Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Għajnuna legali - il-Kroazja


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

il-Kroazja

Assistenza Legali


L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtorità kompetenti li tibgħat u tirċievi l-applikazzjonijiet fir-Repubblika tal-Kroazja hija:

il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa Republike Hrvatske)

Ulica grada Vukovara 49

tel.: +385 1 371 40 00

faks: +385 1 371 45 07

websajt: http://www.mprh.hr

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja huwa l-awtorità kompetenti għar-Repubblika tal-Kroazja kollha kemm hi.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet huma aċċettati bil-posta fir-Repubblika tal-Kroazja.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Jekk parti domiċiljata jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tfittex l-għajnuna legali fi kwistjoni transfruntiera quddiem qorti fir-Repubblika tal-Kroazja, il-formoli u d-dokumenti relevanti għandhom jiġu ppreżentati tradotti fil-Kroat. Jekk parti domiċiljata jew residenti fir-Repubblika tal-Kroazja tfittex għajnuna legali fi kwistjoni transfruntiera quddiem qorti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti li jakkumpanjawha se jiġu tradotti mill-Ministeru tal-Ġustizzja fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru relevanti tal-Unjoni Ewropea u tal-awtorità kompetenti li tirċievi.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/03/2018