Ġurisdizzjoni
Il-liġi tal-Unjoni Ewropea tista’ tiddetermina liema qorti tittratta każ meta ż-żewġ partijiet f’tilwima jibdew proċedimenti f’pajjiżi differenti tal-UE.
Pereżempju, wara inċident tat-traffiku bejn żewġ persuni li jgħixu l-Ġermanja u Franza rispettivament, jista' jkun li jfittxu lil xulxin għad-danni fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea (UE) jiddetermina liema qrati ta' liema Stati Membri għandhom jieħdu konjizzjoni tal-kawża, sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet kunfliġġenti. Ir-regola ġenerali hija li persuna għandha titfittex fl-Istat fejn hi domiċiljata. Barra minn hekk, regoli oħra dwar il-ġurisdizzjoni jistgħu jiġu invokati bħala alternattiva f’każijiet speċifiċi, pereżempju, il-persuna li tonqos milli teżegwixxi l-kuntratt tista' titfittex fuq il-post tal-prestazzjoni tal-obbligu inkwistjoni (eż., fil-post fejn il-prodotti mixtrija kellhom jiġu kkonsenjati). Jeżistu regoli speċjali biex jipproteġu gruppi bħalma huma l-konsumaturi, il-ħaddiema u l-persuni assigurati.
Fil-liġi tal-familja, jeżistu regoli tal-UE li jiddeterminaw fejn għandha tinstema' tilwima li tikkonċerna d-divorzju, ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew il-manteniment.
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Meta tiddetermina l-Istat Membru t-tajjeb abbażi tar-regoli tal-ġurisdizzjoni, imbagħad trid issib il-qorti kompetenti fil-prattika.
L-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili fih l-ismijiet u l-indirizzi tal-qrati kollha fl-Istati Membri li huma kompetenti fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (qrati tal-prim'istanza, qorti tal-appell, eċċ.) u ż-żoni ġeografiċi li fuqhom għandhom ġurisdizzjoni.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament: 08/10/2020
Ġurisdizzjoni - Belġju
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Ara hawn taħt.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Introduzzjoni
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema legali Belġjana, il-mistoqsijiet 1 u 2.1 se jiġu indirizzati flimkien.
L-ewwel għandha ssir distinzjoni bejn il-ġurisdizzjoni minħabba s-suġġett (compétence d’attribution/volstrekte bevoegdheid, magħrufa wkoll bħala compétence matérielle/materiële bevoegdheid) u l-ġurisdizzjoni territorjali (compétence territoriale/territoriale bevoegdheid).
Kwalunkwe azzjoni tressaq pretensjoni, li spiss ikollha valur monetarju, u l-ambitu tal-ġurisdizzjoni tas-suġġett tal-qorti huwa ddeterminat minn leġiżlazzjoni li tispeċifika n-natura u l-valur tal-pretensjonijiet li tista’ tismagħhom il-qorti.
Din it-tweġiba għall-mistoqsijiet 1 u 2.1 tittratta l-ġurisdizzjoni tas-suġġett.
Il-qrati inferjuri ma għandhomx ġurisdizzjoni fuq il-Belġju kollu. Il-liġi taqsam il-pajjiż f’żoni separati (sottodistretti, distretti, eċċ.). Kull qorti għandha ġurisdizzjoni fiż-żona tagħha biss. Din hija magħrufa bħala ġurisdizzjoni territorjali, li hija deskritta fit-tweġiba għall-mistoqsija 2.2.
Ġurisdizzjoni mingħajr limiti: il-qorti tal-prim’istanza
Il-qorti tal-prim’istanza (tribunal de première instance/rechtbank van eerste aanleg) għandha “ġurisdizzjoni mingħajr limiti” (plénitude de compétence/volheid van bevoegdheid). Dan ifisser li l-qorti tal-prim’istanza, għall-kuntrarju tal-qrati l-oħra, tista’ tisma’ l-każijiet kollha, inklużi l-każijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qrati oħra.
L-Artikolu 568 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek) jiddikjara li l-qorti tal-prim’istanza se tisma’ l-pretensjonijiet kollha ħlief dawk li għandhom jitressqu direttament quddiem il-qorti tal-appell (cour d’appel/hof van beroep) jew il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation/Hof van Cassatie). Il-ġurisdizzjoni mingħajr limiti tal-qorti tal-prim’istanza hija “kondizzjonali”, fis-sens li konvenut jista’ joġġezzjona li l-qorti ma għandhiex ġurisdizzjoni minħabba li qorti oħra għandha ġurisdizzjoni speċjali fuq is-suġġett. Il-qorti tal-prim’istanza għandha wkoll ġurisdizzjoni esklussiva fuq ċerti kwistjonijiet. Ċertu tip ta’ tilwim għandu jitressaq quddiem il-qorti tal-prim’istanza anke meta l-valur tal-pretensjoni jkun inqas minn EUR 2 500, pereżempju jkunu pretensjonijiet relatati mal-istatus personali.
Qrati oħra
Hawn taħt insibu lista tal-qrati l-oħra, flimkien ma’ deskrizzjoni fil-qosor dwar il-ġurisdizzjoni tas-suġġett tagħhom.
a) Il-qorti tal-paċi
Skont l-Artikolu 590 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti tal-paċi (juge de paix/vrederechter) għandha ġurisdizzjoni ġenerali fuq il-pretensjonijiet kollha b’valur inqas minn EUR 2 500, ħlief għal dawk li l-liġi tassenja espressament lil qorti oħra. Lil hinn minn din il-ġurisdizzjoni ġenerali, il-qorti tal-paċi għandha wkoll ġurisdizzjoni speċjali (ara l-Artikoli 591, 593 u 594 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) jew ġurisdizzjoni esklussiva (l-Artikoli 595 u 597 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) fuq ċerti kwistjonijiet irrispettivament mill-valur tal-pretensjoni. Eżempju ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni speċjali tal-qorti tal-paċi huwa tilwim marbut ma’ kirjiet, proprjetà konġunta, drittijiet tal-passaġġ u servitujiet oħra, u ħlasijiet ta’ manteniment. Il-qorti tal-paċi għandha ġurisdizzjoni biex tittratta karti ta’ adozzjoni u r-rikonoxximenti tal-paternità. Esproprjazzjonijiet urġenti u t-tqegħid ta’ siġilli fuq proprjetà jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklussiva tal-qorti tal-paċi.
b) Il-qorti tal-pulizija
Skont l-Artikolu 601 bis tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti tal-pulizija (tribunal de police/politierechtbank) tisma’ l-pretensjonijiet kollha għal kumpens li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku fit-toroq, irrispettivament mill-ammont. Hawnhekk il-qorti tal-pulizija għandha ġurisdizzjoni esklussiva.
c) Il-qorti kummerċjali
Skont l-Artikolu 573 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti kummerċjali (tribunal de commerce/rechtbank van koophandel) tisma’, fl-ewwel istanza, tilwim bejn negozji, jiġifieri tilwim bejn persuni jew kumpaniji involuti f’attività ekonomika fit-tul li huma relatati ma’ atti mwettqa bħala parti minn dik l-attività u li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni speċjali ta’ qorti oħra.
Pretendent mhux tan-negozju li jkun qiegħed jistitwixxi proċedimenti kontra negozju jista’ jagħżel li jressaq il-każ quddiem il-qorti kummerċjali. Il-qorti kummerċjali tisma’ wkoll tilwim relatat ma’ kambjali u noti promissorji.
Minbarra din il-ġurisdizzjoni ġenerali, il-qorti kummerċjali għandha ġurisdizzjoni speċjali u esklussiva f’ċerti każijiet. Il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni speċjali tagħha huma elenkati fl-Artikolu 574 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Dawn jinkludu tilwim relatat ma’ kumpaniji kummerċjali u kawżi relatati man-navigazzjoni marittima u interna. Skont l-Artikolu 574(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-qorti kummerċjali għandha ġurisdizzjoni esklussiva f’kawżi u tilwimiet li jirriżultaw direttament minn proċedimenti ta’ falliment u ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja skont il-Liġi dwar il-Falliment tat-8 ta’ Awwissu 1997 (loi du 8 août 1997 sur les faillites/faillissementswet van 8 augustus 1997) u l-Liġi tal-31 ta’ Jannar 2009 dwar il-kontinwità tan-negozji (loi du 31 janvier 2009 relative à la continuité des entreprises/wet van 31 januari 2009 betreffende de continuïteit van de ondernemingen), fejn dawn huma rregolati mil-liġi partikolari applikabbli għal proċedimenti ta’ falliment u ta’ riorganizzazzjoni ġudizzjarja.
d) It-tribunal tax-xogħol
It-tribunal tax-xogħol (tribunal du travail/arbeidsrechtbank) huwa l-qorti speċjali ewlenija, u għandu ġurisdizzjoni essenzjalment fi kwistjonijiet assenjati lilu speċifikament. Dawn il-kwistjonijiet huma deskritti fl-Artikoli 578 et seq. tal-Kodiċi Ġudizzjarju u huma kif ġej:
- tilwim relatat ma’ impjiegi;
- tilwim relatat ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol;
- tilwim relatat mas-sigurtà soċjali.
It-tribunal tax-xogħol għandu ġurisdizzjoni esklussiva fuq l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikoli 578 sa 582 u mil-Liġi dwar multi amministrattivi applikabbli fil-każ ta’ ksur ta’ ċerti liġijiet soċjali. (loi relative aux amendes administratives applicables en cas d’infraction à certaines lois sociales/wet betreffende de administratieve geldboeten in geval van inbreuk op sommige sociale wetten), kif ukoll fuq pretensjonijiet relatati mal-ħlas kollettiv tad-djun.
e) Imħallfin li jippresjedu l-qrati inferjuri – proċedimenti interlokutorji
L-Artikoli 584 sa 589 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jistipulaw li l-imħallfin li jippresjedu l-qorti tal-prim’istanza, il-qorti kummerċjali u t-tribunal tax-xogħol għandhom is-setgħa, fil-każijiet urġenti kollha, li jieħdu deċiżjonijiet interim fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tagħhom (proċedimenti interlokutorji (référé/kort geding)). Il-kundizzjoni hija li l-każ għandu jkun urġenti u d-deċiżjoni għandha tkun deċiżjoni interim biss, deċiżjoni li ma tippreġudikax il-każ innifsu. Per eżempju l-ordni ta’ investigazzjoni esperta, l-ordni ta’ smigħ ta’ xhud, eċċ.
f) L-imħallef tas-sekwestri
L-imħallef tas-sekwestri (juge des saisies/beslagrechter, ara l-Artikolu 1395 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) jittratta l-pretensjonijiet kollha li jikkonċernaw sekwestri preventivi (saisies conservatoires/bewarende beslagen), l-infurzar ta’ sentenzi, u miżuri meħudin mill-Uffiċċju għal Pretensjonijiet ta’ Manteniment imsemmija mil-Liġi tal-21 ta’ Frar 2003 li tistabbilixxi Uffiċċju għal Pretensjonijiet ta’ Manteniment fi ħdan is-Servizz Pubbliku Federali għall-Finanzi (loi du 21 février 2003 créant un Service des créances alimentaires au sein du SPF Finances/wet van 21 februari 2003 tot oprichting van een Dienst voor alimentatievorderingen bij de FOD Financiën).
g) Il-qorti tal-minorenni
Il-protezzjoni taż-żgħażagħ hija responsabbiltà tal-komunitajiet li jikkomponu l-istat federali Belġjan, iżda l-organizzazzjoni tal-qrati tal-minorenni tibqa’ kwistjoni federali, u hija rregolata mil-Liġi federali tal-Protezzjoni taż-Żgħażagħ tat-8 ta’ April 1965 (loi relative à la protection de la jeunesse du 8 avril 1965/wet op de jeugdbescherming van 8 april 1965). Il-qorti tal-minorenni (tribunal de la jeunesse/jeugdrechtbank) hija diviżjoni tal-qorti tal-prim’istanza li tittratta miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni.
h) Il-qorti tal-familja
Il-qorti tal-familja (tribunal de la famille/familierechtbank) għandha ġurisdizzjoni fit-tilwim kollu relatat mal-familja. B’mod partikolari (l-Artikolu 572 bis tal-Kodiċi Ġudizzjarju), għandha ġurisdizzjoni f’dawn li ġejjin:
- tilwim bejn konjuġi u bejn koabitanti legali;
- tilwim dwar l-awtorità tal-ġenituri;
- tilwim dwar obbligi ta’ manteniment;
- tilwim relatat ma’ arranġamenti ta’ proprjetà matrimonjali.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Il-prinċipju bażiku fis-sistema legali Belġjana huwa li r-rikorrent għandu l-libertà tal-għażla. Il-prattika ġenerali hija prevista fl-Artikolu 624(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Ġeneralment, ir-rikorrent jippreżenta r-rikors quddiem il-qorti tal-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti jkollu l-indirizz tiegħu (domicile/woonplaats).
X’jiġri jekk il-konvenut ikun persuna ġuridika u mhux persuna fiżika? L-indirizz ta’ persuna ġuridika huwa l-post tal-uffiċċju prinċipali tagħha (siège/hoofdzetel), jiġifieri l-post minn fejn hija ġestita.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Ir-rikorrent huwa intitolat li jressaq il-każ quddiem qorti differenti f’ċerti każijiet. Dawn l-opzjonijiet huma deskritti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 624(2) sa (4) tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Minbarra l-qorti tal-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti jkollu l-indirizz tiegħu, ir-rikorrent jista’ jagħżel:
- il-qorti tal-post fejn oriġina wieħed, jew iktar minn wieħed, mill-obbligi tat-tilwima, jew fejn jitwettqu, kienu twettqu jew suppost twettqu l-obbligi;
- il-qorti ta’ indirizz aċċettat għall-eżekuzzjoni tal-att in kwistjoni;
- l-qorti ta’ post fejn marixxall (huissier de justice/gerechtsdeurwaarder) kellem lill-konvenut personalment, jekk il-konvenut jew il-konvenuti ma jkollhomx indirizz fil-Belġju jew barra mill-Belġju.
Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li fi proċedimenti interlokutorji l-ġurisdizzjoni territorjali hija tal-imħallef li jippresjedi l-post fejn għandha tiġi eżegwita s-sentenza.
Fir-rigward tal-ħlasijiet ta’ manteniment, l-Artikolu 626 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jiddikjara li pretensjonijiet relatati ma’ manteniment konness mad-dritt għal assistenza ta’ integrazzjoni soċjali jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-indirizz tar-rikorrent (jiġifieri tal-membru tal-familja intitolat għall-manteniment).
Dawn ir-regoli, stabbiliti fl-Artikoli 624 u 626, huma regoli li japplikaw fin-nuqqas ta’ xi dispożizzjoni għall-kuntrarju, u l-partijiet huma liberi li jiddevjaw minnhom. Il-partijiet jistgħu għalhekk jidħlu fi ftehim ta’ għażla tal-qorti li jipprovdi li kwalunkwe tilwima għandha titressaq biss quddiem qrati speċifikati fl-ewwel istanza.
Madankollu, hemm xi eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju bażiku tal-libertà tal-għażla.
Il-leġiżlazzjoni tidentifika numru ta’ każijiet fejn ir-rikorrent ma jkollux għażla. Dawn il-każijiet huma elenkati prinċipalment fl-Artikoli 627 sa 629 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Xi eżempji huma:
- f’tilwim relatat ma’ kuntratti ta’ impieg (l-Artikolu 627(9)): il-ġurisdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn tkun allokata l-minjiera, il-fabbrika, il-workshop, il-ħanut, l-uffiċċju jew, b’mod ġenerali, il-bini użat biex jitwettaq in-negozju jew issir il-professjoni jew l-attività tal-kumpanija, l-assoċjazzjoni jew il-grupp;
- f’applikazzjonijiet għal divorzju jew separazzjoni legali fuq il-bażi ta’ falliment irriversibbli (l-Artikolu 628(1)): il-ġurisdizzjoni tkun tal-qorti tal-post tal-aħħar residenza konjugali jew tal-indirizz tal-konvenut.
Anke f’dawn il-każijiet, xorta hemm xi libertà tal-għażla. L-Artikolu 630 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jiddikjara li wara li tkun inħolqot tilwima, il-partijiet jistgħu jaqblu li jiddevjaw minn dawn id-dispożizzjonijiet legali. Madankollu, kull ftehim bħal dan magħmul qabel tkun inħolqot it-tilwima huwa null u bla effett.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
F’ċerti każijiet, u b’mod partikolari dawk deskritti fl-Artikoli 631 sa 633 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, qorti waħda għandha ġurisdizzjoni territorjali esklussiva. F’dak il-każ, ir-rikorrent ma jkollux għażla, u l-ebda ftehim dwar l-għażla tal-qorti ma jista’ jsir la qabel u lanqas wara li tinħoloq it-tilwima. Dawn il-każijiet jinkludu dan li ġej:
- Falliment (l-Artikolu 631(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju): Il-qorti kummerċjali li jkollha ġurisdizzjoni biex tiddikjara falliment hija l-qorti tal-post fejn in-negozjant għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew, fil-każ ta’ persuna ġuridika, fejn għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fid-data tal-petizzjoni jew tar-rikors għall-falliment lill-qrati. Falliment sekondarju: il-qorti kummerċjali tal-post fejn il-parti falluta jkollha l-post tan-negozju rilevanti. Meta jkun hemm diversi postijiet tan-negozju, il-qorti bil-ġurisdizzjoni hija l-ewwel qorti li jiġi ppreżentat r-rikors quddiemha.
- Riorganizzazzjoni ġudizzjarja (l-Artikolu 631(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju): Il-qorti kummerċjali li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-qorti tal-post fejn id-debitur għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu, jew, fil-każ ta’ persuna ġuridika, fejn ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fid-data meta jiġi ppreżentat ir-rikors.
- Tilwim relatat mal-applikazzjoni tal-liġi fiskali (l-Artikolu 632): Il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni hija l-qorti li tinsab fis-sede tal-qorti tal-appell tal-post fejn jinsab l-uffiċċju li permezz tiegħu kienet se tinġabar it-taxxa jew għandha tinġabar it-taxxa, jew, jekk it-tilwima ma tkunx relatata mal-ġbir tat-taxxa, il-post fejn hija stabbilita l-awtorità fiskali li ħadet id-deċiżjoni kkontestata. Madankollu, meta l-proċedimenti jsiru bil-Ġermaniż, il-qorti tal-prim’istanza ta’ Eupen għandha ġurisdizzjoni unika.
- Pretensjonijiet li jikkonċernaw is-sekwestru preventiv u l-miżuri ta’ infurzar (l-Artikolu 633): Il-qorti tal-post tas-sekwestru għandha ġurisdizzjoni, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor bil-liġi. Fil-każ ta’ mandat ta’ sekwestru (saisie-arrêt/beslag onder derden), il-qorti bil-’ġurisdizzjoni hija l-qorti tal-post fejn il-parti sekwestrata jkollha l-indirizz tagħha. Meta l-indirizz tal-parti ssekwestrata jkun barra l-Belġju jew ma jkunx magħruf, il-qorti bil-ġurisdizzjoni tkun il-qorti tal-post tal-infurzar tas-sekwestru (ara wkoll l-Artikolu 22(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali).
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Kif diġà ġie ddikjarat hawn fuq, ir-regoli tal-Artikoli 624 u 626 japplikaw fin-nuqqas ta’ xi dispożizzjoni għall-kuntrarju, u l-partijiet huma liberi li jiddevjaw minnhom. Il-partijiet jistgħu jidħlu fi ftehim ta’ għażla tal-qorti li jipprovdi li kwalunkwe tilwima għandha titressaq biss quddiem qrati speċifikati fl-ewwel istanza.
Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikoli 627 sa 629 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, ma jistax isir ftehim dwar l-għażla tal-qorti qabel tinħoloq it-tilwima. Madankollu, skont l-Artikolu 630, tali ftehimiet huma permessi wara li tinħoloq it-tilwima.
Fil-każijiet deskritti fl-Artikoli 631 sa 633 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, mhuwiex permess li jsir ftehim ta’ għażla tal-qorti.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab fit-tweġiba għall-mistoqsijiet 1 u 2.
Links
Artikoli relevanti tal-Kodiċi Ġudizzjarju: Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja
- Ikklikkja fuq Législation consolidée/Geconsolideerde wetgeving (Leġiżlazzjoni konsolidata).
- Taħt Nature juridique/Juridische aard (Natura legali), agħżel Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek (Kodiċi Ġudizzjarju).
- Fil-qasam Mot(s)/Woord(en) (Kelma/Kelmiet), ikteb “624”.
- Ikklikkja fuq Recherche/Opzoeking (Fittex).
- Ikklikkja fuq Liste/Lijst (Lista).
* Ikklikkja fuq Justice de A à Z/Justitie van A tot Z (L-A sa Ż tal-Ġustizzja).
* Agħżel: Cours: compétence/Hoven: bevoegdheid (Qrati: ġurisdizzjoni).
Għajnuna biex issib il-qorti b’ġurisdizzjoni territorjali: Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja
- Ikklikkja fuq Compétence territoriale/Territoriale bevoegdheid (Ġurisdizzjoni territorjali).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 25/09/2019
Ġurisdizzjoni - Bulgarija
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Skont il-Kostituzzjoni Bulgara, l-eżerċizzju tal-ġustizzja jsir mill-Qorti Suprema, il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-qrati tal-appell, il-qrati provinċjali, il-qrati militari u l-qrati distrettwali. Jistgħu jiġu stabbiliti wkoll qrati speċjalizzati b'att leġiżlattiv. Mhumiex permessi qrati straordinarji. Skont l-Att dwar l-Awtorità Ġudizzjarja, il-qrati amministrattivi huma bbażati fl-istess lokalitajiet u għandhom l-istess ġuriżdizzjoni territorjali bħall-qrati provinċjali. Jekk tkun tixtieq li deċiżjoni ta' awtorità pubblika tiġi emendata, irtirata jew imħassra jew jekk trid li l-qorti tordna lil awtorità pubblika toħroġ deċiżjoni partikolari, jekk temmen li awtorità pubblika tkun ħadet azzjoni ħażina jew għamlet ħażin billi naqset milli tieħu azzjoni, trid tippreżenta r-rikors f'qorti amministrattiva, sakemm il-każ tiegħek ma jkunx taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Ma hemm l-ebda qorti speċjalizzata oħra. Jekk tkun parti f'tilwima ċivili, il-każ tiegħek jinstema' minn qorti ċivili ordinarja. Skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, japplikaw regoli proċedurali speċjali fi kwistjonijiet ta' urġenza speċjali, f'każijiet li jirrigwardaw żwieġ u l-istat ċivili, interdizzjoni, diviżjoni ġudizzjarja, protezzjoni u restituzzjoni tad-drittijiet ta' pussess fuq proprjetà, stipulazzjoni ta' atti pubbliċi u azzjonijiet kollettivi. Skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, japplikaw ukoll regoli proċedurali speċjali għal ċerti proċedimenti ta' ġuriżdizzjoni volontarja, bħal talbiet għal mandati eżekuttivi. Skont l-Att dwar il-Kummerċ, japplikaw ukoll regoli speċjali għall-proċedimenti ta' insolvenza mismugħa mis-sezzjonijiet kummerċjali jew mill-qrati provinċjali meta jkollhom ġuriżdizzjoni inizjali.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Bulgaru, trid tippreżenta rikors fil-qorti distrettwali (rayonen sad), sakemm il-każ tiegħek ma jkunx ta' tip li jkollhom il-ġuriżdizzjoni inizjali għalih il-qrati provinċjali (okrazhen sad).
Trid tippreżenta rikors f'qorti provinċjali jekk il-każ tiegħek jikkonċerna: konstatazzjoni jew kontestazzjoni tar-rabta ta' filjazzjoni, ir-revoka ta' adozzjoni, it-tqegħid taħt interdizzjoni jew ir-revoka tagħha,
- is-sjieda ta' drittijiet in rem fuq proprjetà jekk il-valur tat-talba tkun taqbeż il-BGN 50 000,
- tilwima ċivili jew kummerċjali fuq somma ta' iktar minn BGN 25 000 (sakemm il-każ tiegħek ma jkunx dwar ħlasijiet ta’ manteniment, talba skont il-liġi tax-xogħol jew l-irkupru ta' nfiq mhux awtorizzat),
- reġistrazzjoni ta' kumpanija inammissibbli, nulla jew skorretta li l-liġi tistipula li l-qrati provinċjali jkollhom il-ġuriżdizzjoni inizjali,
- tilwima suġġetta għall-eżami minn qorti provinċjali skont leġiżlazzjoni oħra,
- talbiet, irrispettivament mill-valur tagħhom, magħquda f'rikors wieħed fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti provinċjali, jekk ikunu jridu jiġu eżaminati bl-istess proċedura.
Jekk tixtieq tiddefendi drittijietek bħala soċju ta’ kumpanija, tikkontesta deċiżjoni tal-azzjonisti ta' kumpanija, tikseb il-kanċellazzjoni tal-inkorporazzjoni ta' kumpanija, tikseb l-għeluq ta' kumpanija jew tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza, trid tippreżenta rikors fil-qorti provinċjali ta' fejn il-kumpanija jkollha l-post ta' kummerċ irreġistrat tagħha.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Trid tippreżenta r-rikors fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fid-distrett (rayon) fejn il-konvenut ikun residenti jew ikollu l-post ta' kummerċ irreġistrat jew l-uffiċċju prinċipali tiegħu.
Jekk it-tilwima tiegħek hija ma' istituzzjoni governattiva jew persuna ġuridika, trid tippreżenta r-rikors fil-qorti fejn ikollhom il-kwartieri ġenerali jew is-sede tagħhom. Jekk ikollok tilwima direttament ma' fergħa ta' kumpanija, tista' tippreżenta rikors fil-qrati ta' fejn tinsab dik il-fergħa.
Jekk tixtieq tiftaħ kawża ċivili kontra l-Istat Bulgaru trid tippreżenta rikors fil-qrati fid-distrett fejn inqalgħet il-kwistjoni, jew, jekk dan ma jkunx fil-Bulgarija, fil-qrati ta' Sofija.
Jekk tixtieq tiftaħ kawża ċivili kontra xi ħadd li ma għandux indirizz magħruf, trid tippreżenta rikors fil-qrati fid-distrett fejn ikun residenti l-avukat jew ir-rappreżentant legali tiegħu, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fil-qrati tal-post fejn tkun residenti int. Dan japplika wkoll f'każ li l-persuna ma tkunx residenti l-Bulgarija. Jekk lanqas int m'inti residenti l-Bulgarija, trid tippreżenta rikors fil-qrati ta' Sofija.
Jekk tixtieq tiftaħ kawża kontra minuri jew kontra xi ħadd mingħajr kapaċità ġuridika, trid tippreżenta rikors fil-qrati fejn ikun residenti r-rappreżentant legali tiegħu.
Jekk il-kawża tiegħek tkun dwar wirt, l-irtirar sħiħ jew parzjali ta' testment, il-qasma tal-wirt jew il-kanċellazzjoni ta' qasma volontarja, trid tippreżenta rikors fil-qrati fejn jiġi amministrat it-testment. Jekk il-mejjet ikun ċittadin Bulgaru, imma t-testment ikun amministrat f'pajjiż ieħor, trid tippreżenta rikors jew lill-qrati tal-aħħar post ta' residenza Bulgara tal-mejjet, jew tal-post fejn jinsab il-patrimonju.
Biex tikkontesta deċiżjoni maħruġa minna awtorità pubblika, trid tippreżenta rikors fil-Qorti Amministrattiva (Administrativen sad) għall-uffiċċju prinċipali tal-awtorità. Jekk dak ma jkunx fil-Bulgarija, il-kawża tiegħek taqa' taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Amministrattiva tal-Belt ta’ Sofija (Administrativen sad – grad Sofia).
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Għal talbiet finanzjarji bbażati fuq kuntratt, tista' tippreżenta rikors fil-qrati fejn tirrisjedi attwalment il-parti l-oħra.
Jekk tixtieq titlob manteniment, tista' tippreżenta rikors ukoll fil-qrati tal-post ta' residenza permanenti tiegħek.
Jekk ikollok talba dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, tista' tippreżenta rikors fil-qrati ta' fejn inti residenti bħalissa jew b'mod permanenti.
Il-ħaddiema jistgħu jiftħu kawża kontra min iħaddimhom fil-post abitwali tax-xogħol tagħhom.
Tilwim skont il-liġi tax-xogħol bejn barranin, kumpaniji jew impriżi konġunti li għandhom il-post ta' kummerċ irreġistrat tagħhom fil-Bulgarija minn naħa u impjegati barranin li jaħdmu magħhom fil-Bulgarija min-naħa l-oħra, huma taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati fil-post ta' kummerċ irreġistrat tal-impjegatur, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor.
Tilwim dwar il-liġi tax-xogħol bejn impjegati b'ċittadinanza Bulgara li jaħdmu barra l-pajjiż għal impjegaturi Bulgari jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta' Sofija jekk il-kawża tinfetaħ kontra l-impjegatur, u tal-qrati tar-residenza Bulgara tal-impjegat jekk il-kawża tkun kontra l-impjegat.
Jekk ġarrabt dannu inġust, għandek l-għażla li tiftaħ il-kawża tiegħek quddiem il-qrati ta' fejn seħħ id-dannu.
Jekk trid tiftaħ kawża kontra partijiet li jinsabu f'distretti ġudizzjarji differenti jew jekk il-kawża tiegħek tikkonċerna proprjetà mifruxa f'iktar minn distrett ġudizzjarju wieħed, tista' tippreżenta r-rikors fil-qrati ta' wieħed minn dawk id-distretti.
Jekk inti jew l-organizzazzjoni tiegħek tridu titolbu kumpens għal danni ġejjin minn deċiżjoni maħruġa minn awtorità pubblika, tista' tippreżenta rikors fil-qrati fejn tkun residenti jew fejn ikollok il-post ta' kummerċ irreġistrat tiegħek, sakemm it-talba tiegħek ma tkunx magħquda ma' appell kontra d-deċiżjoni stess.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Jekk il-kawża tiegħek tkun dwar drittijiet in rem, id-diviżjoni ta' koproprjetà jew l-istituzzjoni ta' konfini jew il-protezzjoni u r-restituzzjoni tad-drittijiet ta' pussess fuq proprjetà immobbli, trid tippreżenta rikors fil-qrati ta' fejn tinsab il-proprjetà. Barra minn hekk, trid tippreżenta rikors fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-proprjetà jekk il-kawża tiegħek tkun dwar att pubbliku li jikkonferma d-drittijiet in rem f'dik il-proprjetà jew dwar ir-riżoluzzjoni, ix-xoljiment jew l-annullament ta' att ta' proprjetà immobbli.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Madankollu, il-partijiet f'tilwima ta' proprjetà jistgħu jaqblu li ma japplikawx ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni territorjali billi jiffirmaw ftehim li jikkonferixxi l-ġuriżdizzjoni lil qorti partikolari. Madankollu, dan mhux possibbli meta l-kawża tiegħek tkun dwar drittijiet in rem, id-diviżjoni ta' koproprjetà, l-istituzzjoni ta' konfini jew il-protezzjoni u r-restituzzjoni tad-drittijiet ta' pussess fuq proprjetà immobbli, att pubbliku li jikkonferma drittijiet in rem fuq proprjetà jew dwar ir-riżoluzzjoni, ix-xoljiment jew l-annullament ta' att ta' proprjetà immobbli.
Jekk il-kawża tiegħek tkun dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jew dwar il-liġi tax-xogħol u tkun qbilt ma' parti jew partijiet oħra dwar liema qorti jkun se jkollha l-ġuriżdizzjoni, dak il-ftehim ikun validu biss jekk ikun iffirmat wara li tinqala' t-tilwima.
Jekk għandek pretensjoni finanzjarja, inti u l-parti l-oħra tistgħu taqblu li ssolvu l-kwistjoni bl-arbitraġġ, sakemm ma tkunx tikkonċerna drittijiet in rem jew proprjetà immobbli, il-ħlasijiet ta' manteniment jew il-liġi tax-xogħol. Sabiex jinfetħu proċedimenti ta' arbitraġġ, il-partijiet involuti kollha jridu jikkonkludu ftehim proċedurali speċjali (arbitrazhno sporazumenie jew ftehim ta’ arbitraġġ). Il-qorti tal-arbitraġġ tista' tuża kull sors rilevanti ta' dritt internazzjonali u sors Bulgaru speċifiku: l-Att dwar it-Tilwim Kummerċjali Internazzjonali (Zakon za mezhdunarodniya targovski arbitrazh). Skont din il-liġi, ftehim ta' arbitraġġ ifisser li l-partijiet kollha involuti jitolbu li qorti tal-arbitraġġ issolvi t-tilwim kollu li jista' jinqala' jew li nqala' bejniethom jew parti minnu f'relazzjoni kuntrattwali jew nonkuntrattwali. Il-ftehim jista' jieħu l-forma ta' klawżola ta’ arbitraġġ f'kuntratt ieħor jew ta' ftehim separat. Ftehim ta' arbitraġġ irid ikun bil-miktub. Qorti tal-arbitraġġ tista' tkun istituzzjoni permanenti jew tinta' tinħoloq biex tiġi solvuta tilwima partikolari. Qorti tal-arbitraġġ jista' jkollha s-sede barra mill-Bulgarija jekk waħda mill-partijiet tkun normalment ibbażata barra mill-Bulgarija, ikollha l-post ta' kummerċ hemmhekk skont l-istatuti tagħha jew ikollha l-maniġment ċentrali tagħha hemmhekk.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
L-uniċi qrati speċjalizzati f'materji ċivili fil-Bulgarija huma l-qrati amministrattivi.
Il-ġuriżdizzjoni tal-kawżi amministrattivi kollha hija tal-qrati amministrattivi, ħlief dawk li huma taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha ġuriżdizzjoni inizjali jekk tixtieq tikkontesta: regolament maħruġ minn awtorità pubblika li mhux kunsill muniċipali, regolament maħruġ mill-Kunsill tal-Ministri, mill-Prim Ministru, mill-Viċi Prim Ministru jew Ministru, deċiżjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, regolament maħruġ mill-Bank Nazzjonali Bulgaru jew kull regolament ieħor li l-liġi tistipula li l-ġuriżdizzjoni inizjali fuqhom hija tal-Qorti Amministrattiva Suprema.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 27/09/2018
Ġurisdizzjoni - Repubblika Ċeka
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Id-dritt ċivili Ċek ma għandux regoli proċedurali li jinnominaw qrati speċjalizzati sabiex jittrattaw tipi speċifiċi ta’ kawżi. F’kawżi ċivili, il-qorti ġenerali għandha, fil-prinċipju, il-ġuriżdizzjoni sabiex issolvi tilwim fil-materji kollha tad-dritt ċivili. Dawn huma definiti materjalment b’mod li fi proċeduri ġudizzjarji ċivili, il-qrati għandhom jisimgħu u jiddeċiedu dwar tilwim u kawżi legali oħra li joħorġu minn relazzjonijiet regolati mid-dritt privat (l-Artikolu 7(1) tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat). Barra minn hekk, daħlet fis-seħħ liġi ġdida fir-Repubblika Ċeka mill-1.1. 2014, l-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali. Skont dan l-Att, il-qrati jittrattaw u jiddeċiedu dwar il-materji legali stabbiliti f’dan l-Att.
F’ċerti każijiet, leġiżlazzjoni speċjali tagħti s-setgħa li jiddeċiedu dwar materji relatati mad-dritt ċivili lill-awtoritajiet amministrattivi. Madankollu, f’dan il-każ id-deċiżjoni mill-awtorità amministrattiva dejjem tista' tiġi rieżaminata suċċessivament minn qorti ċivili fi proċeduri skont il-Parti Ħamsa tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat (l-Artikolu 244 et seq.).
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Fir-Repubblika Ċeka, il-qrati ċivili tal-prim’istanza huma l-qrati distrettwali u l-qrati reġjonali u, f’każijiet rari, il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka.
1. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu proċeduri fil-prim’istanza, sakemm il-liġi ma tipprovdix espliċitament li l-qrati reġjonali jew il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka jkollhom il-ġuriżdizzjoni.
2.
a) Skont l-Att Nru 99/1963 Coll., il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fuq il-kawżi li ġejjin fil-prim’istanza:
- f’tilwim rigward is-saldu reċiproku ta’ ħlasijiet żejda ta’ allowance tal-assigurazzjoni għall-pensjoni, assigurazzjoni tal-mard, appoġġ soċjali mill-istat u assistenza għal ħtiġijiet materjali u f’tilwim fir-rigward tas-saldu reċiproku ta’ kumpens eċċessiv imħallas b’riżultat tal-intitolament għal benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-mard,
- f’tilwim rigward l-illegalità ta’ strajk jew lockout,
- f’tilwim fir-rigward ta’ stat barrani jew persuni li jgawdu immunitajiet u privileġġi diplomatiċi jekk dan it-tilwim jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati Ċeki,
- f’tilwim rigward l-annullament tad-deċiżjoni ta’ arbitru dwar l-eżekuzzjoni tal-obbligi li joħorġu minn ftehim kollettiv,
- f’kawżi li jsegwu minn relazzjonijiet legali marbuta mal-istabbiliment ta’ korporazzjonijiet kummerċjali, fondazzjonijiet, dotazzjonijiet u fondi ta’ dotazzjoni u f’tilwim bejn korporazzjonijiet kummerċjali, is-sħab jew il-membri tagħhom kif ukoll f’tilwim bejn sħab u membri li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-korporazzjoni kummerċjali,
- f’tilwim bejn korporazzjonijiet tan-negozju, is-sħab jew il-membri tagħhom u membri tal-korpi statutorji tagħhom jew il-likwidaturi, jekk it-tilwim jirrigwarda l-eżerċizzju tal-uffiċċju ta’ membri tal-korpi statutorji jew il-likwidazzjoni,
- f’tilwim li jirriżulta mil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur,
- f’tilwim li jirrigwarda l-protezzjoni ta’ drittijiet miksura jew mhedda b’kompetizzjoni inġusta jew restrizzjonijiet illegali fuq il-kompetizzjoni,
- f’materji li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-isem u r-reputazzjoni ta’ persuna ġuridika,
- f’tilwim rigward is-sigurtà finanzjarja u tilwim relatat ma’ kambjali, ċekkijiet u strumenti ta’ investiment,
- f’tilwim li jirriżulta minn kummerċ tas-suq tal-materja prima,
- f’materji relatati mal-Assemblej Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tas-Sidien u tilwim li jirriżulta minnhom,
- f’materji relatati mat-trasformazzjoni ta’ kumpaniji u kooperattivi, inkluża kwalunkwe proċedura ta’ kumpens, skont regolament ġuridiku speċjali,
- f’tilwim rigward ix-xiri ta’ impjant, il-lokazzjoni ta’ impjant jew ta’ parti minnu,
- f’tilwim dwar kuntratti għal xogħol ta’ bini li jkunu kuntratti pubbliċi ’l fuq mil-limitu, inklużi l-provvisti neċessarji sabiex jitwettqu dawk il-kuntratti.
b) Skont l-Att Nru 292/2013 Coll., il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fuq il-kawżi li ġejjin fil-prim’istanza:
- rigward l-istatus tal-entitajiet ġuridiċi, inklużi x-xoljiment u l-likwidazzjoni tagħhom, il-ħatra u t-tneħħija tal-membri tal-korpi statutorji tagħhom jew il-likwidatur, it-trasformazzjoni tagħhom u kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istatus ġeneralment ta’ benefiċċju tagħhom,
- f’materji ta’ kustodja tal-entitajiet ġuridiċi,
- rigward id-depożiti biex jiġu ssodisfati l-obbligi sabiex jiġu pprovduti konsiderazzjoni jew kumpens lil aktar minn persuna waħda abbażi ta’ deċiżjoni tal-qorti skont l-Att dwar il-Korporazzjonijiet Kummerċjali jew l-Att dwar it-Trasformazzjoni tal-Kumpaniji u l-Kooperattivi (minn hawnhekk ’il quddiem id-“depożitu obbligatorju”),
- f’materji li jirrigwardaw is-suq kapitali,
- dwar il-kunsens preliminari sabiex jitwettqu investigazzjonijiet f’materji ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni,
- dwar is-sostituzzjoni tal-kunsens ta’ rappreżentant tal-Kamra tal-Avukati Ċeka jew tal-Kamra tal-Konsulenti tat-Taxxa għall-aċċess għall-kontenut tad-dokumenti.
3. Il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka għandha ġuriżdizzjoni fil-prima u l-unika istanza fi proċeduri sabiex tirrikonoxxi sentenzi barranin dwar divorzju, separazzjoni legali, annullament ta’ żwieġ u tiddetermina jekk iż-żwieġ jeżistix jew le, jekk mill-anqas waħda mill-partijiet tkun ċittadina tar-Repubblika Ċeka, skont l-Artikolu 51 tal-Att Nru 91/2012 Coll., dwar id-dritt internazzjonali privat. Madankollu, din il-proċedura ma tiġix segwita fir-rikonoxximent ta’ sentenzi minn Stati Membri oħra tal-UE f’kawżi fejn japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, jew fejn japplika trattat bilaterali jew multilaterali li jipprevedi proċedura għajr il-liġi Ċeka.
Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni wkoll fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-rikonoxximent ta’ sentenza barranija li tistabbilixxi jew tiċħad il-filjazzjoni, skont l-Artikolu 55 tal-Att Nru 91/2012 Coll., dwar id-dritt internazzjonali privat.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Iċ-ċirkustanzi li jkunu jeżistu fiż-żmien li jinbdew il-proċeduri huma determinanti sabiex tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni ratione materiae (ara l-mistoqsija 2.1) u l-ġuriżdizzjoni territorjali. Kwalunkwe bidla sussegwenti f’dawn iċ-ċirkustanzi (eż. bidla fil-post tar-residenza tal-konvenut) tkun, bi ftit eċċezzjonijiet (trasferiment tal-ġuriżdizzjoni għal kawżi li jirrigwardaw il-kustodja ta’ minorenni, il-kustodja u proċeduri dwar il-kapaċità legali), irrilevanti.
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 105 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti, bħala regola, tkun awtorizzata li teżamina l-ġuriżdizzjoni territorjali fil-bidu tal-proċeduri biss – sat-tmiem tal-proċeduri preparatorji, jew f'każ li ma jkunx hemm proċeduri preparatorji, qabel ma tibda tisma’ l-merti tal-każ, jiġifieri sakemm issejjaħ lir-rikorrent biex iressaq rikors matul il-proċeduri inizjali, jew sakemm toħroġ deċiżjoni fil-każ li tiddeċiedi mingħajr smigħ. Sussegwentement, il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tiġi eżaminata biss jekk ma jkunux saru proċeduri preparatorji u parti tkun qajmet oġġezzjoni għall-ġuriżdizzjoni lokali fl-ewwel okkażjoni li kellha d-dritt li tagħmel dan. Huwa possibbli li, f’ċerti każijiet, għadd ta’ qrati jkollhom il-ġuriżdizzjoni territorjali. Ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn il-qorti ġenerali u l-qrati nnominati fl-Artikolu 87 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (eż. skont il-post tax-xogħol, f’każijiet ta’ kumpens skont il-post fejn tkun seħħet il-ħsara). Ir-rikorrent irid jagħżel sa mhux aktar tard minn meta jiġi ppreżentat ir-rikors – il-qorti fejn ikunu nbdew l-ewwel il-proċeduri jkollha l-ġuriżdizzjoni.
