Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Imħallfin u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn



Inti mħallef jew awtorità oħra li għandek x'taqsam mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali, u għandek bżonn l-għajnuna f'kawża transfruntiera?

Dawn li ġejjin huma eżempji ta' kif il-punti ta' kuntatt jistgħu jassistuk:

  • Isaqsu dwar l-istatus attwali ta' talba għall-kooperazzjoni ġudizzjarja (pereżempju n-notifika ta' dokumenti jew il-ġbir ta' evidenza)
  • Jagħtuk l-informazzjoni sabiex tkun faċilitata l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat Membru ieħor li tkun applikabbli skont strument tal-Unjoni jew internazzjonali
  • Ifitxxu soluzzjonijiet għal diffikultajiet li jinqalgħu meta ssir talba għal kooperazzjoni ġudizzjarja
  • Jagħtuk l-informazzjoni meħtieġa għal kooperazzjoni ġudizzjarja soda bejn l-Istati Membri
  • Jagħtuk informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti tal-Unjoni u internazzjonali marbutin mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali

Il-punti ta' kuntatt tan-Netwerk għandhom rwol ewlieni u huma disponibbli għall-membri tan-Netwerk u l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru tagħhom. Huma qegħdin ukoll għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet previsti fl-istrumenti tal-Unjoni jew internazzjonali relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili jew kummerċjali. Il-punti ta’ kuntatt jgħinu lil dawn l-awtoritajiet bil-modi kollha prattikabbli. F'termini ġenerali, dawn qegħdin f'kuntatt regolari mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħra.

Jekk tixtieq tikkuntattja lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tiegħek, ikklikkja hawn.

Gwidi għall-prattikanti

In-NĠE-ċivili żviluppa wkoll għadd ta' pubblikazzjonijiet, notevolment gwidi għall-utenti dwar strumenti legali speċifiċi tal-Unjoni.

In-NĠE-ċivili jipprovdi lill-prattikanti b’firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dwar il-liġi ċivili u kummerċjali Ewropea, nazzjonali u internazzjonali permezz ta' paġni dwar suġġetti speċifiċi, li jinsabu hawn.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2016