Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali

Informazzjoni nazzjonali dwar ir-Regolament Nru 1259/2010

Informazzjoni ġenerali

L-Unjoni Ewropea stabbiliet l-għan li tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, billi tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili b’implikazzjonijiet transkonfinali. Fl-istess ħin, iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini fi ħdan is-suq intern teħtieġ aktar flessibbiltà u aktar ċertezza legali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (imsejjaħ ir-Regolament “Ruma III”) jipprovdi liċ-ċittadini b'riżultati xierqa f’termini ta’ ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà, jipproteġi s-sieħeb l-iktar dgħajjef f'tilwim dwar id-divorzju u jipprevjeni li wieħed joqgħod jagħżel fejn jinstema' l-każ għall-vantaġġ tiegħu (forum shopping). Dan jgħin ukoll biex jiġu evitati proċedimenti kkumplikati, twal u ta' tbatija.

Aktar speċifikament, ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 jippermetti lill-koppji internazzjonali li jiftiehmu minn qabel liema liġi għandha tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom sakemm il-liġi li jkunu qablu dwarha tkun dik tal-Istat Membru li miegħu għandhom rabta aktar mill-qrib. Fil-każ li l-koppja ma tkunx tista' taqbel, l-imħallfin jistgħu jużaw formula komuni biex jiddeċiedu l-liġi ta’ liema pajjiż tapplika.

Dan ir-Regolament m’għandux, min-naħa l-oħra, japplika għall-kwistjonijiet li ġejjin: il-kapaċità ġuridika ta’ persuni fiżiċi; l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta’ żwieġ; l-annullament ta’ żwieġ; l-isem tal-konjuġi; il-konsegwenzi taż-żwieġ fuq il-proprjetà; ir-responsabbiltà tal-ġenituri; obbligu ta’ manteniment u trusts u suċċessjonijiet. Dan lanqas ma jaffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri.

Huwa strument li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri parteċipanti. Il-kooperazzjoni msaħħa tippermetti li grupp ta' mill-inqas disa' Stati Membri jimplimentaw miżuri f'wieħed mill-oqsma koperti mit-Trattati fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklussivi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 331 tat-TFUE, l-Istati Membri mhux parteċipanti jżommu d-dritt li jissieħbu mal-koperazzjoni msaħħa li tkun għaddejja.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.

Kooperazzjoni Msaħħa

Fit-12 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidad-Deċiżjoni 2010/405/UE li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali bejn il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja. Bħala konsegwenza, l-14-il Stat Membru parteċipanti msemmija adottaw Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010, li sar applikabbli fil-21 ta’ Ġunju 2012.

Fil-21 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni adottat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Deċiżjoni 2012/714/UE li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Litwanja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li r-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għal-Litwanja mit-22 ta’ Mejju 2014.

Fis-27 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni adottat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Deċiżjoni 2014/39/UE li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Greċja f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li r-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għall-Greċja mid-29 ta' Lulju 2015.

Fl-10 ta’ Awwissu 2016, il-Kummissjoni adottat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Deċiżjoni (UE) Nru 2016/1366 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Estonja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li r-Regolament (UE) Nru 1259/2010 għandu japplika għall-Estonja mill-11 ta’ Frar 2018

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 09/07/2018

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Belġju

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Il-leġiżlazzjoni Belġjana ma tistipula l-ebda rekwiżit formali speċifiku għall-ftehimiet dwar l-għażla tad-dritt applikabbli skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Fir-rigward tar-regoli tal-għażla tad-dritt applikabbli, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 55, § 2, tal-Kodiċi Belġjan tad-Dritt Internazzjonali Privat (Wetboek van internationaal privaatrecht/Code de droit international privé) jistipula li l-għażla trid tkun espressa mal-ewwel dehra (l-Att dwar il-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat tas-16 ta' Lulju 2004, Belgisch Staatsblad/Moniteur belge tas-27 ta' Lulju 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2004).

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/07/2017

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Ġermanja

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Skont il-liġi Ġermaniża (l-Artikolu 46(d) (1) EGBGB) ftehim dwar l-għażla tal-liġi skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 jrid jiġi rreġistrat f’att notarili. L-Artikolu 127(a) tal-Kodiċi Ċivili japplika mutatis mutandis.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Ġermaniża (l-Artikolu 46(d)(2) EGBGB), il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 sal-konklużjoni tas-seduta fl-ewwel istanza.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 16/10/2015

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Estonja

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Skont l-Artikolu 641(2) u (3) tal-Att dwar il-Liġi tal-Familja, il-miżżewġin jistgħu jagħmlu ftehim dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju li jikkorrispondi mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 personalment f'forma awtentikata minn nutar, jew minflok il-forma awtentikata minn nutar jista' jiġi rreġistrat id-dħul fi proċedimenti ġudizzjarji ta' dan it-tip.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont l-Artikolu 641(4) tal-Att dwar il-Liġi tal-Familja, il-miżżewġin jistgħu jagħmlu u jemendaw il-ftehimiet speċifikati f'kull ħin sakemm tintlaqa' talba għal divorzju minn nutar jew f'każ ta' proċedimenti ġudizzjarji sal-konklużjoni tal-proċedimenti preliminari jew sal-iskadenza tat-terminu ta' preskrizzjoni għar-rikorsi fi proċedura bil-miktub.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/01/2019

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Greċja

Wara dikjarazzjoni mill-Greċja dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni Ewropea, fid-Deċiżjoni tagħha tas-27.1.2014 (ĠU L 23, p. 41), ikkonfermat il-parteċipazzjoni tal-Greċja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja, li hija stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 ("Ruma III").