Għal materji legali speċifiċi, il-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi determinata bl-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Ir-regoli bażiċi tal-ġuriżdizzjoni territorjali huma stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 86 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u fl-Artikolu 4 tal-Att Nru 292/2013 Coll. Madankollu, wieħed għandu jiftakar li f’ċerti każijiet, il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tiġi rregolata b’liġi tal-UE li tapplika direttament, li tieħu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, li ma jirregolax biss il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll il-ġuriżdizzjoni territorjali), li jfisser li r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali skont il-liġi Ċeka mhux dejjem japplikaw.
Ir-regola bażika fl-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili hija li l-qorti tal-ġuriżdizzjoni ġenerali hija l-qorti ġenerali tal-konvenut. Il-qorti ġenerali hija dejjem il-qorti distrettwali. Fejn qorti reġjonali jkollha ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza (ara l-mistoqsija 2.1), il-qorti reġjonali li fid-distrett tagħha tkun tinsab il-qorti (distrettwali) ġenerali tal-parti, ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Fejn issir talba kontra diversi konvenuti, il-qorti ġenerali ta’ kwalunkwe wieħed minnhom ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali.
Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha r-residenza tagħha u jekk il-parti ma jkollhiex, f’dak il-każ il-qorti tad-distrett fejn tkun qiegħda toqgħod. Residenza hija mifhuma li tfisser il-post fejn individwu jkun qiegħed jgħix bl-intenzjoni li jibqa’ hemmhekk b’mod permanenti (huwa possibbli li jkun hemm għadd ta’ postijiet bħal dawn, f’liema każ it-tali qrati kollha jkunu l-qorti ġenerali).
Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika involuta fin-negozju, għall-kawżi li jirriżultaw minn attivitajiet tan-negozju, hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha l-post tan-negozju tagħha (il-post tan-negozju huwa l-indirizz imdaħħal fir-reġistru pubbliku); jekk hija ma jkollhiex post tan-negozju, il-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha r-residenza tagħha u jekk il-parti ma jkollhiex, il-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun qiegħda toqgħod.
Il-kriterju għall-istabbiliment tal-qorti ġenerali ta’ entità legali huwa l-uffiċċju rreġistrat tagħha (ara l-Artikoli 136 – 137 tal-Att Nru 89/2012 Coll., il-Kodiċi Ċivili).
Il-qorti ġenerali ta’ trustee f’insolvenza matul it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha huwa jkollu uffiċċju rreġistrat.
Japplikaw regoli speċjali għall-qorti ġenerali tal-Istat (il-qorti tad-distrett fejn l-unità organizzattiva tal-istat b’ġuriżdizzjoni skont regolament ġuridiku speċjali jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, u, jekk il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dan il-mod, il-qorti li fid-distrett tagħha jkunu seħħew iċ-ċirkustanzi li wasslu għad-dritt mitlub), muniċipalità (il-qorti tad-distrett fejn tkun tinsab il-muniċipalità) u unità awtonoma territorjali superjuri (il-qorti tad-distrett fejn il-korpi amministrattivi tagħha jkollhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom).
Jekk il-konvenut, li jkun ċittadin tar-Repubblika Ċeka, ma jkollux qorti ġenerali, jew ma jkollux qorti ġenerali fir-Repubblika Ċeka, il-qorti li fid-distrett tagħha huwa kellu l-aħħar residenza magħrufa fir-Repubblika Ċeka, ikollha l-ġuriżdizzjoni. Id-drittijiet ta’ proprjetà jistgħu jiġu eżerċitati kontra xi ħadd li ma jkollux qorti kompetenti oħra fir-Repubblika Ċeka mill-qorti tad-distrett fejn ikunu jinsabu l-assi tiegħu.
Rikors (talba għall-bidu ta’ proċeduri) kontra persuna barranija jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem qorti li l-impjant tagħha fir-Repubblika Ċeka jew unità organizzattiva tal-impjant tagħha jkunu jinsabu fid-distrett tagħha.
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali jgħidu li l-ġuriżdizzjoni għall-proċeduri hija tal-qorti ġenerali ta’ persuni li l-proċeduri jkunu qegħdin isiru fl-interess tagħha, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dak l-Att. Il-qorti ġenerali ta’ minorenni li ma jkollux kapaċità legali sħiħa hija l-qorti li l-minorenni jkollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha kif stabbilit bi ftehim bejn il-ġenituri jew b’deċiżjoni tal-qorti jew b’ċirkustanzi deċiżjonali oħra.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Minbarra l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti ġenerali tal-konvenut, teżisti ġuriżdizzjoni territorjali speċjali oħra, li hija (a) il-ġuriżdizzjoni territorjali speċjali b’għażla (ara l-mistoqsija 2.2.2.1 hawn taħt) u (b) il-ġuriżdizzjoni territorjali speċjali esklużiva (ara l-mistoqsija 2.2.2.2 hawn taħt). Huwa possibbli wkoll ftehim ta’ proroga għal materji kummerċjali (ara l-mistoqsija 2.2.2.3 hawn taħt).
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tal-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali, jekk iċ-ċirkustanzi li jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni jinbidlu fi proċeduri dwar il-kustodja ta’ minorenni mill-qorti, f’materji ta’ kustodja u fi proċeduri dwar il-kapaċità ġuridika il-qorti għandha d-dritt li tittrasferixxi l-ġuriżdizzjoni tagħha lil qorti oħra, jekk dan ikun fl-interess tal-minorenni, tat-tutur jew tal-persuna li tkun qiegħda tiġi deċiża l-kapaċità ġuridika tagħha. Madankollu, it-trasferiment tal-ġuriżdizzjoni skont dan il-paragrafu dejjem jiddependi fuq il-konsiderazzjoni tal-qorti.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Din hija l-hekk imsejħa “ġuriżdizzjoni territorjali speċjali b’għażla” li hija regolata mill-Artikolu 87 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Ir-rikorrent jista’ jagħżel jekk jippreżentax rikors quddiem il-qorti ġenerali tal-konvenut jew f’qorti oħra b’ġuriżdizzjoni territorjali. Madankollu jridu jiġu rrispettati r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali – jekk qorti reġjonali jkollha l-ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza, ir-rikorrent irid jippreżenta rikors fil-qorti reġjonali. Malli r-rikors ikun ġie ppreżentat lill-qorti, ir-rikorrent ma jistax jibdel l-għażla tiegħu. Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun regolata b’regolament tal-UE li japplika direttament, li jkollu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001, li jirregola mhux biss il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll il-ġuriżdizzjoni territorjali), ma jistgħux jiġu applikati r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali bbażata fuq għażla skont il-liġi Ċeka.
Minflok il-qorti ġenerali tal-konvenut, ir-rikorrent jista’ jagħżel qorti li fid-distrett tagħha:
- il-konvenut ikollu l-post tax-xogħol permanenti tiegħu;
- ikunu seħħew iċ-ċirkustanzi li jwasslu għad-dritt għal kumpens;
- tkun tinsab l-unità organizzattiva tal-impjant ta’ persuna fiżika jew ġuridika, li tkun il-konvenut, jekk it-tilwima tkun tirrigwarda din l-unità;
- persuna li torganizza suq irregolat jew topera sistema kummerċjali multilaterali jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, fil-każ ta’ tilwima kummerċjali
- dwar suq irregolat organizzat minn din il-persuna, jew is-saldu ta’ dak in-negozju, jew
- f’sistema kummerċjali multilaterali operata minn din il-persuna, jew is-saldu ta’ dak il-kummerċ,
- ikun jinstab il-post tal-pagament, meta jiġi eżerċitat dritt li joħroġ minn kambjala, nota promettenti jew titolu ieħor;
- ikun jinstab l-uffiċċju rreġistrat ta’ suq tal-materja prima, fil-każ ta’ tilwima li tirrigwarda kummerċ f'suq tal-materja prima.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Din hija l-hekk imsejħa “ġuriżdizzjoni territorjali speċjali esklużiva”, li hija regolata mill-Artikolu 88 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, u ċerti dispożizzjonijiet tal-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali. Jekk tkun ġiet imposta ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva għal ċerti materji, il-ġuriżdizzjoni territorjali ma tistax tiġi determinata skont il-qorti ġenerali tal-konvenut jew skont il-qorti tal-għażla.
Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun regolata b’regolament tal-UE li japplika direttament, li jkollu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li jirregola mhux biss il-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll il-ġuriżdizzjoni territorjali), ma jistgħux jiġu applikati r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva skont il-liġi Ċeka.
Skont l-Artikolu 88 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva tiġi imposta prinċipalment għall-proċeduri li ġejjin:
- l-issetiljar tal-proprjetà komuni tal-konjuġi jew ta’ assi oħra jew il-kanċellazzjoni ta’ kirja konġunta ta’ appartament wara divorzju – il-qorti li tkun iddeċidiet dwar id-divorzju jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali
- proċeduri dwar id-dritt għal proprjetà immobbli (il-proċeduri jridu jirrigwardaw direttament id-dritt għall-proprjetà – dan jirrigwarda prinċipalment id-drittijiet in rem jew id-drittijiet ta’ kiri) – il-qorti li l-proprjetà tkun tinstab fid-distrett tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali, bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux proċeduri sabiex tiġi ssetiljata l-proprjetà komuni tal-konjuġi jew assi oħra jew il-kanċellazzjoni ta’ kirja konġunta ta’ appartament wara divorzju (f’dawn il-kawżi, il-qorti li tkun iddeċidiet dwar id-divorzju jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali – ara hawn fuq)
- proċeduri sabiex tiġi deċiża tilwima relatata ma’ proċeduri tas-suċċessjoni – il-qorti li fiha jkunu qegħdin isiru l-proċeduri tas-suċċessjoni jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali
L-Att Nru 292/2013 Coll., dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali, jipprevedi ġuriżdizzjoni territorjali speċjali għall-proċeduri li ġejjin, b’mod partikolari:
- proċeduri ta’ divorzju, proċeduri sabiex jiġi determinat jekk iż-żwieġ jeżistix jew le u dwar l-invalidità taż-żwieġ – skont l-Artikoli 373 u 383 din hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-konjuġi kellhom l-aħħar post tar-residenza fir-Repubblika Ċeka, bil-kundizzjoni li mill-anqas wieħed mill-konjuġi jkun jgħix f’dak id-distrett; jekk ma tkunx teżisti qorti bħal din, il-qorti ġenerali tal-konjuġi li ma ppreżentax rikors sabiex jinbdew il-proċeduri jkollha l-ġuriżdizzjoni u jekk din il-qorti wkoll ma tkunx teżisti, il-qorti ġenerali tal-konjuġi li jkun ressaq rikors sabiex jinbdew il-proċeduri
- proċeduri tas-suċċessjoni – skont l-Artikolu 98, dan huwa l-post tar-residenza permanenti rreġistrata tal-mejjet, l-aħħar post tar-residenza tiegħu jew il-post fejn kien joqgħod, il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli tal-mejjet jew fejn miet (dawn huma kriterji ġerarkiċi)
- proċeduri f’materji ta’ ħtif internazzjonali ta’ minuri (ritorn ta’ minuri) – skont l-Artikolu 479, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali hija dik li l-Uffiċċju għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fid-distrett tagħha – jiġifieri l-Qorti Muniċipali ta’ Brno.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Il-partijiet għandhom l-opzjoni biss li jiftiehmu dwar ġuriżdizzjoni territorjali differenti għal dik prevista mil-liġi (hekk imsejjaħ ftehim ta’ proroga) skont l-Artikolu 89a tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili f’materji li jirrigwardaw relazzjonijiet bejn intrapriżi li jirriżultaw minn attivitajiet kummerċjali u bil-kundizzjoni biss li ma tkun ġiet stabbilita l-ebda ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva skont l-Artikolu 88 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, għall-kawża partikolari (ara hawn fuq). Ftehim ta’ proroga jrid ikun bil-miktub. Jekk ir-rikorrent jippreżenta talba lill-qorti magħżula u jiġi invokat il-ftehim ta’ proroga, il-ftehim (f’forma kredibbli – preferibbilment l-oriġinali jew kopja ċċertifikata) għandu jiġi mehmuż mat-talba, għalkemm din mhijiex prekundizzjoni skont il-leġiżlazzjoni attwali.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Ma hemmx qrati speċjalizzati fir-Repubblika Ċeka (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 16/09/2020
Ġurisdizzjoni - Estonja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Il-kwistjonijiet ċivili jaqgħu fil-kompetenza tal-qrati tal-kontea (maakohus). Il-qrati tal-kontea, bħala qrati tal-prim'istanza, jisimgħu l-kwistjonijiet ċivili. Il-kwistjonijiet ċivili jkopru firxa wiesgħa ta' oqsma u jinvolvu tilwim ġej minn kuntratti u obbligi differenti, kwistjonijiet tal-familja u tas-suċċessjoni, tilwim dwar drittjiet reali, kwistjonijiet dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni ta' kumpaniji u assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, kwistjonijiet ta' falliment u dwar il-liġi tax-xogħol. Sabiex tinfetaħ kawża ċivili, irid jiġi ppreżentat rikors quddiem il-qorti tal-kontea. Ir-rikors li jrid jiġi ppreżentat lill-qorti jrid jindika l-persuna li kontriha qed issir it-talba, x'inhi t-talba, għalfejn qiegħda ssir (jiġifieri fuq liema bażi ġuridika) u l-provi ta' sostenn għat-talba.
Talba kontra persuna oħra għall-ħlas ta' somma fissa ta' flus ġejja minn relazzjoni ta' dritt privat tista' tinstemgħa wkoll fuq talba skont il-proċedura mħaffa ta' ordni għall-ħlas. Sabiex tinbeda l-proċedura mħaffa ta' ordni għall-ħlas fir-rigward ta' talba għal manteniment jew talba dwar dejn, is-sit elettroniku https://www.e-toimik.ee/ jista' jintuża biex jiġi kkuntattjat id-dipartiment ta' ordni għall-ħlas tal-qorti tal-kontea. Il-proċedura mħaffa ta' ordni għall-ħlas ma tapplikax għal talbiet li jaqbżu s-EUR 6 400 (talba dwar dejn); dan l-ammont ikopri kemm it-talba prinċipali u dik kollaterali. Bl-istess mod, il-proċedura mħaffa ma tapplikax jekk it-talba għall-manteniment taqbeż il-EUR 200 fix-xahar. Il-proċedura mħaffa ta' ordni għall-ħlas ma tapplikax jekk id-debitur mhux indikat fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel bħala ġenitur. Il-proċedura mħaffa ta' ordni għall-ħlas titmexxa mill-Haapsalu courthouse tal-Qorti tal-Kontea ta' Pärnu (Pärnu Maakohtu Haapsalu kohtumaja).
Ċertu tilwim jista' jitressaq quddiem kumitati ekstraġudizzjarji qabel ma jintuża d-dritt ta' rikors għall-qrati. Pereżempju, it-tilwim fil-post tax-xogħol jiġi deċiż minn kumitat dwar it-tilwim fil-post tax-xogħol (töövaidluskomisjon). Kumitat dwar il-tilwim fil-post tax-xogħol huwa korp indipendenti u ta' qabel il-proċess li jiddeċiedi dwar tilwim individwali fil-post tax-xogħol. Kemm l-impjegati u min iħaddem għandhom id-dritt jidhru quddiem kumitat u jkunu eżenti mit-tariffi tal-Gvern. Kumitat dwar it-tilwim fil-post tax-xogħol jisma wkoll kull tilwim ġej minn relazzjonijiet industrijali. Meta wieħed ikun qed jeżerċità d-dritt li jidher quddiem kumitat dwar it-tilwim fil-post tax-xogħol, huma importanti jiġi nnutat li l-kumitat jiddeċiedi talbiet li ma jaqbżux l-EUR 10 000. It-talbiet li jaqbżu l-EUR 10 000 jiġu deċiżi minn qorti. Ir-rikors ippreżentat lill-kumitat dwar it-tilwim fil-post tax-xogħol għandu jindika ċ-ċirkustanzi rilevanti għal dik it-tilwima. Pereżempju, meta tkun qed issir oġġezzjoni dwar il-kanċellament ta' kuntratt ta' impjieg, iridu jingħataw il-ħin u r-raġunijiet għal tali kanċellament. Trid tiġi deskritta n-natura tan-nuqqas ta' ftehim bejn il-partijiet, jiġifieri x'naqas li jagħmel jew għamel illegalment l-impjegat jew min iħaddem. Id-dikjarazzjonijiet u t-talbiet jridu jiġu ppruvati, u għalhekk, għandha tiġi inkluża kull ċirkustanza li hija appoġġata minn provi bil-miktub (kuntratt tal-impjieg, ftehim reċiproku jew korrispondenza bejn l-impjegat u min iħaddem eċċ.) jew kull referenza għal xi provi oħra u xhieda. Dawn il-provi bil-miktub, li jappoġġaw it-talba tal-impjegat jew ta' min iħaddem, għandhom jiġu mehmuża mar-rikors meta jiġi ppreżentat. Jekk ir-rikorrent iqis li jkollu jiġi mistieden xhud għal-laqgħa, l-isem u l-indirizz tax-xhud għandhom jiġu nklużi fir-rikors.
Talbiet ġejjin minn kuntratt bejn konsumatur u negozjant jistgħu jiġu deċiżi minn kumitat għall-ilmenti tal-konsumaturi (tarbijakaebuste komisjon). Kumitat għall-ilmenti tal-konsumaturi għandu ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedi tilwim dwar kuntratti bejn il-konsumaturi u n-negozjanti jekk il-partijiet ma wasslux biex isolvu t-tilwim tagħhom bi ftehim u jekk il-valur tal-oġġetti jew servizzi konċernati huwa tal-inqas ta' EUR 20. Talbiet minħabba mewt, ħsara fuq il-persuna jew ħsara fuq is-saħħa ma jiġux deċiżi minn kumitat iżda jridu jitressqu l-qorti.
Kumitat ma jistax jiddeċiedi tilwim relatat mal-forniment ta' servizzi tas-saħħa jew ġuridiċi jew it-trasferiment ta' proprjetà immobbli jew bini, jew tilwim li għalih il-proċedura għar-riżoluzzjoni hija stabbilita minn Atti oħra. Dak it-tilwim jiġi deċiż mill-istituzzjoni kompetenti jew mill-qorti. Pereżempju l-proċedura biex jiġi deċiż tilwim fuq il-lokazzjonijiet ġiet stabbilita fl-Att dwar ir-Riżoluzzjoni tat-Tilwim fuq il-Lokazzjonijiet (üürivaidluse lahendamise seadus).
Kumitat għall-ilmenti tal-konsumaturi għandu ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedi kull ilment marbut ma' telf ikkawżat minn prodott b'difett, sakemm it-telf jista' jiġi determinat. Jekk ġie stabbilit li ġie kkawżat telf iżda l-ammont eżatt tat-telf ma jistax jiġi kkwantifikat, pereżempju f'każ ta' telf mhux fi flus jew telf li għad irid iseħħ, l-ammont ta' kumpens jiġi stabbilit minn qorti.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Sabiex jiġi stabbilit liema qorti hija kompetenti biex tisma' kwistjoni, huwa importanti li wieħed ikun jaf il-prinċipji tal-ġuriżdizzjoni. Il-ġuriżdizzjoni hija maqsum fi tliet oqsma: 1) ġuriżdizzjoni ġenerali, li tiddependi fuq il-post ta' residenza tal-persuna; 2) ġuriżdizzjoni b'għażla; 3) ġuriżdizzjoni esklussiva (ara t-Taqsima 2.2).
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Il-qrati tal-istanzi inferjuri u superjuri huma differenti, minħabba li s-sistema tal-qorti Estonjana għandha tliet istanzi.
Il-qrati tal-kontea (maakohus) bħala qrati tal-prim'istanza, jisimgħu l-kwistjonijiet ċivili. Att jista' jistabbilixxi li ċerti tipi ta' kwistjonijiet jistgħu jinstemgħu biss minn qorti tal-kontea partikolari jekk dan iħaffef il-proċess ta' smigħ tal-kwistjoni jew jekk il-proċess isir aktar effettiv.
Qorti tas-circuit jew qorti distrettwali (ringkonnakohus) teżamina deċiżjonijiet f'kwistjonijiet ċivili mill-qrati tal-kontea fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom, permezz ta' appelli kontra deċiżjonijiet u sentenzi. Qorti tas-circuit tiddeċiedi wkoll dwar kwistjonijiet oħra li l-liġi tqiegħed taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.
Il-Qorti Suprema (Riigikohus) teżamina deċiżjonijiet mogħtija rigward kwistjonijiet ċivili mill-qrati tas-circuit, permezz ta' appelli fil-kassazzjoni u appelli kontra sentenzi. Il-Qorti Suprema tiddeċiedi wkoll petizzjonijiet għar-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-qorti fis-seħħ, fil-każijiet pprovduti bil-liġi, taħtar qorti bil-kompetenza xierqa biex tiddeċiedi dwar il-kwistjoni, u tiddeċiedi kwistjonijiet oħra li l-liġi tqiegħed taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.
Kwistjoni l-ewwel tiġi deċiża u tingħata sentenza dwarha mill-qorti tal-kontea bħala qorti tal-prim'istanza. Jekk persuna ma tkunx sodisfatta b'sentenza, għandha dritt ġuridiku li tappella quddiem qorti superjuri, jiġifieri l-qorti tas-circuit. Il-qrati tas-circuit huma qrati tat-tieni istanza u għalhekk jeżaminaw id-deċiżjonijiet mogħtijia mill-qrati tal-kontea u amministrattivi permezz ta' appelli u appelli kontra s-sentenzi. Qorti tas-circuit tiddeċiedi l-kwistjonijiet ċivili kolleġġjalment - appell jiġi deċiż minn bord ta' tliet imħallfin.
Il-Qorti Suprema hija l-qorti tal-ogħla istanza, u tiddeċiedi appelli fil-kassazzjoni u petizzjonijiet għar-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-qorti. Il-kassazzjoni tirreferi għal appell kontra sentenza tal-qorti li għadha ma daħħlitx fis-seħħ fuq il-bażi ta' kwistjonijiet legali u r-rieżami ta' dik is-sentenza minn qorti ogħla mingħajr l-apprezzament mill-ġdid tal-fatti. Ir-rieżami tad-deċiżjonijiet tal-qorti jirreferi għar-rieżami ta' deċiżjonijiet u sentenzi li diġà daħħlu fis-seħħ, f'każijiet fejn seħħew ċirkostanzi ġodda u fuq il-bażi ta' rikors minn parti fil-kawża.
Appell fil-kassazzjoni jista' jitressaq quddiem il-Qorti Suprema minn kull parti fil-kawża li mhix sodisfatta bis-sentenza mogħtija mill-qorti inferjuri. Appell jista' jitressaq biss permezz ta' rappreżentant kwalifikat, mhux mill-parti nnifisha. Il-Qorti Suprema tilqa' appell fil-kassazzjoni jekk it-talbiet magħmula fl-appell iqajjmu l-kwistjoni dwar jekk il-qorti inferjuri applikatx il-liġi sostantiva b'mod inkorrett jew jekk kienx hemm ksur materjali tal-liġi tal-proċedura, li setgħet wasslet għal sentenza inġusta. Barra minn hekk, il-Qorti Suprema tilqa' t-talba jekk il-fatt li tisma' l-appell fil-kassazzjoni jkun ta' importanza fundamentali fir-rispett tal-garanzija taċ-ċertezza legali u tagħti xejra unika lill-prattika ġudizzjarja, jew għall-iżvilupp kontinwu tal-liġi.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Il-ġuriżdizzjoni hija d-dritt u l-obbligu ta' persuna li teżerċita d-drittijiet proċedurali tagħha quddiem qorti speċifika. Il-ġuriżdizzjoni hija ġenerali, b'għażla jew esklussiva.
Il-ġuriżdizzjoni ġenerali tindika quddiem liema qorti għandha tinġieb kawża kontra persuna u fejn jistgħu jsiru aktar atti proċedurali rigward persuna sakemm il-liġi ma tiddikjarax li l-kawża tista' titressaq jew l-att jista' jsir quddiem qorti oħra.
Il-ġuriżdizzjoni b'għażla tindika l-qorti li quddiemha tista' tinġieb kawża kontra persuna u fejn jistgħu jsiru aktar atti proċedurali rigward persuna minbarra l-ġuriżdizzjoni ġenerali. Dan ifisser li kawża dwar proprjetà kontra persuna tista' titressaq ukoll quddiem il-qorti li l-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-post ta' residenza aktar fil-tul tagħhom. Jekk persuna tgħix fi stat barrani, kawża dwar proprjetà tista' titressaq ukoll kontra tagħha quddiem il-qorti li tkopri l-post tal-proprjetà li għaliha nfetħet il-kawża, jew mal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni li tkopri l-post ta' aktar proprjetajiet tal-istess persuna.
Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tistabbilixxi l-unika qorti li tista' tiddeċiedi minn kwistjoni ċivili. Il-ġuriżdizzjoni f'kawżi dwar rikors hija esklussiva sakemm mhux provvdut mod ieħor bil-liġi. Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tista' tiġi stabbilita, pereżempju, mill-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, l-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika, eċċ.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Kawża kontra persuna fiżika tista' tinfetaħ quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post ta' residenza tagħha, u kawża kontra persuna ġuridika tista' tinfetaħ quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-kwartieri ġenerali tagħha. Jekk ir-residenza tal-persuna fiżika mhix magħrufa, tista' tinfetaħ kawża kontriha quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-aħħar residenza magħrufa tagħha.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Kawża kontra ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja li jgħix f'pajjiż barrani u li għalih tapplika l-extra-territorjalità jew kontra ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja li jaħdem f'pajjiż barrani li huwa impjegat mal-gvern tista' tinfetaħ quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar residenza tal-persuna fl-Estonja. Jekk il-persuna qatt ma kellha residenza fl-Estonja, tista' tinfetaħ kawża quddiem il-Harju County Court (Harju Maakohus). Kawża tista' tinfetaħ kontra korp tar-Repubblika tal-Estonja jew gvern lokali quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat tal-korp tal-gvern tal-istat jew lokali konċernat. Jekk il-korp tal-istat ma jistax jiġi determinat, il-kawża tinfetaħ quddiem il-Harju County Court. Jekk il-korp tal-gvern lokali ma jistax jiġi determinat, il-kawża tinfetaħ quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni fuq is-sede tal-muniċipalità rurali jew il-gvern tal-belt.
Kawża tista' tinfetaħ kontra korp tar-Repubblika tal-Estonja jew gvern lokali quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat tal-istat jew tal-korp tal-gvern lokali konċernat.
Jekk il-korp tal-istat ma jistax jiġi determinat, il-kawża tinfetaħ quddiem il-Harju County Court. Jekk il-korp tal-gvern lokali ma jistax jiġi determinat, il-kawża tinfetaħ quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni fuq is-sede tal-muniċipalità rurali jew il-gvern tal-belt. Rikorrent jista' jiftaħ kawża wkoll quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fil-post ta' residenza tiegħu stess.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Fil-każijiet stabbiliti bil-liġi, persuna tista' tagħżel qorti li quddiemha tista' tiftaħ kawża kontra persuna oħra u atti proċedurali oħra li jistgħu jsiru kontra persuna flimkien mal-ġuriżdizzjoni ġenerali.
- Azzjoni li tinvolvi pretensjoni dwar il-proprjetà tista' tinġieb kontra persuna fiżika wkoll quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post ta' residenza tiegħu jekk dik il-persuna ilha toqgħod hemm għal perjodu itwal minħabba raġunijet ta' xogħol jew servizz, studji jew għal xi raġunijiet oħra.
- Il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post tan-negozju- tista' tinfetaħ kawża marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi jew professjonali tal-konvenut quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni fuq il-post tan-negozju.
- Il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq l-uffiċċju reġistrat ta' persuna ġuridika - persuna ġuridika bbażata fuq is-sħubija, inkluż kumpanija, jew membru, sħab jew azzjonist għalhekk jistgħu jiftħu kawża ġejja mill-isħubija jew parteċipazzjoni tagħhom kontra membru, sħab jew azzjonist tal-persuna ġuridika wkoll quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju reġistrat tal-persuna ġuridika.
- Il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post fejn tinsab il-proprjetà- jekk persuna tgħix jew għandha uffiċċju reġistrat fi stat barrani, kawża dwar proprjetà tista' titressaq ukoll kontra tagħha quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-proprjetà li għaliha nfetħet il-kawża, jew mal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni li tkopri l-post ta' aktar proprjetajiet tal-istess persuna. Jekk il-proprjetà hija mniżżla f'reġistru pubbliku, il-kawża tista' titressaq quddiem il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-proprjetà. Jekk il-proprjetà hija pretensjoni skont il-liġi tal-obbligazzjonijiet, il-kawża tista' titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tad-debitur. Jekk il-pretensjoni hija garantita permezz ta' ass, il-kawża tista' titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-ass.
- Il-ġuriżdizzjoni fuq kawża dwar pretensjoni garantita permezz ta' ipoteka jew li għandha piż reali reġistrat fuqha - tista' tinfetaħ kawża sabiex titħallas pretensjoni garantita minn ipoteka jew li għandha piż reali reġistrat fuqha jew kawża oħra b'pretensjoni simili quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-propżjetà immobbli, sakemm id-debitur huwa sid il-proprjetà immobbli reġistrata u garantita permezz ta' ipoteka jew b'piż reali reġistrat fuqha.
- Il-ġuriżdizzjoni dwar kawża minħabba sjieda ta' appartament - kawża kontra membru ta' assoċjazzjoni tal-kondominji jew assoċjazzjoni oħra tal-kondominji li ġejja mis-sjieda komuni tal-membri jew mill-amministrazzjoni tal-oġġett ta' sjieda konġunta jew li hija bbażata fuq is-sehem fiżiku fis-sjieda tal-appartament tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-proprjetà immobbli reġistrata li għandha fuqha l-piż ta' sjieda tal-appartament.
- Il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post ta' twettiq ta' kuntratt - kawża ġejja minn kuntratt jew kawża sabiex tiġi verifikata n-nullità ta' kuntratt tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post fejn kellu jitwettaq l-obbligu kuntrattwali kontestat. F'każ ta' kuntratt ta' bejgħ ta' proprjetà mobbli, il-post fejn il-proprjetà mobbli ġiet konsenjata jew kellha tiġi konsenjata lix-xerrej u, f'każ ta' kuntratt għal forniment ta' servizz, il-post fejn ingħata s-servizz jew kellu jingħata huwa l-post meqjus bħala l-post ta' twettiq tal-obbligu. F'każijiet oħra, il-post tan-negozju jew, fin-nuqqas, tar-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tad-debitur huwa meqjus il-post ta' twettiq tal-obbligu. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw sakemm il-partijiet ma jkunux ftehmu mod ieħor.
- Il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-post ta' residenza ta' konsumatur - kawża ġejja minn kuntratt jew relazzjoni speċifika fl-Artikoli 35, 46, 52, 208(4), 379, 402, 635(4), 709, 734 jew 866 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligazzjonijiet (võlaõigusseadus) jew kawża minħabba kuntratt ieħor konkluż ma' impriża li għandha l-uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju fl-Estonja tista' tinfetaħ ukoll minn konsumatur quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza tal-konsumatur. Dan li għadu kif intqal ma japplikax għal kawżi dwar kuntratti ta' trasport.
- Il-ġuriżdizzjoni minħabba kawża dwar kuntratt tal-assigurazzjoni - id-detentur ta' polza, il-benefiċjarju jew persuni oħra li għandhom dritt jitolbu t-twettiq mill-assiguratur fuq il-bażi ta' kuntratt ta' assigurazzjoni jistgħu jiftħu kawża dwar kuntratt ta' assigurazzjoni kontra l-assiguratur quddiemil-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post ta' residenza jew tal-uffiċċju reġistrat tal-persuna. F'każ ta' assigurazzjoni fuq ir-responsabbiltà jew assigurazzjoni fuq il-bini, il-proprjetà immobbli, jew proprjetà mobbli flimkien ma' kostruzzjoni jew proprjetà immobbli, tista' tinfetaħ ukoll kawża kontra l-assiguratur quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-azzjoni jew l-avveniment li kkawża l-ħsara, jew il-post fejn ġiet ikkaġunata l-ħsara.
- Il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq ir-residenza jew il-post tax-xogħol ta' impjegat - impjegat jista' jiftaħ kawża dwar il-kuntratt tax-xogħol tiegħu quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post ta' residenza tiegħu jew il-post tax-xogħol.
- Il-ġuriżdizzjoni minħabba kawża dwar kambjala jew ċekk - kawża dwar kambjala jew ċekk tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-pagament għall-kambjala jew ċekk.
- Il-ġuriżdizzjoni minħabba kawża dwar ħsara kriminali - kawża għal kumpens minħabba ħsara kriminali tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-att jew avveniment li kkaġuna l-ħsara, jew il-post fejn ġiet ikkaġunata l-ħsara.
- Il-ġuriżdizzjoni għal kawża minħabba pretensjoni marittima, xogħol ta' salvataġġ jew kuntratt ta' salvataġġ - kawża minħabba pretensjoni marittima jew aktar speċifikati fl-Att dwar il-Liġgi tal-Proprjetà Marittima (laeva asjaõigusseadus) tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-bastiment tal-konvenut jew il-port oriġinali tal-bastiment. Kawża minħabba xogħlijiet ta' salvataġġ jew kuntratt ta' salvataġġ tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post fejn saru x-xogħlijiet ta' salvataġġ.
- Il-ġuriżdizzjoni fuq kawża minħabba d-diviżjoni ta' patrimonju - kawża bl-għan li tistabbilixxi d-dritt ta' suċċessjoni, id-dritt tal-eredi kontra l-possessur tal-patrimonju, talba minħabba legat jew testment, jew talba għas-sehem riservat jew għad-diviżjoni ta' wirt tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post ta' residenza tad-decujus meta miet. Jekk id-decujus kien ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja iżda meta miet ma kienx jirrisjedi l-Estonja, il-kawża tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-aħħar residenza tad-decujus. Jekk id-decujus ma kellux residenza fl-Estonja, tista' tinfetaħ kawża quddiem il-Harju County Court (Harju Maakohus).
- Kawża kontra l-konvenuti u diversi kawżi kontra konvenut wieħed - kawża kontra diversi konvenuti tista' tinfetaħ quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza jew l-uffiċċju reġistrat ta' wieħed mill-konvenuti li jagħżel ir-rikorrent. Jekk se jinfetħu diversi kawżi kontra konvenut wieħed minħabba l-istess fatt, il-kawżi kollha jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li quddiemha kawża relatata ma' talba minnhom jew uħud minnhom ġejjin kollha mill-istess fatt setgħet tiġi preżentata.
- Il-ġuriżdizzjoni dwar kontrotalba u kawża minn terza persuna b'talba indipendenti - il-kontrotalba tista' tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li lilha tressqet il-kawża oriġinali sakemm jiġu sodisfati l-kundizzjonijiet għall-preżentata ta' kontrotalba u sakemm din tal-aħħar ma taqax taħt ġuriżdizzjoni esklussiva. Dan li ntqal japplika wkoll f'każijiet fejn, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali, il-kontrotalba trid tiġi ppreżentata quddiem qorti barranija.
- Parti terza b'talba indipendenti tista' tiftaħ kawża quddiem il-qorti li qed tisma' l-kawża prinċipali.
- Il-ġuriżdizzjoni fi proċedimenti ta' falliment - kawża dwar proċedimenti ta' falliment jew proċeduri ta' falliment ta' patrimonju kontra persuna falluta, fiduċjarju f'falliment jew membru tal-kumitat tal-falliment, inkluża kawża għall-esklużjoni tal-proprjetà mill-patrimonju fallut, tista' tinfetaħ quddiem il-qorti li ddikjarat il-falliment. Kawża għall-aċċettazzjoni ta' talba tista' tinfetaħ ukoll quddiem il-qorti li ddikjarat il-falliment. Persuna falluta tista' tiftaħ kawża wkoll dwar il-patrimonju fallut, inkluża kawża għall-irkupru, quddiem il-qorti li ddikjarat il-falliment.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Fil-każijiet stabbiliti bil-liġi, il-ġuriżdizzjoni hija esklussiva. Il-ġuriżdizzjoni esklussiva tistabbilixxi l-unika qorti li tista' tiddeċiedi minn kwistjoni ċivili. Il-ġuriżdizzjoni f'kawżi dwar rikors hija esklussiva sakemm mhux provvdut mod ieħor bil-liġi.
1) Il-ġuriżdizzjoni skont il-post tal-proprjetà immobbli – kawża bl-għanijiet li ġejjin tinġieb quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkorpi l-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli:
- talbiet relatati mar-rikonoxximent tal-eżistenza ta' dritt ta' proprjetà, dritt reali limitat jew piż fuq dritt reali ieħor li jikkonċerna l-proprjetà mobbli, jew ir-rikonoxximent tan-nuqqas ta' dawn id-drittijiet jew piżijiet, jew talbiet relatati ma' drittijiet oħra fuq proprjetà immobbli;
- id-determinazzjoni tal-konfini jew id-diviżjoni tal-proprjetà immobbli;
- il-protezzjoni tal-pussess tal-proprjetà immobbli;
- talbiet rigward dritt reali ġej mis-sjieda ta' appartament;
- talbiet relatati mal-eżekuzzjoni obbligatorja ta' proprjetà immobbli;
- talbiet rigward kuntratt ta' kera jew kuntratt ta' kera kummerċjali ta' proprjetà immobbli jew kuntratt ieħor għall-użu ta' proprjetà immobbli skont il-liġi tal-obbligi, jew mill-validità ta' dawn il-kuntratti.
Kawża dwar servitu reali, piż reali jew il-jedd ta' prelazzjoni titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tal-proprjetà immobbli servjenti jew b'piż irreġistrat fuqha.
2) Talba għat-terminazzjoni tal-applikazzjoni ta' klawżoli standard – kawża għat-terminazzjoni tal-applikazzjoni ta' klawżola standard inġusta, jew għat-terminazzjoni u tneħħija ta' termini mill-persuna li tkun qed tirrakmanda l-applikazzjoni ta' dak it-terminu (l-Artikolu 45 tal-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi (võlaõigusseadus)) titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-post tan-negozju tal-konvenut jew, fin-nuqqas, quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-konvenut. Jekk il-konvenut ma għandux post tan-negozju, residenza jew uffiċċju reġistrat fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti li taħt il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha ġiet applikata l-klawżola standard.
3) Ġuriżdizzjoni għal kwistjoni fejn tiġi revokata deċiżjoni ta' korp ta' persuna ġuridika, jew tiġi ddikjarata nulla– kawża għar-revoka ta' deċiżjoni ta' korp ta' persuna ġuridika, jew għal dikjarazzjoni ta' nullità titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri l-uffiċċju reġistrat ta' dik il-persuna ġuridika.
4) Ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet matrimonjali
Il-kwistjonijiet matrimonjali huma meqjusa kwistjonijiet ċivili fejn il-kawżi jiġu deċiżi fejn is-suġġett huwa:
- id-divorzju;
- l-annullament taż-żwieġ;
- l-istabbiliment tal-eżistenza jew nullità taż-żwieġ;
- id-diviżjoni tal-proprjetà konġunta jew talbiet oħra minħabba l-proprjetà ta' bejn il-konjuġi;
- talbiet oħra ġejjin minn relazzjoni matrimonjali mressqa minn konjuġi kontra l-ieħor.
Qorti Estonjana hija kompetenti biex tiddeċiedi kwistjoni matrimonjali jekk:
- mill-inqas wieħed mill-konjuġi huwa ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew kien ċittadin meta ġie ċċelebrat iż-żwieġ;
- iż-żewġ konjuġi jgħixu l-Estonja;
- wieħed mill-konjuġi jgħix l-Estonja, sakemm ma jkunx ċar li s-sentenza li se tingħata mhix se tiġi rikonoxxuta fil-pajjiżi nazzjonali ta' xi ħadd mill-konjuġi.
Fi kwistjoni matrimonjali li trid tiġi deċiża minn qorti Estonjana, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza konġunta tal-konjuġi jew, fin-nuqqas, quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza tal-konvenut. Jekk ir-residenza tal-konvenut mhix fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza ta' wild komuni tal-partijiet li għadu minuri u, fin-nuqqas ta' wild minuri, quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza tar-rikorrent.
Jekk ġiet stabbilita l-kustodja ta' proprjetà ta' persuna assenti minħabba li l-persuna għebet jew jekk inħatar kuratur għal persuna minħabba kapaċità ġuridika attiva limitata, jew jekk xi ħadd ġie kkundannat il-ħabs, kawża ta' divorzju kontra din il-persuna tista' titressaq ukoll quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza tar-rikorrent.
5) Ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta' filjazzjoni u manteniment – kwistjoni ta' manteniment hija kwistjoni ċivili fejn tinqata' kawża li għandha l-għan li tistabbilixxi l-filjazzjoni jew l-oppożizzjoni għal entrata dwar ġenitur fiċ-ċertifikat tat-twelid ta' wild jew fir-reġistru tal-popolazzjoni. Qorti Estonjana tista' tiddeċiedi dwar kwistjoni ta' filjazzjoni jekk tal-inqas waħda mill-partijiet tkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew għandha r-residenza tagħha l-Estonja. Fi kwistjoni ta' filjazzjoni li trid tiddeċiedi qorti Estonjana, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza tal-wild. Jekk ir-residenza tal-wild mhix fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza tal-konvenut. Jekk ir-residenza tal-konvenut mhix fl-Estonja, il-kawża titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza tar-rikorrent.
Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu wkoll għal kwistjonijiet ta' manteniment. Kwistjoni ta' manteniment hija kwistjoni ċivili li tiddeċiedi talba dwar:
- twettiq ta' obbligu ta' manteniment ta' ġenitur skont il-liġi rigward wild minuri;
- it-twettiq ta' obbligu ta' manteniment bejn il-ġenituri;
- it-twettiq ta' obbligu ta' manteniment bejn il-konjuġi;
- it-twettiq ta' obbligu ta' manteniment ieħor stabbilit mil-liġi.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Jekk il-kwistjoni taqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' diversi qrati Estonjana simultanjament, ir-rikorrent għandu d-dritt tal-għażla tal-qorti. F'dawn il-każijiet, il-kawża tiġi deċiża mill-qorti li l-ewwel irċeviet ir-rikors.
Jekk il-kawża titressaq quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni li tkopri r-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-konvenut jew quddiem il-qorti b'ġuriżdizzjoni esklussiva, il-kawża tinstema' fil-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali inkluża r-residenza tal-konvenut jew l-uffiċċju reġistrat, jew il-post li jiġi ddeterminat mill-ġuriżdizzjoni esklussiva. Jekk il-postijiet multipli użati għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni jibqgħu fil-ġuriżdizzjoni territorjali ta' qorti waħda tal-kontea, iżda fiż-żona ta' ħidma ta' diversi qrati, ir-rikorrent jagħżel il-qorti li se tisma' l-kawża. Jekk ir-rikorrent ma jagħżilx, il-qorti tiddeċiedi jekk għandhiex tisma' l-każ.
