Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membru joffru firxa wiesgħa ta' servizzi, li jistgħu jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor.


Madankollu, is-servizzi ċentrali pprovduti mir-reġistri kollha huma li jirreġistraw, jeżaminaw u jaħżnu informazzjoni dwar artijiet u proprjetà, bħal-lokazzjoni u s-sjieda, u biex din l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u klijenti professjonali.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Belġju

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiżl-Olandiż diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet Belġjan.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet Belġjan?

L-informazzjoni dwar proprjetà immobbli fil-Belġju tinsab fid-dokumentazzjoni miżmuma minn uffiċċji ta’ tliet tipi: ir-reġistru tal-artijiet imsejjaħ (kadaster/cadastre), l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni (registratiekantoren/bureaux de l’enregistrement) u d-depożitarju tal-ipoteki (hypotheekbewaringen/conservations d’hypothèques). Dawn it-tliet sorsi ta' informazzjoni ġew miġbura flimkien fiċ-ċentru tad-dokumentazzjoni nazzjonali tal-proprjetà tal-Ministeru Federali tal-Finanzi (Algemene Administratie van de Patrimoniumdocumentatie/Administration Générale de la Documentation Patrimoniale).

Il-kompiti tar-reġistru tal-artijiet proprja u tal-uffiċċji tar-reġistrazzjoni prinċipalment, iżda mhux esklussivament, huma relatati mat-taxxa. Id-depożitarji tal-ipoteki huma responsabbli għar-reġistrar tad-drittijiet tal-proprejtà in rem: il-ħolqien u t-trasferiment inter vivos ta' drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli għandhom jiġu rreġistrati fid-depożitarju tal-ipoteki sabiex ikun inforzabbli kontra partijiet terzi li jaġixxu b'bona fidi.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Belġjan huwa mingħajr ħlas?

Le, hemm ħlas li jrid isir sabiex jinkiseb tagħrif mid-dokumentazzjoni fir-reġistru tal-artijiet, l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u d-depożitarju tal-ipoteki. L-ammont ivarja skont it-tip ta’ dokumentazzjoni kkonsultata u l-informazzjoni mitluba.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Belġjani

B'mod ġenerali, l-informazzjoni dwar proprjetà immobbli u/jew id-detenturi tad-drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli jistgħu jinstabu jew billi tidentifika proprjetà (l-indirizz u/jew in-numru ta' identifikazzjoni fir-reġistru tal-artijiet) jew billi jidentifika d-detentur tad-drittijiet in rem (isem u/jew numru tal-identità).

Iċ-ċentru ta' dokumentazzjoni tal-proprjetà nazzjonali kkonkluda ftehimiet ma’ ċerti gruppi professjonali (bħal nutara, servejers u aġenti immobiljari) dwar il-konsultazzjoni onlajn ta' ċerta dejta fid-dokumentazzjoni tar-reġistru tal-artijiet.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Belġjan

Id-dokumentazzjoni miżmuma mir-reġistru tal-art, l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u d-depożitarju tal-ipoteki inżammu minn qabel il-fondazzjoni tal-istat Belġjan.

L-istorja mhix xi ħaġa statika: pjan biex jiġu integrati tliet sorsi tad-dejta f'post wieħed kważi wasal biex jitlesta u għandu jiġi implimentat fil-futur qrib.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/08/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Bulgarija

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-proprjetà tal-Bulgarija.


X'joffri r-reġistru Bulgaru tal-proprjetà?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru Bulgaru tal-proprjetà jappartjeni u huwa ġestit mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija dwar ir-Reġistru , fi ħdan il-qafas ta' dik magħrufa bħala s-'sistema personali ta' reġistru ta' informazzjoni'.  L-informazzjoni hija bbażata fuq il-fajls personali tal-partijiet li jagħmlu t-transazzjoni, jiġifieri l-individwi u l-persuni ġuridiċi. It-transazzjonijiet u d-dokumenti legali biss jiddaħħlu fir-reġistru.

Mill-iżvilupp u l-introduzzjoni tas-Sistema Integrata ta' Informazzjoni għall-Kadast u r-Reġistrazzjoni ta' Proprjetà (IKAR), l-informazzjoni kollha li tiddaħħal hija disponibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenżija dwar ir-Reġistru tal-Artijiet.

Is-sistema IKAR tikkonsisti f'żewġ taqsimiet:

  1. Taqsima ta' amministrazzjoni, li hija disponibbli biss għall-użu ta' servizz
  2. Taqsima għall-klijent, li hija disponibbli biss għall-użu tal-klijent

Is-sistema IKAR toffri kemm informazzjoni semantika kif ukoll grafika, speċjalment f'każijiet fejn huma disponibbli mapep kadastrali diġitalizzati.

Is-sit elettroniku tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Bulgaru tal-proprjetà  jipprovdi:

  • Informazzjoni dwar transazzjonijiet imdaħħla
  • Aċċess għal data dwar proprjetà immobbli u data dwar drittijiet rigward il-proprjetà
  • L-ordni sekwenzjali ta' dawn id-drittijiet

Huwa joffri wkoll it-tipi ta' servizz pubbliku li ġejjin:

  • Verifiki (referenzi)
  • Ċertifikati
  • Kopja ta' leġislazzjoni

Is-servizzi msemmija hawn fuq jagħtuk informazzjoni dwar:

  • Id-data tad-dħul
  • L-izvelar tal-att
  • Il-partijiet ikkonċernati
  • Id-deskrizzjonijiet tal-proprjetà immobiljari

Id-dokumenti kif jiddaħħlu fir-reġistru?

Il-kopji ta' transazzjonijiet u dokumenti legali huma ppreżentati fl-uffiċċju tar-reġistru.

Kull dokument jiġi rreġistrat fir-reġistru tad-dħul tas-sistema IKAR, fejn jirċievi numru li juri d-data u l-ħin eżatt tad-dħul.

Id-dokumenti huma mbagħad ippreżentati lill-imħallfin tad-dħul għall-verifika u r-riżoluzzjoni.

Wara l-approvazzjoni minn imħallef tad-dħul, l-uffiċjali tar-reġistru jdaħħlu l-informazzjoni manwalment fuq is-sistema.

Id-dokumenti kollha huma mbagħad skannjati u ssejvjati fuq is-sistema.

Il-proċedura għar-reġistrazzjoni, il-verifika u ddħul tal-informazzjoni tieħu medja ta' jum wieħed ta' ħidma.

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà huwa bla ħlas?

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà huwa bla ħlas u miftuħ għal kulħadd. Madankollu, huma l-utenti rreġistrati biss li jistgħu jiksbu informazzjoni mis-sit elettroniku.

Għandha tiġi mħallsa tariffa għall-verifika onlajn, f'konformità mal-kriterji legali.

Tfittxija fir-reġistru Bulgaru tal-proprjetà

Inti tista' tagħmel tfittxija fir-reġistru tal-proprjetà permezz ta': numru ta' indentifikazzjoni personali (PIN) ta' persuni ġuridiċi jew fiżiċi; bl-isem tal-proprjetarju; bid-deskrizzjoni dettaljata tal-proprjetà; bin- bin numru tal-grupp tal-proprjetà; bin-numru tar-reġistrazzjoni.

L-imgħoddi tar-reġistru Bulgaru tal-proprjetà

L-ewwel sistema elettronika nħolqot fl-1990. Minn dak iż-żmien, ġew introdotti diversi sistemi elettroniċi.

Ir-riforma ewlenija tar-reġistru tal-proprjetà seħħet meta hu ġie trasferit għall-ġurisdizzjoni tal-Aġenżija dwar ir-Reġistru, li nħolqot f'Lulju 2004. L-Aġenżija dwar ir-Reġistru amministrat u tejbet is-sistemi eżistenti ta' informazzjoni ta' data sal-ħolqien tas-sistema IKAR fit-8 ta' Settembru 2008.

L-implimentazzjoni tal-IKAR seħħet f'fażijiet. Id-data antika ddaħħlet fis-sistema IKAR il-ġdida. Is-sistema saret totalment operattiva (tkopri t-territorji kollha tal-Bulgarija) fis-26 ta' Jannar 2009, u hija totalment integrata mar-reġistru tal-Aġenżija dwar il-Ġeodesija, il-Kartografija u l-Kadast.

Il-prinċipji ta' pubbliċità, trasparenza u sigurtà tal-proċeduri huma garantiti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/08/2017

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Repubblika Ċeka

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali tar-reġistru tal-katast (tal-artijiet) tar-Repubblika Ċeka.


X’għandu x’joffri r-reġistru tal-katast Ċek?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-katast Ċek fih kemm informazzjoni fattwali u kemm legali dwar il-proprjetà. Tista’ ssib mapep tal-katast u informazzjoni dwar is-sidien tal-proprjetà fir-reġistru.

Ir-reġistru huwa proprjetà u huwa miżmum mill-Uffiċċju Ċek għas-Surveying, Tfassil ta’ Mapep u tal-Katast, li huwa istituzzjoni nazzjonali indipendenti.

L-aċċess għar-reġistru tal-katast Ċek huwa mingħajr ħlas?

L-ibbrawżjar u t-tiftix tal-mapep u l-informazzjoni bażika dwar il-propjetà fuq l-internet, inklużi l-ismijiet u l-indirizzi tal-proprjetarji, huwa bla ħlas.

Għal lista uffiċjali, jew f'verżjoni elettronika b'aċċess mill-bogħod jew fuq karta, li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar ir-relazzjonijiet ġuridiċi li jikkonċernaw il-proprjetà jitħallas dritt; id-drittijiet ta' ħlas ivarjaw skont il-kamp ta' applikazzjoni tal-elenkar, imma normalment ikun ta' CZK 100.

Tiftix fir-reġistru tal-katast Ċek

Ir-reġistru tal-katast Ċek jipprovdilek sistema tat-tiftix avvanzata għal tiftix bl-internet.

L-istorja tar-reġistru tal-katast Ċek

Is-sistema ta’ informazzjoni elettronika ilha tintuża mill-2001.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 09/07/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Danimarka

Din it-taqsima tfornik b’ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tad-Danimarka.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Daniż huwa disponibbli onlajn (bid-Daniż biss). Jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit elettroniku tar-reġistru għal aktar dettalji dwar l-aċċess, il-ħlas u t-tiftix.

Ir-reġistru tal-artijiet Daniż jista’ jiġi kkuntattjat permezz tal-posta elettronika fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatinglysning@domstol.dk

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet huwa mingħajr ħlas?

Jekk jogħġbok ara s-sit elettroniku tar-reġistru.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet

Jekk jogħġbok ara s-sit elettroniku tar-reġistru.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet

Jekk jogħġbok ara s-sit elettroniku tar-reġistru.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 19/08/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Ġermanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Ġermanja.


X’informazzjoni joffri r-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż?

Ir-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż jipprovdi informazzjoni dwar relazzjonijiet ġuridiċi tal-liġi ċivili li jikkonċernaw il-proprjetà immobbli. Fih tinstab ukoll id-dejta dwar is-sidien u d-drittijiet tal-proprjetà tal-partijiet terzi fir-rigward tal-art. Ir-Reġistru tal-Artijiet jinżamm primarjament fil-format elettroniku.

Dan ir-Reġistru jistgħu jaċċessawh biss persuni li juru raġunijiet ta’ interess leġittmu għalfejn iridu jikkonsultawh (eż. b'mod partikolari għal raġunijiet legali jew ekonomiċi). Biex jagħmlu dan, l-ewwel iridu jikkuntattjaw l-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet fid-distrett fejn il-biċċa art tkun tinsab. Dawn il-persuni jistgħu wkoll japplikaw għal kopji stampati mir-Reġistru tal-Artijiet.

Barra minn hekk, grupp ristrett ta' utenti jista' jikkonsulta d-dejta tar-Reġistru tal-Artijiet permezz ta' portal elettroniku tal-Istat Federali partikolari. Dawn l-utenti jinkludu l-qrati Ġermaniżi, l-awtoritajiet pubbliċi, in-nutara, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-impriżi ta’ distribuzzjoni. L-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Federali huma responsabbli għar-regolazzjoni ta’ dawn it-talbiet ta’ aċċess.

L-aċċess għar-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż huwa mingħajr ħlas?

Il-konsultazzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż fl-Uffiċċju tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet hija mingħajr ħlas. Silta sempliċi mir-reġistru tiswa EUR 10, kopja ċċertifikata tiswa EUR 20. L-aċċess jew il-konsultazzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet b’mod elettroniku jsiru wkoll bi ħlas.

Kif wieħed ifittex fir-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż

Fir-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż wieħed jista’ jfittex permezz ta’ dawn il-kriterji li ġejjin:

  • In-numru tal-paġna tar-Reġistru tal-Artijiet
  • L-unità kadastrali
  • L-indirizz
  • Isem il-Propjetarju

L-istorja tar-Reġistru tal-Artijiet Ġermaniż

Bl-għajnuna tar-Reġistru tal-Artijiet, wieħed normalment jista’ jsib l-istorja tas-sjieda tal-proprjetà mobbli sa mill-bidu tas-Seklu 20.

Min-nofs id-disgħinijiet ’l hawn, il-verżjoni tal-karta tar-Reġistru tal-Art Ġermaniż ġiet sostitwita minn verżjoni elettronika. Din il-migrazzjoni tlestiet fil-parti l-kbira tagħha.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 29/08/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Estonja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Estonjan diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Estonja.


X'informazzjoni jipprovdi r-reġistru tal-artijiet Estonjan?

Ir- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Estonjan huwa rekord ta' interessi fi proprjetà u ta' drittijiet ristretti, li jipprovdi lil partijiet terzi b'informazzjoni dwar proprjetà immobbli rreġistrata.

Ir-reġistru tal-artijiet jiffoka fuq ċirkostanzi kemm legali u fattwali. Il-proprjetà kollha tiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. Kull proprjetà individwali għandha reġistrazzjoni indipendenti u tingħata numru uniku (numru tal-proprjetà rreġistrata).

Ir-reġistru għandu erba' partijiet.

Parti 1 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • referenza tar-reġistru tal-artijiet;
  • l-iskop speċifiku;
  • il-post;
  • id-drittijiet ristretti stabbiliti għall-proprjetà rreġistrata;
  • l-erja (daqs);
  • l-amalgamazzjonijiet u diviżjonijiet;
  • l-amalgamazzjoni ma' proprjetà rreġistrata oħra, jew terminazzjoni ta' parti mill-proprjetà.

Parti 2 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • is-sid;
  • jekk il-proprjetà tkun bi sjieda konġunta, ikun hemm id-dettalji dwar dan; jekk il-proprjetà tkun bi sjieda konġunta jew sjieda komuni; l-ismijiet tas-sidien;
  • id-daqs kunċettwali tal-ishma tal-koproprjetarji (sjieda komuni);

Parti 3 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • id-drittijiet ristretti li jkunu ta' piż fuq il-proprjetà (ħlief ipoteki);
  • ir-restrizzjonijiet fuq is-sjieda;
  • notazzjonijiet rigward tali restrizzjonijiet;
  • ir-restrizzjonijietfuq id-dritt tas-sid li jiddisponi minnha;
  • notazzjonijiet oħra rigward is-sjieda (inkluż restrizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-disponiment tal-persuni kkonċernati), u tħassir u emendi tar-reġistrazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Parti 4 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • id-detentur tal-ipoteka;
  • il-valur monetarju tal-ipoteka (somma pendenti);
  • notazzjonijiet rigward l-ipoteka;
  • emendi fir-reġistrazzjonijiet;
  • tħassir tar-reġistrazzjonijiet.

Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet huma aċċessibbli għall-pubbliku u jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd. Fejn hemm dritt leġittmu, il-fajl dwar propjetà reġistrata partikolari jista' jiġi kkonsultat. Is-sidien tal-propjetà, in-nutara, bailiffs, il-qrati u l-awtoritajiet ta' superviżjoni ma għandhomx għalfejn juri l-eżistenza ta' interess leġittmu.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Estonjan huwa mingħajr ħlas?

Ir-reġistru tal-artijiet jinżamm b'mod elettroniku.

Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet u l-fajls tal-propjetajiet reġistrati jistgħu jiġu konsultati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabini tad-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet, f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċċju ta' nutar jew mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamagna ta' tiftix. Ir-reġistru tal-artijiet fid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas. Is-sidien jistgħu jikkonsultaw ukoll dawk il-partijiet tar-reġistru li jikkonċernahom u l-fajls tal-propjetajiet tagħhom, mingħajr ħlas, minn fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Istat. Trid titħallas tariffa għall-konsultazzjoni tar-reġistru tal-artijiet f'uffiċċju ta' nutar jew permezz tal-magna ta' tiftix.

L-informazzjoni fir-reġistru tal-artijiet tista' tiġi aċċessata mill-magna ta' tiftix onlajn provvduta miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni. L-użu tal-magna tat-tiftix huwa bla ħlas. Ir-riżultat tat-tiftixa juri l-informazzjoni kollha mdaħħla fil-Parti 1 tar-reġistru tal-artijiet (referenza tar-reġistru tal-artijiet, skop speċifiku, erja u indirizz). Trid titħallas tariffa għall-aċċess għal informazzjoni aktar speċifika fir-reġistru tal-artijiet.

