Sib informazzjoni għal kull reġjun
X'għandu x'joffri r-reġistru tal-artijiet Olandiż?
Ir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż huwa l-proprjetà ta’ u jinżamm aġġornat mill-Kadaster (Katast, l-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Tfassil tal-Mapep), awtorità pubblika responsabbli mid-drittijiet ta’ reġistrazzjoni u mill-interessi li jaffetwaw kwalunkwe proprjetà (inklużi l-art u l-bini) u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom (eż. id-daqs).
L-aċċess għar-reġistru tal-artijiet Olandiż huwa mingħajr ħlas?
Le, l-aċċess huwa bi ħlas. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku tal-Kadaster.
Kif tagħmel tiftixa fir-reġistru tal-artijiet Olandiż
Il-professjonisti fl-Olanda li għandhom abbonament mar-Reġistru tal-Artijiet Olandiż jistgħu jagħmlu tiftix fih billi jużaw il-parametri ta’ tiftix li ġejjin:
- Isem il-proprjetarju jew il-persuna konnessa mal-proprjetà
- Indirizz
- Kodiċi postali
- Identifikatur katastali
- Mappa
- Mappa tal-posta
- Numru tal-ftehim iffirmat
- Isem il-proprjetà.
L-informazzjoni kollha tintwera bl-Olandiż u l-kontijiet jintbagħtu darba fix-xahar.
L-utenti professjonali abbonati fil-pajjiżi parteċipanti fl-EULIS (is-Servizz Ewropew dwar Informazzjoni dwar l-Artijiet) jistgħu jagħmlu tiftix fir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż billi jużaw il-parametri li ġejjin:
- Indirizz
- Kodiċi Postali
- Identifikatur katastali
- Mappa
- Mappa tal-post.
L-informazzjoni kollha tintwera bl-Ingliż; il-kontijiet jintbagħtu permezz tar-reġistru nazzjonali tal-artijiet ikkonċernat.
L-individwi jistgħu jfittxu fir-Reġistru tal-Artijiet Olandiż billi jużaw il-parametri li ġejjin:
- Indirizz
- Kodiċi postali
L-informazzjoni kollha (għalkemm inqas minn dik ipprovduta lill-utenti professjonali) tintwera bl-Olandiż u l-ħlas jista’ jsir b’Mastercard, b’Visa Electron, b’Visa, b’American Express, b’Diners Club, b’iDEAL jew b’ċekk minn fuq l-Internet.
L-istorja tar-reġistru tal-artijiet Olandiż
Tista’ ssib informazzjoni dwar il-proprjetà kollha mid-data meta twaqqaf il-Kadaster Olandiż (1832).
Bejn l-1981 u l-1985, il-Kadaster Olandiż qiegħed l-informazzjoni kollha li kellu dak iż-żmien f’sistemi kompjuterizzati. L-informazzjoni mill-1985 ’il quddiem hija disponibbli onlajn. L-impjegati tal-Kadaster għandhom aċċess għall-informazzjoni storika (1832-1985) li tinsab fl-arkivji diġitali.
Links relatati
Servizz Ewropew dwar Informazzjoni dwar l-Artijiet, Katast (Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet u tat-Tfassil tal-Mapep )
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.