Kwistjonijiet dwar rikors jinstemgħu fil-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali inkluż il-post użat biex tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni. Jekk il-postijiet multipli użati għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni jibqgħu fil-ġuriżdizzjoni territorjali ta' qorti waħda tal-kontea, iżda fiż-żona ta' ħidma ta' diversi qrati, il-qorti tiddeċiedi fejn għandu jinstema' l-każ.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-proċedura mħaffa ta' ordni għall-ħlas titmexxa mill-Haapsalu courthouse tal-Qorti tal-Kontea Pärnu (Pärnu Maakohtu Haapsalu kohtumaja). Kwistjonijiet ċivili oħra huma soġġetti għall-prinċipji ta' ġuriżdizzjoni hawnhekk spjegati.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 29/10/2018
Ġurisdizzjoni - Irlanda
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Il-qrati ċivili fl-Irlanda għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu kawżi li jinvolvu tilwim bejn individwi, organizzazzjonijiet jew l-Istat. Dan it-tilwim jista’ jirrigwarda kwalunkwe ħaġa minn korriment ikkawżat f’inċident bil-karozza sa akkwiżizzjoni korporattiva kkontestata. F’kawżi ċivili, ir-rikorrent ifittex lill-konvenut għal kumpens għad-dannu kkawżat. Il-kumpens ġeneralment ikun fil-forma ta’ aġġudikazzjoni monetarja tad-danni.
Il-Qorti Distrettwali, il-Qorti taċ-Ċirkwit u l-Qorti Superjuri huma kollha qrati tal-prim’istanza. Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni għall-appelli biss, ħlief f’ċerti materji relatati mal-Kostituzzjoni. Il-Qorti tal-Appell għandha ġuriżdizzjoni għall-appelli biss.
Il-qrati Distrettwali u taċ-Ċirkwit huma qrati ta’ ġuriżdizzjoni lokali u limitata, jiġifieri jistgħu jittrattaw biss kawżi li l-valur tagħhom ma jaqbżix ċertu limitu u fejn il-partijiet ikunu residenti jew ikollhom il-post tan-negozju rreġistrat tagħhom f’ċertu post ġeografiku, jew fejn il-kuntratt ikun sar f’ċertu post ġeografiku. L-appelli mill-Qorti Distrettwali jinstemgħu fil-Qorti taċ-Ċirkwit, u l-appelli mill-Qorti taċ-Ċirkwit jinstemgħu fil-Qorti Superjuri.
Il-Qorti għal Talbiet Żgħar hija parti mill-Qorti Distrettwali li tittratta kawżi relatati mal-konsumatur fejn l-ammont mitlub ma jaqbiżx l-EUR 2 000. Din il-proċedura tista’ tintuża wkoll minn negozju kontra ieħor.
Il-Qorti Distrettwali tisma’ kawżi li jinvolvu talbiet li ma jaqbżux il-EUR 15 000 fil-valur. Il-Qorti taċ-Ċirkwit tittratta talbiet li ma jaqbżux il-EUR 75 000 (EUR 60 000 f’rikors dwar danni personali). Hija għandha ġuriżdizzjoni wkoll fi proċeduri relatati mal-liġi tal-familja, inkluż id-divorzju, is-separazzjoni ġudizzjarja, u l-annullament. Il-Qorti Superjuri tittratta talbiet li jaqbżu l-EUR 75 000 (EUR 60 000 f’rikorsi dwar danni personali).
Talbiet fir-rigward tal-liġi tax-xogħol jiġu ttrattati mit-Tribunal tal-Appelli dwar l-Impjiegi li huwa korp indipendenti. Huwa jisma’ firxa wiesgħa ta’ tilwim dwar id-drittijiet tal-impjieg. F’ċerti każijiet, kull parti tista’ tappella quddiem il-Qorti taċ-Ċirkwit fi żmien sitt ġimgħat mid-deċiżjoni tat-Tribunal. Jekk ma jiġi ppreżentat l-ebda appell quddiem il-Qorti taċ-Ċirkwit u l-impjegatur ma jimplimentax id-deċiżjoni, il-Ministru għax-Xogħol, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni jista’ jressaq proċeduri fil-Qorti taċ-Ċirkwit f’isem l-impjegat. Deċiżjoni meħuda mit-Tribunal tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti Superjuri minn kull parti iżda fuq punt legali biss.
Il-Qorti Kummerċjali, stabbilita fl-2004, hija diviżjoni speċjalizzata tal-Qorti Superjuri u hija regolata b’mod partikolari mill-
Ordni 63A tar-Regoli tal-Qrati Superjuri. Hija tittratta tilwim kummerċjali fejn il-valur tat-talba jkun mill-anqas EUR 1 miljun, tilwim dwar proprjetà intellettwali u appelli minn jew rikorsi għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet regolatorji. Hija tittratta wkoll kawżi oħra li l-Imħallef iqis xierqa. Ma hemm l-ebda dritt ta’ dħul awtomatiku fil-Lista Kummerċjali tal-Qorti Superjuri. Dan huwa fid-diskrezzjoni ta’ mħallef tal-Qorti Kummerċjali. Il-Qorti tuża sistema dettaljata ta’ ġestjoni tal-kawżi li hija mfassla sabiex tissimplifika l-preparazzjoni għall-kawża, tneħħi l-ispejjeż mhux meħtieġa u t-tattiċi ta’ dewmien, u tassigura divulgazzjoni sħiħa qabel il-kawża.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Il-qorti xierqa li fiha għandu jiġi ppreżentat rikors fil-prim’istanza tiġi determinata min-natura tiegħu (kuntratt, delitt, eċċ.) u l-valur (ara hawn fuq).
Għall-iskop tal-Qorti Distrettwali, il-pajjiż huwa maqsum f’24 distrett li għal kull wieħed minnhom huwa assenjat imħallef wieħed jew aktar b’mod permanenti. Fil-każ tal-akbar żewġt ibliet, Dublin u Cork, il-volum tax-xogħol jirrikjedi l-assenjazzjoni permanenti ta’ għadd ta’ mħallfin. Il-pajjiż huwa maqsum fi tmien ċirkwiti għall-iskopijiet tal-Qorti taċ-Ċirkwit. Huwa assenjat Imħallef ta’ Qorti taċ-Ċirkwit wieħed għal kull ċirkwit ħlief fil-każ tal-Qrati taċ-Ċirkwit ta’ Dublin u ta’ Cork, fejn hemm għadd akbar ta’ mħallfin minħabba l-volum tax-xogħol. Il-Qorti Superjuri tisma’ rikorsi oriġinali f’Dublin. Hija tisma’ wkoll rikorsi dwar dannu personali u korrimenti fatali f’diversi postijiet provinċjali fi żminijiet speċifikati matul is-sena. Barra minn hekk, il-Qorti Superjuri tiltaqa’ f’postijiet provinċjali biex tisma’ appelli mill-Qorti taċ-Ċirkwit f’materji ċivili u f’materji relatati mal-liġi tal-familja.
Il-Qorti Distrettwali għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ kawżi dwar kuntratti, ċerti delitti, kawżi dwar ftehimiet ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri u ta’ bejgħ bi kreditu, kawżi dwar kera bħat-tkeċċija għan-nuqqas ta’ pagament tal-kera, u rikorsi għaż-żamma illegali ta’ oġġetti meta l-valur tat-talba jkun fi ħdan il-limitu tagħha ta’ EUR 15 000. Il-Qorti Distrettwali għandha wkoll firxa ta’ setgħat fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kwalunkwe qorti għal dejn, l-għoti ta’ liċenzji bħal-liċenzji għall-bejgħ ta’ likuri intossikanti, u l-kustodja u l-manteniment tat-tfal.
Il-Qorti taċ-Ċirkwit għandha ġuriżdizzjoni f’kuntratti u delitti, f’materji ta’ suċċessjoni u kawżi għall-amministrazzjoni tal-patrimonju, f’kawżi dwar ekwità, f’rikorsi dwar tkeċċija jew rikorsi għal kirjiet ġodda f’azzjonijiet ibbażati fuq ftehimiet ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri u ftehimiet ta’ xiri bi kreditu, fejn il-valur tat-talba jkun fi ħdan il-limitu tagħha ta’ EUR 75 000 (EUR 60 000 f’rikorsi dwar danni personali). Il-Qorti taċ-Ċirkwit għandha ġuriżdizzjoni fi proċeduri relatati mal-liġi tal-familja, (inklużi s-separazzjoni ġudizzjarja, id-divorzju, l-annullament u l-appelli mill-Qorti Distrettwali) u għandha ġuriżdizzjoni għall-appelli mid-deċiżjonijiet tal-arbitri f’tilwim dwar ċens skont il-leġiżlazzjoni dwar sid il-kera u l-kerrej.
Il-kawżi ċivili quddiem il-Qorti taċ-Ċirkwit jinstemgħu minn imħallef li jippresjedi mingħajr ġurija. L-appelli mill-Qorti Distrettwali jieħdu l-forma ta’ smigħ mill-ġdid u d-deċiżjoni tal-Qorti taċ-Ċirkwit hija finali u ma tistax tiġi appellata aktar.
Skont il-Kostituzzjoni, il-Qorti Superjuri għandha ġuriżdizzjoni oriġinali sħiħa f’kull materja ta’ fatt jew liġi. Dan ifisser li hija għandha l-ġuriżdizzjoni biex tittratta l-kawżi ċivili kollha meta l-konvenut ikun residenti fil-pajjiż, meta l-allegat kuntratt ikun sar fil-pajjiż, meta l-allegat delitt ikun twettaq fil-pajjiż jew meta l-proprjetà immobbli li tkun is-suġġett tal-proċeduri tkun tinsab fil-pajjiż. Il-Qorti Superjuri tisma’ appelli mill-Qorti taċ-Ċirkwit u teżerċita ġuriżdizzjoni superviżorja fuq il-Qorti Distrettwali u tribunali inferjuri oħra. L-appelli mill-Qorti Superjuri jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell u mill-Qorti Suprema fejn ikun iċċertifikat mill-Qorti Suprema li tkun materja ta’ importanza pubblika ġenerali jew fl-interessi tal-ġustizzja. Appell jista’ jiġi ppreżentat mill-Qorti tal-Appell lill-Qorti Suprema meta jkun iċċertifikat mill-Qorti Suprema li tkun materja ta’ importanza pubblika ġenerali jew fl-interessi tal-ġustizzja. L-appell bl-ebda mod ma huwa smigħ mill-ġdid iżda huwa bbażat fuq traskrizzjoni tal-evidenza fil-prim’istanza u l-argument legali.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Id-Distrett jew iċ-Ċirkwit xieraq li fih għandha tiġi ppreżentata talba ċivili jiġi determinat mill-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti normalment ikollu r-residenza jew iwettaq kwalunkwe professjoni, negozju jew mestier. Fil-biċċa l-kbira tal-kawżi dwar kuntratti, id-Distrett jew iċ-Ċirkwit xieraq huwa dak fejn allegatament ikun sar il-kuntratt, fil-kawżi dwar delitt, fejn allegatament ikun twettaq id-delitt, fil-proċeduri tal-familja, dak fejn ikun residenti r-rikorrent u, f’kawżi relatati ma’ kera jew titolu għal proprjetà immobbli, dak fejn ikunu jinsabu l-bini jew l-art li jkunu s-suġġett ta’ dawk il-proċeduri.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
M/A
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
M/A
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
M/A
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Is-sit elettroniku tal-Courts Service of Ireland jipprovdi spjegazzjoni komprensiva tal-istruttura tal-qrati f’dan il-pajjiż. Huwa jippubblika wkoll ktejjeb bit-titlu Explaining the Courts għall-informazzjoni tal-pubbliku. Aktar dettalji dwar is-sistema tal-qrati huma disponibbli wkoll mis-Citizens Information Board, korp statutorju li jappoġġa l-għoti ta’ informazzjoni, pariri u promozzjoni dwar firxa wiesgħa ta’ servizzi pubbliċi u soċjali. Citizens Information jipprovdi sit elettroniku, linja tat-telefon u diversi ċentri ta’ akkoljenza madwar il-pajjiż.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 17/12/2020
Ġurisdizzjoni - Greċja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Il-qrati ċivili ordinarji għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu l-maġġoranza tal-kawżi ċivili u kummerċjali fil-Greċja. Bħala eċċezzjoni, ġew stabbiliti awli speċjalizzati b’liġi speċjali fi ħdan il-qafas tal-qrati ċivili fil-bliet il-kbar, li għandhom ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisimgħu kawżi speċifiċi, skont il-qasam legali. Dawn l-awli huma: l-awli kompetenti sabiex jisimgħu kawżi relatati mat-trademark Komunitarja f’Ateni u Salonka, u l-awla kompetenti biex tisma’ kawżi relatati mal-liġi marittima f’Piraeus.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tiġi determinata mill-valur tas-suġġett inkwistjoni. Biex jiġi stmat il-valur tas-suġġett inkwistjoni, tiġi kkunsidrata t-talba ppreżentata fir-rikors, mingħajr ma titqies l-ebda talba anċillari. Fejn diversi talbiet ikunu koperti mill-istess rikors, dawn jiġu aggregati.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Il-kawżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati ċivili jinstemgħu fil-prim’istanza minn qrati ċivili distrettwali magħrufin ukoll bħala qrati għal talbiet żgħar (Irinodikia), qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed (Monomeli Protodikia) u qrati tal-prim’istanza b'iktar minn imħallef wieħed (Polymeli Protodikia).
Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati għal talbiet żgħar tkopri prinċipalment (a) it-tilwim kollu li jista’ jiġi valutat f’termini monetarji fejn il-valur inkwistjoni ma jaqbiżx l-għoxrin elf euro (EUR 20 000), (b) it-tilwim kollu, prinċipali jew konsegwenzjali, taħt kuntratt ta’ lokazzjoni, bil-kundizzjoni li fil-każijiet kollha, il-kera maqbula ta’ kull xahar ma taqbiżx is-sitt mitt euro (EUR 600).
Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati għal talbiet żgħar tkopri wkoll, irrispettivament mill-valur inkwistjoni, il-biċċa l-kbira tat-tilwim relatat mal-biedja, il-bejgħ ta’ annimali, it-tilwim dwar proprjetà mal-ġirien, it-tilwim li jirriżulta minn kuntratti ma’ operaturi tal-lukandi u tat-trasport, it-talbiet magħmula minn assoċjazzjonijiet u kooperattivi kontra l-membri tagħhom u, viċi versa, it-talbiet magħmula minn avukati għas-servizzi tagħhom fil-qrati tal-prim’istanza u fil-qrati tal-pulizija (Ptaismatodikia), kif ukoll id-drittijiet, il-kumpens jew l-ispejjeż tax-xhieda, l-interpreti, is-sekwestraturi jew il-gwardji li jkunu xehdu quddiem jew ġew maħtura minn kwalunkwe qorti.
Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed tkopri t-tilwim kollu li jista’ jiġi valutat f’termini monetarji meta l-valur tal-kawża jaqbeż l-għoxrin elf euro (EUR 20 000) iżda ma jaqbiżx il-mitejn u ħamsin elf euro (EUR 250 000).
Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed tkopri wkoll it-tilwim li ġej, anki jekk il-valur tiegħu jaqbeż il-mitejn u ħamsin elf euro (EUR 250 000): tilwim li jirriżulta minn ftehimiet ta’ lokazzjoni jew kera; tilwim industrijali li jirrigwarda l-impjegati, jew li jirrigwarda x-xogħol jew l-oġġetti mmanifatturati minn professjonisti jew nies tas-sengħa; tilwim taħt ftehimiet kollettivi tal-ħaddiema bejn l-organizzazzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-persuni assigurati; tilwim rigward tariffi, kumpens u spejjeż tal-avukati, għajr dawk imsemmija aktar ’il fuq li jinstemgħu fil-qrati għal talbiet żgħar; tilwim li jirrigwarda ’l dawk impjegati f’kapaċità legali, medika jew paramedika, jew bħala inġiniera, spiżjara jew sensara/aġenti, u ta’ dawk maħtura minn awtorità ġudizzjarja, bħal esperti, arbitri esperti, assessuri, arbitri, eżekuturi testamentarji, likwidaturi; tilwim relatat ma’ kull tip ta’ talba għall-kumpens li tirriżulta minn ħsara kkawżata minn vettura, inklużi t-talbiet taħt kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-vetturi, u tilwim fir-rigward ta’ kontestazzjonijiet għall-pussess jew l-okkupazzjoni ta’ proprjetà mobbli jew immobbli.
Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed tkopri dejjem, irrispettivament mill-valur: tilwim relatat mad-divorzju; l-annullament taż-żwieġ; ir-rikonoxximent tal-eżistenza jew tan-nuqqas ta’ eżistenza taż-żwieġ; ir-relazzjonijiet matrimonjali waqt iż-żwieġ u li jirriżultaw minnu, inkluż l-ikkontestar tal-paternità, ir-rikonoxximent ta’ jekk hemmx filjazzjoni jew le jew responsabbiltà tal-ġenituri; ir-rikonoxximent tal-paternità ta’ tfal imwielda barra miż-żwieġ; ir-rikonoxximent ta’ jekk hemmx rikonoxximent volontarju jew le ta’ tfal imwielda barra miż-żwieġ, ta’ jekk dak ir-rikonoxximent huwiex invalidu, jew jekk tali tfal igawdux l-istess status bħal xi ħadd imwieled fiż-żwieġ fid-dawl taż-żwieġ imminenti tal-ġenituri tagħhom, u inkluż ukoll l-ikkontestar tar-rikonoxximent volontarju; ir-rikonoxximent ta’ jekk ikunx hemm adozzjoni jew ix-xoljiment tagħha, jew jekk ikunx hemm tutela jew le. Barra minn hekk, tilwim dwar manteniment fuq bażi ta’ żwieġ, divorzju jew parentela; l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri; in-nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri fl-eżerċizzju konġunt tagħhom tal-awtorità tal-ġenituri, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-ġenituri u qraba oħra f’linja axxendenti mat-tfal; ir-regolamentazzjoni tal-użu tad-dar matrimonjali u tad-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi, kif ukoll dawk relatati mad-dar matrimonjali u d-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi fil-każ ta’ waqfien tal-koabitazzjoni; tilwim relatat mas-sjieda ta’ sulari f’bini u tilwim relatat mal-annullament ta’ deċiżjonijiet mgħoddija mill-assemblej ġenerali ta’ assoċjazzjonijiet jew kooperattivi.
Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza b'iktar minn imħallef wieħed tkopri t-tilwim kollu li l-qrati għal talbiet żgħar u l-qrati tal-prim’istanza bi mħallef wieħed ma għandhomx ġuriżdizzjoni fuqu.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Il-qorti li fir-reġjun tagħha l-konvenut ikollu d-domiċilju tiegħu jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali.
Jekk il-konvenut la jkollu d-domiċilju tiegħu fil-Greċja u lanqas f’pajjiż ieħor, il-qorti li fir-reġjun tagħha jkollu r-residenza tiegħu jkollha l-ġuriżdizzjoni. Jekk il-post tar-residenza tal-konvenut ma jkunx magħruf, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti tar-reġjun fejn kellu l-aħħar domiċilju tiegħu fil-Greċja, jew, fin-nuqqas ta' domiċilju, fejn kellu l-aħħar residenza tiegħu.
L-Istat jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti fir-reġjun fejn ikollha s-sede l-awtorità partikolari li tkun imsejħa bil-liġi sabiex tirrappreżenta lill-Istat fil-qorti.
Persuni ġuridiċi bil-kapaċità li jkunu partijiet f’kawża legali jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti li l-uffiċċju rreġistrat jew il-fergħa tagħhom ikunu jinsabu fir-reġjun tagħha, meta t-tilwima tkun tikkonċerna l-operat tagħha.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Meta jkollha ġuriżdizzjoni aktar minn qorti waħda, ir-rikorrent għandu d-dritt li jagħżel. Il-prijorità bejniethom tiġi determinata fuq il-bażi tad-data meta jkun ġie ppreżentat ir-rikors.
Jekk il-qorti ma jkollhiex ġuriżdizzjoni ratione materiae jew ratione loci, il-qorti nnifisha tiddeċiedi dwar dan ex officio u tispeċifika liema qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni, u tirrinvija wkoll il-kawża lil dik il-qorti. Il-konsegwenzi legali tar-rikors ippreżentat għandhom jinżammu.
Tilwim kuntrattwali
Tilwim relatat mal-eżistenza jew il-validità ta’ att legali mwettaq matul il-ħajja ta’ persuna u d-drittijiet kollha li joħorġu minnu, jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti jew fir-reġjun fejn ikun tfassal l-att legali jew fir-reġjun fejn għandha sseħħ l-eżekuzzjoni. Tilwim relatat ma’ danni kkawżati mid-dipendenza fuq ħaddieħor (interess negattiv) u ma’ kumpens minħabba nuqqas matul in-negozjati, jista’ jitressaq ukoll quddiem l-istess qorti.
Delitt
Tilwim li jirriżulta minn att dannuż jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti tal-post fejn seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu, jew li wasal biex iseħħ.
Rikors ċivili
Rikors ċivili għad-danni u restituzzjoni għal reat kif ukoll għall-kumpens għal danni mhux materjali jew għat-tbatija mentali jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti kriminali li tkun qiegħda tittratta l-kawża.
Materji relatati ma’ manteniment, divorzju u responsabbiltà tal-ġenituri
Tilwim matrimonjali (tilwim relatat mal-manteniment fuq bażi ta’ żwieġ, divorzju jew parentela; l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri; in-nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri fl-eżerċizzju konġunt tagħhom tal-awtorità tal-ġenituri, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-ġenituri u qraba oħra f’linja axxendenti mat-tfal u r-regolamentazzjoni tal-użu tad-dar matrimonjali u tad-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi, kif ukoll dawk relatati mad-dar matrimonjali u d-distribuzzjoni tal-assi mobbli bejn il-konjuġi fil-każ ta’ waqfien tal-koabitazzjoni) jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti li fir-reġjun tagħha tinsab l-aħħar residenza komuni tal-konjuġi.
Tilwim relatat ma’ talbiet għal manteniment jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem il-qorti tal-post fejn il-benefiċjarju tal-pensjoni tal-manteniment ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Tilwim relatat ma’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli u tilwim li jirriżulta mil-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti fir-reġjun fejn tkun tinstab il-proprjetà immobbli.
(Jekk il-proprjetà immobbli tkun tinstab f’reġjun li jkollu aktar minn qorti waħda, ir-rikorrent għandu d-dritt li jagħżel.)
Tilwim relatat ma’ amministrazzjoni mwettqa b’ordni tal-qorti jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li tkun ħarġet l-ordni.
Tilwim relatat mas-suċċessjoni jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li fir-reġjun tagħha l-mejjet kellu d-domiċilju tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ domiċilju, ir-residenza tiegħu fiż-żmien tal-mewt.
Jekk kawża konsegwenzjali tkun marbuta ma’ waħda prinċipali, inkluż, b’mod partikolari, it-talbiet inċidentali jew it-talbiet għal garanzija, tali interventi u talbiet simili oħra jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kawża prinċipali.
Kawżi prinċipali li jkunu relatati jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li kienet involuta l-ewwel.
Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim’istanza b'iktar minn imħallef wieħed li tkun qiegħda tisma' l-kawża prinċipali tkopri kwalunkwe kawża konsegwenzjali li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim’istanza bi mħallef wieħed u tal-qorti distrettwali, u l-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim’istanza bi mħallef wieħed li tkun qiegħda tisma’ l-kawża prinċipali tkopri kwalunkwe kawża konsegwenzjali li taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti ċivili distrettwali.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Qorti ordinarja tal-prim’istanza li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali tista’, bi ftehim espliċitu jew taċitu tal-partijiet fil-kawża, issir kompetenti sakemm it-tilwim ikkonċernat ma jkunx dwar proprjetà. Irid jintlaħaq ftehim espliċitu fil-każ ta’ tilwim li ma jkun hemm l-ebda ġuriżdizzjoni esklużiva fuqu.
Jiġi preżunt ftehim taċitu jekk il-konvenut jattendi għas-smigħ pubbliku u ma joġġezzjonax abbażi tan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni fil-ħin.
Il-ftehim bejn il-partijiet, li permezz tiegħu qorti ordinarja ssir kompetenti għal tilwim ġejjieni, ikun validu biss jekk ikun bil-miktub u jirreferi għal relazzjoni legali speċifika li minnha se jirriżulta t-tilwim.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Rigward l-awli speċjali kompetenti għat-trademark Komunitarja u l-liġi marittima: Il-ġuriżdizzjoni ratione marteriae tiġi determinata skont ir-regoli dwar il-qrati ċivili ordinarji. Rigward il-ġuriżdizzjoni territorjali, (a) l-awla kompetenti għat-trademark Komunitarja f’Ateni tkopri r-reġjuni tal-Qrati tal-Appell ta’ Ateni, l-Eġew, id-Dodecanese, Korfù, Kreta, Lamia, Nafplion, Patras u Piraeus, (b) l-awla kompetenti għat-trademark Komunitarja f’Salonka tkopri r-reġjuni tal-Qrati tal-Appell ta’ Salonka, il-Maċedonja tal-Punent, Thrace, Ioannina u Larissa, u (c) l-awla kompetenti għal-liġi marittima f’Piraeus tkopri l-Prefettura sħiħa ta’ Attica.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 05/06/2018
Ġurisdizzjoni - Spanja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Il-prinċipju li fuqu hija bbażata l-organizzazzjoni tal-qrati fi Spanja huwa dak tal-unità tal-ġurisdizzjoni. L-uniċi eċċezzjonijiet huma l-ġurisdizzjoni militari fi żminijiet ta’ gwerra u ta’ stati ta’ assedju, u l-Qorti Kostituzzjonali (Tribunal Constitucional) bħala l-garanti finali tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet pubbliċi permezz ta’ rikors għall-infurzar tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali (recurso de amparo).
Madankollu, il-ġurisdizzjoni hija maqsuma bejn erba’ tipi ta’ qrati: il-qrati ċivili, il-qrati kriminali, il-qrati għal proċeduri amministrattivi kontenzjużi, u l-qrati soċjali.
Il-bażi tal-qrati ċivili hija l-Qorti tal-Prim’Istanza (Juzgado de Primera Instancia), li tisma’ tilwim ċivili fil-prim’istanza u proċeduri mhux assenjati espliċitament lil qorti oħra. Il-Qorti tal-Prim’Istanza għalhekk tista’ tiġi deskritta bħala l-qorti ordinarja jew normali.
Id-diviżjoni ċivili tinkludi l-Qrati tal-Familja (Juzgados de Familia), li huma Qrati tal-Prim’Istanza. Fejn ikunu disponibbli Qrati tal-Familja (ġeneralment fiċ-ċentri b’popolazzjonijiet akbar), dawn huma responsabbli biex jisimgħu tilwim tal-liġi tal-familja fir-rigward ta’ annullament taż-żwieġ, separazzjoni u divorzju, relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal u l-protezzjoni ta’ persuni b’kapaċità limitata. Meta jitressqu proċeduri kriminali kontra waħda mill-partijiet f’Qorti li tittratta l-Vjolenza Kontra n-Nisa (Juzgado de Violencia sobre la Mujer), dik il-qorti jkollha ġurisdizzjoni wkoll fuq dawn il-proċeduri ċivili.
Id-diviżjoni ċivili tinkludi wkoll il-Qrati Kummerċjali speċjalizzati (Juzgados de lo Mercantil) u l-Qrati għat-Trademark tal-UE (Juzgados de Marca Comunitaria).
Il-Qrati Soċjali (Juzgados de lo Social) huma responsabbli sabiex jisimgħu kawżi li jittrattaw il-liġi tax-xogħol. Dawn jinkludu tilwim individwali bejn impjegati u impjegaturi dwar kuntratti ta’ impjieg, tilwim dwar negozjar kollettiv, talbiet tas-Sigurtà Soċjali, u talbiet kontra l-Istat fir-rigward tar-responsabbiltajiet tiegħu dwar il-liġi tax-xogħol.
Il-qrati kriminali huma responsabbli biex jisimgħu kawżi kriminali.
Karatteristika tal-liġi Spanjola hija li proċeduri ċivili li jirriżultaw minn reati kriminali jistgħu jiġu magħquda mal-proċeduri kriminali. F’dawn il-kawżi, il-qorti kriminali tiddeċiedi dwar l-ammont tad-danni pagabbli b’rabta mar-reat. Meta rikors ċivili ma jiġix ippreżentat mill-parti danneġġjata, dan jiġi ppreżentat mill-Prosekutur Pubbliku f’isimha, sakemm il-parti danneġġjata ma tkunx irrinunzjat espressament għad-dritt li tressaq rikors fil-kawża kriminali.
Fl-aħħar nett, il-qrati amministrattivi kontenzjużi jissorveljaw il-legalità tal-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi u jisimgħu talbiet finanzjarji kontrihom.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Ara t-tweġibiet mogħtija hawn taħt.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Fi Spanja, ma ssir l-ebda distinzjoni bejn id-diversi qrati tal-prim’istanza f’termini tal-ammont tat-talbiet jew tal-gravità tal-kawżi li jistgħu jittrattaw, u l-ebda qorti tal-prim’istanza ma tisma’ appelli dwar deċiżjonijiet minn qrati oħra tal-prim’istanza. L-appelli fi proċeduri ċivili dejjem jinstemgħu fil-Qrati Provinċjali (Audiencias Provinciales).
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Għall-finijiet ta’ qrati, Spanja hija maqsuma ġeografikament f’muniċipalitajiet, distretti, provinċji u Komunitajiet Awtonomi. Distrett huwa unità territorjali li tinkludi muniċipalità kontigwa waħda jew aktar fi ħdan l-istess provinċja. Huwa l-aktar diviżjoni territorjali importanti, minħabba li huwa ż-żona li fiha Qorti tal-Prim’Istanza għandha ġurisdizzjoni. (Id-dettalji jistgħu jinstabu fis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja fuq mjusticia.gob.es.)
Fejn ikun meħtieġ sabiex ilaħħqu mal-volum ta’ kawżi, hemm aktar minn qorti waħda tal-istess tip. Dan issa huwa l-każ fil-biċċa l-kbira tal-ibliet. Il-qrati huma nnumerati b’mod konsekuttiv skont meta ġew stabbiliti.
Fil-prinċipju, dawn il-qrati kollha għandhom l-istess ġurisdizzjoni, u x-xogħol jitqassam bejniethom skont ir-regoli interni tal-allokazzjoni mill-gvern. Madankollu, f’xi ċirkustanzi, ir-regoli tal-allokazzjoni jistgħu jintużaw sabiex jiġu assenjati tipi differenti ta’ kawżi lil qrati differenti fi ħdan l-istess distrett.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ftehim jew regola obbligatorja, ir-regola bażika hija li l-ġurisdizzjoni hija f’idejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tad-distrett fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ dan, ir-residenza tiegħu. Jekk il-konvenut la jkun domiċiljat u lanqas residenti fi Spanja, il-qorti kompetenti tkun il-Qorti tal-Prim’Istanza għad-distrett fejn il-konvenut ikun preżenti jew kien residenti l-aħħar. Meta ma japplika l-ebda wieħed minn dawn il-kriterji, ir-rikorrent jista’ jippreżenta t-talba lill-Qorti tal-Prim’Istanza għad-distrett tad-domiċilju tiegħu.
Għal dawn l-għanijiet:
- Talbiet kontra sidien ta’ negozji u nies professjonisti ppreżentati b’rabta mal-attivitajiet tan-negozju jew professjonali tagħhom jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fi kwalunkwe wieħed mill-postijiet fejn huma jwettqu l-attivitajiet tagħhom, skont l-għażla tar-rikorrent.
- Talbiet kontra entitajiet legali jistgħu jiġu ppreżentati wkoll fil-post fejn tkun seħħet jew se jkollha effett is-sitwazzjoni jew ir-relazzjoni legali li tkun is-suġġett tat-talba, bil-kundizzjoni li l-entità legali jkollha stabbiliment jew rappreżentant hemmhekk.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Is-sistema proċedurali Spanjola attwali għandha tendenza li ma tħallix l-għażla tal-ġurisdizzjoni territorjali lir-rikorrent. Din tiġri biss fil-kawżi li ġejjin:
- Rikorsi in rem fuq proprjetà immobbli li tinvolvi jew diversi proprjetajiet jew proprjetà waħda li tinsab f’diversi distretti differenti. F’dawn il-kawżi, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu li jippreżentaw ir-rikors fi kwalunkwe wieħed mid-distretti b’ġurisdizzjoni.
- Rikorsi sabiex tkun meħtieġa l-preżentazzjoni u l-approvazzjoni tal-kontijiet minn dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-assi ta’ parti oħra, jekk il-post fejn għandhom jiġu ppreżentati l-kontijiet ma jkunx ġie determinat. F’dawn il-kawżi, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu bejn id-domiċilju tal-konvenut u l-post fejn jiġu mmaniġġjati l-assi.
- Tilwim dwar wirt: ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu bejn il-qrati tal-aħħar domiċilju tal-mejjet fi Spanja u l-qrati ta’ fejn tkun tinstab il-maġġoranza tal-patrimonju.
- Rikorsi dwar proprjetà intellettwali: ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu bejn il-postijiet li ġejjin: il-post fejn ikun seħħ il-ksur; il-post fejn ikun hemm evidenza prima facie li seħħ il-ksur; jew il-post fejn ikun hemm kopji illegali.
- Kawżi dwar kompetizzjoni inġusta fejn il-konvenut ma jkollu l-ebda stabbiliment, domiċilju jew residenza fi Spanja. F’dawn il-kawżi, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu jew il-post fejn tkun seħħet il-kompetizzjoni inġusta jew il-post fejn jinħassu l-effetti tagħha.
- Talbiet li jirrigwardaw biss il-kustodja ta’ minorenni jew talbiet għall-manteniment ippreżentati minn ġenitur wieħed kontra l-ieħor f’isem il-minorenni, meta t-tnejn ikunu residenti f’distretti tal-qrati differenti. F’dawn il-kawżi, ir-rikorrenti jistgħu jagħżlu jew il-qorti tal-post fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju jew il-qorti tal-post fejn ikunu residenti t-tifel/tifla.
- B’mod ġenerali, ir-rikorsi li jinvolvu l-eżerċizzju tad-drittijiet individwali tal-konsumatur jew tal-utent jistgħu jinstemgħu mill-qorti tad-domiċilju tal-konsumatur, utent jew konvenut, skont l-għażla tal-konsumatur.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Fil-kawżi li ġejjin, hemm regoli obbligatorji li jirrikjedu li r-rikorrent jippreżenta r-rikors lil qorti għajr dik tad-domiċilju tal-konvenut. F’dawn il-kawżi, il-partijiet ma jistgħux jagħżlu li jissottomettu għall-ġurisdizzjoni ta’ qorti partikolari, la espressament u lanqas impliċitament:
- Drittijiet in rem jew drittijiet ta’ riċeviment tal-kera fir-rigward ta’ proprjetà immobbli u kwistjonijiet relatati ma’ proprjetà commonhold (propiedad horizontal): il-qrati tad-distrett fejn tkun tinsab il-proprjetà jkollhom il-ġurisdizzjoni.
- Kwistjonijiet dwar wirt: il-ġurisdizzjoni tiġi determinata jew skont fejn il-mejjet kien domiċiljat l-aħħar fi Spanja jew skont fejn tkun tinsab il-parti l-kbira tal-patrimonju, skont l-għażla tar-rikorrent.
- Kawżi li jinvolvu assistenza għal jew rappreżentanza ta’ persuni mingħajr kapaċità: dawn jinstemgħu mill-qorti tal-post fejn tkun qiegħda tgħix il-persuna inkwistjoni.
- Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali permezz tal-qrati ċivili: dawn il-kawżi jinstemgħu mill-qorti tad-domiċilju tar-rikorrent jew, meta r-rikorrent ma jkollu l-ebda domiċilju fi Spanja, mill-qorti tal-post fejn ikun seħħ l-att li kiser id-dritt inkwistjoni.
- Talbiet għall-kumpens għall-ħsara fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur: il-qorti tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara jkollha l-ġurisdizzjoni.
- Rikużi għar-riżoluzzjonijiet ta’ kumpaniji: il-ġurisdizzjoni territorjali tiġi determinata skont il-post tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija.
- Rikorsi għal dikjarazzjoni li ċerti termini u kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ma jiffurmawx parti minn kuntratt jew li klawsola hija nulla u bla effett: il-qorti tal-post tad-domiċilju tar-rikorrent ikollha l-ġurisdizzjoni.
- Rikorsi dikjarattivi għat-terminazzjoni jew l-irtirat ta’ termini kuntrattwali standard meta l-konvenut ma jkollux stabbiliment jew domiċilju fi Spanja: f’dawn il-kawżi, il-qorti tal-post fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt standard ikollha l-ġurisdizzjoni.
- Rikorsi għat-terminazzjoni ta’ termini kuntrattwali standard biex jiġu difiżi l-interessi kollettivi jew komuni tal-konsumaturi jew tal-utenti meta l-konvenut ma jkollux stabbiliment jew domiċilju fi Spanja: f’dawn il-kawżi, il-qorti tad-domiċilju tar-rikorrent ikollha l-ġurisdizzjoni.
- Rikorsi biex jiġi rikjest li kwalunkwe waħda mill-persuni li ġejjin tikkonforma mal-obbligi tagħha: kumpanija tal-assigurazzjoni; xi ħadd li jkun biegħ proprjetà personali lil persuna oħra bi ħlasijiet parzjali, jew iffinanzja x-xiri ta’ dik il-proprjetà; xi ħadd li jkun għamel offerta pubblika ta’ proprjetà jew servizzi personali li persuna oħra tkun aċċettat. F’dawn il-kawżi, il-qorti tal-post tad-domiċilju tar-rikorrent ikollha l-ġurisdizzjoni.
- Rikorsi minn partijiet terzi sabiex jikkontestaw il-qbid ta’ proprjetà: il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-entità li tkun ordnat il-qbid ikollha l-ġurisdizzjoni.
- Rikorsi għal separazzjoni, nullità jew divorzju: il-ġurisdizzjoni hija f’idejn il-Qorti tal-Familja – jew fejn ma jkunx hemm Qorti tal-Familja, il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-post tad-dar matrimonjali. Fejn ma jkunx hemm dar matrimonjali, il-ġurisdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post jew tal-aħħar dar matrimonjali jew tar-residenza tal-konjuġi l-ieħor/l-oħra. Fejn ma tkun teżisti l-ebda waħda minn dawn, il-qorti tal-post fejn l-individwu jkollu d-domiċilju jkollha l-ġurisdizzjoni. Fejn rikors isir bi qbil reċiproku, il-ġurisdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post tal-aħħar dar kondiviża jew tad-domiċilju ta’ wieħed mill-konjuġi.
- Talbiet li jirrigwardaw biss il-kustodja ta’ minorenni jew talbiet għal manteniment ippreżentati minn ġenitur wieħed kontra l-ieħor f’isem minorenni: f’dawn il-kawżi, il-qorti tal-post tal-aħħar dar kondiviża tal-ġenituri jkollha l-ġurisdizzjoni. Fejn il-ġenituri jkunu jgħixu f’distretti ġudizzjarji differenti, ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn il-qorti tal-post fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju jew il-qorti tal-post fejn ikunu residenti t-tifel/tifla.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Bħala regola ġenerali, il-ġurisdizzjoni territorjali tista’ tinbidel fi Spanja, li jfisser li l-partijiet f’tilwima jistgħu jissottomettu, espliċitament jew taċitament, għall-qrati ta’ distrett partikolari, bil-kundizzjoni li l-qrati inkwistjoni jkollhom ġurisdizzjoni fuq il-materja.
Sottomissjoni espliċita sseħħ meta l-partijiet interessati jikkonkludu ftehim espliċitu fejn jgħidu għall-qrati ta’ liema distrett se jissottomettu.
Sottomissjoni taċita sseħħ fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
- Fil-każ tar-rikorrent, bis-sempliċi fatt li jmur quddiem il-qrati ta’ distrett partikolari u jippreżenta talba jew jagħmel rikors jew talba li trid tiġi ppreżentata quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni biex tisma’ t-talba.
- Fil-każ tal-konvenut, meta huwa jkun deher u sussegwentement iwettaq kwalunkwe pass proċedurali għajr jippreżenta rikors fiż-żmien u l-forma dovuti sabiex jikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti.
Kwalunkwe tibdil fid-domiċilji tal-partijiet, fil-post tal-oġġett fit-tilwima jew fl-għan tal-proċeduri, li jseħħ wara li jkunu bdew il-proċeduri, ma jwassalx għal bidla fil-ġurisdizzjoni, li tiġi determinata skont is-sitwazzjoni kif ikkonfermata fil-bidu tal-proċeduri (Perpetuatio Iurisdictionis).
Madankollu:
Mhix permessa sottomissjoni espliċita f’kuntratti ta’ forma standard, kuntratti fejn it-termini u l-kundizzjonijiet ikunu ġew imposti minn waħda mill-partijiet, jew kuntratti konklużi minn konsumaturi/utenti. Madankollu, f’dawn il-każijiet hija possibbli sottomissjoni taċita.
Ma hija possibbli l-ebda forma ta’ sottomissjoni meta l-liġi tistabbilixxi regoli obbligatorji dwar il-ġurisdizzjoni territorjali.
Ma hija possibbli l-ebda forma ta’ sottomissjoni fi proċeduri rapidi, proċeduri ta’ ordni ta’ ħlas jew proċeduri ta’ infurzar tad-dejn.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-qrati speċjalizzati fi Spanja jinkludu l-qrati elenkati hawn taħt.
Il-Qrati tal-Familja, li huma Qrati tal-Prim’Istanza. Fejn ikun hemm disponibbli Qrati tal-Familja (ġeneralment fiċ-ċentri b’popolazzjonijiet akbar), dawn ikollhom il-ġurisdizzjoni esklużiva fuq materji tal-familja. B’mod speċifiku huma jisimgħu kawżi li jirrigwardaw:
- separazzjoni, annullament u divorzju; u
- l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri fuq il-minorenni.
Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni territorjali huma l-istess bħar-regoli li japplikaw għall-Qrati tal-Prim’Istanza li jisimgħu materji tal-liġi tal-familja fin-nuqqas ta’ Qorti tal-Familja speċjalizzata fid-distrett inkwistjoni.
Il-Qrati Soċjali jisimgħu talbiet li jirrigwardaw il-liġi tax-xogħol. Dawn jinkludu tilwim individwali bejn impjegati u impjegaturi dwar kuntratti ta’ impjieg, tilwim dwar negozjar kollettiv, talbiet tas-Sigurtà Soċjali u talbiet kontra l-Istat fir-rigward tar-responsabbiltajiet tiegħu dwar il-liġi tax-xogħol.
Ir-regola ġenerali hija li l-ġurisdizzjoni territorjali hija f’idejn il-qorti fil-post fejn il-ħaddiem jipprovdu s-servizzi tiegħu jew fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju, skont l-għażla tar-rikorrent.
Il-Qrati Kummerċjali joperaw f’livell provinċjali u jittrattaw litigazzjoni kummerċjali.
Dawn il-qrati jisimgħu kawżi li jinvolvu kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ insolvenza, ħlief fejn l-insolvenza tinvolvi individwu għajr persuna tan-negozju: f’dawk il-kawżi, il-Qrati tal-Prim’Istanza mhux speċjalizzati jkollhom il-ġurisdizzjoni.
Huma jisimgħu wkoll kawżi relatati li jinvolvu l-kwistjonijiet li ġejjin:
- Talbiet finanzjarji ċivili kontra l-assi tal-persuna insolventi, ħlief talbiet fi proċeduri dwar kapaċità, filjazzjoni, żwieġ u minorenni.