It-tariffa hija ta EUR 1 għal kull oġġett ta' tiftixa.

L-oġġett tat-tiftixa huwa wieħed minn din it-tip ta' informazzjoni f'parti tar-reġistru tal-artijiet miftuħ għal kull propjetà reġistrata:
dejta diġitali fil-Parti 1 (Kompożizzjoni tal-propjetà)
dejta diġitali fil-Parti 2 (Is-Sid);
dejta diġitali fil-Partijiet 3 (Piżjijiet u restrizzjonijiet) u 4 (Ipoteki).

It-tariffa għat-tiftixa tinkludi l-aċċess għall-fajls miftuħa tal-propjetà u l-ħruġ tad-dokumentazzjoni li tkun fihom.

Informazzjoni dettaljata dawr il-partijiet tar-reġistru tinsab flimkien mat-tariffi għas-servizzi mniżżla Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Mhemmx VAT fuq dawn it-tariffi.

Kif issir tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Estonjan

Tista' tfittex fil-bażi tad-dejta permezz tal-kriterji tat-tiftix segwenti:

  • l-indirizz;
  • referenza tar-reġistru tal-artijiet;
  • isem tas-sid;
  • numru tal-identifikazzjoni personali/kodiċi tar-reġistru;
  • isem tal-proprjetà;
  • numru tal-proprjetà;
  • distrett tar-reġistru tal-artijiet.

Huwa possibbli wkoll li wieħed ifittex għal informazzjoni dwar sidien mhux validi u persuni awtorizzati.

Storja tar-reġistru tal-artijiet Estonjan

Il-verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet fiha informazzjoni li tmur lura għall-1994. Il-bidla għall-verżjoni elettronika bdiet fis-sajf tal-2010.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Irlanda

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni qasira tar-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda.


X’għandu x’joffri r-reġistru tal-artijiet Irlandiż?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Irlandiż jigi operat u aġġornat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorita' tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà tal-Irlanda, il-korp statutorju responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-artijiet fl-Irlanda.

Tista’ ssib dettalji kemm legali u fattwali fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż.

Kull titolu ta’ reġistrazzjoni huwa maqsum fi tliet partijiet.

  1. Parti 1 tiddeskrivil il-lok ġeografiku tal-proprjetà, b’referenza għall-mappa diġitali u t-tip ta’ titolu. (liberu jew b’kera).
  2. Parti 2 fiha l-ismijiet u l-indirizzi tal-proprjetarji reġistrati u n-natura tat-titolu legali.
  3. Parti 3 tipprovdi l-piżijiet legali (ipoteki, drittijiet ta’ passaġġ, eċċ.) li jaffettwaw il-proprjetà.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Irlandiż huwa mingħajr ħlas?

Ir-reġistru tal-artijiet Irlandiż huwa reġistru ‘miftuħ’. Għalhekk m’hemm l-ebda restrizzjoni fl-użu tas-servizz u l-Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà (PRA) ma timponi l-ebda ħlasijiet għal tariffi ta’ abbonament.

Madankollu jintalab ħlas għall-użu attwali tas-servizz – bir-rati stabbiliti fl-ordni tad-drittijiet statutorji kurrenti. Id-drittijiet jistgħu jitħallsu jew b’mod elettroniku jew manwali.

Is-servizz ta’ abbonament għar-Reġistru tal-Artijiet Irlandiż jirrikjedi:

  • Kont imħallas minn qabel u miżmum bi kreditu
  • L-assenjazzjoni ta’ ID u password tal-utent
  • Konfigurazzjoni tal-aċċess ta’ sigurtà adattat.

Bħalissa, tista’ tabbona mar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Irlandiż direttament mill-Awtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà, jew permezz ta’ għadd ta’ fornituri li jipprovdu servizz intermedjarju għas-settur privat.

Bħalissa hemm iktar minn 14,000 abbonati mar- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Irlandiż, u iktar minn tliet miljun transazzjoni fis-sena jitwettqu permezz tas-servizz onlajn.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż

Tista’ tfittex fir-reġistru tal-artijiet Irlandiż b’ħafna modi differenti, li jinkludu:

  • Numru tat-titolu uffiċjali
  • Indirizz postali tal-proprjetà
  • Billi tinnaviga fuq il-mappa onlajn
  • Billi tagħżel erja tal-mappa
  • Billi ddaħħal il-koordinati tal-mappa

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Irlandiż

Is-sistema preżenti tar-reġistrazzjoni tal-artijiet li qed topera fl-Irlanda ġiet imwaqqfa fl-1892. Is-sistema, li hija bbażata fuq reġistru ‘miftuħ’ sostnut b’garanzija tal-Istat, tfasslet biex gradwalment tissostitwixxi sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ atti li kienet ilha tintuża mill-1707.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Informazzjoni dwar l-Artijiet tal-Ewropa, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal għas-siti elettroniċi tal-Gvern Irlandiż, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità tar-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà tal-Irlanda, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi onlajn mir-reġistru tal-artijiet Irlandiż


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/11/2018

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Greċja

Il-Greċja għandha reġistru elettroniku tal-artijiet magħruf bħala l-Katast (κτηματολόγιο) f'żoni fejn ir-reġistrazzjoni tal-artijiet hija lesta. Ir-reġistri lokali tal-ipoteki (υποθηκοφυλακεία) qegħdin joperaw ukoll b'mod provviżorju bħala reġistri tal-artijiet (κτηματολογικά γραφεία).

Skont il-Liġi 2664/1998 dwar il-Katast Grieg, id-dejta dwar ir-reġistru tal-artijiet tista' tiġi maħżuna u aġġornata biss elettronikament f'dawk iż-żoni fejn il-Katast ilu jaħdem mill-2003, u b'hekk jissostitwixxi is-sistema antika ta' trasferimenti u ipoteki fuq il-propjetà. Il-bażi tad-dejta tar-reġistru tal-artijiet hija maħżuna ċentralment għall-pajjiż kollu mill-kumpannija Ktimatologio (Κτηματολόγιο Α.Ε.) u hija aġġornata mir-reġistri lokali tal-artijiet skont it-tranżazzjonijiet tagħhom.


X'toffri s-sistema ta' ħażna tad-dejta u dokumenti Griega?

F'kull distrett tal-qrati ċivili joperaw wieħed jew aktar reġistri (ειρηνοδικείο) u joffru s-servizzi li ġejjin kif trid il-liġi:

  1. ir-reġistrazzjoni, sekwestru u qbid tal-propjetà taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  2. it-trasferiment ta' atti li jridu jiġu trasferiti bil-liġi; u
  3. r-reġistrazzjoni ta' kawżi u proċeduri oħra jew noti relatati mal-propjetà.

Hemm 17 il-reġistru tal-ipoteki bi ħlas u 378 mingħajr ħlas.

Ir-reġistri tal-ipoteki bi ħlas (έμμισθα υποθηκοφυλακεία) jaħdmu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-gżejjer ta' Rodi u Kos, ir-reġistri tal-artijiet ta' Rodi u Kos-Leros, fejn is-sistema ta' trasferiment tal-propjetà hija bbażata fuq l-art, jipprovdu servizzi għall-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ir-reġistri tal-ipoteki mingħajr ħlas (άμισθα υποθηκοφυλακεία) huma jew:

  1. speċjalizzati (ειδικά), immexxija minn reġistratur (υποθηκοφύλακας) maħtur mill-Ministru tal-Ġustizzja wara li jkun għadda minn kompetizzjoni b'eżami; jew
  2. mhux speċjalizzati (μη ειδικά), immexxija minn nutar maħtur għar-reġistru.

Id-dettalji ta' kuntatt għall-imsemmija reġistri tal-ipoteki jistgħu jinsabu fuq is-sit elettroniku tal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Ministeru Grieg tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Barra minn hekk, hemm qafas istituzzjonali fil-Greċja għall-istudju, l-iżvilupp u l-operat tal-Katast Grieg (Εθνικό Κτηματολόγιο) għall-propjetà. Dan il-kompitu ngħata lill-kumpannija privata Ktimatologio.

Il-Katast Grieg huwa sistema unita, iggarantita mill-Istat, biex tirreġistra informazzjoni ġuridika, teknika u ta' xorta oħra dwar il-propjetà u d-drittijiet assoċjati magħha.

B'mod partikolari, il-Katast Grieg:

  • jirreġistra l-atti kollha li joħolqu, jittrasferixxu, ibiddlu jew ineħħu drittijiet fuq il-propjetà. Kull att jiġi rreġistrat biss wara eżaminazzjoni bir-reqqa, sabiex l-ebda att ma jiġi rreġistrat jekk il-persuna li tkun qed tittrasferixxi l-propjetà ma tkunx il-persuna mniżżla fir-reġistru tal-artijiet bħala sid il-propjetà;
  • jirreġistra d-deskrizzjoni ġeografika (l-għamla, l-post u d-daqs) tal-propjetà;
  • jirreġistra sistematikament il-propjetà pubblika; u
  • jirreġistra d-drittijiet ta' użufrutt.

Ir-reġistrazzjoni tal-artijiet hija lesta fi 333 żona ġewwa l-pajjiż. 96 reġistru tal-ipoteki lokali (bi ħlas u mingħajr) qegħdin joperaw b'mod provviżorju bħala reġistri tal-artijiet.

Bażi tad-dejta ġuridika

Informazzjoni bażika dwar il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKatast Grieg tista' tinsab fuq is-sit elettroniku tiegħu.

L-aċċess għas-sistema ta' ħażna tad-dejta dwar il-propjetà huwa mingħajr ħlas?

F'żoni fejn ir-reġsitri tal-artijiet qegħdin joperaw b'mod provviżorju, jistgħu jintużaw mingħajr ħlas kompjuters fl-uffiċċju kkonċernati biex issir riċerka elettronika tad-dejta.

Skont l-NSRF, il-kumpanija Ktimatologio ġiet inkarigata tiżviluppa proġett għat-trażmissjoni diġitali tad-dokumenti għar-reġistri tal-ipoteki, sabiex titlesta r-reġistrazzjoni tal-artijiet fil-bqija tal-pajjiż. Il-proġett jinkludi l-ħolqien ta' infrastruttura għal: (a) sottomissjoni elettronika ta' atti għad-dħul fir-rekords tar-reġistri tal-artijiet; u (b) sottomissjoni elettronika u pproċessar tar-rikjesti għaċ-ċertifikati minn dawk ir-rekords.

L-abbozz tal-liġi imħejji mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima jinkludi dispożizzjonijiet għal dan il-għan.

L-Istorja tas-sistema Griega ta' ħażna tad-dejta u dokumenti dwar il-propjetà

Sistema ta' reġistrazzjoni tal-artijiet ġiet stipulata għall-ewwel darba permezz tal-Liġi 41/1836. L-awtoritajiet msemmija hawn qabel żammew rekords dwar l-artijiet minn mindu bdiet ir-reġistrazzjoni tal-artijiet.

F'żoni fejn qed titlesta r-reġistrazzjoni tal-artijiet, ir-reġistri tal-ipoteki lokali ilhom jaħdmu bħala reġistri tal-artijiet provviżorji minn meta l-Organizazzjoni tal-Kartografija u l-Katast tal-Greċja (Οργανισμός Κτηματολογίου και Χαρτογραφήσεων Ελλάδος – ΟΚΧΕ) iddeċidiet li toħloq il-Katast. Minn dak iż-żmien, it-tranżazzjonijiet fir-rekords tar-reġistru tal-artijiet jiġu rreġistrati biss b'mezzi elettroniċi.

Kif tfittex id-dejta

Is-sistema elettronika tar-reġistrazzjoni tal-artijiet tippermetti riċerki permezz ta': (a) dejta personali; (b) kodiċi tal-Katast Grieg; u/jew (c) l-indirizz tal-propjetà.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKatast Grieg


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Spanja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ispanjol diġà ġew tradotti.

Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa reġistru li jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, bl-affarijiet tiegħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Dirección General de los Registros y del Notariado [direttorat ġenerali tar-reġistri u n-nutara]. Ir-Reġistru jintuża biex tiġi rreġistrata u ppubblikata s-sjieda tal-art u d-drittijiet marbuta mal-art u kwalunkwe deċiżjonijiet tal-qorti jew amministrattivi li jistgħu jaffettwawhom.


X’joffri r-reġistru tal-artijiet fi Spanja?

Is-sigurtà legali u ekonomika. U f’ħafna mill-każijiet din is-sigurtà ma tistax tinċaħad.

Uħud mill-aspetti l-iktar tipiċi tas-sistema tar-Reġistru tal-Artijiet Spanjol huma deskritti hawn taħt.

1. L-iskop tar-Reġistru tal-Artijiet

L-iskop tar-Reġistru tal-Artijiet huw li tiġi rreġistrata s-sjieda u drittijiet oħrajn in rem fir-rigward tal-proprjetà immobbli.

1.1. Id-drittijiet in rem li jistgħu jiġu rreġistrati

Id-drittijiet in rem li jistgħu jiġu rreġistrati huma: sjieda, usufrutt, drittijiet ta’ użu u ta’ abitazzjoni, piżijiet, kirjiet, ipoteki id-dritt tal-fidi and other rights in rem.

Ir-Reġistru tal-Artijiet Spanjol mhux lista magħluqa ta' drittijiet in rem, iżda huwa sistema ta’ "numerus apertus" fejn jistgħu jinħolqu drittijiet in rem. Madankollu, fil-prattika huwa diffiċli li jinħolqu tipi ġodda ta' drittijiet peress li jkun jeħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti strutturali tad-drittijiet in rem, bħal li jkunu immedjati u assoluti.

1.2. Drittijiet oħrajn li jistgħu jiġu rreġistrati

Jistgħu jiddaħħlu drittijiet oħrajn fir-Reġistru tal-Artijiet, minkejja li n-natura vera tagħhom mhux dejjem tkun ċara. Dawn li ġejjin jistgħu jiġu rreġistrati b’dan il-mod: atti ta’ proprjetà konġunta, kirjiet, sullokazzjoni, trasferimenti u surrogi ta’ kirjiet li jirrigwardaw proprjetà immobbli, irkupru ta’ proprjetà mikrija, konċessjonijiet amministrattivi u piżijiet ipotekarji fuqhom, atti relatati max-xiri obbligatorju jew ma’ proċeduri amministrattivi, projbizzjonijiet fuq l-aċċess permess mil-liġi, jew raġunijiet għat-terminazzjoni ta' drittijiet irreġistrati, fost oħrajn.

U fil-qasam tal-ippjanifikar urban: miżuri implimentattivi tal-ippjanar finali li jolqtu l-binjiet eżistenti, bejgħ lill-awtoritajiet muniċipali, trasferiment ta’ drittijiet ta’ użu fuq art urbana, kundizzjonijiet għall-permessi tal-ippjanar, proċeduri mibdija fil-qasam tal-ippjanifikar urban u appelli ppreżentati u d-deċiżjonijiet tal-qorti, fost oħrajn.

1.3. Miżuri oħrajn

Deċiżjonijiet tal-qorti li jaffetwaw il-kapaċità ta’ persuna fiżika jew ġuridika u d-deċiżjonijiet meħuda wara li jintlaħaq ftehim bejn il-kredituri jistgħu wkoll jiġu rreġistrati kull meta jkunu jirrigwardaw is-sjieda ta' proprjetà immobbli jew id-drittijiet in rem marbuta magħhom.

Barra minn hekk, permezz tar-reġistrazzjoni provviżorja, fir-Reġistru jistgħu jitniżżlu sitwazzjonijiet provviżorji li jaffetwaw id-drittijiet in rem marbuta mal-proprjetà immobbli. Pereżempju, proċeduri li jirrigwardaw drittijiet li jistgħu jiġu rreġistrati, konfiska, deċiżjonijiet li ma jkunux għadhom saru finali, ordnijiet tal-qorti li permezz tagħhom jiġi pprojbit l-aċċess għall-proprjetà, liġi tal-wirt u miżuri simili.

2. Ċertezza legali fir-Reġistru tal-Artijiet Spanjol

Żgur li s-sistema tar-Reġistru Spanjol hija wara mill-iktar sistemi fis-żgur fid-dinja.

Hija Reġistru ta’ drittijiet. Id-drittijiet li jitniżżlu fir-Reġistru jiġu protetti mill-qrati, li jfisser li ħadd ma jista’ jiċċaħħad minnhom sakemm ma jkunx hemm sentenza fi proċeduri legali li jinvolvu s-sid reġistrat li tiddeċiedi l-kuntrarju.

Barra minn hekk, is-sistema legali tistipula sensiela ta' preżunzjonijiet legali fir-rigward tad-drittijiet irreġistrati, li huma msejsa fuq il-prinċipju tal-awtorità tar-Reġistru.

F’każ ta’ kunflitt bejn is-sitwazzjoni attwali u dik imniżżla fir-Reġistru, id-dikjarazzjonijiet fir-Reġistru jitqiesu li huma affidabbli minħabba l-prinċipju tal-pubblikazzjoni.

