Sistemi Ġudizzjarji

Is-sistema ġudizzjarja, jew il-ġudikatura, hija l-qrati u l-awtoritajiet ġudizzjarji kollha fi Stat jew f’organizzazzjoni sovrana oħra bħall-Unjoni Ewropea (UE). Il-kompitu prinċipali tal-qrati huwa li jsibu soluzzjoni għat-tilwim legali u jiżguraw li l-liġi tiġi applikata b’mod korrett u koerenti.

Kull wieħed mill-Istati Membri tal-UE u anki l-Unjoni Ewropea għandhom is-sistema ġudizzjarja tagħhom. Fil-paġni li ġejjin:

tista’ ssib informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati u l-proċeduri rilevanti. Jekk ikollok tidħol il-qorti tista’ ssib għajnuna sabiex issir taf liema qorti se tittratta l-każ tiegħek.

Ir-responsabbiltà tal-qrati li japplikaw il-liġi timplika li huma iridu jinterpretawha wkoll. Billi jagħtu interpretazzjonijiet ġodda, huma joħolqu wkoll il-ġurisprudenza.

Filwaqt li s-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri jvarjaw b’mod sinifikanti fid-dettalji, hemm sett ta’ prinċipji komuni li japplikaw għalihom ilkoll, kif ukoll għall-UE bħala tali. Wieħed minn dawn il-prinċipji komuni huwa li l-qrati jridu jkunu imparzjali u indipendenti mill-gvern u mil-leġiżlatur (jiġifieri l-istituzzjoni/jiet li tgħaddi/jgħaddu l-liġi). Dan il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura huwa wieħed mill-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE: l-istat tad-dritt u r-rispett għal-libertà, għall-ugwaljanza u għad-drittjiet fundamentali. Dawn jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

L-aħħar aġġornament: 06/10/2020

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.