- Rikorsi korporattivi sabiex tinkiseb it-terminazzjoni, l-emenda jew is-sospensjoni kollettiva ta’ kuntratti ta’ impjieg meta l-impjegatur ikun il-parti insolventi, jew rikorsi sabiex jiġu sospiżi jew terminati l-kuntratti tal-maniġment superjuri.
- Kwalunkwe azzjoni ta’ infurzar jew miżura proviżorja kontra l-assi u d-drittijiet ekonomiċi tal-parti insolventi, irrispettivament minn liema qorti tkun għamlet l-ordni.
- Rikorsi ta’ responsabbiltà ċivili kontra diretturi, awdituri jew likwidaturi ta’ kumpaniji dwar id-dannu jew telf sofrut mill-parti insolventi matul il-proċedura tal-insolvenza.
- Talbiet relatati ma’:
- kompetizzjoni inġusta,
- il-proprjetà intellettwali u r-reklamar,
- il-liġi tal-kumpaniji u l-liġi li tirregola s-soċjetajiet kooperattivi,
- it-trasport nazzjonali jew internazzjonali,
- il-liġi marittima,
- it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt,
- l-applikazzjoni tar-regoli tal-arbitraġġ għall-kwistjonijiet elenkati hawn fuq.
Il-ġurisdizzjoni biex tiftaħ u tisma’ proċeduri ta’ insolvenza hija f’idejn il-Qorti Kummerċjali tat-territorju fejn id-debitur ikollu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu. Jekk id-debitur ikun domiċiljat ukoll fi Spanja u d-domiċilju u ċ-ċentru tal-interessi ewlenin ikunu f’postijiet differenti, il-Qorti Kummerċjali tad-domiċilju tad-debitur tkun ukoll kompetenti biex tisma’ l-kawża, skont l-għażla tal-kreditur li jagħmel ir-rikors.
Meta d-debitur ikun entità legali, is-suppożizzjoni hija li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu. Għal dawn l-għanijiet, kwalunkwe bidla fl-uffiċċju rreġistrat li sseħħ fi żmien sitt xhur qabel ir-rikors għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza ma tiġix ikkunsidrata.
Il-Qrati Kummerċjali f’Alicante joperaw bħala l-Qrati tat-Trademark tal-UE meta jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni esklużiva tagħhom sabiex jisimgħu fil-prim’istanza kwalunkwe litigazzjoni li titressaq quddiemhom skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji.
Fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni tagħhom fuq dawn il-materji, il-Qrati tat-Trademark għandhom ġurisdizzjoni fit-territorju nazzjonali kollu.
Minbarra dawn il-qrati speċjalizzati, bil-liġi l-Kunsill Ġenerali għall-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial) jista’ jiddeċiedi li, fejn ikun hemm diversi qrati tal-istess tip, waħda jew aktar minnhom għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva biex tisma’ ċerti kategoriji ta’ kawżi jew biex tissorvelja l-infurzar fil-qasam tal-liġi kkonċernat.
Din is-setgħa diġà ġiet eżerċitata f’diversi postijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-inkapaċità u l-istituzzjonalizzazzjoni furzata minħabba mard mentali, fejn il-ġurisdizzjoni ġeneralment ġiet assenjata lill-Qrati tal-Familja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 05/06/2020
Ġurisdizzjoni - Franza
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
L-istruttura legali Franċiża tinvolvi l-koeżistenza ta’ żewġ tipi ta’ qrati: amministrattivi u ġudizzjarji.
Kull kategorija hija komposta minn struttura fi tliet livelli.
Fl-ewwel kategorija, il-qrati ordinarji li jagħtu s-sentenzi huma l-qrati amministrattivi (tribunaux administratifs), kif ukoll diversi qrati amministrattivi speċjalizzati. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem qrati amministrattivi tal-appell (cours administratives d'appel). Fl-aħħar nett, dawk id-deċiżjonijiet huma soġġetti għal rieżami mill-Kunsill tal-Istat (Conseil d’Etat).
Fit-tieni kategorija, il-qrati ordinarji li jagħtu deċiżjonijiet fil-prim’istanza huma l-qrati reġjonali (tribunaux de grande instance), flimkien ma’ sensiela ta’ qrati oħra li l-ġurisdizzjoni tagħhom kienet stabbilita b’leġiżlazzjoni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati tal-appell (cours d’appel), li huma magħmula minn diversi awli (ċivili (civile), soċjali (sociale), kummerċjali (commerciale) u kriminali (criminelle)). Id-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati tal-appell jistgħu jwasslu għal appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation) (li hija nnifisha hija magħmula minn diversi awli strutturati madwar l-oqsma elenkati għall-qrati tal-appell).
It-tqassim tal-kategoriji tal-qrati huwa kif ġej:
Qrati amministrattivi:
- Kunsill tal-Istat (1)
- Qrati amministrattivi tal-appell (8)
- Qrati amministrattivi (42)
Qrati ġudizzjarji:
- Qorti tal-Kassazzjoni (1)
- Qrati tal-appell (36)
- Qorti Suprema tal-Appell (Tribunal supérieur d’appel) (1)
- Qrati reġjonali (164) [li 16 minnhom għandhom ġurisdizzjoni kummerċjali]
- Qrati tal-prim’istanza (Tribunaux de première instance) (4) [li 2 minnhom għandhom ġurisdizzjoni kummerċjali]
- Qrati tal-minorenni (Tribunaux pour enfants) (155)
- Tribunali tas-sigurtà soċjali (Tribunaux des affaires de sécurité sociale) (114)
- Qrati distrettwali (Tribunaux d’instance) (307)
- Tribunali industrijali (Conseils de prud’hommes) (210)
- Qrati industrijali (Tribunaux du travail) (6)
- Qrati kummerċjali (Tribunaux de commerce) (134)
L-ispeċjalizzazzjonijiet għall-qrati ġudizzjarji huma:
- Il-qrati distrettwali jiġġudikaw l-aktar tilwim komuni. Bħala regola huma jiġġudikaw it-talbiet kollha li jirrigwardaw ammonti sa EUR 10 000. Huma għandhom ġurisdizzjoni wkoll biex jiddeċiedu dwar ċertu tilwim speċifiku (kera mhux imħallsa, sekwestru tal-qligħ, elezzjonijiet fil-livell tal-post tax-xogħol, kreditu f’materji tal-liġi tal-konsumatur).
- Il-qrati kummerċjali għandhom ġurisdizzjoni għat-tilwim bejn kummerċjanti, bejn l-istabbilimenti ta’ kreditu jew bejn dawk iż-żewġ tipi ta’ negozju, tilwim relatat ma’ kumpaniji kummerċjali, kif ukoll tilwim fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali bejn kwalunkwe persuna u dwar id-diffikultajiet finanzjarji ta’ kumpaniji kummerċjali (likwidazzjoni u riċevitura, eċċ.),
- It-tribunali tal-artijiet agrikoli (tribunaux paritaires des baux ruraux) għandhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu tilwim bejn l-inkwilini u s-sidien tal-kera ta’ art agrikola (agrikoltura minn gabillott, mezzadrija, eċċ.),
- It-tribunali industrijali jittrattaw tilwim bejn impjegati u impjegaturi koperti b’kuntratti ta’ impjieg individwali regolati bil-liġi privata.
- Sa data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, it-tribunali tas-sigurtà soċjali (tribunaux des affaires de sécurité sociale) għandhom ġurisdizzjoni fuq tilwim li għalih japplikaw leġiżlazzjoni u regolamenti tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni reċiproka agrikola; minn data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, dan it-tilwim għandu jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qrati reġjonali maħtura apposta.
- Sa data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, il-qrati għall-inkapaċità (tribunaux du contentieux de l'incapacité) jisimgħu tilwim relatat ma’ diżabilità jew gradi differenti ta’ diżabilità, inkapaċità permanenti u inkapaċità għax-xogħol; minn data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019, dan it-tilwim għandu jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qrati reġjonali maħtura apposta.
- Il-qrati għall-pensjonijiet militari jisimgħu tilwim relatat mal-pensjonijiet militari.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Id-distribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati reġjonali, il-qrati distrettwali u l-qrati lokali (juridictions de proximité) hija speċifikata hawn fuq. Għandu jiġi nnotat li, fin-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni li tingħata speċifikament lil qrati oħra, il-qrati reġjonali huma l-qrati ordinarji kompetenti.
- Il-qrati distrettwali għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar tilwim sa u inkluż EUR 10 000 u ta’ valur mingħajr limitu f’tilwim dwar ċerti materji bħal-liġi tal-konsumatur, it-tutela ta’ persuni adulti u l-lokazzjonijiet residenzjali.
- Il-qrati reġjonali għandhom ġurisdizzjoni għat-tilwim ċivili l-ieħor kollu li ma jaqax taħt dik ta’ qrati oħra, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-familja.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Bħala regola, il-qorti tal-post tar-residenza tal-konvenut ikollha l-ġurisdizzjoni. L-għan ta’ din ir-regola huwa li tagħti grad ta’ protezzjoni lill-konvenuti, billi jkun aktar faċli għalihom li jiddefendu ruħhom fil-qorti li tkun l-eqreb ta’ darhom.
Għalhekk, jekk il-konvenut ikun persuna fiżika, il-ġurisdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post fejn dan ikollu d-domiċilju jew ir-residenza. Għal persuna ġuridika (kumpanija, assoċjazzjoni), dan huwa l-post fejn tkun stabbilita, b’mod ġenerali fejn ikun jinsab l-indirizz irreġistrat tagħha. F’xi każijiet, l-istabbiliment magħruf prinċipali jkun differenti mill-indirizz irreġistrat. F’każijiet bħal dawn, huwa possibbli li wieħed jagħmel rikors lill-qorti fil-post tal-istabbiliment prinċipali. Fil-każ ta’ kumpaniji kbar b’diversi fergħat, il-qorti li jsir ir-rikors quddiemha tista’ tkun fil-post ta’ waħda mill-fergħat.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- Kuntratti: ir-rikorrenti jistgħu jressqu rikors jew fil-post fejn ikun residenti r-rikorrent jew, skont in-natura tal-kuntratt, fil-post fejn ikunu jridu jiġu kkonsenjati l-prodotti jew fejn ikunu jridu jitwettqu s-servizzi.
- F’kawżi ta’ responsabbiltà għal att dannuż (delitt) u fi proċeduri ċivili marbuta ma’ prosekuzzjoni kriminali, it-talba tista’ titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn ikun jgħix il-konvenut jew il-qorti tal-post fejn ikun iġġarrab id-dannu jew ikun seħħ l-att dannuż.
- F’materji ta’ proprjetà immobbli: ir-rikorrent jista’ jressaq il-materja quddiem il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà.
- F’materji ta’ manteniment jew kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż ta’ żwieġ: ir-rikorrent għandu l-għażla bejn il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut jew dik tal-post fejn jgħix il-kreditur, jiġifieri l-qorti tal-post fejn jgħix ir-rikorrent.
- F’tilwim li jinvolvi l-konsumaturi: il-konsumaturi jistgħu jagħżlu li jagħmlu r-rikors quddiem il-qorti tal-post fejn kienu qegħdin jgħixu meta ġie konkluż il-kuntratt jew meta seħħ l-att dannuż.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- F’tilwim rigward pensjonijiet tal-manteniment jew pagamenti ta’ kumpens: il-ġurisdizzjoni hija f’idejn il-qorti tal-post tar-residenza tal-konjuġi kreditur jew tal-ġenitur li jkun il-persuna prinċipali li tieħu ħsieb it-tfal, anki jekk ikunu adulti.
- Divorzju: il-qorti tal-post fejn tgħix il-familja jkollha l-ġurisdizzjoni. Jekk il-konjuġi jgħixu separati, il-qorti tal-post fejn jgħixu t-tfal ikollha l-ġurisdizzjoni. Jekk il-konjuġi ma jkollhomx tfal, il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut ikollha l-ġurisdizzjoni.
- Suċċessjoni: il-qorti tal-post fejn il-persuna mejta tkun għexet l-aħħar ikollha l-ġurisdizzjoni.
- F’materji ta’ proprjetà immobbli: il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà jkollha l-ġurisdizzjoni.
- Lokazzjonijiet ta’ proprjetà: il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà jkollha l-ġurisdizzjoni.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Il-qorti speċjalizzati kollha għandhom ġurisdizzjoni esklużiva u oġġezzjoni għall-ġurisdizzjoni trid titqajjem awtomatikament mill-qorti. L-unika possibbiltà ta’ rikors quddiem qorti li normalment ma jkollhiex ġurisdizzjoni tinsab fl-għażla bejn il-qrati reġjonali u l-qrati distrettwali għal materji li fihom ma jkollhomx ġurisdizzjoni esklużiva.
Bħala regola, kwalunkwe klawsola ta’ kuntratt li tmur kontra r-regoli tal-ġurisdizzjoni u l-allokazzjoni territorji hija nulla u bla effett, ħlief f’kuntratti magħmula bejn żewġ kummerċjanti, bil-kundizzjoni li l-klawsola tkun speċifikata b’mod ċar ħafna.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
- Qrati kummerċjali: bħala regola, il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut ikollha l-ġurisdizzjoni. F’kawżi ta’ responsabbiltà għal att dannuż, il-ġurisdizzjoni tkun f’idejn il-qorti tal-post fejn ikun seħħ l-att dannuż jew li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun iġġarrbet il-ħsara.
- Tribunali għal artijiet agrikoli: il-qorti tal-post fejn tkun tinsab il-proprjetà jkollha l-ġurisdizzjoni.
- Tribunali industrijali: l-impjegati jistgħu jagħmlu rikors quddiem tribunali industrijali fil-post tal-istabbiliment li jaħdmu fih, il-post fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt jew il-post tal-indirizz irreġistrat tal-kumpanija li timpjegahom. Jekk ix-xogħol ikun sar ’il barra minn kwalunkwe stabbiliment, il-kawża trid titressaq quddiem it-tribunal industrijali fil-post fejn ikun residenti l-impjegat.
- Qrati għall-affarijiet soċjali (sa data stabbilita b’digriet u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2019): bħala regola, il-ġurisdizzjoni hija f’idejn il-qorti tal-post tar-residenza tal-benefiċjarju jew tal-impjegatur ikkonċernat jew tal-indirizz irreġistrat tal-organizzazzjoni konvenuta fil-każ ta’ tilwima bejn organizzazzjonijiet b’indirizzi rreġistrati f’ġurisdizzjonijiet differenti.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 23/07/2018
Ġurisdizzjoni - il-Kroazja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Rikors jiġi ppreżentat lill-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali jew ratione materiae biex tisma’ l-kawża inkwistjoni u, fil-każ ta’ tilwima speċifika, lil qorti speċjalizzata. Madankollu, il-Belt ta’ Zagreb (Grad Zagreb) biss għandha qorti ċivili muniċipali (Općinski građanski sud) u tribunal industrijali muniċipali (Općinski radni sud) bħala qrati speċjalizzati għal dawn il-materji, filwaqt li f’postijiet oħra l-qrati muniċipali (Općinski sudovi) ġeneralment ikollhom il-ġurisdizzjoni.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Ir-regoli dwar liema qorti jkollha l-ġurisdizzjoni jinsabu fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili.
Biex inkunu aktar preċiżi, rikors jiġi ppreżentat lill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni territorjali ġenerali għall-konvenut, jiġifieri ġurisdizzjoni territorjali ġenerali bbażata fuq ir-residenza temporanja jew permanenti jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut, jekk il-konvenut ikun entità legali. Jekk tiġi ppreżentata tilwima kontra kontea, il-Belt ta’ Zagreb, bliet u muniċipalitajiet, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali tiġi definita skont fejn ikun jinsab il-korp rappreżentattiv tagħhom.
Madankollu, fil-każ ta’ tilwim kontra r-Repubblika tal-Kroazja, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali tiġi definita skont fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jew l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fil-Kroazja. Jekk ir-rikorrent ma jkollux residenza permanenti jew uffiċċju rreġistrat fil-Kroazja, il-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali f’tilwim kontra r-Repubblika tal-Kroazja tkun il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq iż-żona fejn ikun jinsab il-Parlament Kroat (Hrvatski Sabor)
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Hemm distinzjoni bejn qrati inferjuri u qrati superjuri. Il-qrati muniċipali (Općinski sudovi) u l-qrati kummerċjali (Trgovački sudovi) huma qrati tal-prim’istanza, u l-qrati tal-kontej (Županijski sudovi) u l-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud RH) huma qrati tal-appell. Biex inkunu preċiżi, il-qrati tal-kontej jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-qrati muniċipali u l-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja tiddeċiedi dwar appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-qrati kummerċjali.
Il-qrati tal-kontej u l-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja jistgħu jkunu qrati tal-prim’istanza biss f’kawżi speċifikament previsti, f’liema każ id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jiġu appellati fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud RH).
Għalhekk, il-qrati superjuri huma kompetenti biss għall-appelli f’każijiet eċċezzjonali, meta l-qrati inferjuri jiddikjaraw li ma għandhomx ġurisdizzjoni u jirrinvijaw il-kawża għal aktar konsiderazzjoni.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
L-istabbiliment ta’ liema qorti tkun kompetenti għal kawża speċifika jiddependi minn diversi ċirkustanzi, madankollu, bħala regola, il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni territorjali ġenerali li tkopri l-konvenut tkun il-qorti kompetenti.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali hija r-residenza permanenti jew temporanja tal-konvenut jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut għall-entitajiet legali.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
B’deroga mir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali ġenerali, l-Att dwar il-Proċedura Ċivili (fl-artikoli 50 - 66) jipprevedi każijiet ta’ ġurisdizzjoni territorjali speċjali li japplikaw għal kolitiganti, tilwim dwar il-manteniment statutorju, tilwim dwar danni, tilwim matrimonjali, tilwim dwar l-istabbiliment jew iċ-ċaħda tal-paternità jew tal-maternità, tilwim dwar proprjetà immobbli u f’tilwim dwar dħul mhux awtorizzat fil-proprjetà ta’ ħaddieħor, tilwim dwar inġenji tal-ajru u bastimenti, l-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni fuq persuni li ma jkun hemm l-ebda ġurisdizzjoni territorjali ġenerali fir-Repubblika tal-Kroazja għalihom, ġurisdizzjoni skont il-post fejn tkun tinsab il-fergħa ta’ persuna ġuridika, ġurisdizzjoni skont il-post fejn ikun jinsab l-uffiċċju rappreżentattiv ta’ persuna barranija fir-Repubblika tal-Kroazja, ġurisdizzjoni f’tilwim li jirriżulta mir-relazzjonijiet ma’ unitajiet organizzattivi tal-forzi armati tar-Repubblika tal-Kroazja, ġurisdizzjoni f’tilwim li jirriżulta minn relazzjonijiet tal-liġi tal-wirt, ġurisdizzjoni għal tilwim fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni u falliment, ġurisdizzjoni skont il-post tal-pagament, ġurisdizzjoni f’tilwim relatat mal-impjieg u ġurisdizzjoni reċiproka għal ilmenti kontra ċittadini barranin.
Fil-kawżi imsemmija hawn fuq, ir-rikorrent dejjem jista’, iżda qatt ma huwa meħtieġ, jagħżel qorti differenti minn dik tal-post fejn jgħix il-konvenut li tkun ġiet determinata bl-applikazzjoni tar-regola bażika.
Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 70 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-partijiet jistgħu jiftiehmu dwar il-ġurisdizzjoni territorjali ta’ qorti oħra li jkollha ġurisdizzjoni ratione materiae, iżda dan biss jekk ma tkunx qorti b’ġurisdizzjoni esklużiva.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Skont jekk tkunx tilwima ċivili jew kummerċjali, rikors jista’ jiġi ppreżentat quddiem qorti muniċipali (Općinski sud) jew qorti kummerċjali (Trgovački sud), u fil-Belt ta’ Zagreb jista’ jiġi ppreżentat ukoll quddiem it-tribunal industrijali muniċipali (Općinski radni sud) fil-każ ta’ tilwim industrijali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 13/01/2020
Ġurisdizzjoni - Italja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Ċertu tilwim ċivili jrid jitressaq quddiem qrati speċjalizzati, għaliex pereżempju t-tilwim dwar kwistjonijiet agrikoli jinstema' minn taqsimiet speċjalizzati tal-qrati ordinarji, u t-tilwim dwar kwistjonijiet ta' negozju u kumpaniji jinstema' mill-qorti tal-kummerċ. Qrati speċjalizzati oħra huma l-qorti tal-minuri u l-qorti li tittratta kwistjonijiet tal-ilmijiet pubbliċi. Fil-każijiet l-oħra, il-kawżi ċivili jinstemgħu mill-qrati ordinarji li madankollu jistgħu jsegwu proċeduri speċjali, pereżempju fit-tilwim industrijali u tilwim dwar lokazzjonijiet.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Il-qorti kompetenti hija dik li jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali (il-forum ġenerali tal-persuni fiżiċi jkun dak tar-residenza tal-konvenut), jew fuq il-bażi tal-valur tal-pretensjoni (skont liema t-tilwima tinstema' jew mill-Kummissarju tal-Ġustizzja jew minn tribunal) jew skont is-suġġett ikkonċernat (ċerti suġġetti jinstemgħu minn qrati partikolari minkejja l-valur tagħhom, pereżempju l-kawżi ta' annullament taż-żwieġ jinstemgħu minn qorti ġenerali ffurmata minn kulleġġ ta' ġudikanti).
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Ma hemmx relazzjoni ġerarkika bejn il-qrati iżda biss qrati b'ġuriżdizzjonijiet differenti. Fl-ewwel istanza, skont il-valur tal-kawża, għandu ġuriżdizzjoni l-Kummissarju tal-Ġustizzja, fi kliem ieħor qorti ġenerali. Il-qorti ġenerali ffurmata minn ġudikant uniku u dik iffurmata minn kulleġġ ta' ġudikanti għandhom ġuriżdizzjoni skont is-suġġett. Il-Qorti tal-Appell ġeneralment għandha ġuriżdizzjoni fl-appell, madankollu kultant il-proċedimenti jridu jibdew quddiem il-Qorti tal-Appell (ġuriżdizzjoni funzjonali, pereżempju għal rikorsi għall-annullament ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ). Bħala regola ġenerali kawża tinstema' mill-qorti tal-prim'istanza tal-post ta' residenza tal-konvenut.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Biex jiġi stabbilit liema qorti tal-prim'istanza għandha ġuriżdizzjoni trid tivverifika liema hija l-belt ta' residenza jew domiċilju tal-konvenut (forum ġenerali tal-persuni fiżiċi), jew tidentifika l-qorti ta' post ieħor fejn il-qrati jkollhom ġuriżdizzjoni alternattiva għal dak it-tip ta' każ partikolari, pereżempju għal tilwim minħabba obbligi kuntrattwali, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti fejn nibtu dawk l-obbligi.
Madankollu, għal ċertu tilwim jeżistu qrati speċjali b'ġuriżdizzjoni esklussiva. F'kawżi tal-konsumaturi, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija l-qorti tal-post fejn joqgħod jew għandu d-domiċilju l-konsumatur, u f'kawżi dwar drittijiet fuq proprjetà immobbli hija l-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà (locus rei sitae).
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Għal persuni fiżiċi normalment il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post ta' residenza, tad-domiċilju jew jekk it-tnejn mhumiex magħrufa, tal-post fejn jgħix il-konvenut. Jekk il-konvenut ma għandux residenza, domiċilju jew ma jgħix fir-Repubblika Taljana jew jekk mhux magħruf fejn jgħix, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post ta' residenza tar-rikorrent.
Għal persuni ġuridiċi, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali jew (bl-għażla tar-rikorrent) tal-istabbiliment u r-rappreżentant awtorizzat li jidher il-qorti f'isimha; l-uffiċċju prinċipali tal-kumpaniji li ma għandhomx personalità ġuridika, l-assoċjazzjonijiet u l-kumitati huwa dak fejn huma jmexxu l-attivitajiet tagħhom b'mod kontinwu
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
L-eċċezzjonijiet għar-regola tal-forum ġenerali huma l-qrati li għandhom ġuriżdizzjoni esklussiva, fejn il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post ta' residenza tal-konsumatur.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
F'ċerti każijiet hemm il-possibiltà ta' għażla bejn il-qorti ġenerali u waħda alternattiva. Pereżempju minbarra l-forum ġenerali għal persuna fiżika jew ta' persuna ġuridika, ir-rikorrent jista' jagħżel li jressaq il-kawża tiegħu quddiem qorti oħra prevista alternattivament f'każijiet li jinvolvu drittijiet kontra persuni speċifiċi (diritti di obbligazione). F'dawn il-każijiet ir-rikorrent jista' jagħżel il-qorti ġenerali jew li jidher quddiem il-qorti tal-post fejn seħħet l-obbligazzjoni (l-avveniment jista' jkun kuntrattwali jew mhux kuntrattwali) jew inkella l-qorti fejn trid iseħħ l-obbligazzjoni (l-Artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Iż-żewġ qrati speċjali alternattivi previsti mill-Artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili huma ndaqs bejniethom u mal-qorti ġenerali.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Meta l-qorti jkollha ġuriżdizzjoni esklussiva. Fil-każ ta' żgumbrament jew tilwim dwar drittijiet fuq il-proprjetà fejn il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dik tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, eżempju ieħor huma l-kawżi tal-konsumaturi, fejn il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni hija dejjem dik tal-post ta' residenza tal-konsumatur.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Sakemm ma jkunx hemm ġuriżdizzjoni obbligatorja, (pereżempju ġuriżdizzjoni territorjali f'każ ta' proprjetà immobbli), il-partijiet jistgħu jiftehmu flimkien fuq qorti differenti (l-Artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Skont in-natura tat-tilwima, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati ġenerali, li jisimgħu każijiet dwar drittijiet personali jew qrati speċjali li jittrattaw interessi leġittmi minħabba awtoritajiet pubbliċi jew oqsma speċifiċi oħra (qorti amministrattiva, qorti għall-kontijiet pubbliċi, jew qorti dwar it-taxxi).
Fis-sistema ta' qrati ordinarji, is-suġġett tat-tilwima jiddetermina jekk il-każ jitressaqx quddiem taqsima jew imħallef speċjalizzat. Pereżempju t-tilwim relatat mal-kumpaniji jinstema' mill-qorti tal-kummerċ.
Ħoloq relatati
Annessi relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 24/09/2020
Ġurisdizzjoni - Ċipru
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Qrati ċivili ordinarji (imsejħin qrati distrettwali fis-sistema ġuridika ta' Ċipru) għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu l-parti l-kbira tal-kawżi ċivili.
Fil-każ ta' tilwima ġudizzjarja speċifika, madankollu, għandek tressaq rikors quddiem qorti speċjalizzata b'ġuriżdizzjoni li tisma' l-kawża.
Pereżempju, tilwim familjari (eż. divorzju, manteniment, responsabbiltà tal-ġenituri, komunikazzjoni ma' minuri, tilwim fuq proprjetà, eċċ.) jinstemgħu mill-qrati tal-familja tar-Repubblika ta' Ċipru.
Fir-rigward ta' tilwim industrijali (relazzjonijiet bejn l-impjegatur u l-impjegat, pereż. tkeċċija illegali, sensja, eċċ.), ikollok tressaq rikors quddiem it-tribunal tat-tilwim industrijali tad-distrett fejn tkun qamet it-tilwima jew, fin-nuqqas ta' dan, fejn ir-rikorrent ikollu d-domiċilju abitwali jew il-post ta' residenza permanenti tiegħu. Madankollu, il-qrati ċivili ordinarji (qrati distrettwali) ikollhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu kawżi fejn id-danni mitluba jaqbżu s-salarji ta' sentejn u għalhekk għandek tressaq ir-rikors f'dawn il-qrati.
Fir-rigward ta' tilwim relatat ma' proprjetà mikrija (eż. żieda fil-kera, espulsjoni, eċċ.), għandek tressaq rikors quddiem it-tribunal tal-kontroll tal-kera tad-distrett fejn tinsab il-proprjetà.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 2.2 iktar 'l isfel.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Ma hemm l-ebda distinzjoni bejn qrati ċivili ordinarji tal-ewwel istanza fis-sistema ġuridika Ċiprijotta. Madankollu, hemm distinzjoni bejn imħallfin distrettwali skont il-grad tagħhom (imħallef li jippresjedi l-qorti distrettwali, imħallef anzjan tal-qorti distrettwali, imħallef tal-qorti distrettwali), u l-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jisimgħu kawżi speċifiċi skont dak il-grad.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Qorti distrettwali (ċorti ċivili ordinarja) għandha ġuriżdizzjoni biex issolvi kull tilwima meta:
- l-bażi għat-tilwima tkun qamet kompletament jew parzjalment ġol-konfini tad-distrett li l-qorti kienet stabbilita għalihom;
- l-intimat, jew kwalunkwe wieħed mill-intimati, ikun għex jew ħadem fid-distrett fejn il-qorti kienet stabbilita fil-mument tat-tressiq tar-rikors;
- il-partijiet kollha għall-kawża jkunu ċ-ċittadini Ċiprijotti u l-bażi għall-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żoni tal-Bażi Sovrana jew l-intimat (jew kwalunkwe wieħed mill-intimati) ikun jgħix jew jaħdem hemm;
- il-bażi għall-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona tal-Bażijiet Sovrani minħabba l-użu ta' vettura minn persuna li kienet, jew kellha tkun, assikurata skont l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
- il-bażi għall-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona tal-Bażi Sovrana minħabba inċident lil impjegat jew marda okkupazzjonali li seħħet waqt l-impjieg tiegħu fir-rigward tar-responsabbiltà tal-impjegatur li kien, jew kellu jkun, assikurat għalih skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
- il-kawża tkun relatata mad-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' kwalunkwe proprjetà immobbli jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata ma' proprjetà immobbli li tkun tinsab ġol-konfini tad-distrett li l-qorti kienet stabbilita għalihom.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Meta l-azzjoni tkun relatata ma' istituzzjoni karitatevoli jew privattiva jew marka kummerċjali li tkun responsabbli għaliha l-qorti distrettwali skont l-Artikolu 7 u l-Lista ta' Liġijiet 29/1983, il-kawża titressaq quddiem kwalunkwe qorti distrettwali.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Meta, fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.2.1 ta' hawn fuq, diġà hemm ġuriżdizzjoni territorjali alternattivi jew fil-kawżi msemmija fil-paragrafu 2.2.2.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Fil-każ ta' ġuriżdizzjoni unika fuq il-proprjetà (ara l-aħħar punt tat-tweġiba għall-mistoqsija 2.2.1 hawn fuq).
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Le.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Normalment, il-proċedura tinfetaħ minn avukat awtorizzat, li jkun jaf liema qorti jindirizza. Madankollu, fin-nuqqas ta' rappreżentant legali, tista' tikkuntattja lid-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni tal-Qorti Suprema għall-informazzjoni rilevanti.
Supreme Court of Cyprus
Charalambou Mouskou,
1404 Nicosia, Cyprus
Tel.: +357 22865741
Faks: +357 22304500
Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 15/06/2020
Ġurisdizzjoni - Latvja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums) tiggarantixxi d-dritt ta' kull persuna, fiżika jew ġuridika, għal protezzjoni tad-drittijiet ċivili tagħha permezz tal-qrati, jekk dawn jiġu miksura jew kontestati, u l-protezzjoni bil-qorti ta' kull interess imħares mil-liġi. Bħala regola ġenerali, il-kawżi ċivili jinstemgħu mill-qrati, skont il-proċeduri ordinarji tal-qrati. F'każijiet eċċezzjonali, u fejn ikun speċifikat mil-liġi biss, it-tilwim ċivili jista' jiġi deċiż permezz ta' proċeduri extraġudizzjarji oħra. Fejn tipprovdi l-liġi, qorti tisma' wkoll it-talbiet imressqa mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi li min-natura tagħhom ma jaqgħux fil-qasam ċivili. Madankollu, l-assenjazzjoni ta' tilwima ssir dejjem minn qorti jew imħallef. Jekk il-qorti jew l-imħallef jagħraf li tilwima ma taqax fil-ġurisdizzjoni ta' qorti, id-deċiżjoni f'dan is-sens tindika l-korp responsabbli biex jiddeċiedi mit-tilwima.
Il-Latvja ma għandhiex qrati speċjalizzati li jisimgħu biss kategoriji speċjali ta' kawżi ċivili. Madankollu, ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni huma soġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet li jistabbilixxu liema qorti tisma' l-kawża fl-ewwel istanza.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Il-qrati distrettwali (rajona tiesa) u l-qrati tal-ibliet (pilsētas tiesa) huma l-qrati tal-ewwel istanza f’kawżi ċivili. Il-Qorti tas-Subborg ta’ Vidzeme tal-Belt ta’ Riga (Rīgas pilsētas Vidzemes priekšpilsētas tiesa) teżamina każijiet fejn il-fajls jirreferu għal kwistjoni ta’ sigrieti tal-Istat u każijiet rigward il-protezzjoni ta’ privattivi, topografija tal-prodotti semikondutturi, diżinji, trademarks u indikazzjonijiet ġeografiċi. L-Uffiċju tar-Reġistru tal-Artijiet ta’ qorti distrettwali (belt) teżamina r-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta’ obbligi (bezstrīdus piespiedu izpildīšana) u l-eżekuzzjoni obbligatorja ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti (saistību piespiedu izpildīšana brīdinājuma kārtība), kif ukoll rikorsi għall-konferma ta’ dikjarazzjonijiet ta’ subbasti (izsoles aktu apstiprināšana), ħlief għall-konferma f’każijiet rigward proċedimenti ta’ insolvenza.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Il-mertu tal-kawża ma jistax jiġi eżaminat minn qorti superjuri jekk il-kawża ma tkunx għadha nstemgħet minn qorti inferjuri. Il-qorti tal-ewwel istanza għall-kawżi ċivili hija l-qorti distrettwali jew tal-belt jew il-qorti reġjonali (apgabaltiesa). Fil-proċedimenti ċivili l-kawżi jiġu meqjusa fil-mertu mill-qorti tal-ewwel istanza bil-ġurisdizzjoni għal dak it-tip ta' kawża, suġġett u post tat-tilwima.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Il-kawżi ċivili jiġu assenjati għas-smigħ fl-ewwel istanza lil qrati fi gradi differenti, skont is-suġġett: il-kawżi jiġu klassifikati skont il-kategorija jew in-natura tat-talba. Irid jingħad ukoll li anki qrati fl-istess grad għandhom il-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom stess.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Il-proċeduri ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni territorjali jistabbilixxu li talba kontra persuna fiżika trid titressaq quddiem il-qorti tal-post ta' residenza ddikjarat tagħha (l-Artikolu 26 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili). Talba kontra persuna ġuridika trid titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. B'hekk il-qorti xierqa tal-ewwel istanza tiġi determinata mis-suġġett tal-kawża u mir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni territorjali.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
L-Att dwar il-Proċedura Ċivili jispeċifika wkoll l-eċċezzjonijiet għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni territorjali fil-kawżi ċivili, fejn ir-rikorrent jista' jagħżel li jiftaħ kawża jew skont id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni territorjali, jiġifieri jidher quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata jew l-uffiċċju reġistrat tal-konvenut jew jiftaħ kawża quddiem qorti tal-ewwel istanza differenti, fl-istess grad, li l-liġi tindika bħala qorti alternattiva.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Talba kontra konvenut li ma għandux post ta' residenza dikjarat titressaq quddiem qorti li tiġi magħżula skont il-post ta' residenza de facto tal-konvenut.
Jekk il-post ta' residenza de facto tal-konvenut mhux magħruf, jew jekk il-konvenut ma għandux post ta' residenza abitwali fil-Latvja, it-talba titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli tal-konvenut, jew tal-aħħar post ta' residenza magħruf tiegħu.
F'ċerti każijiet speċifikati mil-liġi, rikorrent għandu ċerti drittijiet biex jagħżel fejn jiftaħ il-kawża, quddiem qorti stabbilita mill-post ta' residenza dikjarata tal-konvenut jew l-uffiċċju reġistrat jew quddiem qorti oħra.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Ir-regoli dwar l-għażla tal-qorti mir-rikorrent jinsabu fl-Artikolu 28 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, li jagħti lista dettaljata tat-tip ta' kawżi u qrati alternattivi li quddiemhom tista' titressaq il-kawża:
- kawża minħabba l-attivitajiet ta' sussidjarju jew uffiċċju rappreżentattiv ta' persuna ġuridika tista' titressaq ukoll fil-qorti fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat tas-sussidjarju jew tal-uffiċċju rappreżentattiv.
- kawża għall-irkupru tal-manteniment tat-tfal jew tal-ġenituri jew tal-filjazzjoni tista titressaq ukoll quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent.
- kawża dwar korriment personali (l-Artikoli 1635, 2347-2353 tal-Kodiċi Ċivili (Civillikuma)) li wassal għal diżabbiltà, dannu ieħor għas-saħħa jew il-mewt tal-persuna konċernata tista' titressaq ukoll fil-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent jew il-post fejn seħħ il-korriment.
- kawża dwar ħsara fuq proprjetà ta' persuna fiżika jew ġuridika tista' titressaq ukoll fil-qorti tal-post fejn saret il-ħsara.
- kawża għar-restituzzjoni ta' proprjetà, jew kumpens għall-valur tagħha, tista' titressaq ukoll quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent.
- kawżi marittimi jistgħu jitressqu wkoll fil-qorti tal-post fejn ġie sekwestrat il-bastiment proprjetà tal-konvenut.
- kawża kontra diversi konvenuti li jgħixu jew jinsabu f'diversi postijiet tista' titressaq fil-qorti tal-post ta' residenza jew uffiċċju reġistrat ta' konvenut minnhom.
- kawża ta’ divorzju jew annullament taż-żwieġ tista’ titressaq quddiem il-qorti fuq talba tar-rikorrent jew tal-post ta’ residenza dikjarat tar-rikorrent, iżda fin-nuqqas - quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza de facto tar-rikorrent, jekk:
- il-minorenni jgħixu mar-rikorrent;
- iż-żwieġ li se jinħall ġie ċċelebrat ma' persuna li qed tiskonta sentenza ta' ħabs;
- iż-żwieġ li se jinħall ġie ċċelebrat ma' persuna li ma għandiex post ta’ residenza dikjarat, post ta' residenza mhux magħruf jew li tgħix barra l-pajjiż;
- kawża minħabba relazzjoni industrijali tista' titressaq ukoll fil-qorti tal-post dikjarat ta' residenza jew tal-post tax-xogħol tar-rikorrent.
Jekk ir-rikorrent fil-każijiet imsemmija hawn qabel ma għandux post iddikjarat ta' residenza, tista' ssir talba quddiem il-qorti tal-post ta' residenza de facto tar-rikorrent.
Hemm ukoll dispożizzjoni rigward il-ġurisdizzjoni esklussiva fil-kawżi ċivili, li tieħu preċedenza mhux biss fuq il-ġurisdizzjoni territorjali ordinarja iżda wkoll kull forma oħra ta' ġurisdizzjoni territorjali. Il-ġurisdizzjoni hija determinata mit-tip ta' kawża fil-każijiet li ġejjin:
- kawża dwar id-drittijiet ta' sjieda jew drittijiet ta' proprjetà oħra fir-rigward ta' proprjetà immobbli jew marbuta magħhom, jew kawża dwar ir-reġistrazzjoni ta' dawn id-drittijiet fir-reġistru tal-artijiet jew it-tneħħija ta' dawn id-drittijiet u l-esklużjoni tal-proprjetà mir-rekords, trid titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà;
- meta l-kawża tinġieb kontra l-beni tad-decujus, u ma hemmx eredi magħrufa li ġew konfermati jew aċċettaw il-wirt, il-ġurisdizzjoni hija tal-qorti tal-post ta' residenza dikjarata jew de facto tad-decujus, iżda jekk ir-residenza dikjarata jew de facto mhix fil-Latvja jew mhix magħrufa, il-ġurisdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà jew parti minnha tal-wirt.
Il-ġurisdizzjoni esklussiva tinsab ukoll f'atti leġiżlattivi oħra.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll f'każijiet soġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji speċjali:
Rikors għall-approvazzjoni ta' adozzjoni jird jiġi preżentat lill-qorti tal-post ta' residenza dikjarata ta' min se jaddotta, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħu; rikors għall-annullazzjoni ta' adozzjoni jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħu.
Rikors għall-approvazzjoni ta' adozzjoni minn ċittadin barrani jew persuni li tgħix fi stat barrani jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tal-persuna adottata, iżda jekk il-persuna adottata tkun f'kustodja mhux fil-familja r-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post fejn qed tiġi provvduta l-kura w kustodja. (l-Artikolu 259(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).
Rikors għall-interdizzjoni minħabba diżordni mentali jew kundizzjonijiet oħra jrid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-post ta' residenza dikjarata ta' dik il-persuna, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tagħha; jekk il-persuna tkun ġiet trasferita f'istitut mediku, ir-rikors irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn jinsab l-istitut mediku. (l-Artikolu 264 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).