Il-prinċipju tal-pubblikazzjoni huma magħmul minn żewġ elementi prinċipali :

L-element proċedurali – is-sidien irreġistrati jistgħu jiddefendu d-drittijiet irreġistrati tagħhom fil-qrati fejn ikunu qed jiġu kkontestati permezz ta’ ċertifikat mir-Reġistratur li jiddikjara l-validità bla kontradizzjoni tal-kwisjoni rilevanti. Għalhekk, l-oneru tal-prova jkun fuq il-persuna li tkun qed tikkontesta d-dritt irreġistrat.

L-element sostantiv – li għandu żewġ lati distinti:

  1. Negattiv- kull ħaġa li ma tkunx irreġistrata ma taffettwax lil dawk li jiffirmaw kuntratt, li jkunu qed jistrieħu fuq dak li jkun imniżżel fir-Reġistru.
  2. Pożittiv – ikun hemm preżunzjoni doppja fil-kontenut tar-reġistru:
  • Il-prinċipju tal-Leġittimità – il-preżunzjoni iuris tantum li l-informazzjoni ppubblikata fir-Reġistru hija veraċi.
  • Il-prinċipju tal-awtorità tar-Reġistru – il-preżunzjoni iuris et de iure li l-informazzjoni ppubblikata fir-Reġistru hija preċiża u kompleta, jiġifieri jekk jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti:
    1. Ir-reġistrazzjoni tas-sid li jkun qed jittrasferixxi l-proprjetà.
    2. L-akkwist isir b’titolu oneruż.
    3. Ix-xerrej ma jkunx jaf dwar iċ-ċirkostanza li minħabba fiha dak li jkun ippubblikat fir-Reġistru jkun invalidu (bi prinċipju jiġi preżunt li jkun hemm bona fide).
    4. Meta l-iskrizzjoni fir-reġistru ssir mix-xerrej; din ikollha l-effett legali li s-sid il-ġdid ikun protett kompletament mis-sistema ta’ reġistrazzjoni Spanjola, anki jekk is-sid irreġistrat li jkun trasferixxa d-dritt lilu ma jkunx il-veru sid tad-dritt.

3. Il-Proċedura ta’ Reġistrazzjoni

Skont il-prinċipju ġenerali huwa meħtieġ li ssir ċertifikazzjoni pubblika biex isiru iskrizzjonijiet fir-Reġistru tal-Artijiet. Id-dokumenti jistgħu jingħataw validità minn Nutara, qrati jew awtoritajiet amministrattivi. Id-dokumenti privati jiġu aċċettati biss f’każijiet eċċezzjonali, pereżempju bħall-applikazzjoni biex jiġi rreġistrat wirt minn werriet wieħed, biex jiġu korretti xi difetti jew biex jiġi rreġistrat b’mod provviżorju self biex jinbnew jew jissewwew xi assi fissi.

Il-proċedura trid tintalab. Hlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, dan ifisser li trid tinbeda mill-persuna li tkun tixtieq li ssir l-iskrizzjoni.

Il-preżentazzjoni tad-dokument issir fir-Reġistru u ssir iskrizzjoni tal-preżentazzjoni fil-ġurnal, li tkun valida għal sittin jum tax-xogħol.

Id-dokument jista’ jiġi ppreżentat b’wieħed minn ħames modi: elettronikament, personalment, bil-posta, fil-faks jew permezz ta’ Reġistru tal-Artijiet ieħor. Fil-każ tal-aħħar żewġ modi, id-dokument irid ikun ippreżentat personalment fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol.

Ir-Reġistratur jieħu r-responsabbiltà li jikklassifika d-dokument fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol.

Jekk jiddeċiedi li jirreġistrah, issir l-iskrizzjoni. Imbagħad, id-dokument jintradd lura lill-persuna li tkun ippreżentatu, flimkien ma' nota ta' qiegħ il-paġna, iffirmata mir-Reġistratur b'dikjarazzjoni li l-istess dokument ġie pproċessat.

Jekk ir-Reġistratur jinnota li jkun hemm difett fid-dokument huwa jiddeċiedi li ma jirreġistrahx. Id-deċiżjoni tar-Reġistratur għandha tindika fil-Fatti u Prinċipji Legali, ir-raġunijiet għaliex id-dokument ma jkunx ġie rreġistrat. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-persuna li tippreżenta d-dokument u lin-nutar li jkun awtorizza l-d-dokument, jew lill-qrati jew lill-awtorità amministrattiva li jkunu ħarġuh. Ir-Reġistratur jestendi awtomatikament l-iskrizzjoni tal-preżentazzjoni b’sittin jum ieħor mill-aħħar jum li fih ikunu saru n-notifiki msemmija hawn fuq.

Jekk ir-Reġistratur jiddeċiedi li ma jirreġistrax dokument, il-persuna kkonċernata tista’ tikkoreġi d-difett, jekk ikun possibbli, jew tappella mid-deċiżjoni tar-Reġistratur. Hemm il-possibilità li jsiru tliet tipi ta’ appelli differenti:

  • Talba biex issir klassifikazzjoni minn Reġistratur ieħor.
  • Preżentazzjoni ta’ appell mid-deċiżjoni tar-Reġistratur mad-Direttorat Ġenerali tar-Reġistraturi u tas-Servizzi Notarili. Għandha tingħata deċiżjoni dwar l-appell fi żmien tliet xhur u fin-nuqqas ta’ dan jitqies li l-appell inċaħad. Jista’ jsir appell quddiem il-qrati mid-deċiżjoni jew mid-deċiżjoni preżunta.
  • Issir talba għal proċedura orali lill-Qorti tal-Prim’ Istanza fil-belt kapitali tal-provinċja fejn ikun jinsab ir-Reġistru tal-Artijiet.

L-aċċess għar-Reġistru tal-Artijiet fi Spanja huwa mingħajr ħlas?

Dan jinsab stipulat fl-atti leġiżlattivi li ġejjin: it-tielet dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 8/1989 dwar it-Tariffi; L-Artikolu 294 tal-Liġi dwar l-Ipoteki u l-Artikoli 589-619 tar-Regolament dwar l-Ipoteki.

Dawn it-tariffi huma pubbliċi, jiġifieri jinsabu f’att leġiżlattiv ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat. Fir-Reġistri tal-Artijiet kollha hemm ukoll kopja kompleta tat-tariffi kollha disponibbli għall-pubbliku. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Tariffi tar-Reġistraturi tal-Artijiet.

Kif tfittex fir-Reġistru tal-Artijiet fi Spanja

1. Interess leġittimu

Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa pubbliku għal dawk b’interess magħruf li jinvestigaw l-istat tal-proprjetà rreġistrata jew id-drittijiet in rem.

Jitqies li kwalunkwe awtorità, impjegat jew uffiċjal pubbliku li jkunu qed jaġixxu fil-qadi ta’ dmirijiethom, ikollhom interess leġittimu.

2. Taqsira tal-estratt mir-reġistru

It-taqsira tal-estratt mir-reġistru ("nota simple") għandha skop purament informattiv u mhix rappreżentazzjoni awtentika tal-kontenut tal-iskrizzjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tar-Reġistratur.

Kif tikseb taqsira tal-estratt. Hemm żewġ metodi:

  • Bil-miktub. Billi titlobha personalment mir-Reġistru tal-Artijiet rilevanti. Ħlas: EUR 3.01 + il-VAT għal kull proprjetà.
  • Bl-internet. Permezz tal-ewwel link fil-qiegħ ta’ din il-paġna. Ħlas: EUR 9.02 + il-VAT għal kull proprjetà.

3. Ċertifikazzjoni

Ċertifikat huwa kopja, traskrizzjoni jew trasferiment, f’forma kompleta jew f’forma ta’ taqsira, tal-kontenut tal-informazzjoni miżmuma fir-Reġistru, li wara li jiġi pproċessat mir-Reġistratur jikkostitwixxi l-mezz li bih tintwera n-natura awtentika tas-sitwazzjoni ipotekarja tal-proprjetajiet u tad-drittijiet.

Kif tikseb ċertifikat. Iċ-ċertifikati jinkisbu biss permezz ta’ talba bil-miktub. Din it-talba tista' tagħmilha personalment fir-Reġistru tal-Artijiet rilevanti. Ħlas: EUR 30.01 + il-VAT għal kull proprjetà.

Madankollu, bħalissa f’xi Reġistri tal-Artijiet (iżda mhux f’kollha) qed tiġi introdotta l-possibilità li l-applikazzjoni għal ċertifikat issir b’mezzi elettroniċi, permezz ta’ firma elettronika li tintagħraf mir-Reġistratur.

4. Kif tikkonsulta r-Reġistru tal-Artijiet permezz tal-Internet

Il-proċedura hija sempliċi ħafna – jeħtieġ li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq il-websajt li tidher hawn taħt:

Link: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.registradores.org/registroVirtual/init.do

  • Il-websajt toffri l-possibilità ta' ħlas permezz ta' karta tal-kreditu jekk ma tkunx abbonat jew ma jkollokx ċertifikat rikonoxxut maħruġ mill-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi:
    - “ħlas permezz ta' karti bankarji”. Jeħtieġ li ddaħħal id-dettalji tal-karta tal-kreditu tiegħek u tagħfas fuq "Enter".
  • F’din il-paġna tista’ tagħżel bejn: ir-Reġistru tal-Artijiet, ir-Reġistru Kummerċjali, ir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli jew ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali. Għandek tagħżel "Dokumentazzjoni pubblika dwar l-artijiet" (Publicidad Propiedad).
  • Wara agħżel il-qasam li jinteressak.

Storja tar-Reġistru tal-Artijiet fi Spanja

1. Leġiżlazzjoni preċedenti

Storikament, qabel il-leġiżlazzjoni attwali dwar il-piżijiet ipotekarji, fi Spanja kien hemm:

  • Digriet ta’ Juana I u Karlu I tal-1539 li permezz tiegħu ġew introdotti mingħajr suċċess kbir, ir-Reġistri taċ-ċensimenti u tat-taxxi ipotekarji.
  • Digriet ta’ Karlu III tal-1768. Digriet liberali li ħoloq l-elenki tal-ipoteki. Kienu jintużaw ħafna iżda kellhom żewġ żvantaġġi       prinċipali: kienu biss reġistri ta’ piżijiet fuq il-proprjetà, mhux tas-sjieda, u kienu miżmuma b'mod kronoloġiku.

2. Il-leġiżlazzjoni attwali dwar l-ipoteki

Minħabba l-bidliet ekonomiċi li seħħu fis-seklu 19 kien meħtieġ urġentement li tinħoloq sistema li setgħet tipprovdi ċertezza f’dak li jirrigwarda s-sjieda u t-trasferimenti ta’ proprjetà immobbi, tippromwovi l-affidabilità reġjonali u tevita l-użura u l-kawżi fil-qorti.

Il-Liġi tal-1861 dwar l-Ipoteki. Din il-liġi kienet ġiet mgħoddija bħala miżura legiżlattiva speċjali u urġenti minħabba li l-kodiċijiet unitarji kienu fallew. Il-ħsieb kien li tiġi integrata fil-Kodiċi Ċivili li kien se jsir fil-futur. Madankollu, il-Kodiċi Ċivili tal-1888 kien jirrispetta l-lat sostantiv tal-liġi tal-proprjetà, li ħafna minnha għadha tinsab fil-Liġi dwar l-Ipoteki.

Riformi komprensivi - Saru riformi komprensivi fil-Liġi dwar l-Ipoteki fl-1869, fl-1909 u fl-1944-46, flimkien ma’ għadd ta’ riformi parzjali.

Dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

  • Regolament dwar l-ipoteki. Digriet tal-14 ta’ Frar 1947 li ħafna minnu ġie emendat.
  • Digriet Irjali 1093/1997 tal-4 ta’ Lulju 1997 dwar ir-reġistrazzjoni tal-ippjanifikar dwar l-użu tal-art.

3. Organizzazzjoni

Fi Spanja, ir-Reġistri tal-Artijiet jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-kwistjonijiet kollha marbuta magħhom jiġu riferuti lid-Direttorat Ġenerali tar-Reġistri u tas-Servizzi Notarli.

Spanja hija maqsuma f’żoni msejħa distretti ipotekarji (Distritos Hipotecarios). Kull Distrett Ipotekarju għandu Reġistru tal-Artijiet tiegħu miżmum minn Reġistratur tal-Artijiet.

All Registrars in Spain are members of the Association of Land, Business and Movable Property Registrars of Spain.

Ir-Reġistraturi jżommu r-reġistri li ġejjin:

  • Reġistri tal-Proprjetà u tal-Beni Immobbli, imsejħa b’mod ġeneriku "Reġistri tal-Proprjetà" (Registros de la Propiedad). Din il-paġna titratta biss ir-Reġistri tal-Artijiet.
  • Reġistri tal-Proprjetà Mobbli.
  • Reġistri Kummerċjali.
  • Ir-Reġistru tal-Kundizzjonijiet Kuntrattwali Ġenerali.

Links utli


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Franza


It‑354 reġistru Franċiż tal‑proprjetà huma indipendenti minn xulxin u m’hemm l‑ebda rabta bejniethom.

Barra minn hekk, fi Franza m’hemm l‑ebda portal tal‑internet li jippermetti lin‑nies sabiex jikkonsultaw dawn ir‑reġistri.

M’hemm l‑ebda reġistru ta’ ipoteki fir‑reġjun ta’ Alsace-Moselle, fil‑Lvant ta’ Franza. Fit‑tliet żoni amministrattivi li jifformaw dan ir‑reġjun, is‑servizz ta’ reġistrazzjoni tal‑artijiet jinkiseb permezz tal‑ktieb tal‑proprjetà.

Il‑proċedura sħiħa għall-konsultazzjoni tal-ktieb tal‑proprjetà hija fil‑proċess li tiġi emendata minħabba li l‑proċess ta’ kompjuterizzazzjoni, li beda 20 sena ilu, intemm.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/02/2017

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Italja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Italja.


X’għandu x’joffri r-reġistru tal-Artijiet Taljan?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Taljan jinżamm mill-Agenzia del Territorio, entità pubblika mhux ekonomika li topera taħt il-kontroll tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, kif ukoll twettaq funzjonijiet katastali (proprjetà).

Ir-reġistri jfornu informazzjoni dwar kuntratti ta’ trasferiment ta’ pussess u dwar drittijiet oħra dwar l-art, kif ukoll dwar l-istabbiliment u t-tħassir ta’ ipoteki.

Barra minn hekk, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProvinċja ta’ Trento u Bolzano, li hija awtonoma, iżomm ir-reġistru tagħha stess. Din tforni l-aktar informazzjoni katastali (proprjetà).

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Taljan huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistri huwa soġġett għall-ħlas ta’ taxxa. Għaldaqstant, il-proċedura għall-aċċess onlajn teħtieġ ir-reġistrazzjoni minn qabel mas-servizzi finanzjarji onlajn tal-Poste Italiane (is-Sistema Postali Taljana).

Ir-reġistru tal-Provinċja ta’ Trento u Bolzano huwa aċċessibbli biss għall-utenti reġistrati.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Taljan

L-informazzjoni li tinżamm fir-reġistri tal-artijiet hija organizzata skont is-suġġett (persuna fiżika jew legali). Tista’ tfittex l-informazzjoni skont il-persuna, il-proprjetà jew il-kuntratt.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Taljan

Il-kompjuterizzazzjoni tal-informazzjoni reġistrata bdiet fl-1986. Wara riorganizzazzjoni kbira fil-Ministeru tal-Finanzi, il-katast u r-reġistri tal-artijiet tal-Italja ġew integrati taħt amministrazzjoni waħda, u t-trasferiment elettroniku beda fl-1995. L-aħħar riforma komprensiva fl-amministrazzjoni finanzjarja stabbiliet erba’ aġenziji fiskali awtonomi (inkluż l-Agenzia del Territorio, li ilha topera mill-1 ta’ Jannar 2001). Il-kompjuterizzazzjoni tas-servizzi żdiedet, li wasslet għas-sistema ta’ informazzjoni elettronika li hemm bħalissa, li tnediet fil-bidu tal-2007.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Ċipru


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet?

L-amministrazzjoni tar-reġistri tal-artijiet hija r-responsabbiltà tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tal-Artijiet u tas-Servejs (Τμήμα Κτηματολογίου και Χωρομετρίας) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Intern (Υπουργείο Εσωτερικών). Partijiet kbar mir-reġistri tal-artijiet ġew ikkompjuterizzati waqt l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet (SIA) (Σύστημα Πληροφοριών Γης (ΣΠΓ), li bdiet f’Settembru 1995. Is-SIA tinkludi erba’ bażijiet tad-dejta: bażi tad-dejta legali (κτηματολογική βάση), bażi tad-dejta fiskali (εκτιμητική βάση), bażi tad-dejta diġitali/katastali (γεωγραφική/κτηματική βάση) u bażi tad-dejta tas-servejs (χωρομετρική βάση).

Ir-Reġistru tal-Artijiet ta’ Ċipru jinkludi informazzjoni dwar l-identità ta’ kull biċċa art irreġistrata jew ta’ kull unità ta’ proprjetà immobbli rreġistrata. Iktar importanti minn hekk, jinkludi r-referenza għas-servej tal-biċċa art jew tal-unità, il-post fejn tinsab, deskrizzjoni, l-erja tas-superfiċje, il-valur fiskali u kwalunkwe ħlasijiet in rem, ipoteki jew djun fuq il-proprjetà, kuntratti ta’ bejgħ, servitujiet, kirjiet, ftehimiet restrittivi jew informazzjoni relatata oħra. Ir-reġistru jinkludu wkoll dettalji tal-proprjetarju jew tal-proprjetarji, is-sehem ta’ kull proprjetarju kif ukoll kif u meta kienet akkwistata l-proprjetà.

