Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Għajnuna legali


Id-dritt għall-għajnuna legali jagħti l-possibbiltà li dawk li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji li jħallsu l-ispejjeż ta’ kawża l-qorti jew ta’ rappreżentazzjoni legali. Is-sistemi tal-għajnuna legali jeżistu fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (UE) kemm fil-proċedimenti ċivili kif ukoll f’dawk kriminali.


L-għajnuna legali

Stħajjel sitwazzjoni fejn inti għandek tilwima ma’ xi ħadd f’pajjiżek jew barra minn pajjiżek u tixtieq ittella’ l-każ tiegħek il-qorti jew sitwazzjoni fejn inti meħtieġ tiddefendi ruħek jekk il-parti l-oħra tieħu l-inizjattiva li tressaq kawża kontra tiegħek. Stħajjel sitwazzjoni fejn inti akkużat b’reati kriminali f’pajjiżek jew barra minn pajjiżek u ma tistax tħallas għal pariri legali u/jew għal rappreżentazzjoni quddiem qorti kriminali. F’dawn il-każijiet kollha, inti tista’ tapplika għall-għajnuna legali.

Id-dritt għall-għajnuna legali huwa inkluż fi:

  • il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) – l-Artikolu 6(3)(c) tal-ECHR jiggarantixxi d-dritt għall-assistenza legali fejn l-akkużat ma jkollux biżżejjed mezzi sabiex iħallas għall-assistenza legali, u d-dritt li jikseb l-għajnuna legali mingħajr ħlas meta l-interess tal-ġustizzja jeħtieġ dan.
  • il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKarta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – l-Artikolu 47 tal-Karta jistipula li għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

Għajnuna legali fi proċedimenti ċivili

Tilwim nazzjonali

Teżisti sistema ta’ għajnuna legali fl-Istati Membri kollha tal-UE. Jekk inti għandek tilwima ma’ kumpanija, ma’ professjonist, mal-persuna li tħaddmek jew ma’ persuna oħra fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek u m’għandekx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tħallas l-ispejjeż ta’ kawża l-qorti, inti tista’ tapplika biex tingħata l-għajnuna legali skont ir-regolamenti nazzjonali eżistenti.

Paragun tal-iskemi nazzjonali dwar l-għajnuna legali jiżvela, madankollu, li hemm differenzi fundamentali fil-filosofija, fl-organizzazzjoni u fil-ġestjoni tas-sistemi tal-għajnuna legali fl-Istati Membri. Rigward il-filosofija tas-sistemi, l-għan ġenerali f’uħud mill-Istati jidher li huwa li s-servizzi legali u l-aċċess għall-ġustizzja ikunu disponibbli b’mod ġenerali, filwaqt li f’oħrajn, l-għajnuna legali tista’ tkun disponibbli biss għall-ifqar persuni.

Biex tingħata aktar informazzjoni ddettaljata ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn (se tintbagħat lejn il-paġna tan-Netwerk Ġudizzjali Ewropew fl-oqsma Ċivili u Kummerċjali. NOTA: Bħalissa dawn il-paġni qed jitneħħew gradwalment qabel il-migrazzjoni li jmiss fil-Portal Ewropew Ġustizzja-e. Għalhekk, jista' jkun li d-dejta f'uħud minn dawn il-paġni m'għadhiex valida.).

Tilwim transkonfinali

Jekk inti għandek tilwima ma’ kumpanija, ma’ professjonist, mal-persuna li tħaddmek jew ma’ persuna oħra barra minn pajjiżek u m’għandekx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex ittella’ kawża l-qorti, inti tista’ tapplika biex tingħata l-għajnuna legali għat-tilwim transkonfinali.

Sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-għajnuna legali fil-qasam ċivili u f’dak kummerċjali, kienet adottata d-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva dwar l-għajnuna legali għal tilwimiet bejn il-konfini (transkonfinali).

Id-Direttiva tkopri l-pariri ta’ qabel il-litigazzjoni bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim qabel jinbdew il-proċedimenti ġudizzjarji; l-assistenza legali biex jinġieb każ quddiem qorti u r-rappreżentanza minn avukat fil-qorti u l-assistenza bl-ispejjeż tal-proċeduri jew eżenzjoni minnhom.

Sabiex tikseb l-għajnuna legali fi kwistjonijiet transkonfinali, trid timla l-formola rilevanti għal applikazzjonijiet tal-għajnuna legali. Id-Direttiva tipprovdi għal żewġ formoli: waħda għal applikazzjonijiet tal-għajnuna legali u l-oħra għat-trażmissjoni tal-applikazzjonijiet tal-għajnuna legali.

Għajnuna legali fi proċedimenti kriminali

L-Istati Membri għandhom il-leġiżlazzjoni tagħhom biex jistabbilixxu l-modi li bihom l-għajnuna legali tingħata fi proċedimenti kriminali fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Fil-ġejjieni, il-Portal Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika (e-Justice) se jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dan il-qasam.

Rigward il-każijiet transkonfinali, bħalissa m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE dwar dan is-suġġett.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 24/02/2016