- rikors għall-inabilitazzjoni u għat-twaqqif ta' trusteeship għal persuna minħabba l-istil ta' ħajja mhux għaqli u ta' tberbiq, jew użu eċċessiv ta' alkoħol jew sustanzi intossikanti oħra, irid jiġi ppreżentat fil-qorti tal-post ta' residenza dikjarata ta' dik il-persuna, jew fin-nuqqas, fil-post ta' residenza de facto tagħha (l-Artikolu 271 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili);
- kwistjonijiet dwar it-trusteeship għall-proprjetà ta' persuna assenti jew mitlufa jridu jiġu deċiżi mill-qorti tal-aħħar post ta' residenza tagħha (l-Artikolu 278 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
- rikors sabiex persuna mitlufa tiġi ddikjarata mejta trid tiġi ppreżentata lill-qorti tal-aħħar residenza tagħha (l-Artikolu 282 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
- rikors sabiex jiġu stabbiliti l-fatti b'rilevanza ġuridika minn qorti jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħu (l-Artikolu 290 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
- rikors sabiex jiġu kanċellati drittijiet fuq proprjetà immobbli jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà; rikors għall-kanċellament ta' kull dritt ieħor jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħu, jew f'każ ta' persuna ġuridika l-uffiċċju reġistrat, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi (l-Artikolu 294(2) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
- rikors għall-kanċellament ta' dokument mitluf, misruq jew meqrud u t-tiġdid tad-drittijiet marbuta miegħu jridu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post ta' ħlas indikat fuq id-dokument, jew, jekk mhux magħruf, quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tad-debitur, jew f'każ ta' persuna ġuridika, l-uffiċċju reġistrat tagħha; jekk il-post ta' residenza de facto tad-debitur jew l-uffiċċju reġistrat mhux magħrufa, ir-rikors irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn inħareġ id-dokument (l-Artikolu 299 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
- rikors għall-fidi taċ-ċens tal-proprjetà immobbli jrid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà (l-Artikolu 336 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
- Il-qorti għandha teżamina kawża rigward proċedimenti għal protezzjoni legali bbażata fuq l-indirizz legali tad-debitur li ġie rreġistrat għad-debitur tliet xhur qabel is-sottomissjoni ta’ rikors lill-qorti (l-Artikolu 341.1 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili);
- kawża rigward proċedimenti ta’ insolvenza għal persuna ġuridika wara rikors tad-debitur, il-kreditur, jew il-maġġoranza tal-kredituri kif speċifikat fl-Artikolu 42(3) tal-Liġi dwar l-Insolvenza (Maksātnespējas likums) għandha tiġi eżaminata mill-qorti skont l-indirizz legali tad-debitur kif irreġistrat għad-debitur tliet xhur qabel is-sottomissjoni tar-rikors lill-qorti. F’każ dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insovlenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, hija l-qorti bbażata fil-post ta’ interess ewleini tad-debitur li għandha ġuriżdizzjoni, iżda f’każ ta’ bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-istess Regolament, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti bbażata fil-post tal-kumpanija tad-debitur (fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000 (Artikolu 363.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
- kawża dwar l-insolvenza ta’ persuna fiżika fuq rikors minnha għandha tinstema’ mill-qorti tal-post ta’ residenza dikjarat tad-debitur kif irreġistrat għad-debitur tliet xhur qabel is-sottomissjoni tar-rikors lill-qorti, iżda fin-nuqqas - tal-post ta’ residenza de facto tad-debitur. Każ dwar il-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000 għandu jiġi eżaminat mill-qorti bbażata fil-post ta’ interess ewlieni tad-debitur, iżda f’każ ta’ bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-istess Regolament, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti bbażata fil-post tal-kumpanija tad-debitur (fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000 (Artikolu 363.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili);
- kwistjonijiet dwar il-falliment jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jridu jiġu deċiżi mill-qorti tal-post fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat l-istituzzjoni ta' kreditu (l-Artikolu 341 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
- prinċipal jista' jressaq rikors sabiex strajk jew avviż ta' strajk jiġi ddikjarat illegali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Istrajks u skont il-proċedura prevista hemmhekk (Streiku likums). Ir-rikors għad-dikjarazzjoni ta' illegalità ta' strajk jew avviż ta' strajk irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn se jinżamm l-istrajk (l-Artikolu 390 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili);
- Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jistgħu jressqu rikors biex lock out jew avviż ta' lock out jiġi ddikjarat illegali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Istrajks u skont il-proċedura prevista hemmhekk (Darba strīdu likums). Ir-rikors għad-dikjarazzjoni ta' illegalità ta' lock out jew ta' avviż ta' lock out irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-post fejn se jinżamm il-lock out (l-Artikolu 394.1 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
Il-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi (saistību bezstrīdus piespiedu izpildīšana):
- ir-rikors għall-bejgħ volontarju ta' proprjetà immobbli b'subbasta l-qorti jrid jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli (l-Artikolu 395 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili);
- ir-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' pagamenti ta' flus jew ir-ritorn ta' proprjetà mobbli jew għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligi kuntrattwali li jiġu garantiti bi pleġġ kummerċjali jridu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post ta' residenza dikjarata tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħu. (l-Artikolu 403(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).
- ir-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' dokumenti li jiggarantixxu proprjetà immobbli, jew l-eżekuzzjoni mhux kontestata ta' obbligu għall-iżgumbrament jew ritorn ta' proprjetà immobbli mikrija jew biċ-ċens, irid jiġi ppreżentat lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli. Jekk numru ta' proprjetajiet immobbli huma l-garanzija ta' obbligu, u r-rikorsi jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċji tar-reġistru tal-artijiet ta' qrati distrettwali jew tal-belt differenti, ir-rikors għandu jinstema' mill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, skont l-għażla tar-rikorrent. (l-Artikolu 403(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).
- ir-rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux kontestata bbażata fuq ipoteka ta' vapur jridu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn hija reġistrata din l-ipoteka (l-Artikolu 403(3) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).
Każjiet marbuta mal-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifiki tal-qorti (saistību piespiedu izpildīšana brīdinājuma kārtība):
Rikors għall-eżekuzzjoni ta' obbligi fuq notifika tal-qorti jrid jiġi ppreżentat lill-uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post ta' residenza dikjarata tad-debitur, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħu jew l-uffiċċju reġistrat. (l-Artikolu 406.2 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Iva, din il-possibilità teżisti: Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana l-partijiet jistgħu jagħżlu l-qorti bil-ġurisdizzjoni territorjali għall-kawża tagħhom bi ftehim bejniethom. Fil-konklużjoni ta' kuntratt il-partijiet jistgħu jispeċifikaw il-qorti tal-ewwel istanza fejn jista' jiġi deċiż tilwim aktar 'il quddiem marbut mal-kuntratt jew fil-kisba tat-termini tiegħu. Huma ma jistgħux ibiddlu l-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-suġġett ta' tilwima, jiġifieri l-grad tal-qorti li se tisma' l-kawża fl-ewwel istanza (l-Artikolu 25 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili); lanqas jistgħu jbiddlu ġurisdizzjoni esklussiva (l-Artikolu 29 tal-Att). Il-ġurisdizzjoni bi ftehim hija soġġett għal żewġ kundizzjonijiet:
- l-għażla tal-ġurisdizzjoni tista' ssir biss f'każ ta' tilwim fuq kuntratt;
- il-ftehim li jiddetermina l-ġurisdizzjoni territorjali jrid jintlaħaq meta jiġi konkluż il-kuntratt, u trid tiġi indikata l-qorti speċifika li tisma' tilwima potenzjali fl-ewwel istanza.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana, il-qrati b'ġurisdizzjoni ġenerali jisimgħu kemm kawżi ċivili kif ukoll kriminali. Il-Latvja ma għandhiex qrati speċjalizzati, pereżempju qrati tal-familja, jew imħallfin li jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet ġuridiċi partikolari, kif inhu l-każ f'pajjiżi oħra.
Kif spjegat aktar 'il fuq, il-mertu ta' kawża ċivili jitqies f'qorti tal-ewwel istanza u ma jistax jerġa' jiġi eżaminat minn qorti ogħla sakemm il-qorti inferjuri tkun qatgħet il-kawża. Il-qorti tal-ewwel istanza għall-kawżi ċivili hija l-qorti distrettwali (belt) li fil-ġurisdizzjoni tagħha taqa' l-kawża. Bħala regola ġenerali, il-kawżi ċivili kollha jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-qrati, li jisimgħuhom skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 12/05/2020
Ġurisdizzjoni - Litwanja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
L-Artikolu 12 tal-Liġi dwar il-Qrati (Lietuvos Respublikos teismų įstatymas) jistabbilixxi sistema tal-qrati uniformi li tinkludi qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali u qrati ta’ ġuriżdizzjoni speċjali.
Il-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali (il-qrati tal-prim’istanza, il-qrati kemm distrettwali kif ukoll reġjonali) jisimgħu l-kawżi ċivili li jinvolvu tilwim relatat ma’ jew li jirriżulta minn relazzjonijiet ċivili, familjari, ta’ impjieg, ta’ proprjetà intellettwali, ta’ falliment, ta’ ristrutturar jew relazzjonijiet privati oħra; dawn il-qrati jisimgħu wkoll kawżi fi proċeduri legali straordinarji u jiddeċiedu dwar rikorsi fir-rigward tal-aċċettazzjoni u l-eżekuzzjoni, fir-Repubblika tal-Litwanja, ta’ sentenzi minn qrati barranin u qrati tal-arbitraġġ (l-Artikolu 22 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas).
Il-qrati speċjalizzati, jiġifieri l-qrati amministrattivi (qrati amministrattivi reġjonali), jisimgħu kawżi amministrattivi li jirriżultaw minn relazzjonijiet legali ta’ natura amministrattiva.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Rikorrent jista’ jippreżenta talba lil qorti tal-għażla tiegħu skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
- talba kontra konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma jkunx magħruf tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf tar-residenza;
- talba kontra konvenut li ma jkollux post ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja;
- talba għall-għoti tal-manteniment u l-istabbiliment tal-paternità tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;
- talba għall-kumpens għall-ħsara lis-saħħa ta’ persuna, inkluża l-mewt, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent jew il-post fejn tkun ġiet sofruta l-ħsara;
- talba għall-kumpens għall-ħsara lill-proprjetà ta’ persuna tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tar-rikorrent jew il-post fejn tkun saret il-ħsara;
- talba għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn kundanna illegali, applikazzjoni illegali ta’ miżuri ta’ kustodja, detenzjoni illegali, applikazzjoni illegali ta’ mezzi proċedurali ta’ restrizzjoni jew piena amministrattiva illegali (arrest), inklużi d-danni li jirriżultaw mill-azzjonijiet illegali ta’ mħallef jew ta’ qorti waqt is-smigħ ta’ kawża ċivili, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;
- talba fir-rigward ta’ ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tal-eżekuzzjoni indikat fil-ftehim/kuntratt;
- talba relatata ma’ azzjoni fil-kapaċità ta’ gwardjan, kustodju jew amministratur ta’ proprjetà tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-gwardjan, kustodju jew amministratur tal-proprjetà;
- talba relatata ma’ kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tal-konsumatur;
- talba relatata mal-attivitajiet ta’ fergħa ta’ entità ġuridika tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont l-uffiċċju rreġistrat tal-fergħa;
- talba għall-kumpens għall-ħsarat li jirriżultaw minn kolliżjoni ta’ vapuri u l-eżekuzzjoni tal-kumpens għall-assistenza u s-salvataġġ fuq il-baħar, inkluż kwalunkwe każ ieħor fejn tinqala’ tilwima minn relazzjonijiet ġuridiċi li jinvolvu t-tbaħħir marittimu, tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post jew il-port tar-reġistrazzjoni tal-vapur tal-konvenut.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Il-kawżi ċivili jinstemgħu minn qrati distrettwali u reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza (l-Artikolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Skont ir-regola ġenerali stabbilita f’dak il-Kodiċi, il-kawżi ċivili kollha jinstemgħu mill-qrati distrettwali. Hemm ukoll eċċezzjoni għar-regola ġenerali li ċerti kawżi jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali jew il-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius.
Dan jiddependi mill-valur tat-talba kkontestata, fejn kawżi ċivili li jinvolvu talbiet li jaqbżu LTL 150 000, ħlief għal kawżi li jirrigwardaw relazzjonijiet familjari u ta’ impjieg u kawżi li jirrigwardaw kumpens għal dannu mhux materjali, jinstemgħu minn qrati reġjonali.
Il-ġuriżdizzjoni tiddependi wkoll fuq fatturi oħra għajr it-talba kkontestata.
Il-qrati reġjonali jisimgħu wkoll il-kawżi ċivili li ġejjin bħala qrati tal-prim’istanza:
kawżi rigward relazzjonijiet ġuridiċi ta’ drittijiet tal-awtur mhux ta’ proprjetà;
kawżi rigward relazzjonijiet ġuridiċi f’offerti pubbliċi ċivili;
kawżi rigward falliment jew ristrutturar, ħlief għall-kawżi relatati mal-falliment ta’ persuni fiżiċi;
kawżi fejn waħda mill-partijiet tkun stat barrani;
kawżi bbażati fuq talbiet li jirrigwardaw il-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (ishma, imgħaxijiet);
kawżi bbażati fuq talbiet li jirrigwardaw l-investigazzjoni tal-attivitajiet ta’ entità ġuridika;
kawżi li jirrigwardaw il-kumpens għad-dannu materjali u mhux materjali li jirriżulta mill-ksur tad-drittijiet stabbiliti tal-pazjenti;
9) kawżi ċivili oħra li huma meħtieġa li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.
Il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius għandha ġuriżdizzjoni unika bħala l-qorti tal-prim’istanza fil-kawżi ċivili li ġejjin:
kawżi dwar tilwim imsemmi fil-Liġi dwar il-Privattivi (Lietuvos Respublikos patentų įstatymas);
kawżi dwar tilwim imsemmi fil-Liġi dwar it-Trademarks (Lietuvos Respublikos patentų įstatymas);
kawżi li jirrigwardaw l-adozzjoni ta’ ċittadin Litwan residenti fir-Repubblika tal-Litwanja kif isir rikors għalihom minn ċittadini ta’ stati oħra;
kawżi ċivili oħra li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni unika tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius bħala l-qorti tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Talba tiġi ppreżentata lil qorti skont il-post tar-residenza tal-konvenut. Talba kontra entità ġuridika tiġi ppreżentata skont l-uffiċċju rreġistrat tal-entità ġuridika kif indikat fir-Reġistru tal-Entitajiet Ġuridiċi. Meta l-konvenut ikun l-istat jew muniċipalità, it-talba tiġi ppreżentata skont is-sede tal-istituzzjoni li tirrappreżenta lill-istat jew lill-muniċipalità.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Rikorrent huwa intitolat li jagħżel bejn diversi qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni għall-kawża.
Il-partijiet jistgħu jaqblu wkoll dwar quddiem liema qorti għandha tiġi ppreżentata t-talba. L-Artikolu 32 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jispeċifika li l-partijiet jistgħu jibdlu l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-kawża tagħhom bi ftehim reċiproku, iżda l-kompetenza ta’ qorti determinata mill-ġuriżdizzjoni esklużiva tagħha jew mis-suġġett tal-kawża, ma tistax tinbidel bil-ftehim tal-partijiet.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Kif speċifikat fl-Artikolu 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikorrent jista’ jagħżel liema qorti hija kompetenti fil-kawżi li ġejjin:
talba kontra konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma jkunx magħruf tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf tar-residenza tiegħu;
talba kontra konvenut li ma jkollux post ta’ residenza fir-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tal-proprjetà tiegħu jew l-aħħar post magħruf tar-residenza tiegħu fir-Repubblika tal-Litwanja;
talba relatata mal-attivitajiet ta’ fergħa ta’ entità ġuridika tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont l-uffiċċju rreġistrat tal-fergħa;
talba għall-għoti tal-manteniment jew għall-istabbiliment tal-paternità tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;
talba għall-kumpens għall-ħsara lis-saħħa ta’ persuna, inkluża l-mewt, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent jew il-post fejn tkun ġiet sofruta l-ħsara;
talba għall-kumpens għall-ħsara lill-proprjetà ta’ persuna tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tar-rikorrent jew il-post fejn ikun saret il-ħsara;
talba għall-kumpens għad-danni li jirriżultaw minn kundanna illegali, applikazzjoni illegali ta’ miżuri ta’ kustodja, detenzjoni illegali, applikazzjoni illegali ta’ mezzi proċedurali ta’ restrizzjoni jew piena amministrattiva illegali (arrest), inklużi d-danni li jirriżultaw mill-azzjonijiet illegali ta’ mħallef jew ta’ qorti waqt is-smigħ ta’ kawża ċivili, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tar-rikorrent;
talba għall-kumpens għall-ħsarat li jirriżultaw minn kolliżjoni ta’ vapuri u l-infurzar tal-kumpens għall-assistenza u s-salvataġġ fuq il-baħar, inkluż kwalunkwe każ ieħor fejn tinqala’ tilwima minn relazzjonijiet legali li jinvolvu t-tbaħħir marittimu, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post jew il-port tar-reġistrazzjoni tal-vapur tal-konvenut.
talba fir-rigward ta’ ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim/kuntratt;
talba relatata ma’ azzjoni fil-kapaċità ta’ gwardjan, kustodju jew amministratur ta’ proprjetà tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-gwardjan, kustodju jew amministratur tal-proprjetà;
talba relatata ma’ kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tal-konsumatur;
Barra minn hekk, talba kontra għadd ta’ konvenuti residenti jew li jkunu jinsabu f’postijiet differenti tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat ta’ wieħed mill-konvenuti, kif magħżul mir-rikorrent (l-Artikolu 33(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Talba fir-rigward ta’ ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut jew skont il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim/kuntratt, kif magħżul mir-rikorrent. Talba relatata ma’ kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut jew tal-konsumatur.
Talba fir-rigward tal-għoti ta’ manteniment tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-konvenut jew tar-rikorrent, kif magħżul mir-rikorrent.
Tista’ tiġi ppreżentata talba ċivili fir-rigward ta’ kumpens għall-ħsara f’kawża kriminali sabiex tinstema’ skont ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jekk it-talba ma tkunx ġiet ippreżentata jew magħluqa bħala parti minn kawża kriminali.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
L-Artikolu 31(1) u (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi għall-eċċezzjonijiet li ġejjin għar-regola ġenerali tal-ġuriżdizzjoni territorjali li jorbtu rikorrent li jibda proċeduri legali:
it-talbiet għal drittijiet in rem fi proprjetà immobbli, l-użu ta’ proprjetà immobbli, ħlief għar-rikorsi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni ta’ proprjetà matrimonjali f’kawżi ta’ divorzju, u l-kanċellazzjoni tal-qbid ta’ proprjetà immobbli jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli jew il-parti prinċipali tal-proprjetà.
it-talbiet minn kredituri ta’ suċċessjoni ppreżentati qabel ma l-eredi jkunu aċċettaw wirt jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post tal-wirt jew tal-parti prinċipali tal-wirt.
Għandu jiġi nnotat ukoll li, skont l-Artikolu 33(2)–(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja:
kontrotalba, irrispettivament minn fejn tkun il-ġuriżdizzjoni tagħha, trid tiġi ppreżentata fil-qorti tat-talba inizjali. Jekk il-valur tat-talba jiżdied, is-suġġett tagħha jinbidel, jew il-preżentazzjoni ta’ kontrotalba tibdel il-qorti kompetenti għall-kawża kif determinata mis-suġġett tagħha, il-qorti tat-talba inizjali trid tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mat-talba (kontrotalba) u tissetilja l-kawża sħiħa fuq il-merti tagħha.
Jekk xi waħda mit-talbiet tar-rikorrent tkun trid tiġi ppreżentata skont ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni esklużiva, ir-rikors ġenerali jrid jiġi ppreżentat skont dawk ir-regoli.
Jekk xi waħda mit-talbiet tar-rikorrent taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti reġjonali, ir-rikors ġenerali jrid jiġi eżaminat minn qorti reġjonali.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Il-partijiet jistgħu jibdlu l-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ kawża bi ftehim reċiproku bil-miktub. Madankollu, il-partijiet ma jistgħux jibdlu l-kompetenza ta’ qorti determinata mill-ġuriżdizzjoni esklużiva tagħha jew is-suġġett tal-kawża permezz ta’ tali ftehim (l-Artikolu 32 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Il-ġuriżdizzjoni għas-smigħ ta’ kawża tista’ b’mod eċċezzjonali tkun ġustifikata mill-parteċipazzjoni tal-konvenut.
Qorti tista’ tittrasferixxi kawża lil qorti oħra meta konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma kienx magħruf jitlob biex il-kawża tiġi trasferita għall-qorti tal-post tar-residenza tiegħu (l-Artikolu 34(2)(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-qrati amministrattivi speċjalizzati li joperaw fir-Repubblika tal-Litwanja ma jisimgħux kawżi ċivili, kummerċjali jew relatati mal-familja. Huma jisimgħu kawżi li jirriżultaw minn relazzjonijiet amministrattivi legali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 21/10/2019
Ġurisdizzjoni - Lussemburgu
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-qorti ordinarja għall-materji ċivili u kummerċjali hija l-qorti distrettwali (tribunal d’arrondissement). Hemm żewġ distretti: qorti distrettwali fil-belt tal-Lussemburgu u qorti distrettwali f'Diekirch.
Il-qorti distrettwali hija kompetenti għall-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali li l-liġi ma tattribwix il-kompetenza tagħhom lil qorti oħra.
Kuntrarjament għal pajjiżi oħrajn, il-Lussemburgu ma hemmx qorti speċifika għall-kwistjonijiet kummerċjali, li għalhekk jiġu ttrattati minn taqsimiet speċjalizzati tal-qorti distrettwali. Il-kwistjonijiet kummerċjali madankollu jsegwu proċedura ssemplifikata.
Il-qrati speċjalizzati huma prinċipalment kompetenti:
- mit-talbiet iż-żgħar: Jekk it-talba ma tkunx taqbeż l-EUR 10 000, il-kompetenza tkun tal-kummissarju tal-ġustizzja (juge de paix). Hemm tliet kummissarji tal-ġustizzja fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li jinsabu fil-belt tal-Lussemburgu, f'Esch-sur-Alzette u f'Diekirch, b'kull wieħed minnhom ikun kompetenti għal territorju determinat.
- mill-kwistjonijiet tal-liġi industrijali: Meta litiġju jkun jikkonċerna l-eżekuzzjoni ta' kuntratt tax-xogħol, il-kompetenza tkun tat-tribunal industrijali (tribunal du travail). Hemm tliet tribunali industrijali fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li jinsabu fil-belt tal-Lussemburgu, f'Esch-sur-Alzette u f'Diekirch, b'kull wieħed minnhom ikun kompetenti għal territorju determinat. Fil-prattika, it-tribunal industrijali jiltaqa' fil-bini tal-qorti tal-kummissarju tal-ġustizzja.
- mill-kwistjonijiet tal-kiri ta' proprjetà: Il-liġi tagħti lill-kummissarji tal-ġustizzja l-kompetenza li jiddeċiedu dwar kuntratti tal-kiri, ta' kull valur. Jekk il-litiġju jkun jikkonċerna l-iffissar tal-kera, il-liġi tipprevedi li trid tiġi kkonsultata kummissjoni dwar il-kera tal-muniċipalità kkonċernata qabel ma l-kawża titressaq il-qorti kompetenti.
- mill-kwistjonijiet bejn il-ġirien: Il-parti l-kbira tal-kawżi bejn il-ġirien, li jittrattaw pereżempju servitujiet jew problemi ta' konfini, huma l-kompetenza tal-kummissarji tal-ġustizzja. Jekk il-kwistjoni tikber u jkun hemm talba għad-danni bl-imgħax, ikun l-ammont tat-talba li jiddetermina: jekk jaqbeż l-EUR 10 000, il-kompetenza tkun tal-qorti distrettwali.
- mill-kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali: Il-liġi tassenja l-kompetenza f'kawżi dwar kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali lill-Bord tal-Arbitraġġ tas-Sigurtà Soċjali (Conseil arbitral de la sécurité sociale). Dan il-Bord jiltaqa' l-Lussemburgu u l-kompetenza tiegħu testendi għall-pajjiż kollu.
- mill-problemi ta' dejn żejjed: Il-liġi tagħti l-kompetenza mill-kwistjonijiet ta' dejn żejjed lill-kummissarju tal-ġustizzja.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Il-Kummissarji tal-Ġustizzja huma kompetenti biex jiddeċiedu kwistjonijiet ċivili u kummerċjali b'ammont ikkontestat (mingħajr imgħax u spejjeż) li ma jkunx jaqbeż l-EUR 10 000. Jekk jaqbiżhom il-kompetenza tkun tal-qorti distrettwali.
Il-qorti distrettwali għandha l-kompetenza f'kull każ li ma jinvolvix evalwazzjoni monetarja, bħal pereżempju affarijiet tal-familja.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Bħala regola ġenerali, il-qorti kompetenti hija l-qorti ta' fejn ikun jgħix il-konvenut. Din ir-regola qiegħda hemm biex tipproteġi lill-konvenut, billi wieħed jippreżumi li jkun jista' jiddefendi ruħu b'iktar faċilità quddiem l-eqreb qorti għad-domiċilju tiegħu.
Jekk il-konvenut ikun persuna fiżika, il-qorti kompetenti tkun dik ta' fejn ikun domiċiljat jew residenti.
F'każ li l-konvenut ikun għaqda jew kumpanija kummerċjali, il-qorti kompetenti ma tkunx biss dik ta' fejn ikollu s-sede uffiċjali tiegħu, imma wkoll dik fejn ikollu fergħa jew aġenzija, iżda f'dawn iż-żewġ każijiet, huwa jrid ikollu rappreżentant ikkwalifikat biex jittratta ma' terzi u l-litiġju jkun inqala' mill-attivitajiet ta' din il-fergħa jew aġenzija.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- F'każ ta' kuntratti, l-attur jista' jiftaħ il-kawża, kemm fil-post tad-domiċilju tal-konvenut, kif ukoll skont in-natura tal-kuntratt, fil-post tal-konsenja tal-oġġett jew fil-post tal-eżekuzzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz.
- Fi kwistjonijiet ta' responsabilità minn delitti jew għal talba ċivili fl-ambitu ta' proċedura penali: it-talba tista' ssir quddiem il-qorti tad-domiċilju tal-konvenut jew quddiem il-qorti tal-post fejn ġie subit id-dannu jew fejn sar l-att li ħoloq id-dannu.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- Fil-kwistjonijiet li ġejjin:
1) talbiet ta' awtorizzazzjoni ta' żwieġ ta' minuri, talbiet għall-annullament ta' żwieġ, talbiet għar-revoka ta' sospensjoni taċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ, talbiet għat-tiġdid tas-sospensjoni, talbiet ta' oppożizzjoni għaż-żwieġ u għar-revoka tas-sospensjoni;
2) talbiet relatati ma' kuntratti taż-żwieġ u mar-reġimi matrimonjali u mat-talbiet għas-seperazzjoni tal-beni;
3) talbiet li jikkonċernaw id-drittijiet u d-dmirijiet rispettivi tal-konjuġi u l-kontribuzzjoni għall-ispejjeż taż-żwieġ u tal-unjoni ċivili;
4) ix-xoljiment ta' unjoni ċivili;
5) talbiet ta' manteniment;
6) talbiet relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, ta' abitazzjoni u ta' kontribut għall-manteniment u l-edukazzjoni tat-tfal;
7) talbiet relatati mal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, ħlief dawk relatati mar-revoka tal-awtorità tal-ġenituri;
8) deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni legali tal-beni tal-minuri u ta' dawk relatati mat-tutela tal-minuri;
9) talbiet ta' projbizzjoni ta' ritorn ta' persuni mkeċċija minn darhom fis-sens tal-Artikolu 1(1) tal-liġi emendata tat-8 ta' Settembru 2003 dwar il-vjolenza domestika; u l-prolongament tal-projbizzjonijiet li ġejjin minn dik it-tkeċċija fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta' dik il-liġi; kif ukoll rikorsi ppreżentati kontra dawk il-miżuri;
il-qorti distrettwali territorjalment kompetenti hija, ħlief meta jkun hemm dispożizzjonijiet partikolari li jgħidu mod ieħor:
1) il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-familja;
2) jekk il-ġenituri jkunu jgħixu separati, il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-ġenitur li t-tfal jgħixu abitwalment miegħu f'każ ta' eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri, jew il-qorti tal-post tad-domiċilju tal-ġenitur li jeżerċita dik l-awtorità waħdu;
3) fil-każijiet l-oħrajn, il-qorti tal-post fejn jirrisjedi dak li ma jkunx ħa l-inizjattiva tal-proċedura.
F'każ ta' talba konġunta, il-qorti kompetenti tkun skont l-għażla tal-partijiet bejn il-postijiet fejn tkun domiċiljata parti jew oħra.
Madankollu meta l-litiġju jkun jikkonċerna biss il-manteniment bejn il-konjuġi , il-manteniment u l-edukazzjoni tat-tfal, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż taż-żwieġ jew miżuri urġenti u provviżorji f'każ ta' xoljiment ta' unjoni ċivili, il-qorti kompetenti tista' tkun dik tal-post fejn jgħix il-konjuġi jew l-ex sieħeb li jirċievi l-manteniment jew il-ġenitur li jassumi r-responsabbiltà tat-tfal, anke jekk ikunu tal-età.
Il-kompetenza territorjali tkun iddeterminata mid-domiċilju dakinhar tat-talba jew, fi kwistjoni ta' divorzju, dakinhar li tiġi ppreżentata t-talba inizjali.
- F'każ ta' talba għal għajnuna legali fi kwistjoni ta' kustodja jew ta' dritt ta' aċċess għat-tfal, il-qorti kompetenti tkun il-qorti li t-tifel għandu r-residenza tiegħu jew huwa preżunt li jirrisjedi fil-ġuriżdizzjoni tagħha.
- Fi kwistjonijiet ta' divorzju u ta' separazzjoni ġudizzjarja u l-konsegwenzi tagħhom, il-qorti kompetenti hija l-qorti li l-konjuġi jkollhom id-domiċilju komuni tagħhom fit-territorju tagħha, jew fin-nuqqas ta' dan, fejn ikollu d-domiċlju tiegħu l-konjuġi konvenut jew f'każ ta' divorzju kunsenswali, fejn ikollu d-domiċilju wieħed mill-konjuġi.
- Fi kwistjoni ta' suċċessjoni, il-qorti kompetenti hija dik ta' fejn id-deċedut kien domiċiljat l-aħħar.
- Fi kwistjoni ta' kera, il-qorti kompetenti hija dik ta' fejn tinsab il-proprjetà.
- Fi kwistjoni tal-liġi industrijali, hija l-qorti tal-post tax-xogħol li tkun kompetenti. Madankollu, f'ċerti każijiet meta impjegatur jiftaħ kawża kontra impjegat li jgħix fi Stat Membru ieħor, il-kompetenza tkun attribwita lill-qorti tal-post ta' residenza tal-impjegat.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Il-liġi Lussemburgiża taċċetta l-validità ta' "klawżola li tattribwixxi l-ġuriżdizzjoni" li permezz tagħha l-partijiet f'kuntratt jiddeterminaw qorti għal kull litiġju li jista' jkollhom.
Dawn il-klawżoli huma partikolarment utli f'każ ta' żewġ partijiet li joqogħdu fi Stati differenti. Huma jippermettu li l-Qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun determinata minn qabel. Il-kundizzjonijiet ta' validità ta' klawżoli bħal dawn bejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012.
Ftehim bejn il-partijiet dwar il-ġuriżdizzjoni kompetenti hija possibbli wkoll għal litiġji purament interni. F'dak il-każ il-partijiet jistgħu jiftħu kawża quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja li normalment ma jkunx kompetenti għaliha minħabba raġunijiet ta' valur tal-litiġju jew tar-regoli dwar il-kompetenza territorjali. Il-ftehim bejn il-partijiet jista' jkun espliċitu jew jirriżulta mill-fatt li l-konvenut deher għas-seduta u beda jittratta l-fatti mingħajr ma l-ewwel u qabel kull eċċezzjoni oħra jkun qajjem il-kwistjoni tan-nuqqas ta' kompetenza tal-qorti. Madankollu, il-partijiet ma jistgħux jipproċedu bl-istess mod quddiem il-qrati distrettwali li r-regoli dwar il-kompetenza tagħhom, li hija bbażata fuq il-valur tal-litiġju, huma kwistjoni ta' ordni pubbliku.
Klawżola li tattribwixxi l-ġuriżdizzjoni ma tkunx valida sakemm ma tkunx effettivament aċċettata miż-żewġ partijiet. Il-prova ta' dan il-ftehim trid titressaq skont ir-regoli tad-dritt komuni.
Il-libertà tal-partijiet biex jagħżlu l-ġuriżdizzjoni f'xi każijiet hija limitata mil-liġi. Pereżempju, il-liġi dwar il-protezzjoni ġuridika tal-konsumatur tiddikjara nulli l-klawżoli fejn l-għan ikun li l-konsumatur jitteħidlu d-dritt li jiftaħ kawżi fil-qrati ordinarji.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-ġuriżdizzjonijiet speċjali organizzati mil-liġi Lussemburgiża (it-tribunal industrijali, il-kummissarju tal-ġustizzja b'kompetenza dwar il-kera, il-qorti amministrattiva, il-Bord tal-arbitraġġ tas-sigurtà soċjali) jisimgħu l-kawżi kollha fil-prim'istanza li jkunu assenjati lilhom, ikun xi jkun il-valur tal-litiġju.
Pereżempju, il-kummissarju tal-ġustizzja, li l-kompetenza ordinarja tiegħu hija limitata għall-kawżi b'valur li jaqbeż l-EUR 10 000, mhux marbut minn dawn il-limitu meta jingħata kawża relatata mal-kera.
Kompetenza territorjali:
- Ir-regola ġenerali tal-kompetenza territorjali
Għalkemm fil-prinċipju l-qorti kompetenti tkun dik ta' fejn jirrisjedi l-konvenut, hemm xi eċċezzjonijiet li jikkonċernaw ġuriżdizzjonijiet speċjali.
Pereżempju, it-tribunal industrijali normalment ikun dak tal-post tax-xogħol u mhux dak tad-domiċilju ta' waħda mill-partijiet. Bl-istess mod, litiġju dwar kwistjonijiet tal-kera jridu jitressqu quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà mikrija.
Fir-rigward tal-qorti amministrattiva u l-Bord tal-arbitraġġ tas-sigurtà soċjali, il-kwistjoni ma tqumx peress li dawn għandhom kompetenza għat-territorju kollu tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
- Eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali
Il-qrati speċjali għandhom il-kompetenzi li ġew attribwiti biss u bħala regola ġenerali il-partijiet ma jistgħux jagħżlu huma qorti oħra ħlief dik magħżula mil-liġi.
Ġeneralment, il-kompetenzi skont is-suġġett huma meqjusa kwistjonijiet ta' ordni pubbliku (pereżempju f'każ tal-liġijiet industrijali), li jfisser li anke f'każ li l-partijiet ma jgħidu xejn, l-imħallef xorta jkun obbligat iqajjem il-kwistjoni tan-nuqqas ta' kompetenza tiegħu ex officio. Kif intqal iktar 'il fuq, hemm eċċezzjoni għal dan il-prinċipju quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja meta l-litiġju jaqbeż il-valur tal-kompetenza tiegħu u jkun hemm ftehim espliċitu jew taċitu bejn il-partijiet dwar dan. F'dak il-każ, il-kompetenza ma tistax tiġi miċħuda ex officio.
Ħoloq relatati
https://justice.public.lu/fr.html
Dokumenti konnessi
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 10/01/2020
Ġurisdizzjoni - Ungerija
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Skont l-Att dwar l-Organizzazzjoni u l-Amministrazzjoni tal-Qrati, fl-Ungerija jeżisti tip wieħed biss ta’ qorti speċjalizzata: il-qrati amministrattivi u industrijali li jittrattaw kwistjonijiet industrijali u amministrattivi. Kwistjonijiet li mhumiex kwistjonijiet industrijali u amministrattivi huma ttrattati minn qrati ordinarji.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, tilwima amministrattiva tiġi ġġudikata f’kawża fil-qorti amministrattiva. Tilwima amministrattiva tirrigwarda l-legalità ta’ aġir jew nuqqas ta’ aġir ta’ korp amministrattiv, li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jibdlu s-sitwazzjoni ġuridika ta’ entità rregolata jew affettwata mid-dritt amministrattiv. Tilwimiet relatati ma’ relazzjonijiet tas-servizz pubbliku u kuntratti amministrattivi huma wkoll tilwimiet amministrattivi.
Kawża amministrattiva hija deċiża fl-ewwel istanza minn qorti amministrattiva u industrijali jew, fil-każijiet speċifikati mil-liġi, minn qorti reġjonali (törvényszék) jew mill-Kurja tal-Ungerija (Kúria).
Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati amministrattivi u industrijali tkopri kawżi fil-qrati amministrattivi u proċeduri oħra fil-qrati amministrattivi fejn il-ġuriżdizzjoni ma tkunx konferita lil qrati reġjonali jew lill-Kurja tal-Ungerija bil-liġi.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fuq kawżi relatati ma’ attivitajiet amministrattivi ta’ korpi regolatorji indipendenti, korpi amministrattivi awtonomi tal-Istat u uffiċċji tal-gvern skont l-att dwar il-korpi tal-amministrazzjoni statali ċentrali, il-korp tal-amministrazzjoni ferrovjarja, l-awtorità tal-avjazzjoni u l-Bank Nazzjonali Ungeriż, ħlief f’kawżi relatati ma’ relazzjonijiet ta’ servizz pubbliku.
Il-qrati reġjonali jiddeċiedu fi proċeduri għall-ħatra ta’ korpi amministrattivi, fi proċeduri tal-qorti relatati mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ assemblea, f’kawżi relatati mal-aċċess għal data klassifikata u f’tilwim legali li jikkonċerna korpi professjonali statutorji.
Il-Kurja tal-Ungerija għandha ġuriżdizzjoni għal proċeduri għall-valutazzjoni ta’ kunflitt bejn digriet tal-gvern lokali u leġiżlazzjoni oħra, proċeduri li jikkonċernaw in-nuqqas min-naħa ta’ gvern lokali li jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jilleġiżla, u proċeduri għall-istabbiliment ta’ mezzi proċedurali biex jiġi solvut ilment kostituzzjonali.
Kawżi tal-liġi industrijali jinkludu kawżi li jirriżultaw minn relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti skont l-Att dwar il-Kodiċi Industrijali, impjieg fis-settur pubbliku, relazzjonijiet ta’ servizz, ħlief kif previst fil-liġi, parteċipazzjoni fi skemi ta’ impjieg pubbliku, kuntratti tax-xogħol konklużi skont l-Att dwar l-Isport, kuntratti ta’ apprendistat konklużi fit-taħriġ vokazzjonali, kuntratti ta’ internships tal-istudenti skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja Nazzjonali, relazzjonijiet ta’ xogħol stabbiliti ma’ kooperattivi soċjali jew kooperattivi tal-impjieg mill-membri ta’ tali kooperattivi, u azzjonijiet imressqa għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjonijiet oħra skont il-liġi tax-xogħol, kif speċifikat fl-Att dwar il-Kodiċi tax-Xogħol. Kawża tal-liġi tax-xogħol tibqa’ tali wkoll jekk ikun hemm bidla fil-persuna ta’ kwalunkwe parti minħabba ċessjoni, teħid ta’ dejn, suċċessjoni tal-impjegatur, jew bidla fil-persuna tal-impjegatur. Jekk impjegat ikollu pretensjoni finanzjarja kontra impjegatur insolventi, li tirriżulta minn pretensjoni skont il-liġi tax-xogħol u relatata mal-assi li jifformaw parti mill-patrimonju tal-insolvenza, u din tkun ikkontestata mill-amministratur tal-insolvenza, l-impjegat jista’ jressaq kawża tal-liġi tax-xogħol kontra l-impjegatur wara l-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Skont l-Att dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati, is-sentenzi tal-ewwel istanza jingħataw mill-qrati distrettwali (járásbíróság) u l-qrati reġjonali. Il-qrati reġjonali jiddeċiedu fl-ewwel istanza f’kawżi fejn il-ġuriżdizzjoni ma tkunx konferita lill-qrati distrettwali bil-liġi. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni fuq dawn li ġejjin:
(a) kawżi relatati ma’ drittijiet tal-proprjetà fejn il-valur tal-proprjetà ma jkunx jaqbeż il-HUF 30 miljun jew ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat il-valur tal-pretensjoni abbażi ta’ dritt tas-sjieda, ħlief għal
(aa) kawżi relatati mad-drittijiet tal-awtur, drittijiet relatati u drittijiet tas-sjieda industrijali,
(ab) kawżi mressqa għall-ħlas ta’ danni relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, u ta’ għotjiet ta’ restituzzjoni,
(ac) kawżi mressqa għal raġunijiet ta’ interess pubbliku,
(ad) kawżi relatati mal-ħolqien u l-operazzjoni legali ta’ persuna ġuridika,
(ae) tilwim bejn persuni ġuridiċi u l-membri attwali jew preċedenti tagħhom, u tilwim bejn membri attwali jew preċedenti, li jirriżultaw mir-relazzjonijiet ta’ sħubija tagħhom,
(b) kawżi relatati mal-istatus personali,
(c) kawżi ta’ eżekuzzjoni.
Il-qrati reġjonali jiddeċiedu mhux biss fl-ewwel istanza iżda wkoll fit-tieni istanza, jiġifieri fir-rigward ta’ appelli kontra deċiżjonijiet maħruġa minn qrati distrettwali u qrati amministrattivi u industrijali.
Il-qrati tal-appell reġjonali (ítélġtábla) jiddeċiedu dwar rikorsi għal rimedju ġuridiku kontra deċiżjonijiet minn qrati reġjonali, u jittrattaw kawżi oħra li huma fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.
Il-qorti suprema tal-Ungerija hija l-Kurja tal-Ungerija. Fil-każijiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni, il-Kurja tiddeċiedi dwar rikorsi għal rimedju ġuridiku kontra deċiżjonijiet minn qrati reġjonali u qrati reġjonali ta’ appell, tiddeċiedi dwar rikorsi għal stħarriġ ġudizzjarju, tiddeċiedi dwar konflitti bejn digrieti tal-gvern lokali u leġiżlazzjoni oħra u tirrevoka tali digrieti fejn meħtieġ, tistabbilixxi kwalunkwe nuqqas ta’ gvernijiet lokali li jissodisfaw l-obbligu statutorju tagħhom li jilleġiżlaw, u tindirizza kawżi oħra li huma fil-ġuriżdizzjoni tagħha.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-konvenut għandha ġuriżdizzjoni fil-kawżi kollha fejn l-ebda qorti oħra ma jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva.
Jekk il-konvenut ma jkollux post tar-residenza fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni hija rregolata mill-post tas-soġġorn tal-konvenut fl-Ungerija. Jekk il-post tas-soġġorn tal-konvenut ma jkunx magħruf jew ikun jinsab barra mill-pajjiż, jitqies l-aħħar post tar-residenza tiegħu fl-Ungerija. Jekk dan ma jkunx jista’ jiġi determinat jew jekk il-konvenut ma kellux post tar-residenza, il-ġuriżdizzjoni tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-post tar-residenza tar-rikorrent fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-post tar-residenza tiegħu fl-Ungerija. Jekk ir-rikorrent ma jkunx persuna fiżika, il-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata b’referenza għas-sede tiegħu fl-Ungerija.
Jekk il-post tax-xogħol tal-konvenut ma jkunx l-istess bħall-post tar-residenza tiegħu jew tagħha, il-qorti, fuq talba tal-konvenut ippreżentata bħala parti mid-dikjarazzjoni ta’ difiża bil-miktub tiegħu jew tagħha, tittrasferixxi l-kawża għas-smigħ u l-aġġudikazzjoni lill-qorti bil-ġuriżdizzjoni fuq il-post tax-xogħol.
Jekk titressaq kawża kontra persuna li ma tkunx persuna fiżika, il-ġuriżdizzjoni ġenerali ma tiddependix biss fuq is-sede ta’ dik il-persuna iżda wkoll fuq il-post tal-operat tal-korp jew tal-unità organizzattiva intitolata li tirrappreżentaha u li tkun qed jaġixxi fit-tilwima legali. F’każ ta’ dubju, il-post tan-negozju jrid jitqies bħala s-sede. Jekk is-sede ta’ persuna mhux fiżika tkun tinsab f’Budapest iżda l-operazzjonijiet tagħha jkunu jestendu għat-territorju tal-Kontea ta’ Pest, il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-Kontea ta’ Pest tittratta l-kawża.
Jekk persuna mhux fiżika ma jkollhiex sede fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-kawżi imressqa minn rikorrent Ungeriż li ma jkunx persuna fiżika tiġi ddeterminata b’referenza għas-sede jew għall-post tal-operat tar-rikorrent. Jekk ir-rikorrent ikun persuna fiżika Ungeriża, il-ġuriżdizzjoni tiġi stabbilita jew fil-post tar-residenza tar-rikorrent jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-post tas-soġġorn tiegħu jew tagħha.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Fin-nuqqas ta’ qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva, ir-rikorrent jista’ jagħżel li jiftaħ kawża quddiem qorti li ma tkunx dik li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġenerali fir-rigward tal-konvenut. B’mod aktar speċifiku, kawża għall-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ manteniment preskritt bil-liġi tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent; kawża relatata mas-sjieda jew mal-pussess ta’ proprjetà immobbli, jew ma’ dritt in rem fi proprjetà immobbli, tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli; kawża għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni kuntrattwali tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni jew fejn ikollu jiġi pprovdut is-servizz; kawża għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni kuntrattwali ta’ konsumatur kontra impriża tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-post tas-soġġorn tiegħu jew tagħha fl-Ungerija; u kawża fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tista’ titressaq quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post ġeografiku fejn ikun ġie kkawżat jew ikun seħħ id-dannu.