Fl-14 ta’ Lulju 2009, fil-bażi tad-dejta legali ġie rreġistrat total ta’ 1,082,660,000 proprjetà f’Ċipru ħieles u fil-parti okkupata (jiġifieri 85.25%).

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet huwa mingħajr ħlas?

M’hemm l-ebda aċċess pubbliku għar-reġistru tal-artijiet u għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet. Il-partijiet interessati biss jistgħu jitolbu informazzjoni dwar il-proprjetà li jkollhom interess leġittimu fiha.

Il-ħlasijiet li jsiru sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ tiftix mid-Dipartiment tal-Artijiet u tas-Servejs ivarjaw skont l-informazzjoni mitluba.

Ċertifikat ta’ tiftix

(a) għal proprjetà rreġistrata lil persuna msemmija, għal kull villaġġ jew parroċċa

€ 1.71

(b) għal proprjetà rrekordjata lil persuna msemmija, għal kull villaġġ jew parroċċa

€ 0.85

(c) għal isem il-proprjetarju rreġistrat ta’ proprjetà rreġistrata speċifikata, għal kull proprjetà

€ 0.85

(d) għall-istorja ta’ jew għall-ħlasijiet in rem fuq proprjetà speċifikata jew għal kwalunkwe informazzjon oħra fejn m’hemm l-ebda ħlas preskritt, għal kull siegħa tiftix

€ 8.54


Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet

F’Ċipru, skont il-leġiżlazzjoni kurrenti, il-partijiet interessati biss għandhom aċċess għar-reġistri tal-artijiet. L-informazzjoni tingħata fil-forma ta’ ċertifikat imsejjaħ “ċertifikat ta’ tiftix” (πιστοποιητικό έρευνας). Ċertifikat ta’ tiftix jinħareġ darba biss ladarba tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni u jsir il-ħlas preskritt lid-Dipartiment tal-Artijiet u tas-Servejs. L-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati permezz tal-formola Ν.50 u jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe Uffiċċju tal-Artijiet (Κτηματολογικό Γραφείο) minn kwalunkwe parti interessata jew mill-aġent jew mill-avukat tagħha. Skont l-Artikolu 51A fil-Kapitolu 224 tal-Liġi dwar il-Proprjetà Immobbli (Dritt għall-Proprjetà ta’ Art, Reġistrazzjoni u Valutazzjoni) (O περί Ακίνητης Ιδιοκτησίας (Διακατοχή, Εγγραφή και Εκτίμηση) Νόμος), “parti interessata” tfisser il-proprjetarju, is-suċċessuri fid-dritt universali jew speċifiċi tiegħu, il-proprjetarju ta’ kwalunkwe siġra, bini jew oġġett ieħor fuq l-art li tappartjeni lil persuna oħra u viċe versa, persuna bi kwalunkwe dritt jew interess fil-proprjetà immobbli, persuna li tissodisfa lid-Direttur li hija xerrejja prospettiva jew persuna li tissellef flus b’kuntratt ta’ ipoteka, l-attur fi kwalunkwe rikors kontra l-proprjetarju tal-proprjetà, valutatur professjonali li jeħtieġ ċerta informazzjoni sabiex jivvaluta ċerta proprjetà immobbli b’konnessjoni ma’ bejgħ mandatorju u kwalunkwe persuna li ma ġietx speċifikata diġà li d-Direttur jordna li għandha tingħatalha dik l-informazzjoni.

Ċertifikat ta’ tiftix jinħareġ fuq il-formola Ν.51 mill-Uffiċċju tal-Artijiet responsabbli mir-reġistru jew mill-ktieb fejn l-informazzjoni tkun irreġistrata, iffirmat u ttimbrat bis-siġill tad-Dipartiment u mgħoddi jew impostat lill-applikant.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet

Il-bażi tad-dejta li kienet il-prekursur għar-reġistru tal-artijiet kurrenti nbdiet fl-aħħar snin tal-Imperu Ottoman fil-21 ta’April 1858, bl-adozzjoni tal-Kodiċi Ottoman dwar l-Artijiet (Οθωμανικός Κώδικας περί Γαιών). L-iskop prinċipali tar-reġistru tal-artijiet f’dak iż-żmien kien li tiġi rreġistrata l-art, speċjalment l-art li kienet proprjetà tal-Istat ipprovduta lill-bdiewa kerrejja, u li jiġu rreġistrati l-bejgħ u t-trasferimenti ta’ u l-ipoteki fuq il-proprjetà immobbli.

Dan ta lok għall-ewwel reġistri, fejn bdew jiġu rreġistrati l-atti kollha ta’ kuljum.

Fl-1860 għaddiet leġiżlazzjoni ġdida li kienet teħtieġ valutazzjoni u reġistrazzjoni mandatorji u sistematiċi tal-forom kollha ta’ proprjetà u l-provvista tal-kuntratti rilevanti tad-drittijiet għall-artijiet (‘Γιοκλάμα’). L-art f’kull villaġġ kienet suġġetta għal servej approssimattiv u tniżżlet f’reġistri separati u l-persuni interessati kellhom jagħmlu ħlasijiet ta’ reġistrazzjoni sabiex jiksbu dokument li juri li kellhom dritt għal art. Il-persuni li ma ħallsux ma ngħatawx dan id-dokument u l-annotazzjonijiet korrispondenti fir-reġistri tħallew bla data u skadew mill-1943 ’il quddiem.

Fl-4 ta’ Ġunju 1878, meta t-Torok ċewdew drittijiethom fuq Ċipru lill-Brittanja, il-Brittaniċi żammew is-sistema fis-seħħ kif kienet u min-naħa tagħhom użaw ir-“reġistru tal-artijiet” bħala mezz biex jimponu u jiġbru t-taxxi.

Madankollu, fl-1890, minħabba d-diffikultajiet ikkawżati minn daqstant reġistri differenti kien deċiż li kien hemm ħtieġa urġenti li jiġu tradotti għall-Ingliż u kkonsolidati f’reġistru wieħed ġdid. L-annotazzjonijiet kollha fir-reġistri l-antiki kienu ttrasferiti eżattament kif kienu fid-data tat-trasferiment f’dan ir-reġistru l-ġdid li kien ippreparat f’kull villaġġ separatament.

Fl-1904, ingħata bidu għal servej ta’ Ċipru fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar is-Servej għal Fini ta’  Dħul (Ο περί Χωρομετρήσεως για σκοπούς προσόδων Νόμος) Nru. 5 tal-1890, sabiex is-sistema ta’ reġistrazzjoni ssir iktar affidabbli u effiċjenti.

Filwaqt li kienu għaddejjin is-servejs u l-iddisinjar tal-mapep ta’ Ċipru (kif inbdew fl-1904), ġiet mgħoddija l-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Valutazzjoni tal-Proprjetà Immobbli (Ο περί Εγγραφής και Εκτιμήσεως Ακινήτου Ιδιοκτησίας Νόμος) Nru. 12 tal-1907 sabiex ikunu rreġistrati u jsiru servejs tal-proprjetajiet immobbli kollha sal-1929.

Ladarba ntemmew is-servejs u l-mapep, ġiet ivvalutata u rreġistrata l-proprjetà immobbli fir-reġistru tal-artijiet. Ir-reġistru kien jinkludi l-informazzjoni kollha li kienet tiddefinixxi kull proprjetà immobbli separata u l-isem u l-interess ta’ kull proprjetarju. Wara r-reġistrazzjoni, l-Istat ħareġ lill-proprjetarju dokument uffiċjali li juri li kellu dritt għall-art.

Ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli f’Ċipru ntemmet fl-1929. Din il-proċedura tat lok għal tliet reġistri, li għadhom jintużaw sal-lum:

  1. Tip aħjar ta’ reġistru tal-artijiet (Μητρώο Εγγραφής) li jinkludi d-dettalji u l-identità tal-proprjetà kollha.
  2. Reġistru Fiskali (Φορολογικό Μητρώο), fejn il-proprjetà immobbli ta’ kull persuna kienet irreġistrata skont iż-żona ġeografika, flimkien mal-valur totali tal-proprjetà għall-finijiet tat-taxxa fuq l-art.
  3. Skeda ta’ Valur (Δελτίο Εκτιμητών), magħrufa bħala l-formola Ν115, li tiddeskrivi l-proprjetà skont iż-żona ġeografika u l-paġna/pjan (erja tas-superfiċje, post, benefiċjarju u valur tal-proprjetà).

Meta ġie mgħoddi l-Kapitolu 224 tal-Liġi dwar il-Proprjetà Immobbli (Dritt għall-Proprjetà tal-Art, Reġistrazzjoni u Valutazzjoni) u tniżżel fil-ktieb tal-istatuti fl-1 ta’ Settembru 1946, il-liġijiet Ottomani u ħafna mil-liġijiet kolonjali sussegwenti kienu rrevokati, inkluża l-Liġi Nru. 12 tal-1907 (li kienet għadha fil-ktieb tal-istatuti), u ġiet introdotta bażi ġdida u moderna għar-reġistrazzjoni, għad-dritt għall-proprjetà tal-art u għall-valutazzjoni tal-proprjetà immobbli.

Il-kompjuterizzazzjoni tar-reġistru tal-artijiet inbdiet fl-1995 u għaddejja b’ritmu tajjeb.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tal-Artijiet u tas-Servejs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Intern


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/07/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Latvja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Latvjan diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan u s-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana.


Hemm żewġ reġistri fil-Latvja:

  • is-sistema ta' informazzjoni katastali (kadastrs) – din tintuża għar-reġistrazzjoni tal-komponenti individwali tal-proprjetà u għall-konsolidazzjoni ta' dawn il-komponenti għall-iskop ta' reġistrazzjoni tal-proprjetà fir-reġistru tal-artijiet, u
  • ir-reġistru tal-artijiet (zemesgrāmata) – dan jintuża għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà wara r-reġistrazzjoni tal-proprjetà fis-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana.

Ir-reġistru tal-artijiet

X'joffri r-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan huwa mmaniġġjat u miżmum mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni tal-Qorti (Tiesu administrācija).

Il-proprjetà immobbli hija rreġistrata fir-reġistri tal-artijiet u d-drittijiet tal-proprjetà relatati huma rreġistrati hemm. Ir-reġistri tal-artijiet huma aċċessibbli għall-pubbliku u l-entrati fir-reġistru huma uffiċjali. Ir-reġistri tal-artijiet huma mmaniġġjati mill-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet tad-distrett jew tal-qrati tal-belt (rajona tiesa jew pilsētas tiesa).

Ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat huwa bażi tad-dejta elettroniku li jaħżen ir-reġistri tal-artijiet, il-kotba ta' reġistrazzjonijiet u indiċi alfabetiku b'mod permanenti mingħajr emendi, u jippermetti li din id-dejta tidher fuq skrin tal-kompjuter u tiġi stampata minn kompjuter.

Ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat jiffoka fuq iċ-ċirkustanzi legali u fattwali tal-proprjetà immobbli u għandu informazzjoni dwar kwistjonijiet ġenerali, fosthom:

  • is-servitujiet u l-gravami tal-proprjeta immobbli,
  • l-art iżolata,
  • il-proprjetarji,
  • il-bażi ġuridika għat-titolu,
  • in-notifiki dwar l-insolvenza,
  • il-pretensjonijiet mill-kredituri,
  • ir-restrizzjonijiet,
  • il-ħatra ta' werrieta sekondarji u kuntratti tal-wirt,
  • id-drittijiet in rem li jaggravaw id-drittijiet tal-proprjetà u ta' rahan.

Ir-reġistri tal-artijiet jikkonsistu f'portafolli maqsumin f'erba' partijiet.

L-ewwel parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:

  • il-proprjetà immobbli inkwistjoni,
  • is-servitujiet u l-gravami tal-proprjetà immobbli stabbiliti għall-benefiċċju tal-proprjetà immobbli,
  • l-art marbuta mal-proprjetà immobbli,
  • l-erja li tkopri l-proprjetà immobbli u l-art marbuta magħha,
  • l-art iżolata u l-erja tagħha,
  • l-emendi għas-servitujiet u l-gravami li ddaħħlu fl-ewwel parti u t-tħassir tagħhom.

It-tieni parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:

  • il-proprjetarju tal-proprjetà immobbli,
  • il-bażi għad-drittijiet tal-proprjetà u l-ammont li bih ġiet akkwistata l-proprjetà immobbli, jekk dan ikun provdut,
  • in-notifiki li jiżguraw il-pretensjonijiet għad-drittijiet tal-proprjetà u r-reġistrazzjoni ta' dawn id-drittijiet,
  • ir-restrizzjonijiet sabiex teħles mill-proprjetà immobbli u taggravaha bi drittijiet in rem,
  • il-ħatra ta' werrieta sekondarji,
  • il-kuntratti ta' wirt.

It-tielet parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:

  • id-drittijiet in rem li jaggravaw il-proprjetà immobbli,
  • in-notifiki li jservu sabiex jistabbilixxu d-drittijiet in rem imsemmija qabel.

Ir-raba' parti tintuża sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar:

  • id-drittijiet ta' rahan stabbiliti fir-rigward tal-proprjetà immobbli u l-ammont tar-rahan,
  • in-notifiki li jistabbilixxu d-drittijiet ta' rahan imsemmija qabel,
  • l-emendi għar-reġistrazzjonijiet u t-taħsir.

L-aċċess għar-reġistru ċentrali kkompjuterizzat Latvjan huwa ba ħlas?

Il-funzjoni ta' tfittxija għall-proprjetà immobbli hija b'xejn. Madankollu, hemm tariffa ta' EUR 4,27 sabiex tara l-portafoll.

It-tariffa tas-sottoskrizzjoni kuntrattwali kull xahar hija ta' EUR 49,80, u t-tariffa sabiex tara l-portafoll hija ta' EUR 2,85.

Kif tfittex fir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan

Tista' tfittex l-informazzjoni dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-proprjetà immobbli rreġistrata fir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat permezz ta':

  • in-numru tal-portafoll,
  • it-titolu tal-proprjetà,
  • in-numru katastali,
  • l-indirizz tal-proprjetà.

L-informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli hija disponibbli mill-Amministrazzjoni tal-Qorti li żżomm ir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat, mill-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet tad-distrett u l-qrati tal-belt, u minn fuq l-internet.

L-awtoritajiet nazzjonali u l-uffiċjali li l-Amministrazzjoni tal-Qorti ttihom informazzjoni mill-kotba ta' reġistrazzjonijiet, il-kawżi ta' proprjetajiet immobbli u l-indiċi ta' persuni huma stipulati mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kabinett.

Storja tar-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan

Dan huwa perjodu sinifikanti fl-iżvilupp operazzjonali tar-reġistru tal-artijiet, wara l-pass miftiehem għar-reġistri tal-artijiet kompjuterizzati u l-ħolqien tar-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat Latvjan. Għaddejja tranżizzjoni gradwali u mmirata għal reġistru tal-artijiet modern u elettroniku, mill-akkwiżizzjoni tal-ewwel kompjuters, li ntużaw bħala tajprajters, għall-ħolqien tas-sistema ta' reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli, il-konverżjoni tal-informazzjoni tar-reġistri tal-artijiet kollha minn fuq karta għal format elettroniku, u l-unifikazzjoni tal-bażijiet tad-dejta tas-27 unità tar-reġistru tal-artijiet tad-distrett jew tal-qorti tal-belt kollha kemm huma f'bażi tad-dejta tar-reġistru tal-artijiet wieħed nazzjonali, li tkun l-unika bażi tad-dejta li jkollha informazzjoni rikonoxxuta legalment.

L-1998 kienet sena sinifikanti fil-proċess tal-kompjuterizzazzjoni, għaliex saru emendi fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar ir-Reġistru tal-Artijiet, fejn żdied kapitolu ġdid dwar ir-reġistru tal-artijiet kompjuterizzat. Wara dawn il-bidliet kien jeħtieġ ammont sostanzjali ta' xogħol sakemm, fl-ewwel nofs tal-2001, l-unitajiet kollha gradwalment ingħaqdu fir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat. Fl-istess waqt tal-introduzzjoni tas-sistema ta' reġistrazzjoni tar-reġistru tal-artijiet, sar xogħol sabiex jiġi żviluppat it-tixrid u tittejjeb il-websajt.

Ir-reġistru kompjuterizzat jinżamm bl-objettiv li tinħażen id-dejta kollha dwar ir-reġistru tal-artijiet f'bażi tad-dejta waħda ċentrali. Id-dejta f'din il-bażi tad-dejta unifikata biss għandha forza ġuridika u l-persunal tal-unità tar-reġistru tal-artijiet biss għandu aċċess għal din id-dejta. Il-prinċipji li bihom huma organizzati r-reġistri tal-artijiet baqgħu ma nbidlux waqt il-kompjuterizzazzjoni – il-ġurisdizzjoni territorjali nżammet u, bħal qabel, l-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet jaċċettaw talbiet sabiex jiddaħħlu reġistrazzjonijiet u jiġu adottati deċiżjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà u dwar ir-reġistrazzjoni ta' drittijiet tal-proprjetà relatati fir-reġistru tal-artijiet.

