas lura stabbilit mill-fiduċjarju;
    14. informazzjoni dwar l-assi tad-debitur, skont ir-rekwiżiti tal-kontenut għal inventarju tal-assi ta’ insolvenza;
    15. informazzjoni dwar il-laqgħa tal-kredituri u l-laqgħa tal-kumitat tal-kredituri, bid-dettalji tal-post, il-ħin u s-suġġett tal-laqgħa tal-kredituri, l-isem u l-kunjom tal-kredituri fil-każ ta’ persuni fiżiċi, jew l-isem kummerċjali tal-kredituri fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, informazzjoni dwar jekk il-kreditur ikunx membru tal-kumitat tal-kredituri, informazzjoni dwar il-firxa tad-drittijiet tal-vot tal-kreditur, u l-minuti tal-laqgħa tal-kumitat tal-kredituri;
    16. informazzjoni dwar il-laqgħa tal-kredituri fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att, bid-dettalji tal-post, il-ħin u s-suġġett tal-laqgħa tal-kredituri;
    17. id-distribuzzjoni tar-rikavat;
    18. id-data tad-deċiżjoni dwar il-ħelsien tad-debitur jekk ikun ġie ddikjarat falliment jew ġie stabbilit pjan ta’ ħlas lura skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att;
    19. informazzjoni dwar l-impożizzjoni ta’ trusteeship ta’ monitoraġġ;
    20. informazzjoni dwar l-iskadenzi għall-partijiet fil-proċedimenti biex iwettqu azzjonijiet fl-ambitu tal-proċedimenti skont dan l-Att;
    21. informazzjoni dwar jekk il-proċedimenti ta’ insolvenza inkwistjoni jkunux proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza, proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza jew proċedimenti territorjali ta’ insolvenza f’konformità ma’ leġiżlazzjoni speċjali;
    22. informazzjoni dwar il-possibbiltà li jitressaq appell f’konformità ma’ leġiżlazzjoni speċjali;
    23. ir-rata ta’ rkupru għall-kredituri garantiti u mhux garantiti fi proċedimenti mwettqa skont it-Taqsimiet Tnejn u Tlieta ta’ dan l-Att;
    24. ir-rata ta’ rkupru għall-kredituri fi proċedimenti mwettqa skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att;
  2. lista tal-partijiet falluti fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u lista tad-debituri fil-każ ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar, bid-dettalji kif mitluba mill-punt (4)(a);
  3. lista tal-partijiet falluti fil-każ ta’ proċedimenti mwettqa skont it-Taqsima Erbgħa ta’ dan l-Att, bid-dettalji kif mitluba mill-punt (4)(a);
  4. aktar informazzjoni dwar il-proċedimenti skont dan l-Att, ippubblikata fil-Ġurnal Kummerċjali (Obchodný vestník);
  5. informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti mill-amministratur.

L-aċċess għar-Reġistru ta' Insolvenza Slovakk huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess u t-tiftix fir-Reġistru ta' Insolvenza huma mingħajr ħlas.

X’inhu l-metodu għat-tiftix fir-Reġistru ta' Insolvenza Slovakk?

Il-Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna ewlenija tar-Reġistru ta' Insolvenza tinkludi żbarra tat-tfittxija, fejn tista’ ddaħħal it-test tat-tfittxija direttament jew, jekk ikun xieraq, li tispeċifika jekk it-tfittxija għandhiex tkun ristretta għall-kategoriji bħal Proċedimenti, Amministraturi, Assi jew Servizzi.

Storja tar-Reġistru ta' Insolvenza tar-Repubblika Slovakka

Is-sistema bdiet taħdem b’mod sħiħ fis-7 ta’ Diċembru 2015.

Ħoloq relatati

Il-ħolqa tinfetaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ta’ Insolvenza


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

L-aħħar aġġornament: 10/07/2020