Jekk ma jkunx hemm qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva f’tilwima dwar il-proprjetà, il-ġuriżdizzjoni hija wkoll f’idejn il-qorti li l-konvenut ikun qed joqgħod fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha għal perjodu prevedibbilment twil (pereżempju, bħala impjegat jew bħala student). Il-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi stabbilita għal dawn ir-raġunijiet fil-każ ta’ konvenuti li ma għandhomx il-kapaċità li jaġixxu f’kawża.
Kawża ġuridika relatata mal-proprjetà diretta kontra persuna barranija li ma tkunx persuna fiżika tista’ wkoll titressaq quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-persuna inkarigata bil-ġestjoni tal-affarijiet tal-persuna mhux fiżika barranija. Il-qorti kompetenti għas-sede tal-fergħa jew l-aġenzija kummerċjali Ungeriża tal-persuna mhux fiżika barranija wkoll għandha ġuriżdizzjoni għal tali tilwim dwar proprjetà.
Kawża konġunta tista’ titressaq kontra debitur sekondarju u debitur prinċipali quddiem il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe bażi għall-kawża kontra d-debitur prinċipali.
Il-ġuriżdizzjoni għal kawża mressqa għal tqegħid taħt kustodja hija wkoll f’idejn il-qorti li fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha l-konvenut ikollu akkomodazzjoni f’istituzzjoni soċjali residenzjali jew ikun jirċievi kura in-patient fuq perjodu twil ta’ żmien, jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu.
Fi kwistjonijiet matrimonjali, il-qorti tal-aħħar residenza abitwali komuni tal-miżżewġin għandha ġuriżdizzjoni wkoll.
Il-kawżi imressqa għall-istabbiliment tad-dixxendenza, li jiddeċiedu l-eżerċizzju tal-kustodja mill-ġenituri, it-tqegħid ta’ minorenni ma’ parti terza, it-terminazzjoni tal-kustodja mill-ġenituri, it-terminazzjoni tal-adozzjoni jew il-manteniment tat-tfal minorenni jistgħu wkoll jinbdew fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni dwar il-post tar-residenza jew il-post tas-soġġorn tat-tfal minorenni involuti.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Meta l-leġiżlazzjoni tipprovdi li qorti speċifika għandu jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva fil-kawża. Dan japplika, pereżempju, fil-każijiet ta’ hawn taħt.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, minn att ġuridiku vinkolanti tal-Unjoni jew minn konvenzjoni internazzjonali, il-qorti tal-post tar-residenza tal-konvenut fl-Ungerija għandha ġuriżdizzjoni esklużiva għal kawżi ppreżentati minn impriża kontra konsumatur għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni li tirriżulta minn relazzjoni kuntrattwali. Jekk il-konvenut ma jkollux post tar-residenza fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni esklużiva hija rregolata mill-post tas-soġġorn tal-konvenut fl-Ungerija. Jekk il-post tas-soġġorn tal-konvenut ma jkunx magħruf jew ikun jinsab barra mill-pajjiż, l-aħħar post tar-residenza tiegħu fl-Ungerija jkun il-kriterju ta’ referenza. Jekk dan ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, il-ġuriżdizzjoni trid tiġi stabbilita skont ir-regoli ġenerali.
Jekk persuna korruta tkun tista’, skont dispożizzjoni legali relatata ma’ kuntratti tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà, titlob ukoll danni jew restituzzjoni mingħand parti terza li ma tkunx il-persuna li tkun ikkawżat id-dannu, il-kawża mressqa kontra l-parti terza tkun fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti tal-post tar-residenza tar-rikorrent fl-Ungerija, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, minn att legali vinkolanti tal-Unjoni Ewropea jew minn konvenzjoni internazzjonali. Jekk ir-rikorrent ma jkollux post tar-residenza fl-Ungerija, il-qorti tal-post ta’ permanenza tar-rikorrent fl-Ungerija teżerċita ġuriżdizzjoni esklużiva. Jekk ir-rikorrent ma jkunx persuna fiżika, il-qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva tiġi ddeterminata b’referenza għas-sede tiegħu fl-Ungerija. Jekk ir-rikorrent ma jkollux post tar-residenza, post ta’ soġġorn jew sede fl-Ungerija, il-ġuriżdizzjoni trid tiġi stabbilita skont ir-regoli ġenerali.
Kawża għal terminazzjoni jew restrizzjoni ta’ eżekuzzjoni hija fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti distrettwali li tkun ordnat l-eżekuzzjoni. Jekk l-eżekuzzjoni ma tkunx ġiet ordnata minn qorti distrettwali, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti distrettwali tal-post tar-residenza tad-debitur.
Kawża replevin ( għar-rilaxx ta’ proprjetà ssekwestrata b’mod illeċitu) hija fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti distrettwali li fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha jkun seħħ is-sekwestru.
Kawża għal permess għal parteċipazzjoni fi proċedura ta’ eżekuzzjoni hja fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti li tkun ċaħdet it-talba tad-detentur ta’ pleġġ fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ġudizzjarja.
Kawża li ssir biex tinbidel id-deċiżjoni ta’ skrivan tal-gvern lokali dwar kwistjoni ta’ pussess hija fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-qorti tas-sede tar-reġistratur tal-gvern lokali li jadotta d-deċiżjoni ta’ pussess.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà, il-partijiet jistgħu jattribwixxu l-ġuriżdizzjoni lil qorti partikolari biex issolvi t-tilwima attwali tagħhom jew kwalunkwe tilwima futura li tista’ tirriżulta minn relazzjoni ġuridika partikolari, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Ftehim dwar l-għażla tal-qorti jista’ jsir bil-miktub, bil-fomm b’konferma bil-miktub, f’forma li taqbel mal-prattiki tan-negozju żviluppati bejn il-partijiet, jew, fil-każ ta’ kummerċ internazzjonali, f’forma li taqbel mal-prattiki kummerċjali tas-soltu li huma magħrufa jew li għandhom ikunu magħrufa mill-partijiet u li huma ġeneralment magħrufa u użati regolarment fil-qasam speċifiku minn partijiet li jidħlu fi ftehim ta’ din in-natura.
F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tipprovdi għall-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti partikolari, il-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi attribwita lil qorti oħra. Il-qorti magħżula għandha ġuriżdizzjoni esklużiva sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi jew miftiehem mod ieħor mill-partijiet. Ftehim dwar l-għażla tal-qorti japplika għas-suċċessuri ġuridiċi. L-għażla tal-ġuriżdizzjoni ma tistax tkun tali li tipprevjeni lill-konsumaturi milli jeżegwixxu pretensjonijiet kuntrattwali kontra impriża quddiem il-qorti tal-post tar-residenza tal-konsumatur fl-Ungerija jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-post tas-soġġorn tal-konsumatur fl-Ungerija.
Fi kwistjonijiet relatati ma’ proprjetà, il-partijiet ma jistgħux jattribwixxu ġuriżdizzjoni għat-tilwim ġuridiku tagħhom jew għal kwalunkwe tilwima futura li tirriżulta minn relazzjoni ġuridika partikolari quddiem il-Qorti Reġjonali ta’ Budapest-Kapitali jew il-Qorti Reġjonali tad-Dintorni ta’ Budapest f’kawżi fejn ikollhom ġuriżdizzjoni l-qrati reġjonali, jew quddiem il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Pest f’kawżi fejn ikollhom ġuriżdizzjoni l-qrati distrettwali.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-qrati amministrattivi u industrijali huma l-uniċi qrati speċjalizzati fl-Ungerija.
Il-kawżi tal-liġi tax-xogħol huma bażikament regolati mir-regoli ġenerali tal-ġuriżdizzjoni deskritti fil-punt 2.2.1. Impjegat li jressaq kawża jista’ jagħżel bejn il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni ġenerali fuq il-konvenut u l-qorti amministrattiva u industrijali li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-impjegat jew, fin-nuqqas ta’ dan, fuq il-post tas-soġġorn fl-Ungerija, jew il-qorti amministrattiva u industrijali li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn l-impjegat ikun ħadem jew ikun ilu jaħdem għal perjodu twil ta’ żmien. Jekk kolitigant jew pretensjoni jkunu fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti li jkollha ġuriżdizzjoni għal kawżi tal-liġi tax-xogħol, filwaqt li kolitigant jew pretensjoni oħra jkunu fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti distrettwali jew qorti reġjonali, il-kawża taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti industrijali, dment li l-leġiżlazzjoni tkun tippermetti li l-partijiet jew il-pretensjonijiet jingħaqdu.
Il-kawżi amministrattivi jridu jitressqu quddiem il-qorti li fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha tkun twettqet l-attività amministrattiva soġġetta għat-tilwim, sakemm il-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti oħra ma tkunx stabbilita mil-liġi. Jekk l-att amministrattiv inkwistjoni jkun twettaq fi proċeduri ta’ iktar minn istanza waħda, il-kawża tkun fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti tal-post fejn ikun sar l-att amministrattiv fl-ewwel istanza.
Fil-każ ta’ drittijiet, obbligi u relazzjonijiet ġuridiċi relatati mal-proprjetà immobbli, il-post tat-twettiq tal-attività amministrattiva huwa l-post fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli. Fil-każ tan-notifika jew l-awtorizzazzjoni ta’ attività, huwa l-post fejn tiġi segwita jew ikun maħsub li tiġi segwita l-attività. Ħlief fiż-żewġ każijiet imsemmija qabel, il-post tal-eżekuzzjoni tal-attività amministrattiva ta’ korp amministrattiv tal-Istat b’ġuriżdizzjoni nazzjonali huwa l-post tar-residenza jew il-post tas-soġġorn tar-rikorrent jew, għal persuni ġuridiċi u entitajiet mingħajr personalità ġuridika, is-sede tal-entità jew, fin-nuqqas ta’ dan, is-sede tal-korp amministrattiv. Il-Kontea ta’ Pest hija l-post tal-prestazzjoni tal-attivitajiet amministrattivi mwettqa fis-sede ta’ korp amministrattiv tal-istat li jkollu s-sede tiegħu f’Budapest iżda li l-ġuriżdizzjoni tiegħu tkun tkopri primarjament il-kontea ta’ Pest jew parti minnha. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ azzjoni, il-post tat-twettiq tal-attività amministrattiva huwa s-sede tal-korp amministrattiv, ħlief fl-ewwel tliet każijiet speċifikati hawn fuq.
Ċerti qrati amministrattivi u industrijali għandhom ġuriżdizzjoni territorjali għal reġjun speċifikat. Dawn huma l-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest-Kapitali, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali tad-Dintorni ta’ Budapest, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Debrecen, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Győr, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Miskolc, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Pécs, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Szeged, il-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Veszprém.
Il-ġuriżdizzjoni għal kawżi relatati mas-sigurtà soċjali, mal-benefiċċji tal-protezzjoni soċjali jew tat-tfal u mal-benefiċċji jew l-appoġġ ipprovdut mis-servizz tal-istat għall-impjiegi hija f’idejn il-qorti amministrattiva u industrijali b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent jew, jekk ir-rikorrent ikun persuna ġuridika jew entità mingħajr personalità ġuridika, is-sede tar-rikorrent jew, fin-nuqqas ta’ dan, is-sede tal-korp amministrattiv.
Kawżi relatati ma’ kuntratti amministrattivi jridu jitressqu quddiem il-qorti reġjonali li fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha jkun ġie konkluż il-kuntratt. Il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe bażi fuq id-debitur prinċipali jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-pretensjoni kontra d-debitur sekondarju.
Jekk l-attività amministrattiva tkun twettqet barra mill-pajjiż, il-kawża tkun fil-ġuriżdizzjoni esklużiva tal-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest-Kapitali.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-partijiet f’kuntratt amministrattiv jistgħu jadottaw klawżola dwar l-għażla tal-qorti li tkun innegozjata b’mod individwali, li fiha jattribwixxu l-ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe tilwima ġuridika futura li tinħoloq bejniethom b’rabta mal-kuntratt amministrattiv għal qorti amministrattiva u industrijali b’ġuriżdizzjoni territorjali għal reġjun speċifiku. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew miftiehem mill-partijiet, il-qorti magħżula jkollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva għall-kawżi kollha relatati mal-kuntratt amministrattiv. Il-ftehim dwar l-għażla tal-qorti japplika wkoll għas-suċċessuri ġuridiċi.
F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tipprovdi għall-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti partikolari, il-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi attribwita lil qorti oħra.
Il-partijiet ma jistgħux jattribwixxu l-ġuriżdizzjoni għat-tilwim futur tagħhom li jirriżulta mill-kuntratt amministrattiv lill-Qorti Amministrattiva u Industrijali ta’ Budapest-Kapitali.
Kawżi relatati mar-relazzjonijiet ta’ servizz pubbliku jridu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali għall-post fejn ikun twettaq ix-xogħol. Jekk ir-rikorrent ikun persuna fiżika, il-kawża tista’ titressaq ukoll quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tar-rikorrent.
Il-Qorti Reġjonali ta’ Budapest-Kapitali għandha ġuriżdizzjoni esklużiva fuq appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi u industrijali u fuq kawżi li huma fil-ġuriżdizzjoni ta’ qrati reġjonali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 24/03/2020
Ġurisdizzjoni - Malta
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
L-għażla tal-Qorti jew Tribunal jiddependi mill-fattispecie tal-każ tiegħek. Il-maġġoranza assolouta tal-każijiet ċivili u kummerċjali taqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-qrati ċivili ordinarji, billi ma hemm l-ebda qorti kummerċjali. Hemm biss ftit tribunali speċjalizzati, li fosthom nsibu:
Tribunal Industrijali - jisma’ kawżi marbuta mat-tkeċċija inġusta u mat-trattament diskriminatorju jew trattament illegali fuq il-post tax-xogħol.
Il-Bord li jirregola l-Kera – jisma kawżi marbuta mat-tibdil fil-kunidzzjonijiet tal-kera inkluż iż-żieda fil-kera u t-terminazzjoni tal-kera. Dawn il-każijiet iridu jkunu marbuta ma’ ftehim dwar il-kera li jkun sar qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.
Il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet – jisma’ kawżi li jittrattaw il-klassifikazzjoni ta’ art esproprijata u l-ammont ta’ kumpens dovut lis-sid.
Dawn it-Tribunali kollha jagħmlu s-seduti tagħhom il-Belt fl-istess bini fejn jinsabu l-Qrati ordinarji.
Ara wkoll ir-risposta għall-mistoqsija numru 4 tas-sezzjoni “Ftuħ ta’ Kawżi fil-Qorti”.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Sabiex wieħed jiddetermina quddiem liema Qorti għandu jippreżenta l-każ tiegħu, huwa importanti li jagħti ħarsa lejn il-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta msejjaħ Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Iva ssir differenza bejn il-Qrati Superjuri u dawk Inferjuri. Id-differenza bejniethom hija li l-Qrati Inferjuri jisimgħu u jiddeċiedu każijiet ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha sa’ l-ammont ta’ €15,000. Il-Qrati Superjuri minn naħa ‘l-oħra jisimgħu u jiddeċiedi każijiet ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha li jammontaw għal aktar minn €15,000, kif ukoll kwalunkwe kawżi (indipendentement mill-valur tat-talba) li fihom jidħlu kwistjonijiet dwar il-proprjeta’ ta’ beni immobbli, jew li għandhom x’jaqsmu ma’ servitujiet, piżijiet jew drittijiet oħra mgħaqqdin mal-beni immobbli, inkluża kull talba għal żgumbrament jew tkeċċija minn beni immobbli kemm urbali kif ukoll rurali, mikrija jew okkupati minn persuni li joqgħdu jew li għandhom l-abitazzjoni ordinarja tagħhom. Ara wkoll ir-risposta għall-mistoqsija numru 4 tas-sezzjoni “Ftuħ ta’ Kawżi fil-Qorti”.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni territorjali hija l-post fejn joqgħod il-konvenut. F’Malta il-ġurisdizzjoni tinqasam bejn Malta u Għawdex. M’hemm l-ebda qrati relatati ma’ bliet differenti. Għall-persuni li joqgħdu jew għandhom ir-residenza tagħhom f’Malta, il-kawża għandha tinfetaħ fil-Qorti Maltija. Minn naħa ‘l oħra għall-persuni li joqgħdu jew li għandhom ir-residenza ordinarja tagħhom ġewwa l-Gżira t’Għawdex il-kawża għandha tinfetaħ fil-Qorti Għawdxija.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Ara r-risposta għall-mistoqsija numru 2.2.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Eċċezzjoni għar-regola bażika hija fejn l-obbligu jkollu jitwettaq fi gżira partikolari. Per eżempju jekk il-konvenut ikun jgħix Għawdex imma l-obbligu suġġett għat-talba jkollu jitwettaq Malta, il-Qrati Maltin ikollhom ġuridizzjoni u l-kawżi kollha jkunu preżentati fil-Qrati Maltin minkejja li l-konveut ikun jgħix Għawdex.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Ir-regoli tal-ġurisdizzjoni territorjali skont il-liġi Maltija ma jaħsbux għall-għażla tal-Qorti bejn il-partijiet.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Dan għandu jsir meta l-obbligu jkun eżegwibbli fi gżira partikolari.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
M’hemm l-ebda dispożizzjoni legali li taħseb għal dan. Skont il-liġi Maltija, l-partijiet ma jistgħux jagħżlu li jagħtu ġurisdizzjoni lil Qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti, lanqas bi ftehim bejn il-partijiet. L-inkompetenza tal-Qorti tista’ titqajjem mill-Qorti stess għax hija punt/regola ta’ ordni pubblika.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-website http://www.judiciarymalta.gov.mt/the-courts tagħti ċertu informazzjoni quddiem liema qorti wieħed għandu jippreżenta l-każ tiegħu. Barra minn hekk wieħed jista jidħol fil-website
http://justiceservices.gov.mt/ fejn hemmhekk ikollu aċċess għall-liġijiet Maltin u għaldaqstant ikun jista’ jfittex fejn għandu jippreżenta l-każ tiegħu. Wieħed għandu jieħu parir mingħand avukat jew prokuratur legali li jiffirma l-atti. Fir-rigward tat-Tribunali speċjalizzati, il-ġurisdizzjoni u l-kompetenza tagħhom hija mfissra fil-liġijiet li jistabbiluhom.
Links relatati
http://www.justice.gov.mt English
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 28/11/2019
Ġurisdizzjoni - Olanda
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Ma hemmx qrati speċjalizzati, bħal qorti kummerċjali jew tribunal industrijali, skont il-liġi proċedurali ċivili Netherlandiża. Il-qorti distrettwali fil-prinċipju għandha l-ġuriżdizzjoni fil-proċeduri kollha ta’ qorti ċivili.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Il-qrati tal-prim’istanza jeżaminaw il-materji ċivili kollha, bl-eċċezzjoni tal-kawżi speċifikati mil-liġi. Il-qorti ċivili tittratta kawżi bejn żewġ partijiet (individwi jew entitajiet legali). Il-qorti ċivili ma għandhiex ġuriżdizzjoni f’tilwim li l-qorti amministrattiva tkun ġiet deżinjata bħala li għandha l-ġuriżdizzjoni għalih. Din tirreferi għat-tilwim mal-amministrazzjoni (l-awtoritajiet pubbliċi). Is-sistema ġudizzjarja Netherlandiża tipprevedi tliet tipi ta’ qrati fil-qasam tad-dritt privat: il-qrati distrettwali (rechtbanken), il-qrati tal-appell (gerechtshoven) u l-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad Nederlanden).
Mill-1 ta’ April 2013, in-Netherlands inqasmu f’għaxar distretti ġudizzjarji, kull wieħed bil-qorti tiegħu: ħdax-il qorti b’ġuriżdizzjoni f’erba’ oqsma. Barra minn hekk, hemm erba’ qrati tal-appell u Qorti Suprema waħda tan-Netherlands.
Fi ħdan il-qrati distrettwali, ġew stabbiliti unitajiet organizzattivi, magħrufa bħala “setturi”. Dawn huma s-setturi sottodistrettwali, tad-dritt amministrattiv, tad-dritt ċivili u tad-dritt kriminali. Il-qorti għandha diviżjonijiet bi mħallef wieħed u grupp ta' mħallfin. Diviżjoni bi mħallef wieħed tikkonsisti fi mħallef wieħed; diviżjoni bi grupp ta' mħallfin tikkonsisti fi tliet imħallfin. Il-prinċipju bażiku huwa li kawżi fi qrati sottodistrettwali, kawżi sempliċi u kawżi urġenti jinstemgħu minn imħallef wieħed. Ħafna kawżi tal-familja wkoll jiġu ttrattati minn imħallef wieħed. Eżempju ta’ diviżjoni bi mħallef wieħed hija l-qorti tal-minorenni għal ċerti materji li jirrigwardaw it-tfal. Kawżi legalment kumplessi jinstemgħu minn diviżjoni bi tliet imħallfin.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Kawża l-qorti ġeneralment tibda fil-qorti distrettwali. Hemm erba’ tipi ta’ qrati distrettwali:
- tad-Dritt ċivili (ċittadin kontra ċittadin)
- tad-Dritt amministrattiv (ċittadin kontra awtorità pubblika)
- tad-Dritt kriminali (vjolazzjonijiet u reati kriminali)
- Settur sottodistrettwali
Il-qrati tal-appell
Kull min ma jaqbilx ma’ sentenza tal-qorti jista’ jappella. Il-kawżi kriminali u l-kawżi ċivili jitressqu quddiem waħda mill-erba’ qrati tal-appell. F’kawżi amministrattivi, l-appell, jiddependi mis-suġġett, jista’ jinstema’ minn:
- il-qrati tal-appell (gerechtshoven)
- il-qorti tal-aħħar istanza f’materji tas-sigurtà soċjali (Centrale Raad van Beroep)
- il-qorti amministrattiva tal-aħħar istanza f’materji relatati mal-kummerċ u l-industrija (College van Beroep voor het Bedrijfsleven)
- il-Kunsill tal-Istat (Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva) (Raad van State (afdeling bestuursrechtspraak))
Il-Qorti Suprema
Il-Qorti Suprema tan-Netherlands hija l-korp ġudizzjarju suprem fin-Netherlands fl-oqsma tad-dritt ċivili, tad-dritt kriminali u tad-dritt fiskali. Il-Qorti Suprema tista’ twarrab sentenzi b’mod partikolari tal-qrati tal-appell (dan huwa magħruf bħala kassazzjoni). Il-Qorti Suprema hija responsabbli wkoll biex tippreserva l-unità legali u biex tmexxi l-iżvilupp tal-liġi Netherlandiża.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Fin-Netherlands, hemm qrati distrettwali (arrondissementsrechtbanken) tal-prim’istanza. Jista’ jiġi ppreżentat appell fil-qorti tal-appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza. Barra minn hekk, il-“ġuriżdizzjoni relattiva” hija importanti fir-rigward tal-kwistjoni ta’ liema mill-għaxar qrati distrettwali jkollha l-ġuriżdizzjoni: pereżempju, il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam jew il-Qorti Distrettwali ta’ Leeuwarden - il-ġuriżdizzjoni ġeografika tal-qorti fejn tinstema’ l-kawża tiegħek.
Għall-kawżi internazzjonali, jiġifieri kawżi ta’ natura transfruntiera, ladarba jiġi stabbilit li l-qorti Netherlandiża jkollha l-ġuriżdizzjoni, il-ġuriżdizzjoni lokali tiġi determinata skont il-liġi Netherlandiża, sakemm ir-regola li tistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni internazzjonali ma tagħżilx ukoll il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni lokali, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) jew (3) ta’ Brussell I (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali).
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Ir-regola bażika fi proċeduri mibdija b’ċitazzjoni fil-prim’istanza hija li l-qorti tal-post tar-residenza tal-konvenut ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 99 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering)). Jekk ma jkun magħruf l-ebda post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti tal-post fejn fil-fatt ikun qed joqgħod (fin-Netherlands) il-konvenut ikollha l-ġuriżdizzjoni.
Il-qorti fi ħdan distrett ġudizzjarju fejn tkun trid tinstema’ kawża sottodistrettwali tista’ tiġi determinata abbażi tal-Anness tad-Digriet dwar il-Postijiet Sussidjarji ta’ Sessjoni (Qrati) (Besluit nevenvestigings- en nevenzittingsplaatsen) tal-10 ta' Diċembru 2001 ( http://www.overheid.nl/).
Ir-regoli għall-ġuriżdizzjoni lokali tal-qrati distrettwali japplikaw mutatis mutandis.
Ir-regola bażika fi proċeduri mibdija b’rikors fil-prim’istanza hija li l-qorti għall-post tar-residenza tar-rikorrent (jew ta’ wieħed mir-rikorrenti jew ta’ xi waħda mill-partijiet interessati msemmija fir-rikors) ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 262 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk ma jkun magħruf l-ebda post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt ikun qed joqgħod (fin-Netherlands) ir-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni. Jekk ir-rikors ikun kombinat ma’ proċeduri mibdija b’ċitazzjoni, il-qorti li tkun qiegħda teżamina din tal-aħħar ukoll ikollha ġuriżdizzjoni.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Ir-regoli stabbiliti fil-punti 2.2.2.1, 2.2.2.2 u 2.2.2.3 hawn taħt jirreferu primarjament għall-proċeduri mibdija b’ċitazzjoni.
Fi proċeduri mibdija b’rikors, fejn b’mod ġenerali l-qorti tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni, japplikaw regoli differenti għar-rikorsi għall-modifika tal-manteniment.
Rikors għall-modifika tal-manteniment tas-sieħeb irid isir mir-rikorrent lill-qorti tal-post tar-residenza tad-debitur ta’ manteniment. Debitur ta’ manteniment li jkun jixtieq jippreżenta rikors għall-modifika jrid jippreżenta r-rikors lill-qorti distrettwali għall-post tar-residenza tal-kreditur ta’ manteniment.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Fir-rigward tal-proċeduri mibdija b’ċitazzjoni, il-liġi proċedurali Netherlandiża tinkludi għadd ta’ dispożizzjonijiet li fihom qorti tiġi deżinjata bħala li għandha ġuriżdizzjoni flimkien mal-qorti kompetenti maħtura skont ir-regola bażika (il-qorti għall-post tar-residenza jew tas-soġġorn attwali tal-konvenut). Din hija ġuriżdizzjoni alternattiva. Ir-rikorrent għandu għażla bejn il-qorti tar-regola bażika u dik tar-regola alternattiva. L-alternattiva hija espressa hawn taħt bl-użu tal-kelma “wkoll”.
F’kawżi mibdija b’ċitazzjoni, ir-regoli li ġejjin huma rilevanti:
- Kawżi dwar impjieg/aġenzija
F’kawżi dwar impjieg/aġenzija, il-qorti għall-post fejn ġeneralment jitwettaq ix-xogħol, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 100 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Kawżi tal-konsumatur
F’kawżi tal-konsumatur, il-qorti għall-post tar-residenza, jew, fin-nuqqas tagħha, il-qorti għall-post fejn il-konsumatur fil-fatt ikun qiegħed joqgħod, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 101 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Delitt jew kważi delitt
F’materji rigward delitt jew kważi delitt, il-qorti għall-post fejn ikun seħħ l-avveniment ta’ ħsara, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 102 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Proprjetà immobbli
F’materji relatati ma’ proprjetà immobbli, il-qorti li fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha tkun tinsab il-proprjetà, jew il-biċċa l-kbira tagħha, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 103 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). F’materji relatati ma’ kiri ta’ djar jew bini ta’ postijiet kummerċjali, il-qorti sottodistrettwali li fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha tkun tinsab il-proprjetà mikrija, jew il-biċċa l-kbira tagħha, ikollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva.
- Wirt
F’materji relatati ma’ wirt, il-qorti għall-aħħar post ta’ residenza tal-mejjet, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 104 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Entitajiet ġuridiċi
F’materji relatati ma’ entitajiet ġuridiċi (pereżempju, materji relatati max-xoljiment ta’ entitajiet ġuridiċi, in-nullità jew il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ entitajiet ġuridiċi, id-drittijiet u l-obbligi tal-membri jew is-sħab), il-qorti għall-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tal-entità ġuridika jew il-kumpanija, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll.
- Falliment, sospensjoni tal-pagament u skedar mill-ġdid tad-dejn
F’materji relatati mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rigward falliment, sospensjoni tal-pagament u skedar mill-ġdid tad-dejn ta’ persuni fiżiċi, il-qorti li minnha jifforma parti l-imħallef superviżorju, jew jekk ma jkun ġie maħtur l-ebda mħallef superviżorju, il-qorti li tkun iddikjarat is-sospensjoni tal-pagament, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll (l-Artikolu 106 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-Att dwar il-Fallimenti (Faillissementswet) jinkludi regoli speċjali rigward il-ġuriżdizzjoni wkoll u dawn jieħdu l-preċedenza fuq ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni bbażati fuq il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
- Għażla tal-qorti
Fil-kuntratt bejniethom, il-partijiet xi drabi jagħżlu qorti differenti mill-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont id-dispożizzjonijiet statutorji (l-Artikolu 108(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Hemm eċċezzjonijiet għal din il-libertà tal-għażla (l-Artikolu 108(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), fir-rigward ta’ materji tal-konsumatur, materji ta’ kiri u kuntratti ta’ impjieg. F’dawn il-każijiet, il-qorti teżamina jekk hemmx klawżola valida dwar l-għażla tal-qorti (l-Artikolu 110 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Residenza tar-rikorrent
Jekk, skont id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel dwar il-ġuriżdizzjoni lokali, ma tkun tista’ tiġi deżinjata l-ebda qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fin-Netherlands, l-Artikolu 109 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprevedi li, f'każijiet eċċezzjonali, il-qorti tal-post tar-residenza tar-rikorrent jista’ jkollha l-ġuriżdizzjoni. Din is-sitwazzjoni tista’ tinħoloq jekk impjegat ikun jixtieq isejjaħ lill-impjegatur barrani quddiem il-qorti fin-Netherlands, filwaqt li x-xogħol ma jkunx limitat għal post speċifiku iżda jitwettaq madwar il-pajjiż kollu. Jekk ma tkunx tista’ tinstab qorti li jkollha ġuriżdizzjoni b’dan il-mod lanqas, il-kawża tiġi ppreżentata quddiem il-Qorti Distrettwali tal-Aja.
Huwa rrimarkat ukoll dan li ġej fir-rigward tad-divorzju:
Il-ġuriżdizzjoni lokali tal-qorti tad-divorzju hija regolata fl-Artikolu 262 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Ir-regola bażika hi: il-qorti għall-post tar-residenza tar-rikorrent (jew ta’ wieħed mir-rikorrenti jew ta’ waħda mill-partijiet interessati msemmija fir-rikors) ikollha l-ġuriżdizzjoni, u jekk din il-persuna ma jkollha l-ebda post ta’ residenza magħruf fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt tkun qiegħda toqgħod din il-persuna (fin-Netherlands).
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Il-liġi proċedurali Netherlandiża tinkludi ftit regoli speċjali rigward il-ġuriżdizzjoni lokali li jiddevjaw mir-regola bażika. Trid tiġi applikata r-regola speċjali. Fil-kawżi speċjali deskritti hawn taħt, trid tintgħażel qorti għajr dik tal-post tar-residenza tal-konvenut.
- Minorenni
F’materji relatati ma’ minorenni, il-qorti għall-post tar-residenza, jew fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt ikun qed joqgħod il-minorenni, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 265 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Din mhijiex alternattiva, iżda regola speċjali li tissostitwixxi r-regola bażika. Mhijiex il-qorti għall-post tar-residenza jew għall-post tas-soġġorn tar-rikorrent li jkollha l-ġuriżdizzjoni (ir-regola bażika għall-proċeduri mibdija b’rikors), iżda l-qorti għall-post tar-residenza, jew fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt ikun qiegħed joqgħod il-minorenni. Jekk din ir-regola ma twassalx għal qorti speċifika, il-Qorti Distrettwali tal-Aja jkollha l-ġuriżdizzjoni.
- Stat ċivili
F’materji relatati mas-supplimentazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-kanċellazzjoni jew modifika ta’ reġistri tal-istat ċivili jew ta’ ċertifikati li jridu jiġu rreġistrati jew li diġà jkunu rreġistrati fihom, il-qorti li taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha jkun ġie rreġistrat jew ikun irid jiġi rreġistrat iċ-ċertifikat, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 263 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). F’materji relatati ma’ ċertifikati li jridu jiġu rreġistrati jew li diġà jkunu rreġistrati fir-reġistri tal-istat ċivili tal-muniċipalità tal-Aja, skont l-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek), il-Qorti Distrettwali tal-Aja jkollha l-ġuriżdizzjoni.
- Kiri ta’ proprjetà immobbli mibnija
F’materji relatati mal-kiri ta’ proprjetà immobbli mibnija jew ta’ parti minnha, il-qorti li fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha tkun tinsab il-proprjetà mikrija, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 264 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Kurazija ta’ persuna adulta, amministrazzjoni fiduċjarja ta’ proprjetà, konsulenza
F’materji relatati ma’ kurazija ta’ persuna adulta, amministrazzjoni fiduċjarja ta’ proprjetà f’isem persuni adulti u konsulenza, il-qorti għall-post tar-residenza, jew fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-qorti għall-post fejn fil-fatt tkun qiegħda toqgħod il-persuna li l-kurazija jew il-proprjetà jew il-konsulenza tagħha tkun ikkonċernata, ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 266 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
- Persuni assenti jew neqsin; konferma tal-mewt (l-Artikolu 267 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
F’materji relatati ma’ wirt, il-qorti għall-aħħar post ta’ residenza tal-mejjet ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 268(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
F’materji relatati ma’ persuni assenti jew neqsin, il-qorti għall-post tar-residenza mħolli mill-persuni assenti jew nieqsa, ikollha l-ġuriżdizzjoni. Fir-rigward ta’ konferma tal-mewt, il-Qorti Distrettwali tal-Aja għandha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 269 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-Artikolu 269 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għalhekk iservi bħala xibka ta’ sikurezza.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Skont l-Artikolu 108 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-partijiet jistgħu jagħmlu l-għażla tal-qorti bil-miktub. L-għażla tal-qorti hija possibbli biss fir-rigward ta’ relazzjonijiet legali li jistgħu jiġu determinati liberament mill-partijiet. Għalhekk f’kawżi li jinvolvu l-ordni pubbliku, l-għażla tal-qorti mhijiex possibbli. Eżempji ta’ dawn jinkludu ċerti materji tal-liġi tal-familja u kawżi ta’ falliment u ta’ sospensjoni tal-pagament. F’kawżi ta’ qrati sottodistrettwali, l-għażla tal-qorti hija limitata. Pereżempju, mhix possibbli għażla tal-qorti għal talbiet sa EUR 25 000 (irrispettivament min-natura tat-talba).
Fil-prinċipju, il-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni abbażi ta’ għażla tal-qorti jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva. Il-partijiet jistgħu jaqblu espressament li jipprekludu l-ġuriżdizzjoni esklużiva.
F’materji ta’ divorzju (divorzju, separazzjoni legali, xoljiment ta’ sħubija rreġistrata, xoljiment taż-żwieġ wara separazzjoni legali), tapplika r-regola speċjali prevista fl-Artikolu 270(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Skont dan l-artikolu, il-qorti mingħajr ġuriżdizzjoni lokali tirrinvija l-kawża b’mod ġenerali lill-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni lokali. Skont l-Artikolu 270(2) tal-Proċedura tal-Kodiċi Ċivili, dan iseħħ f’kawżi ta’ divorzju biss jekk il-konvenut (il-konjuġi li jitressqu l-proċeduri kontrih) jikkontesta l-ġuriżdizzjoni tal-qorti. Hija possibbli l-għażla taċita tal-qorti jekk il-partijiet interessati msejħa jidhru kollha u ħadd minnhom ma jinvoka n-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni, jew jekk il-konjuġi l-ieħor ma jidhirx.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Ma hemmx qrati speċjalizzati skont il-liġi proċedurali Netherlandiża.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 21/08/2019
Ġurisdizzjoni - Polonja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Fil-Polonja, il-kawżi ċivili jiġu ttrattati mill-qrati ordinarji (sądy powszechne) u mill-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) (ara: Is-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri - Il-Polonja), sakemm ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ qrati speċjalizzati.
Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati huma stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (KPĊ, Kodeks Postępowania Cywilnego), fl-Artikoli 16-18 u fl-Artikoli 27-46.
Fil-qrati distrettwali (sądy rejonowe), il-kawżi tad-dritt ċivili jiġu eżaminati mid-diviżjonijiet li ġejjin:
Ċivili;
tal-Familja u tal-Minorenni (qrati tal-familja, sądy rodzinne) – għal kawżi dwar il-familja u t-tutela; kawżi li jirrigwardaw korruzzjoni morali ta’ minorenni u atti punibbli mwettqa minnhom; kawżi li jirrigwardaw il-kura ta’ persuni dipendenti mill-alkoħol, drogi jew sustanzi psikotropiċi; kif ukoll kawżi li, skont leġiżlazzjoni oħra, jaqgħu fil-kompetenza ta’ qorti tat-tutela;
tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali (tribunali industrijali, sądy pracy) – għal kawżi dwar il-liġi tax-xogħol u s-sigurtà soċjali;
Kummerċjali (qrati kummerċjali, sądy gospodarcze) għal kawżi tad-dritt kummerċjali u tad-dritt ċivili bejn entitajiet tan-negozju, fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom; kawżi li jirrigwardaw relazzjonijiet bejn kumpaniji jew sħubijiet; kawżi kontra membri tal-bordijiet maniġerjali ta’ kumpaniji, fir-rigward ta’ talbiet li jirriżultaw minn dikjarazzjonijiet foloz ippreżentati minn membri tal-bordijiet maniġerjali lir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali; kawżi kontra entitajiet tan-negozju għall-ħruġ ta’ mandat biex titwaqqaf il-ħsara ambjentali; u kawżi ta’ falliment;
Reġistru tal-Artijiet – biex iżomm ir-reġistri tal-artijiet u jittratta materji ċivili oħra relatati mal-proċeduri tar-reġistru tal-artijiet;
Il-qrati reġjonali (sądy okręgowe) fil-Polonja għandhom diviżjonijiet korrispondenti, ħlief għad-diviżjonijiet tar-reġistru tal-artijiet u d-diviżjonijiet tal-familja u tal-minorenni. Il-qrati reġjonali fil-Polonja għandhom diviżjonijiet ċivili tal-familja kompetenti sabiex jisimgħu, b’mod partikolari, kawżi għad-divorzju, separazzjoni legali u terminazzjoni tas-separazzjoni legali, għall-annullament taż-żwieġ, għall-istabbiliment tal-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza taż-żwieġ, jew biex jiddikjaraw l-eżegwibilità tas-sentenzi ta’ qrati barranin f’kawżi tal-familja.
Barra minn hekk, il-Qorti Reġjonali f’Varsavja għandha l-unitajiet addizzjonali li ġejjin li joperaw bħala diviżjonijiet:
il-Qorti tal-Kompetizzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (Sąd Ochrony Konkurencji i Konsumentów), li l-firxa tal-operat tagħha tinkludi s-smigħ ta’ kawżi li jirrigwardaw il-prevenzjoni ta’ prattiċi monopolistiċi u kawżi regolatorji dwar l-enerġija;
il-Qorti għat-Trademarks u d-Disinji Industrijali tal-Komunità (Sąd Wspólnotowych Znaków Towarowych i Wzorów Przemysłowych), li tisma’ kawżi li jirrigwardaw ksur, theddid ta’ ksur jew in-nuqqas ta’ ksur ta’ disinji industrijali u trademarks, l-invalidazzjoni ta’ disinn Komunitarju, l-iskadenza jew l-invalidazzjoni ta’ trademark, u l-effetti tal-ksur ta’ trademark.
Barra minn hekk, fl-1 ta’ Jannar 2010, il-Qorti Distrettwali f’Lublin inħatret bħala l-qorti kompetenti biex tisma’ kawżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati distrettwali oħra fi proċedura elettronika b’mandat ta’ pagament.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Bħala regola ġenerali, il-qrati distrettwali għandhom il-ġuriżdizzjoni f’kawżi ċivili fil-prim’istanza. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni fil-kawżi kollha ħlief għall-kawżi riżervati mil-liġi (l-Artikoli 16 u 507 tal-KPĊ) għall-qrati reġjonali.
Il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza fuq il-kawżi elenkati fl-Artikolu 17 tal-KPĊ, jiġifieri:
1) għal drittijiet mhux ta’ proprjetà u talbiet ta’ proprjetà mitluba flimkien ma’ dawk id-drittijiet, ħlief għall-kawżi sabiex tiġi stabbilita jew ikkontestata l-filjazzjoni ta’ tifel/tifla, kawżi għall-annullament ta’ rikonoxximent tal-paternità u għax-xoljiment tal-adozzjoni;
2) għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, kif ukoll kawżi li jirrigwardaw
invenzjonijiet, mudelli ta’ utilitajiet, disinji industrijali, trademarks, indikazzjonijiet ġeografiċi u topografiji ta’ ċirkwiti integrati, u kawżi għall-protezzjoni ta’ drittijiet ta’ proprjetà intanġibbli oħra;
3) għal talbiet skont il-Liġi tal-Istampa;
4) għal drittijiet ta’ proprjetà fejn il-valur tas-suġġett tat-tilwima jaqbeż il-ħamsa u sebgħin elf zloty, ħlief għall-kawżi ta’ manteniment, kawżi għall-
ksur tal-pussess, kawżi biex
tiġi stabbilita s-separazzjoni tal-proprjetà tal-konjuġi, biex
jiġi allinjat il-kontenut ta’ reġistru tal-artijiet mal-istatus legali attwali, u kawżi eżaminati fi
proċedura elettronika b’mandat ta’ pagament;
5) għall-ħruġ ta’ sentenza minflok riżoluzzjoni biex tiġi maqsuma kooperattiva;
6) għat-tħassir, l-annullament jew l-istabbiliment tan-nuqqas ta’ eżistenza tar-riżoluzzjonijiet tal-korpi ta’ governanza ta’ entitajiet ġuridiċi jew unitajiet organizzattivi li ma jkunux persuni ġuridiċi iżda li jkunu ngħataw personalità ġuridika bil-liġi;
7) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta;
8) għall-kumpens minħabba l-ħsara kkawżata bil-ħruġ ta’ sentenza finali illegali.
Barra minn hekk, il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali tkopri pereżempju:
1) kawżi dwar inkapaċità;
2) kawżi għas-soluzzjoni ta’ tilwim fir-rigward tal-operat ta’ intrapriżi tal-istat: bejn il-bord tal-intrapriża u d-direttur tal-intrapriża, il-korpi ta’ governanza tal-intrapriża u l-korpi fundaturi tagħha, u bejn il-korpi ta’ governanza tagħha u l-korp li jeżerċita superviżjoni fuq l-intrapriża;
3) ir-rikonoxximent tas-sentenzi ta’ qrati barranin u d-dikjarazzjoni tagħhom bħala eżekutorji (l-Artikolu 11481 u l-Artikolu 11511 tal-KPĊ).