Il-5 ta' Lulju 2001 huwa meqjus bħala d-data ta' tnedija tar-reġistru tal-artijiet kompjuterizzat. F'dan il-jum ir-reġistru ċentrali kkompjuterizzat beda jaħdem u l-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.zemesgramata.lv/ saret disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Il-websajt jagħti aċċess għal informazzjoni dwar statistiki tal-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet, aħbarijiet u pubblikazzjonijiet relatati mar-reġistru tal-artiiet, l-indirizzi u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-unitajiet tar-reġistru tal-artijiet, it-tariffi, id-dokumenti mitluba meta żżur unità tar-reġistru tal-artijiet u, l-aktar importanti, l-informazzjoni dwar kull proprjetà li tiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet, il-proprjetarju tagħha, servitujiet u gravami.

L-Amministrazzjoni tal-Qorti ilha responsabbli kompletament għaż-żamma organizzattiva u teknika tar-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat mill-1 ta' April 2004.

Sal-1 ta' Diċembru 2012 l-għadd ta' portafolli tal-proprjetà immobbli miftuħin fir-reġistri tal-artijiet kien ta' 1,2 miljun. Kull xahar jiġu kkonsultati 145 000 portafoll fir-reġistru tal-artijiet ċentrali kkompjuterizzat.

Is-sistema ta' informazzjoni katastali

X'toffri s-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana?

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasistema ta' informazzjoni katastali Latvjana hija sistema kontabilistika unifikata tal-proprjetà immobbli li tipprovdi, iżżomm u tapplika dejta testwali u spazjali aġġornata uffiċjali dwar il-proprjetà immobbli li tinsab fir-Repubblika tal-Latvja, l-unitajiet ta' art, l-istrutturi, il-gruppi tal-bini u s-sezzjonijiet tal-unitajiet tal-art li jagħmlu parti minn din il-proprjetà immobbli, u anke l-proprjetarji, id-denteturi legali u l-utenti.

Hija miżmuma mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta-Art tal-Istat (Valsts zemes dienests).

Il-proprjetà fil-Latvja hija magħmula minn dawn l-erba' tipi:

  • proprjetà li tikkonsisti f'art,
  • proprjetà li tikkonsisti f'art u strutturi,
  • proprjetà li tikkonsisti fi struttura biss,
  • appartamenti.

Bħala kategorija tal-proprjetà immobbli, l-art tkopri l-proprjetà immobbli fis-sens wiesa' tal-kelma, jiġifieri l-art flimkien mal-istrutturi li jappartjenu għall-proprjetarju, kif ukoll il-proprjetà li tikkonsisti f'art mhux żviluppata. Il-proprjetà fil-forma ta' struttura hija l-proprjetà immobbli li tinkorpora biss struttura li tinsab fuq art li tappartjeni lil proprjetarju differenti. Il-proprjetà fil-forma ta' appartment f'bini li jikkonsisti f'għadd ta' residenzi li jappartjenu lil diversi proprjetarji hija l-proprjetà ta' kull proprjetarju individwalment, flimkien ma' parti nozzjonali tal-proprjetà komuni rispettiva.

L-informazzjoni katastali tikkonsisti fi:

  • dejta testwali – dejta dwar id-deskrizzjonijiet katastali, l-erja, il-valur katastali, il-gravami u r-restrizzjonijiet tal-proprjetà immobbli u l-oġġetti katastali assoċjati li jagħlu parti mill-proprjetà immobbli, u anke l-proprjetarju, id-detenturi legali u l-utenti tagħha.
  • dejta spazjali –  immaġnijiet kartografiċi li juru l-fruntieri tal-unitajiet tal-art, is-sezzjonijiet tal-unitajiet u l-istrutturi tal-art, id-deskrizzjonijiet katastali u informazzjoni oħra li tikkaratterizza l-oġġetti katastali.

Id-dejta katastali tintuża għal dawn l-iskopijiet:

  • ir-reġistrazzjoni tad-drittijiet tal-proprjeta immobbli,
  • l-istabbiliment tat-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli,
  • l-użu tal-proprjetà immobbli u l-ippjanar għall-iżvilupp tal-proprjetà immobbli,
  • il-valwazzjoni katastali,
  • l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-proprjetà immobbli,
  • l-iżvilupp ekonomiku nazzjonali, reġjonali u muniċipali u l-ippjanar territorjali,
  • l-operazzjonijiet tal-użu tal-art u l-pjanijiet għall-ħarsien tal-ambjent,
  • it-tħejjija għall-informazzjoni statistika nazzjonali,
  • it-tfassil tal-valur kontabilistiku tal-art,
  • il-ħolqien u ż-żamma tas-sistemi ta' informazzjoni ġeografika,
  • il-previżjoni tal-interessi tal-proprjetarji ta' reġistri u sistemi ta' informazzjoni oħrajn,
  • skopijiet oħrajn.

L-aċċess għas-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana huwa ba ħlas?

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tal-pubblikazzjoni tad-dejta tas-Servizz tal-Art tal-Istat jagħti aċċess bla ħlas għal informazzjoni bħan-numru katastali ta' proprjetà; id-deskrizzjoni katastali ta' unità tal-art, struttura jew grupp ta' bini; l-indirizz ta' unità tal-art, struttura jew grupp ta' bini; it-titolu tal-proprjetà; in-numru tal-portafoll tar-reġistru tal-artijiet (meta d-drittijiet tal-proprjetà jkunu ġew reġistrati fir-reġistru tal-artijiet); jew rappreżentazzjoni viżwali tal-lok ta' unità tal-art jew struttura li tuża simbolu fuq mappa satellitari (M 1:50 000).

It-tariffa sabiex tara aktar informazzjoni katastali dettaljata (mingħajr sottoskrizzjoni) hija ta' EUR 2,85 għal kull proprjetà li tara, inklużi l-komponenti katastali tagħha.

L-informazzjoni dwar il-portal hija disponibbli wkoll għall-utenti awtorizzati li ffirmaw kuntratt ta' sottoskrizzjoni. L-informazzjoni dwar it-twaqqif ta' kuntratt mas-Servizz tal-Art tal-Istat hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Kif tfittex fis-sistema tal-informazzjoni katastali Latvjana

Is-sistema ta' informazzjoni katastali tista' tintuża sabiex issib proprjetà, unitajiet tal-art, strutturi u gruppi ta' bini. Aktar informazzjoni dwar l-użu tal-funzjoni tat-tiftix hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-istorja tas-sistema tal-informazzjoni katastali Latvjana

Is-sistema ta' informazzjoni katastali tal-lum tmur lura sal-1992. It-tnedija tagħha ħabtet mar-riforma agrarja, li kienet parti essenzjali mir-ritorn tal-Latvja lejn l-indipendenza u t-tranżizzjoni għall-ekonomija tas-suq. Id-drittijiet tal-individwi li jippossiedu art iġġeddu uffiċjalment fl-1993.

Il-kontenut tas-sistema ta' informazzjoni katastali Latvjana żdied gradwalment. Fl-ewwel erba' snin tat-twaqqif mill-ġdid tagħha fil-bidu tad-disgħinijiet ġew reġistrati biss unitajiet tal-art, il-pussess tal-art u l-użu tal-art. Fl-1996 bdiet tiġi reġistrata wkoll dejta dwar l-istrutturi u mill-2000 bdiet ir-reġistrazzjoni sħiħa tal-appartamenti.

Fl-ewwel tmien snin ta' ħidma tagħha, is-sistema tal-informazzjoni katastali kienet iddedikata prinċipalment għall-ġbir tad-dejta u r-reġistrazzjoni primarja ta' din id-dejta. Mill-2001 il-prijorità ewlenija kienet li l-informazzjoni tinżamm aġġornata u li tiġi żgurata l-kwalità tagħha.

100% tat-territorju nazzjonali huwa rreġistrat fis-sistema ta' informazzjoni katastali u r-reġistrazzjonijiet huma mmaniġġjati f'format diġitali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/01/2016

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Litwanja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja.


X’għandu x’joffri r-reġistru tal-artijiet Litwan?

Tista’ ssib proprjetà immobbli – inkluż art, bini u fondi separati – fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru ta' proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Lietuvos nekilnojamojo turto registras). Hija disponibbli kemm dejta fattwali kif ukoll legali.

Id-dejta fattwali dwar il-proprjetà tikkonsisti fit-tip ta’ informazzjoni li ġejjin:

  • L-erja
  • L-għoli
  • Il-volum
  • Is-sena ta’ kostruzzjoni
  • L-isem tas-sid

Id-dejta legali dwar il-proprjetà tinkludi:

  • Ftehim ta’ proprjetà konġunta
  • Deċiżjonijiet tal-qorti
  • Servitù
  • Ipoteki

Ir-reġistru huwa miżmum mill-intrapriża tal-istat ċentru tar-reġistri (Registrų centras) u huwa superviżjonat mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-siti elettroniċi tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministratur tar-reġistru tal-proprjeta' immobbli tal-Litwanja (Nekilnojamojo turto registro tvarkytojas) u r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-proprjeta' immobbli (Nekilnojamojo turto registras).

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja huwa mingħajr ħlas?

Id-dejta dwar ir-reġistru tal-proprjetà immobbli hija disponibbli bi ħlas biss.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja

Tista’ tfittex fir-reġistru skont il-kriterji li ġejjin:

  • L-indirizz tal-proprjetà
  • In-numru uniku tal-proprjetà
  • Il-kodiċi ta’ persuna legali (sid)
  • Il-kodiċi personali ta’ persuna naturali (sid). It-tiftix skont il-kodiċi personali ta’ persuna naturali (sid) huwa ristrett.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet tal-Litwanja

Ir-reġistru fih innifsu ġie stabbilit  fl-1998, filwaqt li d-dejta mill-1958 hija miġbura fir-reġistru.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntrapriża tal-istat Ċentru tar-reġistri (valstybės įmonė Registrų centras)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar l-Artijiet Ewropea (Europos žemės informacijos tarnyba)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/02/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Lussemburgu

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tal-Portal tagħtik introduzzjoni fil-qosor għar-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu. Għad m’hemmx verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet.


X’għandu x’joffri r-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu?

Ir-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Topografija tal-Istat tal-Lussemburgu.

Ir-reġistru jipprovdi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

  1. Mappa katastali;
  2. Bażi tad-dejta li tinkludi kontenut alfanumeriku dwar:
  • biċċiet ta’ artijiet,
  • proprjetarji,
  • użu tal-art, u
  • erja (daqs).

L-informazzjoni hija disponibbli bil-Lussemburgiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu huwa mingħajr ħlas?

L-ewwel nett, għad m’hemmx verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet. It-tieni nett, l-aċċess għall-verżjoni kartaċeja huwa bil-ħlas.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet tal-Lussemburgu

Ir-reġistru tal-artijiet kien stabbilit fl-1820.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/12/2018

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Ungerija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ungeriż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Ungerija.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet Ungeriż?

Ir-Reġistru tal-Artijiet Ungeriż huwa ġestit mill-Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali (Vidékfejlesztési Minisztérium) u mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija .

Is-sit elettroniku uffiċjali tal-Uffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija (magyarországi földhivatalok) joffri informazzjoni dwar in-netwerk mifrux mal-pajjiż kollu tal-uffiċċji tal-artijiet Ungeriżi, minbarra li jipprovdi aċċess għan-netwerk istituzzjonali kollu tal-amministrazzjoni tal-artijiet, b’dettalji dwar:

  • Il-kompiti tagħhom
  • Dmirijiet u servizzi pprovduti
  • Proġetti ġodda u importanti

Tista’ tniżżel mis-sit formoli amministrattivi u taqra dwar is-servizz elettroniċi tagħna u dwar il-kundizzjonjiet biex tidħol fis-sistema. Hawnhekk, tista’ ssib anki l-leġiżlazzjoni rilevanti.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Ungeriż huwa mingħajr ħlas?

Mill-2003, l-utenti rreġistrati (il-korpi amministrattivi pubbliċi, il-banek, l-avukati, in-nutara pubbliċi, l-awtoritajiet muniċipali, aġenti tal-proprjetà immobbli, eċċ.) setgħu jaċċessaw is-servizzi onlajn (TAKARNET) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċji tal-Artijiet.Id-dejta hija disponibbli soġġetta għal ħlas, f’konformità ma’ leġiżlazzjoni rilevanti.

F’Ġunju 2011 tnieda s-servizz tal-Uffiċċju Onlajn tal-Artijiet (Földhivatal Online), li ċ-ċittadini jistgħu jaċċessawh direttament mill-portal tal-Gvern permezz tal-ID ċentrali tal-"gateway tal-klijenti" (ügyfélkapu), u fejn jistgħu jużaw servizzi onlajn soġġetti għal ħlas, l-istess bħall-utenti rreġistrati.

Il-klijenti tal-Uffiċċju Onlajn tal-Artijiet jistgħu jaċċessaw firxa limitata ta’ dejta bla ħlas. Madankollu, is-servizz bla ħlas ikopri biss id-dejta deskrittiva dwar il-proprjetaijiet (l-ewwel taqsima tal-karta tal-proprjetà (tulajdoni lap)). Tista’ tfittex fil-bażi tad-dejta bin-numru tal-porzjon tal-art (helyrajzi szám) jew l-indirizz tal-proprjetà. L-utenti rreġistrati u ċ-ċittadini jistgħu jaċċessaw dawn is-servizzi onlajn 24 siegħa kuljum permezz tal-internet.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Ungeriżi

B’mod ġenerali, tista' tfittex fuq il-bażi ta':

  • In-numru tal-porzjon tal-art;
  • L-intervall tal-porzjon tal-art;
  • L-indirizz tal-proprjetà.

L-utenti bi drittijiet speċjali (il-pulizija, l-awtoritajiet investigattivi, l-eżekuturi tal-qrati, in-nutara pubbliċi f’każijiet ta’ wirt) jistgħu jfittxu skont l-isem u d-dejta personali tal-proprjetarju u/jew tal-persuna intitolata.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Ungeriż

L-isem uffiċjali tas-sistema legali u amministrattiva li timmaniġġja r-reġistru tal-proprjeta immobbli fl-Ungerija huwa s-“sistema unifikata tar-reġistri tal-artijiet” (egységes ingatlan-nyilvántartási rendszer). Din is-sistema hija meqjusa "unifikata" għaliex id-dejta katastali tal-pjanti u d-dejta legali (telekkönyv, ‘Grundbuch’) ġew immaniġjati f’forma integrata, kemm legalment kif ukoll istituzzjonalment, sa mill-1971. Netwerk istituzzjonali wieħed li jikkonsisti fl-uffiċċji tal-artijiet kollha huwa responsabbli mir-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet legali u mill-bidliet fil-mapep tar-reġistrazzjoni tal-artijiet, u jipprovdi dejta u jwettaq kompiti oħra mal-artijiet u mal-proprjeta mibnija. Is-sistema unifikata tar-reġistru bbażat fuq it-titoli tal-Ungerija kienet l-ewwel tax-xorta tagħha fl-Ewropa.

Is-sistema Ungeriża għandha diversi skopijiet, minħabba li apparti l-attivitajiet tagħha li jkopru l-firxa sħiħa tar-reġistrazzjoni tal-artijiet hija twettaq numru ta’ kompiti oħra, bħat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ netwerk ta’ punti ta’ kontroll ġeodetiku, l-immappjar topografiku, il-konservazzjoni tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni tal-kiri tal-artijiet u l-manutenzjoni tal-konfini amministrattivi.

Din il-bażi tad-dejta pubblika u kumplessa li fiha informazzjoni dwar l-artijiet agrikoli u l-proprjetà immobbli, jiġifieri dwar uħud mill-aktar komponenti importanti tal-ħajja ekonomika, tal-agrikoltura u taċ-ċirkulazzjoni tal-kreditu, hija mmaniġġjata mill-amministrazzjoni tal-artijiet b’mod integrat u tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Ungerija. L-għan tas-sistema huwa li tgħin biex issaħħaħ id-dritt għall-proprjetà, ambjent b'saħħtu, libertà ta' impriża u kompetizzjoni, u li tirreġistra uffiċjalment sinjali naturali u artifiċjali billi tipprovdi sistema ta’ reġistrazzjoni tal-artijiet awtentikata pubblikament u infrastruttura ta’ dejta spazjali.

L-għan ġenerali huwa r-reġistrazzjoni u l-immaniġġjar uffiċjali tad-dejta dwar il-proprjetà kollha tal-artijiet u proprjetà oħra, filwaqt li tiżgura s-sigurtà tad-drittijiet tas-sjieda u intitolamenti oħra relatati mal-proprjetà billi jipprovdu sistema u infrastruttura tar-reġistrazzjoni tal-artijiet uniformi u awtentikata pubblikament.

