menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Għajnuna legali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Informazzjoni ġenerali

Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f'tilwimiet transnazzjonali billi jiġu stabbiliti regoli komuni minimi dwar l-għajnuna legali għal dawn it-tilwimiet għandha l-għan li tippromwovi l-għoti ta' għajnuna legali f'tilwimiet transkonfinali għal persuni li ma jkollhomx biżżejjed riżorsi f'każijiet fejn l-għajnuna tkun meħtieġa biex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

Id-Direttiva tapplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Bejn id-Danimarka u ċerti Stati Membri japplika l-Ftehim Ewropew dwar kif Jintbagħtu r-Rikorsi għall-Għajnuna Legali ta' l-1977.

L-awtoritajiet li jibagħtu huma kompetenti biex jibagħtu l-applikazzjonijiet. L-awtoritajiet li jirċievu huma kompetenti biex jirċievu r-rikorsi.

Id-direttiva tipprovdi għal żewġ formoli standard, waħda għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali u l-oħra biex jintbagħtu r-rikorsi għall-għajnuna legali.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Direttiva u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Novembru 2004 li tistabbilixxi formola ta' applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE sabiex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizja f'tilwim bejn fruntiera u oħra billi tistabbilixxi regoli komuni minimi li għandhom x'jaqsmu ma' l-għajnuna legali f'tilwim bħal dawn

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Awwissu 2005 li tistabbilixxi formola għat-trażmissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna legali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE


SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Assistenza Legali

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2017