Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Reġistri tal-artijiet fl-Istati Membri - Estonja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Estonjan diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn ir-reġistru tal-artijiet tal-Estonja.


X'informazzjoni jipprovdi r-reġistru tal-artijiet Estonjan?

Ir- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet Estonjan huwa rekord ta' interessi fi proprjetà u ta' drittijiet ristretti, li jipprovdi lil partijiet terzi b'informazzjoni dwar proprjetà immobbli rreġistrata.

Ir-reġistru tal-artijiet jiffoka fuq ċirkostanzi kemm legali u fattwali. Il-proprjetà kollha tiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi. Kull proprjetà individwali għandha reġistrazzjoni indipendenti u tingħata numru uniku (numru tal-proprjetà rreġistrata).

Ir-reġistru għandu erba' partijiet.

Parti 1 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • referenza tar-reġistru tal-artijiet;
  • l-iskop speċifiku;
  • il-post;
  • id-drittijiet ristretti stabbiliti għall-proprjetà rreġistrata;
  • l-erja (daqs);
  • l-amalgamazzjonijiet u diviżjonijiet;
  • l-amalgamazzjoni ma' proprjetà rreġistrata oħra, jew terminazzjoni ta' parti mill-proprjetà.

Parti 2 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • is-sid;
  • jekk il-proprjetà tkun bi sjieda konġunta, ikun hemm id-dettalji dwar dan; jekk il-proprjetà tkun bi sjieda konġunta jew sjieda komuni; l-ismijiet tas-sidien;
  • id-daqs kunċettwali tal-ishma tal-koproprjetarji (sjieda komuni);

Parti 3 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • id-drittijiet ristretti li jkunu ta' piż fuq il-proprjetà (ħlief ipoteki);
  • ir-restrizzjonijiet fuq is-sjieda;
  • notazzjonijiet rigward tali restrizzjonijiet;
  • ir-restrizzjonijietfuq id-dritt tas-sid li jiddisponi minnha;
  • notazzjonijiet oħra rigward is-sjieda (inkluż restrizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-disponiment tal-persuni kkonċernati), u tħassir u emendi tar-reġistrazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Parti 4 fiha l-informazzjoni segwenti dwar kull proprjetà rreġistrata:

  • id-detentur tal-ipoteka;
  • il-valur monetarju tal-ipoteka (somma pendenti);
  • notazzjonijiet rigward l-ipoteka;
  • emendi fir-reġistrazzjonijiet;
  • tħassir tar-reġistrazzjonijiet.

Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet huma aċċessibbli għall-pubbliku u jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd. Fejn hemm dritt leġittmu, il-fajl dwar propjetà reġistrata partikolari jista' jiġi kkonsultat. Is-sidien tal-propjetà, in-nutara, bailiffs, il-qrati u l-awtoritajiet ta' superviżjoni ma għandhomx għalfejn juri l-eżistenza ta' interess leġittmu.

L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Estonjan huwa mingħajr ħlas?

Ir-reġistru tal-artijiet jinżamm b'mod elettroniku.

Id-diversi taqsimiet tar-reġistru tal-artijiet u l-fajls tal-propjetajiet reġistrati jistgħu jiġu konsultati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabini tad-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet, f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċċju ta' nutar jew mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamagna ta' tiftix. Ir-reġistru tal-artijiet fid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet jista' jiġi kkonsultat mingħajr ħlas. Is-sidien jistgħu jikkonsultaw ukoll dawk il-partijiet tar-reġistru li jikkonċernahom u l-fajls tal-propjetajiet tagħhom, mingħajr ħlas, minn fuq il-Portal tal-Istat. Trid titħallas tariffa għall-konsultazzjoni tar-reġistru tal-artijiet f'uffiċċju ta' nutar jew permezz tal-magna ta' tiftix.

L-informazzjoni fir-reġistru tal-artijiet tista' tiġi aċċessata mill-magna ta' tiftix onlajn provvduta miċ-Ċentru tar-Reġistri u s-Sistemi tal-Informazzjoni. L-użu tal-magna tat-tiftix huwa bla ħlas. Ir-riżultat tat-tiftixa juri l-informazzjoni kollha mdaħħla fil-Parti 1 tar-reġistru tal-artijiet (referenza tar-reġistru tal-artijiet, skop speċifiku, erja u indirizz). Trid titħallas tariffa għall-aċċess għal informazzjoni aktar speċifika fir-reġistru tal-artijiet.

It-tariffa hija ta EUR 1 għal kull oġġett ta' tiftixa.

L-oġġett tat-tiftixa huwa wieħed minn din it-tip ta' informazzjoni f'parti tar-reġistru tal-artijiet miftuħ għal kull propjetà reġistrata:
dejta diġitali fil-Parti 1 (Kompożizzjoni tal-propjetà)
dejta diġitali fil-Parti 2 (Is-Sid);
dejta diġitali fil-Partijiet 3 (Piżjijiet u restrizzjonijiet) u 4 (Ipoteki).

It-tariffa għat-tiftixa tinkludi l-aċċess għall-fajls miftuħa tal-propjetà u l-ħruġ tad-dokumentazzjoni li tkun fihom.

Informazzjoni dettaljata dawr il-partijiet tar-reġistru tinsab flimkien mat-tariffi għas-servizzi mniżżla Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Mhemmx VAT fuq dawn it-tariffi.

Kif issir tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Estonjan

Tista' tfittex fil-bażi tad-dejta permezz tal-kriterji tat-tiftix segwenti:

  • l-indirizz;
  • referenza tar-reġistru tal-artijiet;
  • isem tas-sid;
  • numru tal-identifikazzjoni personali/kodiċi tar-reġistru;
  • isem tal-proprjetà;
  • numru tal-proprjetà;
  • distrett tar-reġistru tal-artijiet.

Huwa possibbli wkoll li wieħed ifittex għal informazzjoni dwar sidien mhux validi u persuni awtorizzati.

Storja tar-reġistru tal-artijiet Estonjan

Il-verżjoni elettronika tar-reġistru tal-artijiet fiha informazzjoni li tmur lura għall-1994. Il-bidla għall-verżjoni elettronika bdiet fis-sajf tal-2010.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019