F’kawżi għad-drittijiet ta’ proprjetà, ir-rikorrent huwa obbligat jispeċifika l-valur tas-suġġett tat-tilwima fid-dikjarazzjoni tat-talba, sakemm is-suġġett tat-tilwima ma jkunx ammont ta’ flus speċifikat.
F’kawżi li jirrigwardaw talbiet monetarji, anki jekk titqajjem bħala alternattiva għal talba oħra, l-ammont ta’ flus speċifikat jikkostitwixxi l-valur tas-suġġett tat-tilwima.
F’kawżi ta’ proprjetà oħra, ir-rikorrent huwa obbligat jispeċifika l-valur tas-suġġett tat-tilwima billi jindika l-ammont ta’ flus fid-dikjarazzjoni tat-talba, f’konformità mal-Artikoli 20-24 tal-KPĊ.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Ara l-paragrafu 2.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Pollakk jiddistingwi bejn erba’ tipi ta’ ġuriżdizzjoni tal-qorti: ġenerali (l-Artikoli 27-30), alternattiva (l-Artikoli 31-37), esklużiva (l-Artikoli 38-42) u speċjali (l-Artikoli 43-46).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali ġiet deskritta fid-dettall fil-paragrafi 2.2.1 sa 2.2.3
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali
Ir-rikorsi jridu jitressqu quddiem il-qorti tal-prim’istanza li jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali fuq id-domiċilju tal-konvenut (l-Artikolu 27 tal-KPĊ).
Skont l-Artikolu 25 tal-Kodiċi Ċivili, id-domiċilju ta’ persuna fiżika huwa r-raħal/belt fejn toqgħod din il-persuna bl-intenzjoni li toqgħod hemm fuq bażi permanenti. Jekk il-konvenut ma jkunx residenti fil-Polonja, il-ġuriżdizzjoni ġenerali tiġi determinata skont il-post tas-soġġorn tiegħu, jew meta dak il-post ma jkunx magħruf jew ikun barra mill-Polonja, ir-rikorsi jridu jiġu ppreżentati skont l-aħħar domiċilju tal-konvenut fil-Polonja.
Ir-rikorsi kontra t-Teżor tal-Istat iridu jiġu ppreżentati fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tal-unità organizzattiva li t-tilwima tkun tikkonċerna lilha. Meta t-Teżor tal-Istat ikun rappreżentat mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja (Prokuratoria Generalna Rzeczypospolitej Polskiej), ir-rikorsi jridu jiġu ppreżentati fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tal-fergħa tal-avukat ġenerali responsabbli għall-unità organizzattiva li t-talba tkun tikkonċerna lilha.
Ir-rikorsi kontra persuni ġuridiċi oħra u entitajiet oħra li ma jkunux persuni fiżiċi għandhom jiġu ppreżentati fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tagħhom (l-Artikolu 30 tal-KPĊ).
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Ara l-paragrafu 2.2.2.1.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Il-ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva tippermetti lir-rikorrent li jagħżel il-qorti f’ċertu kawżi. Ir-rikorrent imbagħad ikun jista’ jippreżenta rikors quddiem il-qorti tal-ġuriżdizzjoni ġenerali jew quddiem qorti oħra speċifikata fl-Artikoli 32-371 tal-KPĊ.
Il-ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva hija prevista fil-kawżi li ġejjin:
- għat-talbiet għal manteniment u biex tiġi stabbilita l-filjazzjoni ta’ wild u talbiet relatati – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-parti intitolata;
- għal talba ta’ proprjetà kontra entità kummerċjali – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-kwartieri ġenerali jew fergħa ta’ dik l-entità, jekk it-talba tkun marbuta mal-attivitajiet tal-kwartieri ġenerali jew il-fergħa. Dan, madankollu, ma japplikax għal kawżi li fihom, skont il-liġi, l-Avukat Ġenerali tat-Teżor tal-Istat jirrappreżenta lit-Teżor tal-Istat;
- sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ftehim, għat-twettiq, it-terminazzjoni jew l-invalidazzjoni ta’ ftehim, kif ukoll għad-danni minħabba n-nuqqas ta’ twettiq jew tat-twettiq sewwa ta’ ftehim – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tat-twettiq tal-ftehim f’tilwima; jekk ikun hemm xi dubju, il-post tat-twettiq tal-ftehim għandu jiġi kkonfermat b’dokument;
- għal talba għad-danni – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha jkun seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu;
- għall-pagament ta’ ammont dovut għat-trattament ta’ kawża – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ir-rappreżentant legali jkun ittratta l-kawża;
- għal talba taħt lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli (najem jew dzierżawa) – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tkun tinstab il-proprjetà immobbli;
- kontra parti obbligata b’ċedola jew ċekk – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-pagament. Diversi partijiet obbligati b’ċedola jew ċekk jistgħu jiġu mfittxa flimkien quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-pagament jew quddiem il-qorti tal-ġuriżdizzjoni ġenerali għall-aċċettant jew l-emittent taċ-ċedola jew ċekk;
- fir-rigward tal-liġi tax-xogħol – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha jkun qiegħed jitwettaq, twettaq jew kellu jitwettaq ix-xogħol, jew quddiem il-qorti li l-istabbiliment tal-impjieg ikun jinsab fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha (l-Artikolu 461§1 tal-KPĊ).
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Il-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti tfisser li l-kawża tista’ tinstema’ biss mill-qorti speċifikata fil-Kodiċi. Il-ġuriżdizzjoni esklużiva hija prevista fil-kawżi li ġejjin:
- fir-rigward tas-sjieda jew drittijiet oħra in rem fuq proprjetà immobbli, kif ukoll fir-rigward tal-pussess ta’ proprjetà immobbli – ir-rikorsi jistgħu jitressqu biss quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-proprjetà immobbli; jekk is-suġġett tat-tilwima jkun is-servitù tal-art, il-ġuriżdizzjoni tiġi determinata skont il-post tal-proprjetà gravata;
- fir-rigward tas-suċċessjoni, sehem riżervat, kif ukoll legati, mandati jew dispożizzjonijiet testamentarji oħra – ir-rikorsi għandhom jiġu ppreżentati biss quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar post tar-residenza abitwali tat-testatur, u jekk id-domiċilju tat-testatur fil-Polonja ma jkunx jista’ jiġi stabbilit, quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-wirt jew parti minnu;
- fir-rigward tal-appartenenza f’kooperattiva, sħubija, kumpanija jew assoċjazzjoni – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati biss fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat;
- fir-rigward ta’ relazzjoni taż-żwieġ – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati biss quddiem il-qorti li l-konjuġi kienu residenti l-aħħar fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha anki jekk wieħed minnhom ikun għadu domiċiljat jew residenti abitwali fi ħdan dik il-ġuriżdizzjoni. Fin-nuqqas ta’ bażi bħal din, il-qorti bil-ġuriżdizzjoni esklużiva tkun il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-konvenut, u fin-nuqqas ukoll ta’ dik il-bażi - il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tar-rikorrent;
- fir-rigward ta’ relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied u bejn l-adottant u l-adottat – ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati biss quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tar-rikorrent, bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm raġunijiet biex jiġi ppreżentat rikors skont id-dispożizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni ġenerali.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Ġuriżdizzjoni speċjali tfisser li l-ġuriżdizzjoni tal-qorti tista’ tiġi definita b’mod differenti f’kawżi speċifikati f’leġiżlazzjoni speċjali:
Id-dritt tal-għażla tal-qorti ngħata lir-rikorrent.
Jekk tkun ġustifikata l-ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati jew jekk ir-rikors jiġi ppreżentat kontra diversi partijiet li għalihom ikunu kompetenti diversi qrati skont il-leġiżlazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni ġenerali. L-istess japplika jekk il-proprjetà immobbli li l-pożizzjoni tagħha tkun il-bażi sabiex tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti tkun f’żoni ta’ ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati.
Id-dritt tal-għażla tal-qorti ngħata liż-żewġ partijiet fuq il-bażi ta’ ftehim jew talba konġunta.
Il-partijiet jistgħu jaqblu bil-miktub li jissottomettu tilwima diġà eżistenti, jew kwalunkwe tilwima li tista’ tinqala’ fil-ġejjieni minn relazzjoni legali speċifikata, lil qorti tal-prim’istanza li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali skont il-liġi. Dik il-qorti mbagħad ikollha l-ġuriżdizzjoni esklużiva, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor jew sakemm ir-rikorrent ma jkunx ippreżenta dikjarazzjoni tat-talba fi proċedura elettronika b’mandat ta’ pagament. Il-partijiet jistgħu jillimitaw ukoll, permezz ta’ ftehim bil-miktub, id-dritt tar-rikorrent li jagħżel minn fost diversi qrati kompetenti għal tali tilwim.
Il-partijiet ma jistgħux, madankollu, jibdlu l-ġuriżdizzjoni esklużiva.
Il-ftehimiet dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qorti jridu jkunu f’forma bil-miktub. Huma jistgħu jiffurmaw parti minn ftehim tal-liġi sostantiva (klawsola dwar il-ġuriżdizzjoni) jew jikkostitwixxu ftehim separat.
F’kawżi dwar il-liġi tax-xogħol u s-sigurtà soċjali, il-qorti kompetenti tista’, fuq talba konġunta tal-partijiet, tirrinvija l-kawża għas-smigħ lil qorti oħra, ekwivalenti li tittratta materji tal-liġi tax-xogħol u s-sigurtà soċjali, fejn dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’ espedjenza.
Il-qorti kompetenti tiġi nnominata mill-qorti superjuri jew mill-Qorti Suprema.
Jekk il-qorti kompetenti ma tkunx tista’ tisma’ l-kawża jew twettaq azzjoni oħra minħabba ostaklu, il-qorti superjuri taħtar qorti oħra. Ir-raġuni għal tali ħatra tista’ tkun biss ostaklu li jimpedixxi l-kawża milli tinstema’, eż. l-esklużjoni ta’ mħallef jew forza maġġuri.
Il-Qorti Suprema hija obbligata taħtar il-qorti li r-rikors għandu jiġi ppreżentat quddiemha jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx tista’ tiġi determinata skont il-Kodiċi minħabba ċ-ċirkustanzi tal-kawża (l-Artikolu 45 tal-KPĊ).
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati amministrattivi (sądy administracyjne) u l-qrati militari (sądy wojskowe).
L-operat tal-qrati militari huwa regolat bl-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Militari tal-21 ta’ Awwissu 1997. Ġeneralment, dawn il-qrati jeżaminaw kawżi kriminali fil-Forzi Armati Pollakki. Kawżi oħra jistgħu jiġu rinvijati lill-ġuriżdizzjoni tagħhom esklussivament permezz ta’ Att.
L-operat tal-qrati amministrattivi huwa regolat mill-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Amministrattivi tal-25 ta’ Lulju 2002. Il-qrati amministrattivi jamministraw il-ġustizzja billi jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll billi jsolvu tilwim dwar il-kompetenza u tilwim dwar il-ġuriżdizzjoni bejn l-awtoritajiet tal-gvern lokali u l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni tal-gvern. Ma jistax jiġi eskluż li f’każijiet eċċezzjonali, qorti amministrattiva, bħala parti mid-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika, tista’ tiddeċiedi f’kawża ċivili.
Ħoloq relatati
Ministeru tal-Ġustizzja
https://www.ms.gov.pl/en/about-the-ministry-of-justice/
Lista tal-qrati ordinarji fil-Polonja (dettalji tal-indirizz)
http://bip.ms.gov.pl/pl/rejestry-i-ewidencje/lista-sadow-powszechnych/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 12/06/2018
Ġurisdizzjoni - Rumanija
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Fir-Rumanija, minbarra l-qrati ordinarji, hemm sezzjonijiet jew bordijiet speċjalizzati għas-soluzzjoni ta’ tilwim fir-rigward ta’ ċerti materji.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie) għandha 4 sezzjonijiet – is-Sezzjoni Ċivili I, is-Sezzjoni Ċivili II, is-Sezzjoni Kriminali, is-Sezzjoni Amministrattiva u s-Sezzjoni għat-Tilwim dwar it-Taxxa – il-Bord ta’ Disa’ Mħallfin u s-Sezzjonijiet Konġunti, kull wieħed minnhom għandu l-ġuriżdizzjoni proprja tiegħu. Il-qrati tal-appell, it-tribunali jew, kif ikun xieraq, il-qrati distrettwali għandhom sezzjonijiet jew bordijiet speċjalizzati għal kawżi ċivili, kawżi kriminali, kawżi li jinvolvu t-tfal u kwistjonijiet tal-familja, kawżi li jinvolvu tilwim amministrattiv u dwar it-taxxa, kawżi relatati ma’ tilwim industrijali u s-sigurtà soċjali, il-kumpaniji, ir-Reġistru tal-Kummerċ, l-insolvenza, il-kompetizzjoni inġusta, kawżi marittimi u tax-xmajjar. Jistgħu jiġu stabbiliti tribunali speċjalizzati sabiex jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet ta’ hawn fuq, kif ikun xieraq.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-proċedura normali għall-kawżi ċivili. Id-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw ukoll għal kwistjonijiet oħra, sakemm il-liġijiet li jirregolawhom ma jipprovdux mod ieħor.
L-Artikoli 94 sa 97 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jirregolaw il-ġuriżdizzjoni relatata mas-suġġett għall-qrati ċivili.
Bħala qrati tal-prim’istanza, il-qrati distrettwali jisimgħu l-kawżi li ġejjin li jinvolvu rikorsi li (ma jistgħux) jitkejlu f’termini ta’ flus:
- rikorsi li, skont il-Kodiċi Ċivili, jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-kustodja u l-familja;
- rikorsi relatati mar-reġistrazzjoni fir-rekords tal-istat ċivili;
- rikorsi relatati mal-amministrazzjoni ta’ bini b’ħafna sulari/appartamenti/spazji bi sjieda esklużiva minn persuna differenti u r-relazzjonijiet legali stabbiliti mill-assoċjazzjonijiet tas-sidien tad-djar ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra;
- rikorsi għall-evizzjoni;
- rikorsi relatati ma’ ħitan u fosos kondiviżi, id-distanza bejn il-bini u l-pjantaġġuni, il-jeddijiet ta' mogħdija, il-gravami, limitazzonijiet oħra li jaffettwaw id-drittijiet tas-sjieda;
- rikorsi relatati ma’ bidliet fil-konfini u mal-immarkar tal-konfini;
- rikorsi għall-protezzjoni tal-pussessi;
- rikorsi relatati ma’ obbligi pożittivi jew negattivi li ma jistgħux jitkejlu f’termini monetarji;
- rikorsi relatati ma’ qsim ġudizzjarju, irrispettivament mill-valur involut;
- rikorsi oħra li jistgħu jitkejlu f’termini monetarji, sa u inkluż RON 200 000, irrispettivament mill-kapaċità tal-partijiet;
Il-qrati distrettwali jisimgħu l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi b’ġuriżdizzjoni u korpi oħra b’ġuriżdizzjoni. Il-qrati distrettwali jisimgħu wkoll kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.
It-tribunali jisimgħu:
- bħala qrati tal-prim’istanza, ir-rikorsi l-oħra kollha li bil-liġi ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħra;
- bħala qrati tal-appell, l-appelli kontra sentenzi mogħtija minn imħallfin fil-prim’istanza;
- bħala qrati ta’ rieżami, il-każijiet speċifikament previsti mil-liġi;
- kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.
Il-qrati tal-appell jisimgħu:
- bħala qrati tal-prim’istanza, rikorsi relatati ma’ tilwim amministrattiv u dwar taxxa;
- bħala qrati tal-appell, l-appelli kontra sentenzi mogħtija minn tribunali fil-prim’istanza;
- bħala qrati ta’ rieżami, il-każijiet speċifikament previsti mil-liġi;
- kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.
Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja tisma’:
- appelli kontra sentenzi tal-qrati tal-appell u sentenzi oħra, fil-każijiet previsti mil-liġi;
- rieżamijiet fl-interess tal-liġi;
- rikorsi fir-rigward ta’ deċiżjoni minn qabel biex jiġu ċċarati ċerti kwistjonijiet legali;
- kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Is-sistema ġudizzjarja ċivili Rumena tiddistingwi bejn qrati inferjuri u qrati superjuri, bil-ġuriżdizzjoni relatata mas-suġġett tiġi stabbilita bejn il-qrati differenti skont kriterji funzjonali (it-tip ta’ dmir) u proċedurali (il-valur, is-suġġett jew in-natura tat-tilwima).
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ġab bidliet f’termini ta’ ġuriżdizzjoni u t-tribunali saru qrati b’ġuriżdizzjoni sħiħa sabiex jisimgħu s-sustanza tal-każijiet fil-prim’istanza. Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali tinkludi s-smigħ ta’ talbiet żgħar u/jew anqas kumplessi, li huma frekwenti ħafna fil-prattika.
Il-qrati tal-appell għandhom ġuriżdizzjoni sabiex jisimgħu prinċipalment appelli, filwaqt li l-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja hija l-qorti ta’ ġudikatura ordinarja li tassigura l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-liġi fil-livell nazzjonali.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali tas-sistema ġudizzjarja ċivili Rumena huma stabbiliti fl-Artikolu 107 u s-segwenti tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Skont ir-regola ġenerali, ir-rikors jiġi ppreżentat fil-qorti fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju tiegħu jew l-uffiċċju tiegħu.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
Hemm regoli speċifiċi dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali, bħal:
- jekk id-domiċilju/l-uffiċċju tal-konvenut ma jkunux magħrufa, ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fil-qorti fejn il-konvenut ikollu r-residenza/l-uffiċċju ta’ rappreżentanza tiegħu, u, jekk dawn ma jkunux magħrufa, fil-qorti fejn ir-rikorrent ikollu d-domiċilju/l-uffiċċju/ir-residenza/l-uffiċċju ta’ rappreżentanza tiegħu;
- ir-rikors kontra persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat jista’ jiġi ppreżentat ukoll fil-qorti fil-post fejn ikun jinsab wieħed mis-sussidjarji tagħha mingħajr personalità ġuridika;
- ir-rikors kontra assoċjazzjoni, kumpanija jew entità oħra mingħajr personalità ġuridika jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-persuna li, kif maqbul mill-membri tagħha, tkun ġiet fdata bil-ġestjoni jew l-amministrazzjoni tagħha; fin-nuqqas ta’ persuna bħal din, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat fil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe wieħed mill-membri tal-entità inkwistjoni;
- ir-rikorsi kontra l-Istat, awtoritajiet u istituzzjonijiet ċentrali jew lokali u persuni ġuridiċi oħra rregolati mid-dritt pubbliku jistgħu jiġu ppreżentati fil-qorti fil-post fejn ir-rikorrent ikollu d-domiċilju/l-uffiċċju tiegħu jew fil-qorti fil-post fejn il-konvenut ikollu l-uffiċċju tiegħu.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Rumen jipprovdi regoli ta’ ġuriżdizzjoni alternattiva (l-Artikoli minn 113 sa 115). Għalhekk, il-qrati li ġejjin ukoll għandhom ġuriżdizzjoni territorjali:
- il-qorti fil-post fejn ir-rikorrent ikollu d-domiċilju (rikorsi għall-istabbiliment tal-filjazzjoni);
- il-qorti fil-post fejn ir-rikorrent-kreditur ikollhom id-domiċilju (l-obbligu ta’ manteniment);
- il-qorti fil-post fejn jitwettaq l-obbligu kuntrattwali, kif previst mill-ftehim;
- il-qorti fil-post fejn tkun tinsab il-proprjetà (lokazzjonijiet, reġistrazzjoni, ġustifikazzjoni/korrezzjoni tal-art);
- il-qorti fil-post fejn iseħħu t-tluq/wasla (ftehimiet tat-trasport);
- il-qorti fil-post fejn isir il-pagament (kambjali, ċekk, nota promettenti jew titoli oħra);
- il-qorti fil-post fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu (kumpens għad-danni lill-konsumaturi għal ftehimiet konklużi ma’ professjonisti);
- il-qorti fil-post fejn ikun twettaq id-delitt jew fejn ikun seħħ id-dannu, għal rikorsi li jirrigwardaw obbligi li jirriżultaw minn tali atti.
Meta, barra mid-domiċilju tiegħu, il-konvenut iwettaq regolarment attivitajiet professjonali/ attivitajiet agrikoli, kummerċjali, industrijali jew attivitajiet simili, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll fil-qorti fil-post fejn jitwettqu l-attivitajiet fir-rigward tal-obbligi pekunarji li jirriżultaw jew li jkunu jridu jitwettqu f’dak il-post.
Fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-assigurazzjoni, ir-rikors għad-danni jista’ jiġi ppreżentat ukoll fil-qorti fil-post fejn l-assigurat ikollu d-domiċilju jew l-uffiċċju tiegħu, fejn ikunu jinsabu l-assi assigurati jew fejn ikun seħħ ir-riskju assigurat.
L-għażla tal-ġuriżdizzjoni taħt ftehim titqies nulla u bla effett jekk titwettaq qabel ma jinħoloq id-dritt għall-kumpens, filwaqt li, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jirrigwardaw l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili, il-parti terza danneġġjata tista’ tibda proċeduri diretti wkoll quddiem il-qorti fil-post fejn ikollha d-domiċilju/l-uffiċċju tagħha.
Il-qorti fil-post fejn il-persuna protetta jkollha d-domiċilju/ir-residenza tagħha tiddeċiedi dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali fir-rigward ta’ rikorsi għall-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi, li għalihom, skont il-Kodiċi Ċivili, ikollha l-ġuriżdizzjoni l-qorti tal-kustodja u l-familja. Fil-każ ta’ rikorsi għall-awtorizzazzjoni, mill-qorti tal-kustodja u l-familja, tal-konklużjoni ta’ atti legali (fir-rigward ta’ proprjetà), ikollha l-ġuriżdizzjoni l-qorti fil-post fejn tkun tinsab il-proprjetà. F’dan il-każ, il-qorti tal-kustodja u l-familja li tkun tat is-sentenza tibgħat kopja tas-sentenza lill-qorti tal-kustodja u l-familja fil-post fejn il-persuna protetta jkollha d-domiċilju/ir-residenza tagħha.
Ir-rikors għal divorzju jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali fil-post fejn tkun tinsab l-aħħar dar konġunta tal-konjuġi. Jekk il-konjuġi ma jkollhomx dar konġunta jew jekk l-ebda wieħed minnhom ma jkun għadu jgħix fil-post li l-qorti distrettwali jkollha l-ġuriżdizzjoni tiegħu u fejn tkun tinsab id-dar konġunta, il-qorti distrettwali li jkollha ġuriżdizzjoni tkun dik tal-post fejn tkun tinsab id-dar tal-konvenut. Jekk il-konvenut ma jkunx jgħix fir-Rumanija u l-qrati Rumeni jkollhom ġuriżdizzjoni internazzjonali, ikollha ġuriżdizzjoni l-qorti fil-post fejn tkun tinsab id-dar tar-rikorrent. Jekk la r-rikorrent u lanqas il-konvenut ma jkunu jgħixu fir-Rumanija, il-partijiet jistgħu jaqblu li jippreżentaw ir-rikors għad-divorzju fi kwalunkwe qorti distrettwali fir-Rumanija. Fin-nuqqas ta’ ftehim bħal dan, ir-rikors għad-divorzju għandu jiġi ppreżentat fil-Qorti Distrettwali ta’ Bukarest tal-Ħames Distrett (l-Artikolu 914 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Ir-rikorsi għas-soluzzjoni ta’ tilwim industrijali individwali għandhom jiġu ppreżentati fit-tribunal fil-post fejn ikun jinsab id-domiċilju/il-post tax-xogħol tar-rikorrent (l-Artikolu 269 tal-Liġi Nru 53/2003 – Kodiċi Industrijali).
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Ir-regoli li jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva huma previsti mill-Artikolu 117 sa 121 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Għalhekk:
- rikorsi li jirrigwardaw drittijiet ta’ proprjetà immobbli għandhom jiġu ppreżentati biss fil-qorti fil-post fejn tkun tinstab il-proprjetà. Jekk il-proprjetà tkun tinsab fiż-żoni ta’ ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati, ir-rikors għandu jiġi ppreżentat fil-qorti fil-post fejn il-konvenut ikollu d-domiċilju/ir-residenza tiegħu, jekk dawn ikunu jinsabu f’xi waħda minn dawn iż-żoni ta’ ġuriżdizzjoni, jew, jekk ma jkunux, fi kwalunkwe waħda mill-qrati fil-postijiet fejn tkun tinsab il-proprjetà. Id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għar-rikorsi għall-protezzjoni tal-pussessi, ir-rikorsi għall-immarkar tal-konfini, ir-rikorsi li jirrigwardaw ir-restrizzjonijiet tad-dritt ta’ proprjetà immobbli u r-rikorsi għall-qsim ġudizzjarju ta’ proprjetà, fejn il-koproprjetà indiviża ma tirriżultax minn suċċessjoni;
- f’materji ta’ wirt, sad-diviżjoni tal-koproprjetà indiviża, il-qorti fil-post fejn kien jinsab l-aħħar domiċilju tal-mejjet ikollha ġuriżdizzjoni esklużiva fuq rikorsi li jirrigwardaw:
- il-validità jew l-eżekuzzjoni ta’ dispożizzjonijiet testamentarji;
- il-wirt, l-imposti tiegħu u l-imposti relatati mat-talbiet possibbli tal-werrieta kontra xulxin;
- ir-rikorsi ta’ legatarji/kredituri tal-mejjet kontra xi wieħed mill-werrieta/l-eżekutur testamentarju;
- fir-rigward ta’ rikorsi relatati ma’ kumpaniji, sat-tlestija tal-proċeduri ta’ likwidazzjoni/dereġistrazzjoni, il-qorti tal-post fejn il-kumpanija jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha għandha ġuriżdizzjoni esklużiva;
- it-tribunal tal-post fejn id-debitur ikollu l-uffiċċju tiegħu għandu ġuriżdizzjoni esklużiva fuq ir-rikorsi relatati ma’ insolvenza/ arranġamenti mal-kredituri;
- ir-rikorsi ppreżentati minn professjonist kontra konsumatur jistgħu jiġu ppreżentati biss fil-qorti tal-post fejn il-konsumatur ikollu d-domiċilju tiegħu.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Il-partijiet jistgħu jaqblu bil-miktub jew, fir-rigward ta’ tilwim li jkun għaddej, permezz ta’ dikjarazzjoni verbali quddiem il-qorti, li l-kawżi relatati ma’ assi u drittijiet oħra li jista’ jkollhom, għandhom jinstemgħu minn qrati oħra għajr dawk li jkollhom il-ġuriżdizzjoni territorjali, sakemm ma jkollhomx ġuriżdizzjoni esklużiva. F’tilwim li jirrigwarda l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi u każijiet oħra previsti mil-liġi, il-partijiet jistgħu jaqblu dwar l-għażla tal-ġuriżdizzjoni biss wara li jinħoloq id-dritt għall-kumpens, kwalunkwe ftehim kuntrarju huwa null u bla effett (l-Artikolu 126 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Jistgħu jiġu ppreżentati rikorsi anċillari, addizzjonali u inċidentali fil-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni fuq ir-rikors prinċipali, anki jekk jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni relatata mas-suġġett jew il-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ qorti oħra, ħlief għar-rikorsi li jirrigwardaw l-insolvenza jew l-arranġamenti mal-kredituri. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll fejn il-ġuriżdizzjoni fuq ir-rikors prinċipali tkun ġiet stabbilita bil-liġi favur sezzjoni jew bord speċjalizzat. Jekk il-qorti jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva fuq waħda mill-partijiet, din il-parti għandu jkollha ġuriżdizzjoni esklużiva fuq il-partijiet kollha (l-Artikolu 123 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Barra minn hekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 124 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar ir-rikors prinċipali għandha tiddeċiedi wkoll dwar id-difiżi u l-eċċezzjonijiet, ħlief għal dawk li jkunu materji preliminari u jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni esklużiva ta’ qorti oħra, filwaqt li l-inċidenti proċedurali għandhom jinstemgħu mill-qorti li jkunu tqajmu quddiemha.
Il-kwistjoni tan-nuqqas ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni tal-qrati tista’ titqajjem mill-partijiet jew mill-imħallef fi kwalunkwe stadju tal-kawża. Il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni relatat mas-suġġett u n-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni territorjali relatat mal-ordni pubbliku trid titqajjem fl-ewwel seduta ta’ smigħ li l-partijiet ikunu msejħa għaliha quddiem l-ewwel qorti, filwaqt li n-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni relatat mal-ordni privat jista’ jitqajjem biss mill-konvenut permezz tad-difiża jew, jekk id-difiża ma tkunx obbligatorja, mhux aktar tard mill-ewwel seduta ta’ smigħ li l-partijiet ikunu msejħin għaliha quddiem l-ewwel qorti. Jekk in-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni ma jkunx relatat mal-ordni pubbliku, il-parti li tkun ippreżentat ir-rikors f’qorti li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni ma tkunx tista’ titlob id-dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 130 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-Ġdid).
F’tilwim ċivili b’implikazzjonijiet transfruntiera, f’materji li jirrigwardaw drittijiet liberament disponibbli għall-partijiet skont il-liġi Rumena, jekk il-partijiet ikunu qablu b’mod validu li l-qrati Rumeni għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar it-tilwim attwali jew possibbli fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet, il-qrati Rumeni għandhom ikunu l-uniċi qrati b’ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar dawn il-materji. Sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, il-qorti Rumena li il-konvenut jissejjaħ quddiemha għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar ir-rikors, jekk il-konvenut jidher quddiem il-qorti u jissottometti difiżi dwar is-sustanza tal-kawża, mingħajr ma jqajjem ukoll eċċezzjoni relatata man-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-istadju ta’ inkjesta fil-kawża quddiem l-ewwel qorti. Fiż-żewġ każijiet hawn fuq imsemmija, il-qorti Rumena tista’ tiċħad ir-rikors meta jkun ċar, miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, li t-tilwima ma jkollhiex rabta sinifikanti mar-Rumanija (l-Artikolu 1066 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-Ġdid).
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Ara t-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1, 2, 2.1., 2.2., 2.2.2.1., 2.2.2.2.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 13/06/2018
Ġurisdizzjoni - Slovenja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Fis-Slovenja, il-qrati lokali (okrajna sodišča) u l-qrati distrettwali (okrožna sodišča) għandhom il-ġuriżdizzjoni għall-kawżi ċivili fl-ewwel istanza. Huma għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kull kwistjoni u tilwima tipika tad-dritt ċivili u (l-għoti ta' kumpens, proprjetà, tilwim familjari, eċċ.). Id-demarkazzjoni tal-ġuriżdizzjoni bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali hija ttrattata hawn taħt.
Il-qrati distrettwali biss għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu u jiddeċiedu kawżi relatati mad-dritt kummerċjali fl-ewwel istanza. It-tilwim kummerċjali huwa meta kull waħda mill-partijiet f'kawża ċivili tkun kumpanija, istituzzjoni (inklużi istituzzjonijiet pubbliċi), kooperattiva, l-istat jew komunità lokali awtogovernanti. It-tilwim kummerċjali huwa wkoll meta jkun dwar ir-relezzjonijiet ġuridiċi bejn kummerċjanti waħdiena li joriġinaw mill-attività ta' qligħ tagħhom, u kumpanija, istituzzjoni (inklużi istituzzjonijiet pubbliċi), kooperattiva, l-istat jew komunità lokali awtogovernanti.
Il-liġi tagħti l-ġuriżdizzjoni dwar tilwim industrijali lill-qrati industrijali (delovna sodišča) u lill-qrati soċjali (socialna sodišča), anke jekk il-kawża tkun tinvolvi tilwima ċivili. It-tilwim industrijali jinvolvi r-relazzjonijiet bejn impjegatur u impjegat u ksur tad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mir-relazzjonijiet industrijali. Il-qrati industrijali għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu tilwim industrijali individwali (tilwim li jkun ġej minn relazzjonijiet industrijali, tilwim relatat mad-drittijiet tal-proprjetà relatata ma' din ir-relazzjoni), tilwim industrijali kollettiv (tilwim fejn waħda mill-partijiet tkun normalment trejdjunjin jew xi forma istituzzjonali oħra ta' rappreżentanza tal-impjegati), tilwim relatat mal-legalità tal-istrajkijiet, u tilwim relatat mad-drittijiet tal-imjegati għall-parteċipazzjoni mill-impjegat fit-tmexxija tal-kumpanija), li hija stabbilita fil-liġi Slovena. Il-qrati soċjali jiddeċiedu dwar id-drittijiet li jiġu mill-assikurazzjoni tad-diżabbiltà u tal-pensjonijiet, l-assikurazzjoni tas-saħħa u l-assikurazzjoni kontra l-qgħad, u dwar id-dritt għall-famija u l-benefiċċji soċjali.
Peress li l-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni tqum biss meta jitressaq rikors jew talba quddiem il-qorti (qabel ma l-qorti tisma' jew tiddeċiedi l-kawża, hija tiddetermina jekk il-kawża hix fil-ġuriżdizzjoni tagħha), huwa rakkomandat li qabel kollox wieħed jikkonsulta avukat biex jevita dewmien bla bżonn. F'kull proċedura li tisma', il-qorti trid dejjem tagħti kas il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni, u tiżgura li l-ebda korp ieħor ma għandu l-ġuriżdizzjoni tal-kawża (pereż. korp amministrattiv). Jekk issib li hekk ikun hemm bżonn, qorti għandha tiċħad it-talba tar-rikorrent; dan iwassal għal telf ta' ħin bla bżonn u żieda fl-ispejjeż għall-parti.
Tagħrif dwar l-organizzazzjoni, il-lokalità u l-ġuriżdizzjoni tal-qrati jinsab ukoll fis-sit uffiċjali tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije): http://www.sodisce.si/
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Rikors jista' jitressaq quddiem kwalunkwe qorti tar-Repubblika tas-Slovenja, imma kull min iressaq rikors irid joqgħod attent għall-ġuriżdizzjoni ratione materiae (liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni skont il-kontenut tal-kawża) u l-ġuriżdizzjoni territorjali. Tagħrif bażiku, inklużi l-indirizzi tal-qrati lokali u distrettwali kollha fis-Slovenja, hija disponibbli mis-sit tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja: http://www.sodisce.si/
Fis-Slovenja, il-ġuriżdizzjoni ratione materiae fl-ewwel istanza jew il-possibilità li qorti tkun tista' tiddeċiedi dwar talba speċifika ta' parti, hija maqsuma bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali. Iż-żewġ kriterji li ġejjin huma deċiżivi meta jiġi deċiż liema qorti tkun se tiddeċiedi l-kawża: il-valur tat-talba (suġġett tat-tilwima) u l-bażi ġuridika għar-relazzjoni li hija l-bażi tat-tilwima (kontenut u s-suġġett tat-tilwima).
Ir-regola ġenerali hija li qorti distrettwali tiddeċiedi dwar tilwimiet iktar importanti, meta s-suġġett tat-tilwima jkun ta' valur għoli, meta t-tilwima jkollha rilevanza sinifikanti għall-ħajja ta' parti, jew meta tkun ġuridikament kumplessa, peress li l-qrati huma obbligati, fid-deċiżjoni tagħhom, biex japplikaw il-liġijiet li jindirizzaw kwistjonijiet ġuridiċi kumplessi u sensittivi (pereż. id-divorzju, il-manteniment tat-tfal).
Il-qrati superjuri (višja sodišča), li hemm erbgħa minnhom fis-Slovenja, jiddeċiedu fit-tieni istanza. Mhuwiex possibbli li tiftaħ kawża direttament ma' dawn il-qrati. Il-qrati superjuri jiddeċiedu appelli kontra d-deċiżjonijiet ta' qrati lokali u distrettwali; huma jiddeċiedu wkoll fuq tilwim relatati mal-ġuriżdizzjoni bejn qrati lokali u distrettwali fil-qasam tal-pajjiż li jkopru.
Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja għandha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi l-appelli kontra s-sentenzi tal-qrati superjuri, speċjalment deċiżjonijiet relatati mar-reviżjonijiet u t-talb għall-protezzjoni tal-legalità. Meta jitressqu rimedji ġuridiċi straordinarji, il-parti interessata trid tkun assistita minn avukat; skont il-liġi, avukati kkwalifikati biss jistgħu jwettqu atti proċedurali speċifiċi quddiem il-Qorti Suprema.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Kif intqal fil-punt preċedenti, il-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza hija maqsuma bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali; madankollu, dawn iż-żewġ qrati mhumiex f'relazzjoni ġerarkika stretta. Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati hija ddeterminata mil-liġi, imma b'mod ġenerali huwa minnu li l-qrati distrettwali jisimgħu kawżi li jkunu iktar kumplessi fil-liġi u fil-fatti.
L-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku, ZPP) jistipulali l-qrati lokali, li b'kollox hemm 44 minnhom fis-Slovenja, għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu l-kawżi li ġejjin:
- kawżi dwar proprjetà, jekk il-valur tas-suġġett tat-tilwima ma jkunx jaqbeż l-EUR 20 000;
- tilwim relatat mad-dħul fi proprjetà bla jedd;
- tilwim relatat ma' servitù u gravami;
- tilwim relatat mar-relazzjonijiet ta' kera jew lokazzjoni.
Il-qrati lokali jisimgħu wkoll kawżi dwar l-għajnuna legali meta l-ebda qorti oħra ma jkollha l-ġuriżdizzjoni skont il-liġi, kif ukoll kawżi oħra determinati mil-liġi.
Il-Qrati distrettwali, li hemm 11 minnhom fis-Slovenja, għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu l-kawżi li ġejjin:
- kawżi dwar proprjetà, jekk il-valur tas-suġġett tat-tilwima jkun jaqbeż l-EUR 20 000;
- kawżi biex tiġi ddeterminata jew ikkontestata l-paternità jew il-maternità;
- tilwim matrimonjali;
- tilwim relatat mal-obbligi legali tal-manteniment;
- tilwim dwar il-ħarsien u t-trobbija tat-tfal;
- tilwim relatat mal-kuntatt tat-tfal mal-ġenituri u ma' persuni oħrajn, meta jkunu solvuti flimkien ma' tilwim relatat mal-ħarsien u t-trobbija tat-tfal;
- tilwim relatat mad-drittijiet tal-awtur, u tilwim relatat mal-ħarsien u l-użu ta' invenzjonijiet u marki kummerċjali jew id-dritt għall-użu ta' isem kummerċjali, u f'tilwim relatat mar-regoli ta' protezzjoni tal-kompetizzjoni;
- tilwim kummerċjali;
- tilwim li jiġi minn proċedura ta' falliment.
Deċiżjonijiet dwar drittijiet ta' proprjetà intellettwali fl-ewwel istanza huma fil-ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tal-Qorti Distrettwali ta' Ljubljana. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni wkoll fuq talbiet għal għajnuna legali internazzjonali u għal għajnuna legali fi proċeduri biex sentenzi minn qrati barranin ikunu rikonoxxuti, u jisimgħu wkoll kważi oħrajn kif determinat mil-liġi.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Fil-prinċipju, jista' jitressaq rikors f'kull waħda mill-qrati tal-ewwel istanza fis-Slovenja msemmija fil-punti ta' hawn fuq. Il-qorti fejn parti tressaq rikors trid tiddeċiedi dwar il-ġuriżdizzjoni tagħha biex tisma' l-kawża qabel ma tibda tiddeċiedi l-kawża. Jekk issib li ma għandhiex ġuriżdizzjoni territorjali f'kawża speċifika, tista' tiddikjara li ma għandhiex ġuriżdizzjoni u ċċedi l-kawża lil qorti oħra; għalkemm hija tista' tagħmel dan biss jekk il-kontroparti tiġbed l-attenzjoni lejn in-nuqqas ta' ġuriżdizzjoni, hija obbligata li tagħmel dan jekk qorti oħra jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali li tiddeċiedi hi. Minkejja dan, hemm regoli ġenerali li japplikaw biex tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni territorjali ta' qrati li jitqiesu sabiex jiġi żgurat li l-ispejjeż jinżammu baxxi u l-proċedimenti jkunu solvuti malajr kemm jista' jkun.
Iz-ZPP fiha regola dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali u speċifika; din hija ddeterminata b'relazzjoni mas-suġġett tat-tilwima u partijiet tagħha. Id-dettalji huma stabbiliti fil-punti ta' hawn taħt.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Din tistipula li kawża miftuħa kontra persuna fiżika jew ġuridika trid tinfetaħ fil-qorti li tkopri ż-żona fejn l-intimat ikollu r-residenza permanenti tiegħi jew fejn il-persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Jekk il-kawża tkun kontra persuna fiżika jew ġuridika b'ċittadinanza barranija, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali tkun il-qorti li tkopri ż-żona fejn il-persuna fiżika jkollha r-residenza tagħha fis-Slovenja jew fejn il-persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju tal-fergħa tagħha.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
F'ċerti każijiet, iz-ZPP jagħti lill-partijiet f'kawża l-possibilità li jressqu rikors quddiem qorti oħra minflok dik li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali skont ir-regola. F'kawżi definiti b'mod speċjali (fir-rigward tas-suġġett jew tal-kontenut tat-tilwima), parti tista' tressaq azzjoni biss mal-unika qorti li jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi l-kawża kkonċernata; f'dan il-każ, din tissejjaħ ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva.
Jekk rikorrent iressaq rikors quddiem qorti li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali, dan jiġi ddikjarat hekk u l-kawża tiġi ttrasferita lejn qorti oħra li jkollha ġuriżdizzjoni u l-kawża tkompli daqslikieku nbdiet hemm.
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Kif intqal fuq, f'ċerti każijiet jista' jkun li żewġ qrati jkollhom ġuriżdizzjoni territorjali simultanjament. F'dan il-każ, parti fil-kawża tkun tista' tagħżel f'liema qorti tressaq ir-rikors (ġuriżdizzjoni selettiva).
Ġuriżdizzjoni ta' dan it-tip hija definita fl-Artikoli minn 49 sa 65 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili; għalhekk, huma biss il-kawżi l-iktar importanti, u dawk l-iktar rilevanti għall-ħajja tal-partijiet fil-kawża, li huma spjegati hawn taħt.
