Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri

Is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri huma ferm differenti u jirriflettu d-differenzi fit-tradizzjonijiet ġudizzjarji nazzjonali. Iktar ’l isfel għandek issib informazzjoni ġenerali dwar is-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri – biex tikseb informazzjoni speċifika u dettaljata jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.


Qrati

Fil-parti l-kbira tal-Istati Membri hemm fergħat differenti tal-qrati. Ġeneralment, jistgħu jiġu identifikati tliet tipi ewlenin ta’ qrati:

Il-qrati ordinarji ġeneralment jittrattaw it-tilwim fil-qasam ċivili (jiġifieri tilwim bejn ċittadini u/jew negozji) u/jew fil-qasam kriminali. Barra minn hekk, bosta Stati Membri stabbilew qrati għal kwistjonijiet speċifiċi, bħal tilwim bejn awtoritajiet pubbliċi u ċittadini jew negozji (kwistjonijiet amministrattivi, eċċ.).

Barra minn hekk, diversi Stati Membri għandhom istituzzjoni jew qorti sabiex jiżguraw li l-kostituzzjoni tagħhom tiġi rispettata. Bosta minn dawn il-qrati jew istituzzjonijiet jistgħu jintalbu jivverifikaw jekk liġi jew leġiżlazzjoni partikolari tkunx konformi mar-rekwiżiti kostituzzjonali. Uħud minnhom jistgħu jisimgħu kawżi individwali, imma ġeneralment biss fl-aħħar istanza.

Lil hinn mill-informazzjoni pprovduta fil-paġni speċifiċi għall-pajjiżi (ara l-lista ta’ bnadar fuq il-lemin), tista ssib informazzjoni siewja fis-siti elettroniċi Ewropej li ġejjin (il-lista li ġejja tista’ ma tkunx kompluta):

Kif issib il-qorti t-tajba

Jekk inti involut fi proċediment ġudizzjarju, jew qed tistenna li tkun involut f’wieħed, se jkollok bżonn tidentifika l-qorti li hija kompetenti biex tittratta l-każ tiegħek jew, fi kliem ieħor, li għandha ġurisdizzjoni. Jekk inti tindirizza lill-qorti żbaljata jew jekk ikun hemm tilwima rigward il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tirriskja li l-proċeduri jdumu biex jibdew jew saħanistra li l-kawża tiegħek tiġi miċħuda minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.

Jekk kawża f’qorti jkollha dimensjoni transkonfinali u tinvolvi, pereżempju, partijiet li jgħixu fi Stati Membri differenti, l-ewwel se jkollok tidentifika f’liema Stat Membru għandhom isiru l-proċeduri. Is-sezzjoni tal-Portal “Meta titla’ l-qorti” tista’ tiggwidak f’dan il-proċess.

Awtoritajiet u istituzzjonijiet ġudizzjarji oħrajn

Lil hinn mill-qrati, fil-parti l-kbira tal-Istati Membri, is-sistema ġudizzjarja tinkludi awtoritajiet u istituzzjonijiet ġudizzjarji oħrajn li jeżerċitaw awtorità pubblika, bħal prosekuturi pubbliċi jew f’ċerti każijiet avukati tal-Istat, nutara pubbliċi jew marixxalli. Rigward l-avukati privati, in-nutara u professjonijiet relatati b’funzjonijiet importanti fis-sistema ġudizzjarja, jekk jogħġbok ara l-paġna dwar il-professjonijiet legali.

L-uffiċċju tal-prosekuturi pubbliċi jew is-servizz tal-prosekuzzjoni, li f’bosta Stati Membri jitqies bħala parti mill-ġudikatura, għandu rwol essenzjali fil-proċedimenti kriminali. Ir-responsabbiltajiet u l-istatus tal-prosekuturi pubbliċi jvarjaw ferm minn Stat Membru għall-ieħor. Tista’ ssib informazzjoni relatata billi tagħżel il-bandiera tal-Istat Membru rilevanti fis-sezzjoni dwar il-qrati ordinarji, u żżur anki s-siti elettroniċi li ġejjin:

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 26/04/2016