Barra minn hekk, is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-artijiet unifikata għandha żewġ għanijiet speċifiċi. L-objettiv legali tar-reġistrazzjoni tal-artijiet huwa li tipproteġi d-drittijiet relatati mal-proprjetà immobbli u d-dokumenti uffiċjali, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi ċertezza għas-sidien u d-detenturi bona fide u tippromwovi l-użu profitabbli tal-proprjeta immobbli. Min-naħa l-oħra, il-mira ekonomika tas-sistema hija li sservi ta’ bażi uniformi għall-ippjanar u għat-twaqqif tal-obbligi finanzjarji, biex tiffaċilita l-governanza u l-investiment tal-proprjetà permezz tad-dispożizzjoni tad-dejta statistika, u biex tipprovdi servizzi lis-soċjetà kollha.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-gvern (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKormányzati portál)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku uffiċjali tal-Uffiċċji tal-Artijiet tal-Ungerija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaA magyarországi földhivatalok hivatalos honlapja)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Malta

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet ta’ Malta.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet Malti?

Ir-reġistru elettroniku tad-Dipartiment Malti tar-Reġistru tal-Artijiet huwa aċċessibbli biss għall-impjegati tar-Reġistru tal-Artijiet u għall-membri ta’ żewġ dipartimenti oħrajn tal-gvern  li għandhom drittijiet ta’ qari biss.

L-informazzjoni inkluża fir-reġistru għadha ma tkoprix il-Gżejjer Maltin kollha u għadha qed tiġi kompilata, bil-possibbiltà li tkun provduta on line fil-ġejjieni. Madankollu, il-klijenti jistgħu jitolbu tiftix tar-reġistru billi jimlew il-formola rilevanti. Il-mistoqsijiet ġenerali jistgħu jiġu indirizzati wkoll lid-Direttur tar-Reġistru tal-Artijiet ta’ Malta, Casa Bolino, 116 Triq il-Punent, Valletta VLT 1535.

Tista’ anki ċċempel fuq +35621239777 jew tuża l-posta elettronika (email): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaland.registry@gov.mt

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Malti huwa mingħajr ħlas?

Le, l-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Malti huwa bi ħlas. Kull tiftixa tqum €4.66.

Kif tfittex fir-reġistru tal-artijiet Malti?

Il-klijenti jistgħu jitolbu tiftix tar-reġistru billi jimlew il-formola rilevanti.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Malti

Ir-reġistru nħoloq fl-1982 skont l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Artijiet, Kapitolu 296 tal-Liġijiet ta’ Malta.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/12/2016

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Olanda

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet Olandiż.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet Olandiż?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Olandiż huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Kadaster (Katast, l-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Tfassil tal-Mapep), awtorità pubblika responsabbli mid-drittijiet ta’ reġistrazzjoni u mill-interessi li jaffetwaw kwalunkwe proprjetà (inklużi l-art u l-bini) u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom (eż. id-daqs).

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Olandiż huwa mingħajr ħlas?

Le, l-aċċess huwa bi ħlas. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKadaster.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Olandiż

Il-professjonisti fl-Olanda li għandhom abbonament mar-Reġistru tal-Artijiet Olandiż jistgħu jagħmlu tiftix fih billi jużaw il-parametri ta’ tiftix li ġejjin:

  • Isem il-proprjetarju jew il-persuna konnessa mal-proprjetà
  • Indirizz
  • Kodiċi postali
  • Identifikatur katastali
  • Mappa
  • Mappa tal-posta
  • Numru tal-ftehim iffirmat
  • Isem il-proprjetà.

L-informazzjoni kollha tintwera bl-Olandiż u l-kontijiet jintbagħtu darba fix-xahar.

L-utenti professjonali abbonati fil-pajjiżi parteċipanti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEULIS (is-Servizz Ewropew dwar Informazzjoni dwar l-Artijiet) jistgħu jagħmlu tiftix fir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż billi jużaw il-parametri li ġejjin:

  • Indirizz
  • Kodiċi Postali
  • Identifikatur katastali
  • Mappa
  • Mappa tal-post.

L-informazzjoni kollha tintwera bl-Ingliż; il-kontijiet jintbagħtu permezz tar-reġistru nazzjonali tal-artijiet ikkonċernat.

L-individwi jistgħu jfittxu fir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż billi jużaw il-parametri li ġejjin:

  • Indirizz
  • Kodiċi postali

L-informazzjoni kollha (għalkemm inqas minn dik ipprovduta lill-utenti professjonali) tintwera bl-Olandiż u l-ħlas jista’ jsir b’Mastercard, b’Visa Electron, b’Visa, b’American Express, b’Diners Club, b’iDEAL jew b’ċekk minn fuq l-Internet.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Olandiż

Tista’ ssib informazzjoni dwar il-proprjetà kollha mid-data meta twaqqaf il-Kadaster Olandiż (1832).

Bejn l-1981 u l-1985, il-Kadaster Olandiż qiegħed l-informazzjoni kollha li kellu dak iż-żmien f’sistemi kompjuterizzati. L-informazzjoni mill-1985 ’il quddiem hija disponibbli onlajn. L-impjegati tal-Kadaster għandhom aċċess għall-informazzjoni storika (1832-1985) li tinsab fl-arkivji diġitali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Ewropew dwar Informazzjoni dwar l-Artijiet, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKatast (Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Tfassil tal-Mapep )


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/02/2015

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Awstrija

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniż diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tal-Portal tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Awstrija.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet Awstrijak?

Ir-reġistru tal-artijiet (Grundbuch) jipprovdi tweġibiet għal kwistjonijiet legali kif ukoll fattwali. Huwa jinkludi r-rekords tat-tranżazzjonijiet kollha dwar il-proprjetà li huma legalment vinkolanti fl-Awstrija.

Ir-reġistru tal-artijiet u l-arkivju elettroniku tad-dokumenti tiegħu huma disponibbli mill-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Awstrijak

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess jinvolvi ħlas ċkejken. Biex tikseb aċċess, tista' tikkuntattja lil wieħed mill-fornituri jew lil "stabbilimenti tar-rilaxx" (Verrechnungsstellen) elenkati fit-taqsima tal-Grundbuch fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja Awstrijak

Kif tagħmel tiftix fir-reġistru tal-artijiet

Billi ddaħħal l-isem tal-muniċipalità (Gemeinde) u n-numru tal-plott (l-Einlagezahl jew l-‘EZ’) jew in-numru tal-proprjetà, (Grundstücksnummer), tista’ tikseb l-informazzjoni li ġejja mill-bażi tad-dejta:

  • siltiet mir-reġistru tal-artijiet,
  • siltiet mill-mapep katastali,
  • kopji ta’ mapep.

Din l-informazzjoni tinkludi d-dejta kollha li ġiet reġistrata riċentement. Fuq talba, tista’ tikseb anki d-dejta li tkun tħassret sakemm din tkun iddaħħlet wara l-bidla tar-reġistru għal verżjoni elettronika. Id-dejta l-antika hija disponibbli fuq il-karta biss.

Mhux possibbli li tikseb informazzjoni dwar persuni. Għal informazzjoni dwar persuni, il-partijiet interessati jridu japplikaw fl-uffiċju tar-reġistru tal-artijiet (Grundbuchsabteilung) ta' kwalunkwe qorti distrettwali (Bezirksgericht), u juru li jixtiequ jiksbu l-informazzjoni minħabba li għandhom interess legali.

L-Istorja tar-reġistru tal-artijiet

Ir-reġistru l-antik tal-artijiet kien jirreġistra u jaħżen informazzjoni kartaċeja. Bejn l-1980 u l-1992, ir-rekords ġew trasferiti fil-bażi tad-dejta tar-reġistru tal-artijiet.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2018

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Polonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Polonja.


X'joffri r-reġistru tal-artijiet Pollakk?

Ir-reġistru tal-artijiet Pollakk (rejestr ksiąg wieczystych) huwa miżmum skont l-Att dwar ir-Reġistri tal-Artijiet u l-Ipoteki.

Skont l-Att, ir-reġistri tal-artijiet jinżammu sabiex jiġi stabbilit l-istat ġuridiku tal-propjetà. Ir-reġistri fihom din l-informazzjoni essenzjali:

  • il-konnotati tal-propjetà (inklużi l-porzjonijiet diviżi tal-art li jiffurmaw il-propjetà kollha);
  • id-dettalji tas-sid(ien) tal-propjetà jew id-detentur tal-użufrutt perpetwu;
  • informazzjoni dwar drittijiet oħra tal-partijiet in rem;
  • it-tip u l-ammont tal-ipoteka rreġistrata fuq il-propjetà.

Ir-reġistri tal-artijiet huma dokumenti pubbliċi aċċessibbli mill-pubbliku. Mill-1 ta' Ġunju 2010 l-aċċess għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida reġistru tal-artijiet huwa possibbli elettronikament billi jiddaħħal in-numru tiegħu.

Barra minn hekk, tista' tinġieb kopja mir-reġistru tal-artijiet jew ċertifikat li jindika li r-reġistru ngħalaq.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Pollakk huwa mingħajr ħlas?

Il-konsultazzjoni tar-reġistri tal-artijiet hija mingħajr ħlas.

Madanakollu, kopja mir-reġistru tal-artijiet jew ċertifikat li jindika li r-reġistru ngħalaq huma bi ħlas.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/09/2014

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Portugall

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din il-paġna tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet Portuġiż.

Ir-Reġistru tal-Artijiet (Registo Predial)

Ir-reġistru tal-artijiet jinżamm mill-Uffiċċji tar-Reġistru tal-Artijiet, taħt id-direzzjoni tar-Reġistraturi tal-Artijiet, li huma parti mill-Instituto dos Registos e do Notariado (Istitut tar-Rekords u n-Nutara). Dawn l-uffiċji huma mifruxa mal-Portugall kollu, f'kull muniċipalità iżda l-ġuriżdizzjoni tagħhom mhix limitata skont il-post ġeografiku tagħhom u jistgħu jieħdu kwalunkwe miżura marbuta ma' kwalunkwe propjetà fil-Portugall.

L-għan prinċipali tar-reġistru tal-artijiet huwa li jipprovdi informazzjoni fuq l-istat ġuridiku tal-propjetà u jiżgura s-sigurtà tat-trasferiment tal-propjetà. Bħala regola ġenerali, ir-reġistru huwa obbligatorju għal kull kwistjoni marbuta mat-titoli sa mill-21 ta' Lulju 2008.

Ir-reġistru finali jikkostitwixxi preżunzjoni tal-eżistenza ta' dritt fuq il-propjetà li tappartjeni lill-possessur irreġistrat skont it-termini preċiżi stabbiliti fir-reġistru.

Każijiet li għalihom jinħtieġ annotament fir-reġistru tal-artijiet:

a) fatti ġuridiċi li jistabbilixxu l-eżistenza, ir-rikonoxximent, l-akkwist jew tibdil fid-dritt ta' propjetà, użufrutt, użu u l-abitazzjoni, jew servitujiet;

b) fatti ġuridiċi li jistabbilixxu l-eżistenza jew it-tibdil fis-sidien ta' appartamenti (propriedade horizontal) u d-dritt ta' residenza perjodika;

c) fatti legali li jħassru (convenções anuláveis) jew jikkanċellaw (convenções resolúveis) id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu a);

d) modifika fl-artijiet minħabba diviżjoni f'porzjonijiet, it-twaqqif tal-kopropjetà u d-diviżjoni mill-ġdid tal-art f'porzjonijiet, kif ukoll tibdil relatat;

e) is-sempliċi pussess;

f) wegħda ta' ċessjoni (alienação) jew ipoteka (oneração), ftehim ta' preferenza (pactos de preferência) u dispożizzjonijiet testamentarji, meta dawn jidħlu fis-seħħ, kif ukoll ċessjoni tal-pożizzjoni kuntrattwali minħabba l-fatti kkonċernati;

g) ċessjoni (cessão) ta' propjetà lill-kredituri:

h) ipoteka, ċessjoni jew modifika tagħha, ċessjoni tal-prijorità tad-dritt li għandha l-ipoteka u l-assenjazzjoni tal-kera (consignação de rendimentos);

i) it-trasferiment tad-debiti garantiti mill-ipoteka jew mill-assenjazzjoni tal-kera, fejn il-garanzija teħtieġ li tiġi trasferita;

j) l-għoti tal-propjetà immobbli bħala garanzija għar-riservi tekniċi tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, kif ukoll il-garanzija tar-responsabbiltà ta' min iħaddem;

l) il-kera finanzjarja u t-trasferiment tal-propjetà;

m) lokazzjoni li ddum aktar minn sitt snin u trasferiment tal-propjetà jew sullokazzjoni, ħlief għall-qbiela tar-raba';

n) sekwestru u dikjarazzjoni tal-insolvenza;

o) pleġġ, sekwestru, qbid u inventarju tal-assi garantiti b'ipoteka jew assenjazzjoni tal-kera u atti jew miżuri oħra li jaffettwaw dawn l-assi;

p) stabbiliment ta' 'fedekommessi' (apanágio) u l-emendi tagħhom;

q) obbligu (ónus) ta' kull tnaqqis f'donazzjoni soġġetta għar-rifużjoni;

r) piżijiet ta' dar għall-abitazzjoni bil-kera kontrollata (casa de renda limitada) jew l-introjtu fuq bini ta' din il-kategorija;

s) obbligu tal-ħlas tar-renta għall-każijiet tal-għajnuna lill-bdiewa;

t) rinunzja għall-kumpens, f'każ ta' esproprijazzjoni, għaż-żieda fil-valur tal-propjetà minħabba x-xogħol fuq l-immobbli f'żoni ħdejn toroq nazzjonali jew żoni koperti minn pjanijiet muniċipali ta' titjib;

u) restrizzjonijiet oħra fuq id-dritt ta' propjetà, piżijiet oħra u sitwazzjonijiet oħra li bil-liġi jridu jitniżżlu fir-reġistru;

v) konċessjoni tal-propjetà lill-gvern u t-trasferiment tal-propjetà, fejn trid tiġi reġistrata l-ipoteka fuq id-dritt konċess;

x) fatti legali li jaffetwaw it-terminazzjoni tad-drittijiet reġistrati, il-piżijiet jew l-obbligi.

z) it-titolu li jistabbilixxi impriża tat-turiżmu u l-emendi tiegħu.

L-atti li ġejjin ukoll iridu jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-artijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet finali wara l-għoti ta' sentenza finali, li l-għan prinċipali jew alternattiv tiegħu huwa:

a) ir-rikonoxximent, l-istabbiliment, l-emenda jew it-terminazzjoni ta' wħud mid-drittijiet msemmija fil-paragrafu ta' qabel, kif ukoll l-atti revokatorji;

b) ir-riorganizzazzjoni, id-dikjarazzjoni ta' nullità jew l-invalidità ta' reġistrazzjoni jew il-kanċellament tagħha;

c) proċeduri li l-għan tagħhom huwa li jiddikjaraw l-anness u l-inventarju, kif ukoll miżuri oħra li jaffettwaw it-trasferiment ħieles tal-propjetà, u l-miżuri rispettivi ddikjarati.

Il-prinċipji tar-reġistru tal-artijiet

Il-prinċipju tal-infurzar kontra terzi

Il-fatti li jridu jitniżżlu fir-reġistru, anke jekk mhux reġistrati, jistgħu jitqajmu bejn il-partijiet jew l-eredi tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-iskrizzjoni ta' ipoteka, li għandha effett bejn il-partijiet biss jekk tiġi rreġistrata fir-reġistru.

Madankollu, każijiet li jridu jitniżżlu fir-reġistru għandhom effett kontra terzi mid-data tal-iskrizzjoni.

Il-prinċipju tal-prijorità

L-ewwel dritt irreġistrat jieħu preċedenza fuq drittijiet irreġistrati aktar tard fuq l-istess propjetà, fl-ordni tad-data tar-reġistrazzjonijiet, u, fl-istess jum, skont il-ħin li fih saru s-sottomissjonijiet korrispondenti.

Il-prinċipju tal-legalità

Il-possibilità li tintlaqa' rikjesta għar-reġistrazzjoni tiġi eżaminata kontra d-dispożizzjonijiet ġuridiċi applikabbli, id-dokumenti preżentati u r-reġistrazzjoni ta' qabel. Tingħata attenzjoni speċjali fil-verifika tal-indirizz tal-bini, il-leġittimità tal-interess tal-partijiet interessati, il-validità formali tat-titoli u l-validità tal-atti li jagħtu t-titolu.

Il-prinċipju tal-katina tat-titolu

L-aħħar reġistrazzjoni li toħloq il-piżijiet permezz ta' atti ġuridiċi tiddependi fuq ir-reġistrazzjoni ta' qabilha fuq il-propjetajiet li l-piż japplika għalihom.

F'każ illi hemm reġistrazzjoni dwar il-propjetà għall-akkwist jew rikonoxximent ta' dritt li jista' jiġi trasferit jew għal sempliċi pussess, id-detentur rispettiv ta' kull titolu jrid jaġixxi sabiex issir reġistrazzjoni ġdida u finali, sakemm din is-sitwazzjoni mhix konsegwenza ta' reġistrazzjoni oħra minn qabel.