F'tilwim relatat mal-manteniment tal-konjuġi, mhix biss il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali li jkollha l-ġuriżdizzjoni, imma anki l-qorti li tkopri ż-żona fejn ir-rikorrent (il-benefiċjarju tal-manteniment) ikollu r-residenza permanenti tiegħu. L-għażla tal-qrati teżisti wkoll għall-partijiet f'tilwim matrimonjali (kawżi tad-divorzju). F'dan il-każ, il-qorti li tkopri ż-żona fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza matrimonjali permanenti tagħhom ikollha l-ġuriżdizzjoni. F'tilwim biex tiġi ddeterminata jew ikkontestata l-paternità jew il-maternità, il-qorti li tkopri ż-żona fejn it-tifel li skont il-leġiżlazzjoni Slovena jista' jressaq rikors, ikollu r-residenza permanenti jew temporanja tiegħu, ikollha ġuriżdizzjoni. Meta qorti fis-Slovenja jkollha l-ġuriżdizzjoni f'tilwim bħal dan, jiġifieri minħabba li r-rikorrent ikollu residenza permanenti fis-Slovenja, il-qorti li tkopri ż-żona fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jkollha wkoll il-ġuriżdizzjoni territorjali. F'tilwim mhux kuntrattwali għall-kumpens (dawn ikunu l-iktar kawżi relatati ma' inċidenti tat-traffiku), il-qorti li tkopri ż-żona fejn saret il-ħsara (pereż. l-lokalità tal-inċident tat-traffiku) jew il-qorti li tkopri ż-żona fejn inħassew il-konsegwenti tal-ħsara jkollha l-ġuriżdizzjoni, flimkien mal-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali. F'każ li tinqala' ħsara li twassal għal telf ta' ħajja jew korriment serju, il-qorti li tkopri ż-żona fejn ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jew temporanja tiegħu jkollha l-ġuriżdizzjoni wkoll. F'tilwim li jiġi minn relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-partijiet, il-qorti li tkopri ż-żona determinata bħala ż-żona fejn ir-relazzjonijiet kuntrattwali jkunu ssodisfati jkollha ġuriżdizzjoni; jeżisti arranġament simili fir-rigward ta' tilwim li jikkonċerna kambjali jew ċekkijiet (il-qorti li tkopri ż-żona fejn isir il-ħlas). Każijiet oħrajn ta' ġuriżdizzjoni selettiva, kif indikat, huma mniżżlin fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
F'każijiet speċifiċi, il-liġi tippreskrivi ġuriżdizzjoni territorjali speċjali u tiddefinixxi qorti bħala l-unika qorti b'ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi kawża speċifika. Din tissejjaħ ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva, u tapplika kif ġej:
- għal tilwim relatat mad-drittijiet ta' proprjetà immobbli, mad-dħul fi proprjetà bla jedd u mal-kiri u l-lokazzjoni ta' proprjetà, il-qort b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tkun il-qorti li tkopri ż-żona fejn tinsab il-proprjetà;
- għal tilwim relatat mad-drittijiet reali għal bastimenti marittimi jew inġenji tal-ajru (u tilwim relatat mal-kiri tagħhom), il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tkun il-qorti li tkopri ż-żona fejn jinżamm ir-reġistru fejn hemm irreġistrat il-bastiment marittimu jew l-inġenju tal-ajru;
- għal tilwim li jinqala' waqt jew minħabba proċedimenti ta' eżekuzzjoni ġudizzjarja jew amministrattiva u tilwim li jinqala' waqt jew fir-rigward ta' proċeduri ta' falliment, il-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva tkun il-qorti fiż-żona fejn tinsab il-qorti li qed tmexxi l-eżekuzzjoni jew il-proċeduri ta' falliment.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Il-leġiżlazzjoni Slovena tippermetti lill-partijiet f'kawża speċifika biex jiftiehmu dwar il-ġuriżdizzjoni ta' qorti tal-ewwel istanza (ftehim dwar ġuriżdizzjoni territorjali). Ftehim bejniethom jista' jibdel il-ġuriżdizzjoni territorjali kif definita mil-liġi, għalkemm wieħed irid jenfasizza li l-partijiet ma jistgħux jagħmlu ftehim biex jiddeterminaw il-ġuriżdizzjoni ratione materiae; dik tista' tiġi ddeterminata biss mil-liġi (cf. l-ispjegazzjoni ta' hawn fuq).
Il-partijiet jistgħu jiftiehmu li qorti tal-ewwel istanza illi kieku ma jkollhiex ġuriżdizzjoni territorjali tkun tista' tisma' l-kawża tagħhom. Il-kundizzjoni bażika li l-partijiet iridu jissodisfaw hija li l-qorti li jaqblu fuqha jkollha l-ġuriżdizzjoni li tiddeċiedi dwar kontenut tal-kawża jew li jkollha l-ġuriżdizzjoni ratione materiae (cf. is-separazzjoni tal-ġuriżdizzjoni bejn il-qrati lokali u dawk distrettwali). Ftehim ma jkunx permess lanqas meta l-liġi tipprovdi qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali esklussiva (cf. il-punt ta' qabel dan).
Ftehim bejn il-partijiet irid isir bil-miktub u jrid ikun relatat ma' tilwima speċifika jew tilwima futura li tinqala' jew li tista' tinqala' mir-relazzjoni ġuridika speċifika tagħhom. Id-dokument tal-ftehim irid jinhemeż mir-rikorrent mar-rikors li jiftaħ il-proċedimenti quddiem il-qorti kkonċernata. Importanti li kun innutat li ftehim dwar ġuriżdizzjoni territorjali ma jistax isir waqt il-proċedimenti – jiġifieri, meta jkun diġà tressaq rikors quddiem qorti, mingħajr ftehim ta' din ix-xorta mehmuż.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Is-sistema ġudizzjarja Slovena ma għandhiex qrati speċjalizzati fil-qasam tad-dritt ċivili jew kummerċjali (pereż. qrati speċjali tal-familja li jsolvu tilwim matrimonjali jew tilwim bejn il-ġenituri u wliedhom), peress li l-kawżi ċivili kollha jkunu solvuti fil-qrati lokali u distrettwali, jew id-dipartimenti ċivili u kummerċjali tagħhom. Il-qrati għandhom dipartimenti organizzati (ċivili, tal-familja, kummerċjali, tal-eżekuzzjoni, tal-kawżi li ma jinvolvux litiġju, taċ-ċertifikazzjoni). B'mod ġenerali, imħallfin speċjalizzati jiddeċiedu kawżi f'dawn id-dipartimenti u jaqtgħu sentenza tal-qorti.
Qrati speċjali jiġu organizzati biss għal tilwim industrijali u soċjali, li l-ġuriżdizzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom huma spjegati fil-kummenti tal-bidu.
Ħoloq relatati
http://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 24/06/2016
Ġurisdizzjoni - Slovakkja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Fil-prinċipju, fi proċeduri tal-prim’istanza f’materji ċivili, il-qrati ordinarji għandhom il-ġuriżdizzjoni, li jfisser, fil-maġġoranza tal-każijiet, il-qorti distrettwali (okresný súd) (l-Artikolu 12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili (Civilný sporový poriadok, CCAP)), u f’każijiet eċċezzjonali l-qorti reġjonali (krajský súd) (l-Artikolu 31 tas-CCAP). F’ċerti każijiet, trid tiġi avviċinata qorti speċjalizzata (ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 3)
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
Il-ġuriżdizzjoni sostantiva hija ġeneralment mifhuma bħala d-deżinjazzjoni tal-kompetenza sabiex jiġu deċiżi kawżi fil-prim’istanza bejn qrati ta’ tipi differenti. Dan ifisser li hija d-determinazzjoni ta’ jekk qorti distrettwali jew qorti reġjonali għandhiex tiddeċiedi materja bħala l-qorti tal-prim’istanza. Ġeneralment, il-qrati distrettwali għandhom il-ġuriżdizzjoni sabiex jisimgħu kawżi ċivili fil-prim’istanza (l-Artikolu 12 tas-CCAP). F’ċerti materji, speċifikati mil-liġi, huma l-qrati nazzjonali li jiddeċiedu bħala l-qrati tal-prim’istanza (l-Artikolu 31 tas-CCAP). Il-kriterju bażiku sabiex tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni ta’ qorti huwa n-natura l-materja.
Il-bażi tal-proċedura tal-qorti huwa s-smigħ quddiem il-qrati tal-prim’istanza. Kull materja l-ewwel trid tinstema’ minn qorti tal-prim’istanza. Iċ-ċirkustanzi li jkunu jeżistu fiż-żmien meta tinbeda l-proċedura, jiġifieri dakinhar li t-talba/rikors tasal il-qorti, huma deċiżivi sabiex tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni sostantiva. Bidla fiċ-ċirkustanzi matul proċedura ma għandha l-ebda impatt fuq il-ġuriżdizzjoni sostantiva li diġà tkun ġiet stabbilita.
L-eżistenza ta’ ġuriżdizzjoni sostantiva hija waħda mill-kundizzjonijiet proċedurali fundamentali tal-qorti. Qorti tivvaluta jekk din tkunx ġiet issodisfata ex officio fl-istadji kollha tal-proċedimenti u f’kull każ, għalhekk, ma għandhiex għalfejn titqajjem oġġezzjoni dwar nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni sostantiva. Jekk qorti tiddeċiedi li ma għandhiex ġuriżdizzjoni sostantiva, hija obbligata tgħaddi l-kawża lil qorti oħra li jkollha ġuriżdizzjoni sostantiva. Il-qorti tinforma lill-attur/rikorrent. Jekk it-talba/rikors jkun diġà ġie nnotifikat lill-konvenut/intimat, il-qorti trid tinforma wkoll lil dik il-parti li hija tkun għaddiet il-kawża lil qorti li jkollha ġuriżdizzjoni sostantiva. Tilwima dwar il-ġuriżdizzjoni sostantiva tista’ tinqala’ biss bejn qorti distrettwali u qorti reġjonali, minħabba li l-Qorti Suprema (Najvyšší súd) ma jistax ikollha ġuriżdizzjoni sostantiva fi proċeduri tal-prim’istanza. Tilwima dwar il-ġuriżdizzjoni sostantiva bejn qorti distrettwali u qorti reġjonali tiġi solvuta mill-Qorti Suprema, li hija l-qorti superjuri għat-tnejn biex tiddeċiedi dwar il-ġuriżdizzjoni.
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Is-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika Slovakka għandha sistema tal-qorti bi tliet livelli: il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, u l-Qorti Suprema. Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu kawżi ċivili fil-prim’istanza (l-Artikolu 12 tas-CCAP). Il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni fit-tieni istanza, li jfisser li l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali dejjem jinstemgħu mill-qrati reġjonali. Eċċezzjoni għal dan huma t-tilwimiet li jirriżultaw minn rieżami astratt ta’ materji tal-konsumatur, meta l-qrati reġjonali (il-Qorti Reġjonali ta’ Bratislava, il-Qorti Reġjonali ta’ Banská Bystrica, u l-Qorti Reġjonali ta’ Košice) jiddeċiedu fid-distretti tagħhom bħala l-qrati tal-prim’istanza (l-Artikolu 31 tas-CCAP).
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija regolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili u l-Kodiċi tal-Proċedura Mhux Kontenzjuża Ċivili (Civilný mimosporový poriadok, CMP). Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali jiddeterminaw liema qorti tal-prim’istanza, jiġifieri liema qorti speċifika, mill-qrati kollha li jkollhom ġuriżdizzjoni sostantiva, għandhom jisimgħu u jiddeċiedu materja. Ir-regolamentazzjoni legali applikabbli tiddistingwi bejn ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali u ġuriżdizzjoni territorjali partikolari. Il-ġuriżdizzjoni territorjali partikolari tieħu prijorità fl-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni territorjali ta’ qorti. Jekk il-ġuriżdizzjoni ma tiġix stabbilita f’dan il-metodu, tiġi applikata l-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali. Il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tkun ukoll fakultattiva (alternattiva/fakultattiva) jew esklużiva. Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun fakultattiva, ir-rikorrent jista’ jagħżel jekk jippreżentax ir-rikors għand il-qorti ordinarja tal-konvenut jew f’qorti oħra msemmija fis-CCAP. Fejn il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun esklużiva, il-kawżi jiġu enumerati meta qorti għajr il-qorti ordinarja tal-konvenut ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Dan ifisser li ċerta qorti jkollha l-ġuriżdizzjoni irrispettivament minn jekk qorti differenti tkunx il-qorti ordinarja tal-konvenut jew le, u irrispettivament mill-possibbiltà li tintgħażel qorti fid-diskrezzjoni ta’ dak li jkun fil-materja partikolari.
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Kawżi kontenzjużi
Skont id-dispożizzjonijiet tas-CCAP, il-qorti ordinarja tal-konvenut dejjem ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor (l-Artikolu 13 tas-CCAP).
Il-qorti ordinarja ta’ individwu hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-individwu jkollu r-residenza permanenti tiegħu (l-Artikolu 14 tas-CCAP).
Il-qorti ordinarja ta’ entità ġuridika hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-entità ġuridika jkollha s-sede rreġistrata tagħha (l-Artikolu 15 (1) tas-CCAP). Il-qorti ordinarja ta’ entità ġuridika barranija hija l-qorti li fid-distrett tagħha l-entità ġuridika barranija jkollha l-uffiċċju tal-fergħa tagħha fir-Repubblika Slovakka (l-Artikolu 15 (2) tas-CCAP).
Jekk ma tkunx tista’ tiġi determinata l-qorti ordinarja b’dan il-mod, il-qorti ordinarja tkun dik il-qorti li fid-distrett tagħha l-individwu jew l-entità ġuridika jkollhom l-aħħar residenza tagħhom jew is-sede rreġistrata tagħhom fir-Repubblika Slovakka; jekk ma jkun hemm l-ebda qorti bħal din, f’dak il-każ il-qorti li fid-distrett tagħha l-persuna jkollha l-assi tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 16 tas-CCAP).
Il-qorti ordinarja tal-Istat hija l-qorti li fid-distrett tagħha jkun seħħ fatt li jwassal għat-talba (l-Artikolu 17 tas-CCAP).
Materji mhux kontenzjużi
F’materji mhux kontenzjużi (l-Artikolu 3 tas-CMP), qorti maħtura bl-Att ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Jekk il-ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dak il-mod, il-qorti li tkun il-qorti ordinarja tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Il-ġuriżdizzjoni alternattiva (ġuriżdizzjoni magħżula b’mod fakultattiv) tirrifletti d-dritt tar-rikorrent li jagħżel, minflok il-qorti ordinarja tal-konvenut, qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 19 tas-CCAP. Minbarra l-qorti ġenerali tal-konvenut, il-ġuriżdizzjoni territorjali hija wkoll tal-qorti li fid-distrett tagħha:
a) il-konvenut ikollu l-post tax-xogħol tiegħu, skont il-ftehim ta’ impjieg tiegħu;
b) tkun seħħet ċirkustanza li twassal għat-talba għad-danni;
c) tkun ibbażata l-fergħa ta’ uffiċċju ta’ entità ġuridika konvenuta, jekk it-tilwima tkun relatata ma’ dak l-uffiċċju;
d) ir-rikorrent li jkun konsumatur ikollu r-residenza permanenti tiegħu, jekk it-tilwima tkun tilwima tal-konsumaturi jew il-proċeduri jirrigwardaw tilwim relatat ma’ arbitraġġ tal-konsumaturi;
e) ir-rikorrent ikollu r-residenza permanenti jew is-sede rreġistrata tiegħu jew, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, fejn ir-rikorrent ikollu l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ tilwima kontra d-diskriminazzjoni.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Il-ġuriżdizzjoni esklużiva f’materji kontenzjużi tfisser l-obbligu li r-rikorrent jagħżel, minflok il-qorti ordinarja tal-konvenut, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 20 tas-CCAP. Dan ifisser li, fil-każijiet li ġejjin, il-ġuriżdizzjoni territorjali għas-smigħ tal-proċeduri tkun tal-qorti:
a) li fid-distrett tagħha tkun tinsab il-proprjetà immobbli, f’tilwima li tirrigwarda dritt in rem għall-proprjetà immobbli;
b) li fid-distrett tagħha jitmexxew il-proċeduri dwar wirt, f’tilwima relatata ma’ proċeduri dwar wirt;
c) li fiha jkunu qegħdin iseħħu l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni, jekk it-tilwima tkun ikkawżata min-natura partikolari tal-proċeduri;
d) li fiha jkunu qegħdin iseħħu l-proċeduri ta’ falliment jew ristrutturar, jekk it-tilwima tkun ikkawżata min-natura partikolari tal-proċeduri, bl-eċċezzjoni tal-proċeduri rigward il-ftehim dwar proprjetà matrimonjali indiviżibbli;
e) li fid-distrett tagħha jkun jinsab il-post tal-arbitraġġ, jekk il-proċeduri jirrigwardaw tilwim dwar proċeduri tal-arbitraġġ, bl-eċċezzjoni tal-arbitraġġ tal-konsumaturi; jekk il-post tal-arbitraġġ ikun barra mir-Repubblika Slovakka, il-qorti li fid-distrett tagħha l-konvenut ikollu r-residenza permanenti tiegħu jew l-indirizz tas-sede rreġistrata tiegħu jew l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, ikollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-każ; jekk il-konvenut ma jkollux ir-residenza permanenti tiegħu jew l-indirizz tas-sede rreġistrata tiegħu jew l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, fir-Repubblika Slovakka, il-qorti li fiha r-rikorrent ikollu r-residenza permanenti tiegħu jew l-indirizz tas-sede rreġistrata tiegħu jew l-unità organizzattiva tiegħu, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, ikollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-każ.
Il-ġuriżdizzjoni esklużiva f’kawżi mhux kontenzjużi tfisser li, minflok il-qorti ordinarja, għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni l-qorti li ġejja:
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw id-divorzju ta’ koppja miżżewġa tkun f’idejn il-qorti li fid-distrett tagħha l-koppja kellhom l-aħħar indirizz tar-residenza konġunt tagħhom, bil-kundizzjoni li mill-anqas wieħed minnhom ikun għadu residenti f’dak id-distrett. Inkella, il-qorti ordinarja tal-konjuġi li ma ppreżentatx it-talba jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qorti ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dan il-mod, il-qorti ordinarja tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 92 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw id-determinazzjoni tal-invalidità jew l-annullament ta’ żwieġ tkun f’idejn il-qorti li fid-distrett tagħha l-koppja kellhom l-aħħar indirizz tar-residenza konġunt tagħhom, bil-kundizzjoni li mill-anqas wieħed minnhom ikun għadu residenti f’dak id-distrett. Inkella, il-qorti ordinarja tal-konjuġi li ma ppreżentatx it-talba jkollha l-ġuriżdizzjoni territorjali. Jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qorti ma tkunx tista’ tiġi determinata b’dan il-mod, il-qorti ordinarja ta’ wieħed mill-konjuġi jkollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 101 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri f’każijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni ġudizzjarja ta’ minorenni tkun f’idejn il-qorti li fid-distrett tagħha l-minorenni jkollu r-residenza tiegħu, determinata bi qbil tal-ġenituri tiegħu jew inkella skont il-liġi fil-bidu tal-proċeduri (l-Artikolu 112 (1) tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri f’każijiet li jirrigwardaw l-adozzjoni tkun f’idejn il-qorti li t-tfal ikollhom ir-residenza tagħhom fid-distrett tagħha, determinata bi qbil tal-ġenituri tagħhom jew inkella skont il-liġi fil-bidu tal-proċeduri. Jekk ma jkun hemm l-ebda qorti bħal din, il-qorti li t-tfal jgħixu fid-distrett tagħha jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma’ l-każ (l-Artikolu 136 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-kapaċità ta’ parteċipazzjoni f’rikorsi legali hija tal-qorti li l-persuna li l-kapaċità tagħha qed tiġi kkontestata jkollha r-residenza tagħha fid-distrett ta' dik il-qorti (l-Artikolu 232 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-permissibbiltà tad-dħul u ż-żamma ta’ persuna f’faċilità medika hija tal-qorti li fid-distrett tagħha tkun tinsab il-faċilità medika (l-Artikolu 252 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-ħatra ta’ kustodju tkun tal-qorti li l-individwu kkonċernat ikollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha; jekk ma jkun hemm l-ebda qorti tali, il-qorti li l-individwu jkollu l-assi tiegħufid-distrett tagħha (l-Artikolu 273 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw dikjarazzjoni tal-mewt hija tal-qorti ordinarja tal-persuna li tkun trid tiġi ddikjarata mejta (l-Artikolu 220 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw il-wirt hija tal-qorti li fid-distrett tagħha:
a) it-testatur kellu r-residenza permanenti tiegħu fil-ħin ta' mewtu;
b) ikunu jinsabu l-assi tat-testatur, sakemm il-ġuriżdizzjoni ma tiġix stabbilita skont il-paragrafu a);
c) miet it-testatur, sakemm il-ġuriżdizzjoni ma tiġix stabbilita skont il-paragrafi a) jew b) (l-Artikolu 158 tas-CMP).
Fi proċeduri sussegwenti dwar wirt, il-qorti li tkun għalqet il-proċeduri tal-wirt ikollha l-ġuriżdizzjoni territorjali (l-Artikolu 159 tas-CMP).
Jekk azzjoni ta’ minorenni li jkun werriet tkun trid tiġi approvata minn qorti inkonnessjoni mal-proċeduri tal-wirt, il-qorti li quddiemha jkunu qegħdin isiru l-proċeduri tal-wirt ikollha l-ġuriżdizzjoni sabiex tapprova l-azzjoni legali (l-Artikolu 160 (1) tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri f’każijiet li jirrigwardaw il-kustodja notarili hija tal-qorti li fid-distrett tagħha n-nutar li jkollu l-flus, oġġetti, jew titoli fil-kustodja tiegħu jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu (l-Artikolu 334 tas-CMP).
Il-ġuriżdizzjoni territorjali fi proċeduri li jirrigwardaw is-sostituzzjoni ġudizzjarja ta’ titolu mitluf maħruġ minn bank jew fergħa ta’ bank barrani hija tal-qorti li fid-distrett tagħha l-bank jew il-fergħa ta’ bank barrani jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu. Inkella, il-qorti ordinarja tar-rikorrent ikollha l-ġuriżdizzjoni fi proċeduri li jirrigwardaw is-sostituzzjoni ġudizzjarja ta’ dokument. Jekk ir-rikorrent ma jkollux il-qorti ordinarja tiegħu fir-Repubblika Slovakka, il-qorti li fid-distrett tagħha jkun jinsab il-punt tal-ħlas ikollha l-ġuriżdizzjoni (l-Artikolu 311 tas-CMP).
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Le.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Il-ġuriżdizzjoni ta’ qrati speċjalizzati hija regolata fl-Artikoli 22 – 33 tas-CMP; b’mod speċifiku, hemm qrati speċjalizzati li għandhom il-ġuriżdizzjoni fi:
a) proċeduri dwar kambjali u ċekkijiet;
b) tilwim dwar l-impjiegi;
c) proċeduri ta’ falliment u ristrutturar;
d) tilwim relatat ma’ proprjetà industrijali;
e) tilwim relatat ma’ mġiba kompetittiva inġusta u tilwim dwar id-drittijiet tal-awtur;
f) tilwim li jirriżulta mill-kompetizzjoni ekonomika;
g) tilwim relatat ma’ proċeduri tal-arbitraġġ;
h) tilwim li jirriżulta minn ftehimiet fil-Borża;
i) tilwim li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-invalidità ta’ ftehim, kuntratt ta’ konċessjoni għax-xogħol, jew ftehim qafas;
j) tilwim li jirriżulta minn rieżami astratt f’materji tal-konsumatur;
k) tilwim li jirrigwarda l-kumpens ta’ ħsara nukleari;
l) materji li jirrigwardaw miżuri protettivi fi kwistjonijiet ċivili ordnati fi Stat Membru ieħor tal-UE.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 16/02/2021
Ġurisdizzjoni - Finlandja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
Fil-Finlandja, il-kawżi ċivili jiġu ttrattati mill-qrati ġenerali. Il-qrati speċjali ġeneralment jieħdu ħsieb l-appelli jew inkella jisimgħu kawżi oħra, minbarra dawk li jitressqu minn ċittadini individwali.
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Il-Qorti Ġenerali tal-Prim'Istanza fil-kawżi ċivili fil-Finlandja hija l-Qorti Distrettwali (käräjäoikeus). Il-Qrati tal-Appell (hovioikeus) fil-prinċipju huma qrati li jieħdu ħsieb kawżi fil-livell tal-appell.
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Ir-regola ewlenija hija li l-kawżi jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Prim'Istanza li tkun tinsab fil-post tar-residenza tal-intimat. Dan japplika wkoll meta l-intimat ikun persuna ġuridika. Għadd żgħir biss tal-kawżi jiġu ttrattati xi mkien ieħor.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Il-kawżi fejn dan ikun possibbli jinkludu dawn li ġejjin:
Il-kawżi li jirrigwardaw id-divorzju, it-terminazzjoni ta' koabitazzjoni jew tal-validità taż-żwieġ, jew il-qsim tal-beni f'komunjoni f'ċirkostanzi partikolari minbarra wara l-mewt ta' wieħed mill-konjuġi, jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn wieħed mill-konjuġi jkollu l-post tar-residenza jew id-domiċilju tiegħu.
Il-kawżi li jirrigwardaw l-operati ta' xi fergħa, dipartiment, rappreżentanza jew ta' post tan-negozju ieħor ta' dan it-tip ta' persuna ġuridika jew ta' negozjant indipendenti, fejn dawn tal-aħħar ikunu l-intimati, ukoll jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tan-negozju kkonċernat.
Il-pretensjoni mressqa minn konsumatur kontra negozjant abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, ukoll tista' tinstema' minn qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn il-konsumatur ikkonċernat ikollu l-post tar-residenza jew id-domiċilju tiegħu.
It-tilwim, ir-rikorsi u l-ilmenti relatati mad-drittijiet industrijali u mad-drittijiet tal-awtur jiġu ttrattati fil-prim'istanza mill-Qorti tas-Suq (markkinaoikeus).
Il-kawżi relatati mal-kuntratti ta' impjieg ukoll jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn normalment jitwettaq ix-xogħol irregolat mill-kuntratt ikkonċernat. Fil-każijiet fejn ix-xogħol normalment ma jkunx isir fl-istess distrett ġudizzjarju, impjegat li jrid iressaq pretensjoni kontra l-impjegatur tiegħu jista' jagħmel dan ukoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn l-impjegatur ikollu l-post tan-negozju tiegħu.
Il-kawżi li jirrigwardaw il-kumpens għal raġunijiet għajr dawk kuntrattwali, ukoll jistgħu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju ta' fejn ikun seħħ l-att dannuż jew l-att ta' negliġenza li wassal għall-pretensjoni jew ta' fejn eventwalment iġġarrab it-telf. It-tipi ta' kawżi msemmija hawn fuq jistgħu jitressqu wkoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ir-rikorrent ikollu l-post tar-residenza jew id-domiċilju tiegħu, jekk il-pretensjoni tkun ibbażata fuq l-Att dwar l-Assigurazzjoni li tkopri Riskji Awtomobilistiċi (liikennevakuutuslaki), l-Att dwar il-Korrimenti tal-Morda fi Sptar (potilasvahinkolaki), l-Att dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti Difettużi (tuotevastuulaki), l-Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Ħsara Ambjentali (laki ympäristövahinkovakuutuksesta) jew l-Att dwar ir-Responsabbiltà fit-Traffiku Ferrovjarju (raideliikennevastuulaki).
Il-kawżi relatati mal-proprjetà immobbli jistgħu jitressqu wkoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli kkonċernata.
Il-kawżi relatati mal-manteniment jistgħu jitressqu wkoll quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tar-rikorrent jew ta' dak li jirċievi l-manteniment.
F'każijiet internazzjonali, jistgħu japplikaw ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni stipulati fir-regolamenti tal-UE jew fit-trattati internazzjonali.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Il-qorti kompetenti mhux dejjem tkun dik tal-post tar-residenza tal-intimat. Pereżempju,
Il-kawżi relatati mad-dikjarazzjoni ta' paternità jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza jew id-domiċilju tal-omm jew tal-wild. Il-kawżi relatati mar-revoka ta' paternità jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-wild.
Il-kawżi relatati mal-kustodja tat-tfal u mad-dritt tal-ġenituri li jaraw lil uliedhom iridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-wild.
Il-kawżi relatati mal-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-kustodja tat-tfal u d-dritt tal-ġenituri li jaraw lil uliedhom iridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-wild jew tal-intimat, jew fejn ikun hemm ir-residenza temporanja ta' wieħed minnhom.
Il-kawżi relatati mal-ħatra tal-kustodju jew it-terminazzjoni tal-kustodja jew mal-limitazzjoni tal-kapaċità legali jew mat-tneħħija jew l-emenda ta' tali limitazzjoni, iridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza tal-individwu li l-kapaċità legali tiegħu tkun qed tiġi limitata.
Il-kawżi relatati mal-validazzjoni ta' adozzjoni jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun jinsab il-post tar-residenza jew id-domiċilju tal-ġenitur adottiv.
Il-kawżi relatati mal-wirt u mal-patrimonju jridu jitressqu quddiem qorti tal-prim'istanza fid-distrett ġudizzjarju fejn kien jinsab il-post tar-residenza jew id-domiċilju tal-persuna deċeduta.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Fil-kawżi ċivili (iżda mhux fi proċedimenti b'ġuriżdizzjoni volontarja) il-partijiet interessati jistgħu, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, jagħżlu qorti oħra li ma tkunx dik li normalment ikollha l-kompetenza (il-qorti tal-prim'istanza)
Id-dritt tal-konsumaturi, l-impjegati jew l-individwi li jitolbu li jirċievu jew li jirċievu l-manteniment biex iressqu kawża l-qorti kif indikat mill-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari) ma jistax ikun limitat mill-ftehimiet li jagħtu l-ġuriżdizzjoni, minbarra f'każijiet fejn tali ftehimiet ikunu saru wara li tkun inqalgħet xi tilwima.
Il-ftehimiet li jagħtu l-ġuriżdizzjoni jridu jsiru bil-miktub, u jistgħu jew ikunu limitati għal tilwima speċifika jew inkella jkopru kwalunkwe tilwima sussegwenti li tirriżulta minn rabta legali speċifika.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
It-tilwim, ir-rikorsi u l-ilmenti relatati mad-drittijiet industrijali u mad-drittijiet tal-awtur jiġu ttrattati fil-prim'istanza mill-Qorti tas-Suq. Mill-bqija, is-sistema speċjali tal-qrati fil-Finlandja tintuża biss għall-każijiet ta' litigazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali.
Ħoloq
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 11/06/2020
Ġurisdizzjoni - Svezja
LISTA TAL- KONTENUT
- 1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
- 2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
- 2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
- 2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
- 2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
- 2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
- 2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
- 2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
- 2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
- 3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
1 Fejn għandi nippreżenta rikors: quddiem qorti ċivili ordinarja jew quddiem qorti speċjalizzata (pereżempju qorti industrijali)?
It-tilwim fil-liġi ċivili normalment jinstema' minn qorti ġenerali. Il-każ irid jitressaq quddiem qorti distrettwali ("tingsrätt") li għandha ġuriżdizzjoni.
Hemm żewġ qrati speċjali li jisimgħu ċerti tipi ta' kawżi ċivili, b'mod partikolari l-Qorti Industrijali ("Arbetsdomstolen") u l-Qorti Kummerċjali ("Marknadsdomstolen"). Hemm ukoll ċerti qrati distrettwali li jistgħu jisimgħu każijiet speċifiċi. Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni ta' dawn il-qrati taħt il-mistoqsija Nru 3 hawn taħt.
Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-qrati ġenerali hawnhekk, u dwar il-qrati speċjali hawnhekk.
Ċertu tilwim skont il-liġi ċivili jinstema' minn korpi li mhumiex strettament qrati. Bi proċedura simplifikata fil-kuntest ta' proċedimenti sommarji, l-awtoritajiet ta' eżekuzzjoni jistgħu jitolbu lil parti biex tħallas jew biex tieħu passi oħra. Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet jistgħu jiġu kontestati quddiem qorti distrettwali. Ċerti tipi ta' tilwim li jinvolvu kera jew kirjiet jinstemgħu mit-Tribunal dwar il-Kera ("hyresnämnder") jew it-Tribunali dwar il-Kirjiet ("arrendenämnder").
2 Meta l-qrati ċivili ordinarji jkollhom il-ġuriżdizzjoni (jiġifieri jkunu l-qrati responsabbli għal każijiet bħal dawn) kif nista’ nkun naf f’liema qorti għandi nagħmel ir-rikors?
2.1 Issir distinzjoni bejn il-qrati ċivili ordinarji inferjuri u superjuri (pereżempju qrati distrettwali bħala qrati inferjuri u qrati reġjonali bħala qrati superjuri) u jekk issir, liema qorti tkun kompetenti biex tisma’ l-każ tiegħi?
Fil-biċċa l-kbira l-kawżi ċivili kollha l-ewwel jitressqu quddiem il-qorti inferjuri, il-qorti distrettwali ("tingsrätt").
2.2 Ġuriżdizzjoni territorjali (liema qorti tkun kompetenti biex tisma' l-każ tiegħi, il-qorti tal-belt A jew dik tal-belt B?)
2.2.1 Ir-regola bażika tal-ġuriżdizzjoni territorjali
Bħala regola ġenerali, każ irid jitressaq fejn huwa residenti l-konvenut. Persuna fiżika tiġi kkunsidrata residenti fil-post fejn hija reġistrata fir-reġistru tal-popolazzjoni. L-Aġenzija Svediża dwar it-Taxxa ("Skatteverket") tista' tipprovdi informazzjoni dwar fejn hi reġistrata persuna fir-reġistru tal-popolazzjoni (Tel: +46 (0)8 56 48 51 60). Il-persuni ġuridiċi normalment jitqiesu residenti fil-post fejn għandhom l-uffiċċju reġistrat.
Każ jista' jitressaq quddiem il-qorti Svediża wkoll anke jekk hija ma tgħix l-Isveżja. Jekk il-konvenut mhux residenti l-każ jista' jitressaq fil-post fejn qed joqgħod, jew, f'xi każijiet, fil-post fejn qagħad jew għex l-aħħar. F'ċerti kawżi ċivili każ jista' jitressaq fl-Isvezja anki jekk il-konvenut jgħix barra l-pajjiż. Jekk għandu proprjetà l-Isvezja jew daħal fi ftehim mal-Isvezja, dan ikun ta' importanza kruċjali għall-bażijiet ta' ġuriżdizzjoni.
F'każijiet internazzjonali huwa importanti li jiġi mfakkar li d-dispożizzjonijiet Svediżi dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati jistgħu japplikaw biss fejn ikollha ġuriżdizzjoni l-Isvezja. F'bosta każijiet l-Isvezja jkollha ġuriżdizzjoni jekk qorti Svediża jkollha ġuriżdizzjoni skont id-dispożizzjonijet nazzjonali dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati. F'dan il-kuntest jridu jiġu kkunsidrati wkoll il-ftehimiet internazzjonali li jistgħu japplikaw. L-aktar ftehimiet importanti għall-Isvezja huma r-Regolament Brussell I, il-Konvezjonijiet ta' Brussel u ta' Lugano, li kollha kemm huma jirregolaw il-ġuriżdizzjoni tal-qrati jekk il-konvenut huwa residenti fi Stat kopert mir-Regolament jew il-Konvenzjonijiet. B'mod partikolari, huma jindikaw li l-bażijiet għall-ġuriżdizzjoni fejn tista' tistressaq kawża għall-ħlas ta' responsabbiltà fejn għandu proprjetà l-konvenut ma jistgħux jiġu applikati lil persuna li hija residenti fi Stat Membru jew fi Stat firmatarju tal-Konvenzjoni.
2.2.2 Eċċezzjonijiet għar-regola bażika
2.2.2.1 Meta nkun nista’ nagħżel bejn il-qorti fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti li tiġi ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika) u qorti oħra?
Hemm numru ta' regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fejn każ jista' jitressaq quddiem qorti li ma tkunx il-qorti tal-post fejn jgħix il-konvenut. Hemm ukoll regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li tikkompeti f'diversi ftehimiet internazzjonali, pereżempju r-Regolament Brussell I u l-Konvezjonijiet ta' Brussel u ta' Lugano.
Dawn huma l-aktar regoli Svediżi importanti dwar il-ġuriżdizzjoni li tikkompeti:
- Kull min sofra ħsara jista' jiftaħ kawża fil-post fejn seħħ l-avveniment dannuż jew fejn saret il-ħsara. Fil-prinċipju, din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ ta' ksur ta' kuntratt. Kawża għad-danni minħabba att kriminali tista' titressaq b'rabta mal-prosekuzzjoni tar-reat.
- Il-konsumaturi jistgħu jiftħu kawża kontra negozjant quddiem il-qorti ta' residenza tagħhom f'kawżi tal-konsumatur li jinvolvu ammonti żgħar.
- Il-każijiet li jinvolvu ħlas ta' responsabbiltà b'kuntratt f'xi każijiet jistgħu jitressqu fil-post fejn sar il-kuntratt. Min-naħa l-oħra, mhemmx dispożizzjonijiet fil-liġi Svediża li jagħtu ġuriżdizzjoni lill-qorti tal-post fejn irid jitwettaq il-kuntratt.
- Kawża kontra negozjant li tinvolvi tilwima li seħħet b'rabta ma' attività ta' negozju tista' f'xi każijiet tinfetaħ fil-post ta' negozju.
- Kawżi dwar il-kustodja tat-tfal, fejn se jgħixu u d-drittijiet ta' aċċess normalment jinstemgħu fil-post fejn huwa residenti l-minuri (ara wkoll it-Taqsima dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenitur - l-Isvezja).
- Il-kawżi li jinvolvu l-manteniment tat-tfal normalment jitressqu quddiem il-qorti fejn huwa residenti l-konvenut, iżda l-kawżi dwar il-paternità, dwar iż-żwieġ u l-kawżi li jinvolvu r-responsabbiltà tal-ġenituri (il-kustodja tat-tfal u fejn se jgħixu) jistgħu jinstemgħu wkoll minn qorti oħra.
2.2.2.2 Meta jkun meħtieġ li nagħżel qorti differenti minn dik fil-post fejn jgħix l-intimat (il-qorti ddeterminata skont l-applikazzjoni tar-regola bażika)?
Il-liġi Svediża fiha numru ta' regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva fejn il-każ irid jitressaq bilfors quddiem qorti partikolari. Hemm ukoll regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva f'diversi ftehimiet internazzjonali, pereżempju r-Regolament Brussell I u l-Konvenzjonijiet ta' Brussell u ta' Lugano. Jekk il-każ li jkun kopert minn xi waħda minn dawn ir-regoli jitressaq quddiem qorti oħra għajr dik bil-ġuriżdizzjoni esklussiva, dik il-qorti ma titħallhiex tisma' l-kawża.
Dawn huma l-aktar regoli Svediżi importanti dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva:
- Bosta mit-tilwim dwar il-proprjetà jrid jinstema' mill-qorti fil-post fejn tinsab il-proprjetà.
- Ċertu tilwim li jinvolvi l-proprjetà jrid jinstema minn qorti speċjalizzata fil-proprjetà ("fastighetsdomstol") jew minn tribunal dwar il-kera jew kirjiet ("hyresnämnd’ jew "arrendenämnd"). Għal darb'oħra, dan jiddependi minn fejn qiegħda l-proprjetà.
- Il-kawżi li jinvolvu l-liġi tas-suċċessjoni jridu jinstemgħu mill-qorti tal-post fejn kien jgħix id-decujus.
- It-tilwim li jikkonċerna ż-żwieġ u d-diviżjoni tal-proprjetà bejn il-miżżewwġin irid jinstema' mill-qorti tal-post fejn tgħix waħda mill-partijiet.
- Fejn it-tilwim irid jinstema' mill-Qorti Industrijali ("Arbetsdomstolen") jew mill-Qorti Kummerċjali Market Court ("Marknadsdomstolen"), il-każ ma jistax jitressaq quddiem il-qorti ġenerali fil-post ta' residenza tal-konvenut.
- Għall-maġġoranza tat-tilwim dwar il-liġi ambjentali, il-liġi marittima u l-liġi dwar il-proprjetà intellettwali, hemm regoli speċjali li jagħtu ġuriżdizzjoni lil qorti waħda biss.
- Il-Qorti tal-Appell ("Svea hovrätt") għandha ġuriżdizzjoni esklussiva biex tisma' ċerti talbiet dwar l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet minn qrati barranin.
2.2.2.3 Il-partijiet jistgħu jagħtu l-ġuriżdizzjoni lil qorti li altrimenti ma tkunx kompetenti?
Il-partijiet jistgħu jidħlu fi ftehim fejn it-tilwima tista' jew trid tinstema' minn qorti partikolari. Dan huwa magħruf bħala ftehim ta' estensjoni tal-ġuriżdizzjoni, u jrid isir bil-miktub. Il-ftehim ifisser li qorti waħda għandha ġuriżdizzjoni esklussiva. Il-partijiet jistgħu jiftehmu wkoll li jkollha ġuriżdizzjoni qorti oħra għajr dik prevista mir-regoli normali. Il-partijiet jistgħu jassenjaw il-ġuriżdizzjoni lil aktar minn qorti waħda.
Fil-prinċipju, il-qorti magħżula mill-partijiet biex ikollha ġuriżdizzjoni trid taċċetta l-każ miġjub quddiemha. Madankollu, dan ma japplikax jekk il-ftehim jikser xi regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva. Jekk waħda mill-partijiet tasserixxi li l-ftehim dwar l-estensjoni tal-ġuriżdizzjoni mhux validu, il-qorti trid teżamina wkoll dan il-punt, bir-riżultat li jista' ma jkollix ġuriżdizzjoni.
Qorti li kieku ma jkollix ġuriżdizzjoni jista' jkollha ġuriżdizzjoni jekk il-konvenut ma jsostnix li l-każ qed jinstema' mill-qorti l-ħażina (dan huwa magħruf bħala "l-estensjoni taċita"). Dan mhuwiex il-każ, madankollu, jekk japplikaw ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni esklussiva; il-qorti trid tikkunsidra din il-kwistjoni ex officio. Madankollu, il-qorti ma' tistax teżamina awtomatikament il-kwistjoni dwar jekk il-każ qed jiġi miġjub bi ksur tar-regola prinċipali, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li tikkompeti jew ftehim ta' estensjoni tal-ġuriżdizzjoni. Kull dikjarazzjoni li l-qorti ma għandhiex ġuriżdizzjoni trid issir dakinhar li l-partijiet jagħmlu dikjarazzjonijiet waqt il-każ. Madankollu, jekk il-konvenut ma jagħmel l-ebda dikjarazzjoni u l-qorti trid tagħti sentenza f'kontumaċja, il-qorti trid teżamina l-kwistjoni dwar jekk għandhiex ġuriżdizzjoni.
3 Meta l-ġuriżdizzjoni tkun tal-qrati speċjalizzati, kif nagħmel biex inkun naf quddiem liema qorti għandi nippreżenta r-rikors?
Hemm żewġ qrati speċjali li jittrattaw tilwim ċivili; dawn huma l-Qorti Industrijali ("Arbetsdomstolen") u l-Qorti Kummerċjali ("Marknadsdomstolen"). Il-Qorti Industrijali tisma' tilwim dwar ir-relazzjonijiet industrijali, jiġifieri tilwim dwar ir-relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat. Il-Qorti Kummerċjali tisma' kawżi dwar il-kompetizzjoni u l-liġi tal-bejgħ.
Ċerti qrati distrettwali ("tingsrätter") jisimgħu b'tipi partikolari ta' kawżi ċivili. Ħamsa mill-qrati distrettwali Svediżi huma wkoll qrati li jittrattaw kwistjonijiet dwar l-art u l-ambjent ("mark- och miljödomstolar"). Dawn il-qrati jisimgħu każijiet koperti mill-Kodiċi dwar l-Ambjent ("miljöbalken") u kawżi li jinvolvu l-esproprjazzjoni u d-diviżjoni tal-art f'porzjonijiet. Il-kawżi marittimi jinstemgħu minn seba' qrati distrettwali li huma qrati speċjalizzati fil-liġi marittima ("sjörättsdomstolar"). Hemm regoli speċjali għal tilwim taħt il-liġi dwar il-proprjetà intellettwali, speċjalment dawk dwar il-privattivi li jagħtu ġuriżdizzjoni esklussiva lill-qorti distrettwali ta' Stokkolma ("Stockholms tingsrätt").
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 12/11/2015