Skont id-Deċiżjoni ta' hawn fuq, ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 beda japplika fil-Greċja mid-29 ta' Lulju 2015.

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Fil-liġi Griega ma hemm l-ebda dispożizzjoni nazzjonali speċifika li tikkonċerna r-rekwiżiti formali li japplikaw għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Fil-liġi Griega ma hemm l-ebda dispożizzjoni nazzjonali speċifika li tikkonċerna l-possibilità tal-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/09/2019

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Spanja

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Il-liġi Spanjola tipprevedi rekwiżiti formali addizzjonali għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli b'konformità mal-Artikolu 7(2) sa (4), tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010, jiġifieri: l-għażla tal-liġi applikabbli trid tkun miftiehma f'dokument pubbliku b'setgħa eżekuttiva (quddiem nutar pubbliku) jew f'"dokument awtentiku" (dokument data u ffirmat mill-partijiet b'mod inekwivokabbli, anke jekk id-dokument innifsu ma jkunx f'forma ta' strument notarili).

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Spanjola, il-miżżewġin ma jistgħux jindikaw il-liġi applikabbli quddiem il-qorti waqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Franza

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Ir-Regolament jimponi tliet kundizzjonijiet formali għall-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli: l-att irid ikun bil-miktub, datat u ffirmat mill-partijiet.

Barra minn hekk, huwa joffri lill-Istati l-possibilità li jistipulaw regoli formali supplimentari u jippreċiżaw il-mod kif dawn ir-regoli se jiġu imposti skont is-sitwazzjoni tal-miżżewġin.

Fid-dritt Franċiż ma hemm l-ebda dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet formali meħtieġa għall-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli f'każ ta' divorzju jew separazzjoni ġudizzjarja. Għalhekk Franza ma għamlitx id-dikjarazzjoni prevista mill-Artikolu 17(1)(a).

Għaldaqstant, jekk ikunu jixtiequ, il-miżżewġin jistgħu jitolbu parir professjonali mingħand min iħossu li jista' jaqdihom l-aħjar.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Il-ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin jagħżlu liema liġi tapplika għad-divorzju jew separazzjoni ġudizzjarja tagħhom jista' jiġi konkluż u mmodifikat f'kull ħin, imma mhux wara li tinfetaħ kawża l-qorti.

Madankollu, jekk il-lex fori tkun tippermetti, il-liġi applikabbli tkun tista' tintgħażel mill-miżżewġin anke tul l-andament tal-proċedura (l-Artikolu 5(2) u (3)).

Fid-dritt Franċiż din il-possibilità mhijiex prevista. Din hi r-raġuni għala Franza ma għamlitx id-dikjarazzjoni prevista mill-Artikolu 17(1)(b).

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/12/2016

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Latvja

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Il-liġi Latvjana ma tippreskrivix rekwiżiti formali addizzjonali applikabbli għal ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Il-liġi Latvjana ma tipprovdix għall-possibbiltà li tinħatar il-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċedimenti.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/02/2019

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Lussemburgu

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Attwalment il-Lussemburgu ma jipprevedix rekwiżiti formali supplimentari.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Il-Lussemburgu ma jipprevedix il-possibilità li wieħed jagħżel il-liġi applikabbli quddiem il-qorti waqt l-andament tal-proċedura.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/04/2019

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Ungerija

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Ma hemm l-ebda rekwiżit formali ulterjuri applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi għajr dawk fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-aktar tard li l-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli huwa fl-istadju tat-tħejjija tal-kawża, fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-qorti.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/01/2019

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Awstrija

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Il-liġi Awstrijaka ma tipprevedi l-ebda rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehim dwar l-għażla tal-liġi skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Awstrijaka (§ 11(3) IPRG), il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 wkoll quddiem il-qorti matul il-kors tal-proċedimenti, sakemm l-għażla tal-liġi tkun eżerċitata b’mod espliċitu u mhux biss b'imġiba implikata.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 07/08/2017

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Portugall

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Ma hemm xejn x'jiġi komunikat.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Ma hemm xejn x'jiġi komunikat.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2019

Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali - Rumanija

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Mhemm l-ebda rekwiżit formali ulterjuri applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi għajr dawk stipulati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Rumena, il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju wara li l-qorti tkun ġiet invokata, iżda mhux aktar tard mid-data tal-ewwel seduta tal-qorti li fiha l-konjuġi jkunu ġew ikkonvokati legalment.