Regola ġenerali għall-preskrizzjoni biex issir reġistrazzjoni

Bħala regola ġenerali, ir-reġistrazzjoni trid tintalab fi żmien 30 ġurnata mid-data li fiha ġew irreġistrati l-fatti jew mid-data tal-ħlas tat-taxxa fejn il-pagament irid isir wara l-istabbiliment tat-titolu (titulação) (f'każ ta' konsenja jew donazzjonijiet).

Karatteristiċi oħra tal-proċedura ta' reġistrazzjoni

Il-prinċipju tal-interess leġittimu (princípio da instância) japplika għar-reġistru tal-artijiet, jiġifieri li r-reġistrazzjoni ssir fuq talba ta' persuna li qiegħda f'pożizzjoni leġittima biex titlob hekk. Dawn li ġejjin għandhom interess leġittimu biex jitolbu reġistrazzjoni fir-reġistru: is-soġġetti attivi u passivi tar-relazzjoni ġuridika kkonċernata, u, b'mod ġenerali, kull min għandu interess jew għandu obbligu li jippromwovi dan l-interess.

It-talba tista' ssir personalment, elettronikament, bil-feks jew bil-posta.

Ir-reġistrazzjonijiet isiru biss fejn jiġu ppreżentati wkoll dokumenti. Il-fatti marbuta mal-bini, bħala regola ġenerali, jitniżżlu f'kuntratt iċċertifikat minn uffiċjal pubbliku (escritura pública) jew minn dokument speċifiku u awtentikat (dokument awtentikat minn nutar, avukat, prokuratur legali jew reġistratur tal-artijiet u ppubblikat fuq is-sit elettroniku Predial Online).

Hemm mekkaniżmu obbligatorju li jipprovdi l-informazzjoni li tkun nieqsa, jew, jekk ir-reġistrazzjoni ma tistax issir kif mitlub, ir-reġistratur jikkuntattja lill-persuna li titlob ir-reġistrazzjoni biex tiġbor id-dokumenti kollha meħtieġa, sabiex ir-reġistrazzjoni ma tiġix miċħuda jew tingħata temporanjament.

Ir-reġistratur jirreġistra t-talba fi żmien għaxart ijiem mid-data tat-talba.

Jekk ir-reġistrazzjoni tiġi miċħuda jew ssir provviżorjament, minħabba xi dubji, il-persuna li tagħmel it-talba tiġi infurmata bir-raġunijiet u tista' tippreżenta appell amministrattiv kontenzjuz quddiem is-superjur tar-reġistru skont il-ġerarkija jew tappella l-qorti.

Tariffi

Ir-Regolament dwar it-tariffi għar-rekords u n-nutara (Regulamento Emolumentar dos Registos e do Notariado - Dekret-Liġi Nru 322-A/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001) jistabbilixxi t-tariffi għar-reġistru tal-artijiet.

L-aċċess għall-informazzjoni fir-reġistru

Minbarra kopji stampati taċ-ċertifikati, l-informazzjoni tista' tiġi aċċessata faċilment onlajn fuq http://www.predialonline.pt/ permezz ta' ċertifikat elettroniku. Hemm informazzjoni aġġornata fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-bini u dwar l-applikazzjonijiet pendenti għar-reġistrazzjoni. L-aċċess huwa bbażat fuq pjan ta’ abbonament annwali, u jiswa €15. L-applikazzjoni trid issir permezz tan-numru deskrittiv tal-bini jew in-numru tat-taxxa tiegħu. Wara li jsir il-ħlas, kodiċi ta' ċertifikazzjoni jippermetti l-aċċess għall-informazzjoni.

Servizzi oħra

Fil-Portugall, huma disponibbli żewġ reġistri relatati mal-artijiet: Predial Online u Casa Pronta.

Predial Online

Kemm dokumenti awtentikati li jkunu proprjetà privata u li jixhdu atti legali kif ukoll dokumenti ta’ kanċellazzjoni tal-ipoteki jistgħu jittellgħu fis-sit. L-avviżi dwar it-trasferiment tal-bini lil entitajiet bi dritt legali ta’ preferenza (biex dawn ikunu jistgħu jħabbru l-intenzjoni tagħhom jeżerċitawx tali drittijiet jew le) jiġu aċċettati wkoll. Huwa wkoll possibbli li tikkonsulta dokumenti ppubblikati rigward il-bini skont il-proċeduri speċjali għal ġustifikazzjoni u korrezzjoni.

Jistgħu jintalbu wkoll reġistrazzjonijiet, fejn il-partijiet iridu jawtentikaw lilhom infushom permezz ta' ċertifikat diġitali.

L-aċċess għal Predial Online huwa mingħajr ħlas?

Il-parti l-kbira tas-sit elettroniku Predial Online huwa disponibbli mingħajr ħlas. Madanakollu, Regulamento Emolumentar dos Registos e do Notariado (Dekret-Liġi Nru 322-A/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001) jistabbilixxi t-tariffi għall-aċċess għal ċerti taqsimiet tas-sit elettroniku, li huma riżervati għall-użu minn utenti awtentikati. L-awtentikazzjoni ssir permezz ta’ ċertifikat diġitali, u tirrigwarda b’mod partikolari r-reġistri onlajn (applikazzjoni u konsultazzjoni tal-istat tal-applikazzjoni) u d-depożitu tad-dokumenti (depożitu u konsultazzjoni).

Informazzjoni disponibbli fir-reġistru ta' Predial Online

Is-sit elettroniku jagħti aċċess għall-informazzjoni u ċ-ċertifikati marbuta mal-propjetà immobbli rreġistrata fir-reġistru tal-artijiet Portugiż

Casa Pronta

Is-servizz Casa Pronta joffri servizz sħiħ, sabiex isiru l-formalitajiet kollha relatati mal-akkwist u l-bejgħ, id-donazzjoni, l-iskambju, datio in solutio (dação pagamento), ta' fondi urbani, rurali jew imħallta, bi jew mingħajr self mill-bank, sat-trasferiment ta' self mill-bank għax-xiri ta' dar għall-abitazzjoni minn bank għall-ieħor jew l-għoti ta' self bl-iskrizzjoni ta' ipoteka fuq id-dar. Is-servizz ta' Casa Pronta jista' jintuża wkoll sabiex jiġi stabbilit id-dritt ta' propjetà tal-appartamenti (propriedade horizontal).

L-ewwel pass f'dawn il-proċeduri isir mar-reġistru tal-artijiet (conservatória) jew ma' bank, li għandhom aċċess għas-sit elettroniku permezz ta' username u password. Dan il-proċess jista’ jiġi segwit fi kwalunkwe ħin.

Is-sit elettroniku joffri lil kwalunkwe individwu l-opportunità li javża dwar it-trasferiment ta’ bini, sabiex l-entitajiet bid-drittijiet legali ta’ preferenza jkunu jistgħu jħabbru l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw dawn id-drittijiet.

L-aċċess għal Casa Pronta huwa mingħajr ħlas?

Regulamento Emolumentar dos Registos e do Notariado (Dekret-Liġi Nru 322-A/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001) jistabbilixxi t-tariffi ta' aċċess għal din il-proċedura.

B'tariffa ta' €15, is-sit elettroniku ta' Casa Pronta joffri lil kull individwu ċ-ċans li javża lil terzi bi trasferiment tal-bini.

Dan jagħti l-possibbiltà lill-entitajiet li jkollhom id-dritt legali ta’ preferenza biex iħabbru l-intenzjoni tagħhom li jeżerċitaw dak id-dritt. Madankollu, f’dan it-tieni każ, l-aċċess għas-sit huwa ristrett.

Barra minn hekk, l-entitajiet li ġejjin biss għandhom aċċess għas-sit elettroniku ta' Casa Pronta:

  • Banek
  • Reġistri tal-artijiet
  • Entitajiet li jirċievu drittijiet legali ta’ preferenza

L-aċċess jinkiseb billi jiddaħħlu isem l-utent u password.

Ma tapplika l-ebda restrizzjoni għall-aċċess fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet biex jiġu eżerċitati d-drittijiet legali ta’ preferenza, li jistgħu jsiru mingħajr ħlas.

Ħoloq utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPredial Online

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCasa Pronta


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 29/12/2017

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Rumanija

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Fir-Rumanija, bħalissa m’hemm l-ebda reġistru tal-artijiet nazzjonali disponibbli elettronikament.

Madankollu, tista’ ssib informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-artijiet mis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija Nazzjonali tal-Katast u tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/06/2013

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Slovenja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tas-Slovenja.


X'joffri r-Reġistru tal-Artijiet Sloven?

Ir- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Sloven fih il-fatti ġuridiċi marbuta mal-proprjetajiet, bħalma huma s-sidien, l-ipoteki, u s-servitù.

Huwa disponibbli wkoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Katast tal-Artijiet li jiffoka fuq iċ-ċirkostanzi fattwali tal-propjetajiet.

Ir-Reġistru tal-Artijiet huwa ta’ u jiġi ġestit mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja..

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Sloven huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess pubbliku elettroniku għar-Reġistru tal-Artijiet huwa disponibbli fuq il-portal e-SodstvoIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html. L-aċċess għad-dejta huwa mingħajr ħlas iżda tinħtieġ reġistrazzjoni minn qabel.

L-aċċess pubbliku għar-Reġistru tal-Artijiet huwa disponibbli wkoll fil-qrati lokali kollha tas-Slovenja, in-nutara u l-unitajiet amminisitrattivi, fejn l-individwi jistgħu jġibu kopja ċertifikata ta' estratt mir-Reġistru tal-Artijiet. L-estratti ċertifikati mir-Reġistru tal-Artijiet isiru bi ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-Reġistru tal-Artijiet Sloven

Jista’ jkollok aċċess għad-dejta billi ddaħħal il-kriterji tat-tiftix li ġejjin:

  • il-muniċipalità katastali, u n-numru tal-porzjoni diviża tal-art
  • il-muniċipalità katastali, in-numru tal-bini u n-numru individwali tal-porzjoni tal-art
  • in-numru ta' identifikazzjoni tal-propjetà (l-ID tal-propjetà)
  • in-numru ta' identifikazzjoni tad-dritt (l-ID tad-dritt)

L-istorja tar-Reġistru tal-Artijiet Sloven

Il-portal elettroniku l-ġdid ilu aċċessibbli mill-2011. Qabel din is-sena, l-informazzjoni kienet aċċessibbli fir-‘reġistru tal-artijiet’ il-qadim.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/javne_knjige/zemljiska_knjiga/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2018

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Slovakkja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tas-Slovakkja.


X'għandu x'joffri r-Reġistru tal-Artijiet Slovakk?

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tar-Reġistru tal-Artijiet Slovakk (Slovenský katastrálny portál) huwa ġestit mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità tal-Ġeografija, l-Kartografija u l-Katast tar-Repubblika Slovakka (Úrad geodésie, kartografie a katastra Slovenskej republiky), u awtorità tal-gvern ċentrali għar-reġistri tal-artijiet. Il-portal jiġi operat u mantnut mill-Istitut tal-Ġeografija u l-Kartografija ta' Bratislava (Geodetický a kartografický ústav Bratislava).

Il-Portal jipprovdi informazzjoni ġuridika u fattwali dwar is-sidien tal-propjetà immobbli. Il-Portal huwa aġġornat darba fil-ġimgħa b'dejta mogħtija mill-uffiċċji tar-reġistri tal-artijiet rispettivi. Ir-riċerka tista' ssir bl-Islovakk u bl-Ingliż. Il-Portal jipprovdi:

  • għażla ta' dejta mill-fajl ta' informazzjoni ġeografika - mapep tal-katast,
  • għażla ta' dejta mill-fajl ta' informazzjoni deskrittiva - informazzjoni dwar porzjonijiet ta' art mhux maqsuma, appartamenti, bini mhux residenzjali u dokumenti dwar is-sidien,
  • reġistru tal-muniċipalitajiet, reġistru tad-distretti tal-katast,
  • rapporti statistiċi,
  • valuri aggregati skont it-tip ta' art,
  • informazzjoni dwar l-istatus tal-proċedimenti quddiem ir-reġistru tal-artijiet,
  • notifiku ta' applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni proposti.

Id- dokument tas-sidien (list vlastníctva) jipprovdi informazzjoni dwar il-propjetà, is-sidien tagħha u d-drittijiet marbuta mal-propjetà, kif ukoll informazzjoni addizzjonali dwar drittijiet relatati mal-propjetà. B'mod aktar speċifiku, id-dokument fih:

  • numru uniku,
  • l-isem tad-distrett fejn tinstab il-propjetà partikolari,
  • l-isem tal-muniċipalità rilevanti,
  • l-isem tad-distrett tal-katast.

Id-dokumenti huwa maqsum fi tliet partijiet:

Part A – Assi tanġibbli, li fiha jiġu mniżżla l-propjetajiet kollha soġġett għal drittijiet ta' propjetà, bid-dettalji dwar:

  • in-numru ta' ettari,
  • it-tip ta' porzjonijiet ta' art mhux maqsuma,
  • kodiċi li juri l-użu permess tal-art,
  • ir-rilevanza għaż-żona mibnija tal-muniċipalità,
  • dettalji ta' spjegazzjoni oħra fuq kwistjonijiet relatati mal-Parti A.

Parti B – Is-sidien jew persuni intitolati oħra, bid-dettalji dwar:

  • l-isem,
  • il-kunjom,
  • il-kunjom ta' xebba, jew isem tas-sid (persuna ġuridika) jew persuni intitolati oħra,
  • id-data ta' twelid,
  • in-numru ta' reġistrazzjoni tat-twelid, jew in-numru ta' reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni,
  • l-ishma f'propjetà konġunta,
  • il-kuntratt notarili: l-akkwist permezz ta' dokument pubbliku jew dokument ieħor,
  • l-indirizz tar-residenza permanenti jew l-uffiċċju reġistrat,
  • dettalji ta' spjegazzjoni oħra fuq kwistjonijiet relatati mal-Parti B.

Part C – Piżijiet, dettalji dwar:

  • servitujiet (x'tinvolvi s-servitù, l-istatus tal-persuna li tgawdi mis-servitù, inkluż l-entrata tas-servitù fid-dokument ta' propjetà ta' din il-persuna),
  • drittijiet ipotekarji (id-dettalji tal-kreditur tal-ipoteka) u tal-ewwel għażla, jekk dawn irid ikollhom l-effett ta' drittijiet reali (l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-ewwel għażla),
  • drittijiet oħra, jekk ikun hemm ftehim fuqhom bħala drittjiet reali,
  • dettalji ta' spjegazzjoni oħra fuq kwistjonijiet relatati mal-Parti C,
  • żiediet/korrezzjonijiet imniżżlin.

Il-Parti C ma tinkludix dejta dwar l-ammonti tad-dejn.

L-aċċess għar-Reġistru tal-Artijiet Slovakk huwa mingħajr ħlas?

L-informazzjoni disponibbli fuq il-portal tar-Reġistru tal-Artijiet hija pprovduta mingħajr ħlas għal kulħadd.

L-Istorja tar-Reġistru tal-Artijiet Slovakk

Il-portal tar-Reġistru tal-Artijiet ilu disponibbli mill-2004. Minn Settembru tal-2007, l-informazzjoni pprovduta mill-portal bil-liġi hija mingħajr ħlas.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit elettroniku tal-portal tar-Reġistru tal-Artijiet, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit elettroniku tal-Awtorità Slovakka tal-Ġeografija, il-Kartografija u l-Katast


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/08/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Finlandja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet Finlandiż.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Finlandiż huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet.

Ir-reġistru jiffoka kemm fuq iċ-ċirkustanzi legali tal-proprjetà, bħas-sistema legali, kif ukoll fuq iċ-ċirkustanzi fattwali, bħal isem sid il-proprjetà. Is-Sistema Nazzjonali tal-Informzzjoni dwar l-Artijiet tinkludi l-informazzjoni kollha li tiddaħħal fir-reġistru katastali u fir-reġistru tal-artijiet Finlandiżi, b’dan tal-aħħar jirreġistra l-jeddijiet għall-proprjetà, l-ipoteki u djun oħrajn.

Id-dejta tal-mapep katastali tiġi pprovduta mill-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja, u 86 muniċipalità jżommu aġġornati r-reġistri tal-mapep katastali għaż-żoni koperti mill-pjanijiet urbani tagħhom. L-aġġornament tar-reġistru tal-artijiet se jkun ir-responsabbiltà tal-qrati distrettwali sal-31 ta’ Diċembru 2009, filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2010 se jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja. Is-sistema tintuża minn dawk kollha li jeħtieġu dejta katastali aġġornata fuq bażi regolari, bħall-banek, diversi awtoritajiet, l-aġenziji immobbiljari u n-nutara.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet huwa mingħajr ħlas?

Le, trid tħallas biex ikollok aċċess.

Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Finlandiż

It-tiftix disponibbli

Tiftixa skont il-mappa, skont l-identifikatur tal-unità tar-reġistru jew skont l-identifikatur tal-isem, tal-indirizz, tal-unità amministrattiva (muniċipali, subborg/raħal) u tal-intrapriża.

Informazzjoni disponibbli

Tista’ ssib informazzjoni dwar:

  • Sjieda
  • Jedd għall-proprjetà
  • Ipoteki u djun,
  • Kiri
  • Servitujiet
  • Informazzjoni dwar l-Istħarriġ tal-artijiet.

