Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Dritt Internazzjonali


Id-dritt internazzjonali huwa korp ta’ regoli rikonoxxuti mill-Istati jew min-nazzjonijiet bħala vinkolanti rigward ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom, inklużi r-relazzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. Id-dritt internazzjonali ġeneralment ikun inkorporat fi ftehimiet bejn l-Istati sovrani u/jew ikun derivat minn ftehimiet bħal dawn.


Oqsma

It-terminu “dritt internazzjonali” jista’ jirreferi għal żewġ dixxiplini legali:

  • Id-dritt internazzjonali pubbliku: dan jirregola r-relazzjoni bejn l-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, fejn jittratta oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi tat-trattati, il-liġi tal-baħar, id-dritt kriminali internazzjonali u d-dritt umanitarju internazzjonali.
  • Id-dritt internazzjonali privat – jew kunflitt ta’ liġijiet – sett ta’ regoli tal-liġi proċedurali li jiddeterminaw liema sistema legali tiggverna u l-liġi li l-ġurisdizzjoni tagħha tapplika għal tilwima legali partikolari. Dawn ir-regoli japplikaw meta tilwima legali jkollha element transkonfinali bħal kuntratt miftiehem bejn partijiet li jinsabu fi Stati differenti jew meta l-element transkonfinali jeżisti f’pajjiż b’numru ta’ ġurisdizzjonijiet bħar-Renju Unit.

Relazzjoni mal-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE)

Għalkemm il-liġi tal-UE tista’ tiġi kkunsidrata bħala forma speċifika ta’ dritt internazzjonali, il-korp prinċipali tal-liġi tal-UE għandu xi karatteristiċi partikolari li ġeneralment ma ssibhomx fid-dritt internazzjonali: b’mod partikolari, iċ-ċittadini jistgħu jinvokaw id-drittijiet iggarantiti mil-liġi tal-UE quddiem il-qrati fl-Istati Membri tal-UE, filwaqt li d-dritt internazzjonali jeħtieġ li jiġi traspost f’liġi nazzjonali qabel ma ċ-ċittadini jkunu jistgħu jinvokawh. Barra minn hekk, id-dritt tal-UE ta’ spiss jipprevali fuq il-liġi tal-Istati Membri tal-UE. Din hija r-raġuni għaliex dan il-Portal għandu paġni separati għad-dritt tal-UE u għad-dritt internazzjonali.

Sorsi u bażijiet tad-dejta

Tista’ ssib id-dritt internazzjonali prinċipalment fi ftehimiet jew f’konvenzjonijiet internazzjonali, kif ukoll f’sett ta’ valuri, standards u prinċipji li huma rikonoxxuti komunement, li mhux blifors iridu jissemmew b’mod espliċitu fi ftehim. Il-ftehimiet internazzjonali jistgħu jkunu bilaterali (jiġifieri bejn żewġ Stati sovrani) jew multilaterali (jiġfieri bejn iktar minn żewġ Stati). Ferm ta’ spiss, dawn ikunu ppreparati u nnegozjati fi ħdan organizzazzjoni internazzjonali bħan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNazzjonijiet Uniti (NU), il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Ewropa u bosta oħrajn. Sors importanti ieħor tad-dritt internazzjonali hija l-ġurisprudenza tal-qrati internazzjonali.

Dawn li ġejjin huma biss uħud mid-diversi sorsi ta’ informazzjoni dwar id-dritt internazzjonali li huma pubblikament disponibbli:

In-Nazzjonijiet Uniti ħolqot ukoll il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKummissjoni taid-Dritt Internazzjonali. Il-kompitu huwa li tippromwovi l-iżvilupp progressiv tad-dritt internazzjonali u l-kodifikazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, hija tippubblika studji u stħarriġ, tiġbor preċedenti u telabora proposti għal trattati ġodda. Xogħol il-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali wassal għal numru ta’ trattati importanti u għal xogħlijiet prinċipali oħrajn tad-dritt internazzjonali.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 26/04/2016