Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

id-Dritt

Verżjoni massimizzata Ipprintja

Id-dritt huwa sistema ta’ regoli maħluqa u infurzati mill-istituzzjonijiet pubbliċi. Id-dritt huwa fattur determinanti prinċipali tas-soċjetà li jsawwar l-ambjent politiku, ekonomiku u soċjali u essenzjalment jagħti kontribut għall-paċi soċjali. Għalhekk, huwa kruċjali li kull ċittadin ikun informat dwar id-dritt applikabbli.


id-Dritt

L-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha huma msejsa fuq l-istat tad-dritt, il-prinċipju tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali. Dan ifisser li d-dritt huwa ’l fuq minn kulħadd u japplika għal kulħadd, u li jiġi adottat skont proċedura demokratika. Kwalunkwe att u kwalunkwe deċiżjoni li jieħu l-Istat u/jew l-awtoritajiet pubbliċi tiegħu jridu jkunu konfomi mad-dritt tiegħu. B’mod partikolari, id-dritt jiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini.

Kull wieħed mill-Istati Membri tal-UE għandu d-dritt tiegħu, is-sistema legali tiegħu u r-rekwiżiti u l-proċeduri kostituzzjonali tiegħu għall-adozzjoni ta’ liġi. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha huma marbuta bid-dritt tal-Unjoni Ewropea u bid-dritt internazzjonali.

Jekk jogħġbok ikkonsulta s-sottopaġni rilevanti biex issib iktar informazzjoni dwar:


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 26/01/2015