Dejta attribwita tal-unità tar-reġistru, is-sid irreġistrat u l-indirizz tas-sid, u r-restrizzjonijiet possibbli għad-dritt għall-proprjetà kif ukoll is-sidien tat-trasferimenti ta’ partijiet irreġistrati; l-ipoteki, is-servitujiet u d-djun fuq unità rreġistrata, kiri rreġistrat.

Prodotti disponibbli

  • Silta mill-katast
  • Ċertifikat tal-jedd għall-proprjetà
  • Ċertifikat ta’ ipoteki u ta’ djun
  • Ċertifikat tal-proprjetà mogħtija b’kiri
  • Silta mit-trasferiment ta’ parti u kopji stampati differenti tal-mapep.

Tingħata informazzjoni dwar kif l-utenti jistgħu jfittxu fir-reġistru (eż. l-indirizz tal-proprjetà).

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Finlandiż

Ir-reġistru ilu jinżamm aġġornat sa mill-1700.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaStħarriġ Nazzjonali tal-Artijiet tal-Finlandja, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-EULIS


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/06/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Svezja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Isvediż diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli tal-Iżvezja, li r-reġistru tal-artijiet huwa wieħed minn ħames taqsimiet integrati tiegħu.


X'joffri r-reġistru tal-artijiet Svediż?

Ir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli, li r-reġistru tal-artijiet huwa parti minnu, huwa reġistru nazzjonali b'diversi użi li jipprovdi informazzjoni dwar:

  • Proprjetà immobbli u unitajiet b'koproprjetà
  • Diviżjonijiet amministrattivi
  • Indirizzi tal-postijiet
  • Erja ġeometrika tal-proprjetajiet/mapep katastali
  • Sjieda
  • Ipoteki u ftehimiet ta' ipoteki
  • Servitujiet u użufrutti
  • Regoli tal-pjanti u l-użu tal-art
  • Monumenti antiki
  • Kejl tal-meded tal-art u simili
  • Drittijiet fuq proprjetà mogħtija b'kiri
  • Storja
  • Binjiet
  • Informazzjoni dwar it-taxxa fuq il-proprjetà

Ir-reġisrtu tal-artijiet huwa mmaniġġjat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità Svediża tal-immappjar, il-katast u r-reġistrazzjoni tal-artijiet (Lantmäteriet).

L-aċċess għar-reġistru Svediż tal-artijiet huwa b'xejn?

L-informazzjoni mogħtija waqt żjarat personali jew permezz tat-telefon tingħata bla ħlas. L-informazzjoni tista' wkoll tintalab skont il-prinċipju tal-aċċess għad-dokumenti pubbliċi. Tapplika tariffa għall-aċċess elettroniku għar-reġistru, ħlief għas-servizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMin fastighet (il-proprjetà tiegħi) li jingħata bla ħlas.

Kif tfittex fir-reġistru tal-artijiet Svediż

Għadd ta’ servizzi ta’ tiftix elettroniku huma direttament disponibbli mill-websajt tal-Awtorità jew mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaaġenti tal-Awtorità (li jinsabu elenkati fil-websajt tal-Awtorità). Ħafna mis-servizzi jirrikjedu abbonament. L-aċċess huwa permezz tas-servizzi onlajn jew mis-selezzjoni u l-ipproċessar. Il-websajt tal-Awtorità toffri is-servizz wkoll

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMin fastighet (il-proprjetà tiegħi), li fiha informazzjoni dettaljata li hija disponbbli biss għas-sid tal-proprjetà.

Huwa possibbli wkoll li jinkiseb aċċess għal informazzjoni minn pajjiżi oħrajn permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEULIS, is-Servizz Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Artijiet.

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Svediż

Il-ħolqien tar-reġistru elettroniku beda fl-1970. Il-ħżin tal-informazzjoni tlesta fl-1995. L-ambjent tekniku u l-mezzi tal-aċċess tar-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli ġew żviluppati gradwalment. Hemm pjanijiet biex tiġi introdotta pjattafoma teknika ġdida fjamanta għar-reġistru tal-artijiet. Il-xogħol f'dan is-sens beda u ser ikompli matul is-snin li ġejjin.

Ħoloq utli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Artijiet (Eulis)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 19/03/2013

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - L-Ingilterra u Wales

Din it-taqsima tipprovdik b’introduzzjoni għar-reġistru tal-artijiet tal-Ingilterra u Wales.


X’joffri r-reġistru tal-artijiet tal-Ingilterra u Wales?

Nirreġistraw is-sjieda tal-artijiet u tal-propjetà fl-Ingilterra u Wales. Il-viżjoni tagħna hija “Id-drittijiet tal-art u tal-proprjetà tiegħek: garantiti u protetti”.

Il-valuri tagħna huma:

  • nagħtu garanzija
  • għandna l-integrità
  • nixprunaw l-innovazzjoni
  • nimxu b’mod professjonali.

Ir-Reġistru tal-Artijiet jipprovdi funzjoni vitali fejn tingħata assigurazzjoni u fiduċja lis-suq tal-proprjetà, billi fih hemm sjieda ta’ propjetà b’valur ta’ aktar minn £4 triljun madwar l-Ingilterra u Wales li tinkludi l’fuq minn £1 triljun f’ipoteki. Ir-Reġistru tal-Artijiet għandu l’fuq minn 150 sena ta’ esperjenza fiż-żamma tar-Reġistru u evolva biex sar dejjem aktar effiċjenti, b’99% tal-informazzjoni tagħna u 73% tas-servizzi ta’ reġistrazzjoni jiġu sottomessi onlajn. Għaddejjin minn proġett ta’ trasformazzjoni biex jinħoloq Reġistru kompletament diġitali bi pjattaforma diġitali kontemporanja għall-artijiet u l-proprjetà biex tappoġġja lir-Reġistru u biex nipprovdu servizz modern u effiċjenti lill-klijenti tagħna.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Ingilterra u Wales huwa mingħajr ħlas?

Għal kull servizz trid titħallas tariffa statutorja. Ma hemm l-ebda tariffa ta’ iskrizzjoni biex ikollok aċċess onlajn u fil-parti l-kbira s-servizzi onlajn huma orħos mis-servizzi bil-posta.

Kif tfittex fir-reġistru tal-artijiet tal-Ingilterra u Wales

Aċċess onlajn:

Permezz tas-Servizzi Elettroniċi tan-Negozju l-utenti tan-negozju jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet biex jirreġistraw l-artijiet u l-propjetà, jew jitolbu għal riċerka tal-mappa tal-indiċijiet onlajn. L-utenti tas-servizzi elettroniċi tan-negozju jistgħu jużaw ukoll il-Mapsearch tagħna mingħajr ħlas biex mill-ewwel:

  • jiċċekkjaw hijiex irreġistrata l-art u l-propjetà fl-Ingilterra u Wales
  • jiksbu n-numru tat-titoli
  • jsiru jafu jekk il-propjetà hiex libera u franka jew hiex soġġetta għal ċens

L-utenti tas-servizzi elettroniċi tan-negozju jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-użu, jirreġistraw bħala utenti u jkollhom kont ta’ debitu dirett varjabbli ma’ bank jew ma’ kumpanija kreditizja immobbiljari fir-Renju Unit.Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Illoggja għas-servizzi elettroniċi tan-negozju.

Is-servizz Sib il-Proprjetàhuwa maħsub għall-membri tal-pubbliku u jintuża wkoll minn negozji ż-żgħar. Jistgħu jfittxu permezz tal-indirizz biex isibu sid l-art jew il-propjetà, biex jaraw sa fejn ġew estiżi l-konfini u jekk hemmx riskju ta’ għargħar. Dawn iridu jirreġistraw irwieħhom bħala utenti u jistgħu jħallsu b’karta tal-kreditu jew tad-debitu. Illoggja f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSib il-Proprjetà.

Il-kopji tar-reġistri u tal-pjanti tat-titoli miksuba permezz tas-Servizzi Elettroniċi tan-Negozju huma “kopji uffiċjali” u għalhekk huma ammissibbli bħala provi quddiem qorti tal-ġustizzja. Mapsearch ma tipprovdix għal indennizz minħabba l-informazzjoni mogħtija.

Il-kopji tar-reġistri u tal-pjanti tat-titoli miksuba permezz tas-servizz Sib il-Proprjetà mhumiex kopji uffiċjali.

Aċċess postali:

Inti tista’ tapplika għal kopji uffiċjali tar-reġistru u tal-pjanta tat-titolu bil-posta billi tuża l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaforms OC1 (għar-reġistru) u OC2 (għad-dokumenti). Dawn il-formoli huma disponibbli mingħajr ħlas bil-posta jew onlajn mir-Reġistru tal-Artijiet. Il-kopji uffiċjali huma ammissibbli bħala provi f’qorti tal-ġustizzja.

Jekk ma tkunx tista’ ssib informazzjoni dwar xi proprjetà onlajn, tista’ tibgħat ukoll “tiftixa tal-mappa ta’ indiċi” (formola SIM) bil-posta sabiex tiskopri jekk l-art tkunx irreġistrata, u jekk tkun irreġistrata, tkun tista’ tikseb in-numru ta’ titolu. Trid tħallas tariffa ffissata permezz tal-Ordni tat-Tariffi tar-Reġistru tal-Artijiet kurrenti.

Tista’ tfittex fir-reġistri tal-Piżijiet fuq l-Artijietbil-posta jew onlajn permezz tas-servizzi elettroniċi tan-negozju billi tuża l-Formola Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaK15 jew (biex tfittex għall-entrati tal-fallimenti biss) il-Formola Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaK16.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/07/2017

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - L-Irlanda ta’ fuq

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda ta’ Fuq.


X'joffri r-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda ta' Fuq?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Artijiet u l-Proprjetà tal-Irlanda ta' Fuq jipprovdi kontenut fiss (li ma jinbidilx) dwar ir- regoli, ir-regolamenti u l-linji gwida li jirregolaw l-operat tad-diversi reġistri.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLandWeb Direct (Servizz ta' Aċċess Dirett għall-Konsumaturi)

Is-servizzi joffri:

  • Faċilitajiet ta' riċerka
  • L-isem tas-sidien u u l-piżijiet fuq il-proprjetà
  • Faċilità li tħallik tniżżel u tistampa l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda ta' Fuq huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-kontenut fiss huwa mingħajr ħlas. L-utenti li jridu jużaw il-faċilitajiet tar-riċerka jridu jirreġistraw għas-servizz u ħafna drabi huma meħtieġa jħallsu tariffi.

Kif tfittex fir-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda ta' Fuq

Il-faċilitajiet ta' riċerka jinkludu l-aċċess għall-mapep tat-titoli, il-firxa tat-titolu u d-dokumentazzjoni tat-titolu. Din il-bażi tad-dejta tinkludi l-ismijiet tas-sidien u kull piż fuq il-proprjetà.

Il-faċilitaijiet tal-E-registration jippermettu lill-utenti rreġistrati li jimlew diversi formoli ta' reġistrazzjoni, jikkalkulaw it-tariffi u jissottomettu l-informazzjoni elettronikament

L-istorja tar-reġistru tal-artijiet tal-Irlanda ta' Fuq

Ir-reġistru tal-artijiet daħal fis-seħħ fl-1891, qabel din id-data sid l-art kien jiġi rreġistrat fir- Reġistru tal-Atti, li ġie stabbilit fl-1706. Is-Servizz tal-Artijiet u l-Proprjetà jamministra tliet reġistri: ir- reġistru tal-artijiet, ir-reġistru tal-atti u r-reġistru tal-piżijiet statutorji.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizzi tal-Artijiet u l-Proprjetà – Ir-Reġistri tal-Artijiet

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Ewropew tal-Informazzjoni dwar l-Artijiet


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/02/2019

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Skozja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tar-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja.


X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja?

Ir-Reġistru tal-Artijiet tal-Iskozja huwa kkumpilat u miżmum mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegisters of Scotland (RoS) u huwa parti minn portafoll ta' reġistri amministarti minn din l-organizzazzjoni.  L-għan ewlieni ta' RoS huwa l-iżgurar tal-integrità tar-reġistri fil-kontroll tagħha u tipprovdi aċċess pubbliku għalihom.

Ir-Reġistru tal-Artijiet innifsu jipprovdi eżami uniku tal-atti tat-titoli għall-artijiet, li jirriżulta fil-produzzjoni ta' ċertifikat tat-titolu li jikkonsolida bosta biċċiet ta' tagħrif mill-atti f'dokument uniku ggarantit mill-istat.   Iċ-ċertifikat tat-titolu jkun awtentikat mis-siġill tar-Reġistru tal-Artijiet u jkun fih dan li ġej:

(i) pjanta tat-titolu għall-art ibbażata fuq il-pjanta kadastrali;

(ii) deskrizzjoni verbali tat-titolu;

(iii) l-isem u d-deżinjazzjoni tal-proprjetarju tat-titolu;

(iv) il-ħlasijiet fuq it-titolu; u

(v) is-servitujiet jew il-kundizzjonijiet li jaffettwaw it-titolu.

Meta jinħolqu jew jiġu trasferiti b'titolu oneruż, it-titoli għall-art jiġu trasferiti mir-Reġistru tal-Artijiet minn reġistru tal-drittijiet proprjetarji amministrat minn RoS ukoll, ir-Reġistru Ġenerali tas-Sasines (GRS).  Il-GRS, li ġie stabbilit fis-Seklu 17, huwa reġistru kronoloġiku ta' atti relatati mal-proprjetà li jipprovdi reġistru pubbliku għat-titoli tal-artijiet.  Ir-Reġistru tal-Artijiet qiegħed jissostitwixxi gradwalment il-GRS; bħalissa, iktar minn 56 % tat-titoli fl-Iskozja huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet; dawn jirrappreżentaw madwar 23 % tal-art Skoċċiża.

RoS jamministraw ukoll żewġ reġistri iżgħar li għandhom x'jaqsmu ma' tipi speċifiċi ta' titoli għall-art: ir-Reġistru tal-Crofting u r-Reġistru tat-Titoli għall-Art Komunitarji. Crofting hija forma ta' titolu għall-art agrikola unika għall-Iskozja, irregolata minn statut speċifiku u, minn Novembru 2012, jista' jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Crofting.  Ir-Reġistru tat-Titoli għall-Art Komunitarji ġie stabbilit minn statut fl-2003 u fih drittijiet preventivi għax-xiri tal-art konferiti lil korpi komunitarji rurali jew lokaturi agrikoli.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

Irid isir ħlas żgħir għal tfittxijiet bażiċi onlajn fir-Reġistru tal-Artijiet, kif ukoll fil-GRS.  Iċ-ċertifikat tat-titolu u l-kopji tal-atti minn dawn ir-reġistri jistgħu jinkisbu wkoll bi ħlas.

Kif tagħmel tfittxija fir-reġistru tal-artijiet tal-Iskozja

Irrispettivament mill-format tat-talba, it-tfittxijiet tar-Reġistru tal-Artijiet jistgħu jsiru permezz ta':

  • ismijiet;
  • indirizzi;
  • numri tat-titoli; jew
  • il-mappa tal-indiċi.

Tfittxijiet tal-GRS ukoll jistgħu jsiru permezz ta' ismijiet u indirizzi.

L-istorja tar-Registers of Scotland

L-Iskozja ilha żżomm reġistri pubbliċi maħsuba għas-salvagwardja tad-drittijiet u t-titoli proprjetarji ta' niesha għal madwar 700 sena, b'reġistri relatati mal-artijiet jinżammu fil-Kastell ta' Edinburgu mis-Seklu 13 'il quddiem.   Ir-Reġistru Ġenerali tas-Sasines ġie stabbilit b'Att ta' (dak li kien) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Parlament tal-Iskozja fl-1617, u pprovda reġistru pubbliku tad-drittijiet fuq il-proprjetà minn dak iż-żmien 'il quddiem.

Dibattitu dwar it-tranżizzjoni minn reġistru tal-atti għal reġistru tal-artijiet beda xi 80 sena qabel ma ġie stabbilit ir-Reġistru tal-Artijiet bi statut fl-1979.  Dan ir-reġistru tnieda gradwalment madwar l-Iskozja sakemm fl-2003 spiċċa jkopri l-Iskozja kollha, u eventwalment se jissostitwixxi komprensivament il-GRS.  L-introduzzjoni tar-Reġistru tal-Artijiet u sistema ta' titolu għal art garantit mill-istat neħħa riskji sinifikanti u inċertezzi inerenti għat-tranżazzjonijiet ta' proprjetà li kien hemm qabel ma twaqqaf dan ir-reġistru.

Wara li rrikonoxxew l-importanza għal reviżjoni fil-kuntest tad-dazju statutorju għas-salvagwardja u ż-żamma tal-integrità tar-Reġistru tal-Artijiet, RoS reċentement talbet valutazzjoni formali tal-istatut tal-1979.  Dan wassal biex għadda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (l-Iskozja) tal-2012; dan jarmonizza l-liġi tar-reġistrazzjoni mal-liġi tal-proprjetà u se jidħol kompletament fis-seħħ fl-2014.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegisters of Scotland


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 10/11/2014