Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Għajnuna legali - Polonja


Il-Leġiżlazzjoni NazzjonaliPDF(64 Kb)pl


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Polonja

Assistenza Legali


L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtoritajiet li jittrasferixxu huma l-qrati reġjonali (sądy okręgowe).

L-awtoritajiet riċeventi:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja
Id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem

Al. Ujazdowskie 11

00-950 Warsaw

Tel./Faks: +48 22 23-90-870 +48 22 628 09 49

Posta elettronika: dwmpc@ms.gov.pl

Il-qrati distrettwali (sądy rejonowe) u l-qrati reġjonali huma wkoll awtoritajiet riċeventi.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Ġurisdizzjoni territorjali tal-awtoritajiet li jittrasferixxu:

L-applikazzjonijiet għal għajnuna legali li għandhom ikunu trasferiti lil Stat Membru ieħor iridu jiġu sottomessi lill-qorti reġjonali b’ġurisdizzjoni fuq id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tal-applikant.

Ġurisdizzjoni territorjali tal-awtoritajiet riċeventi:

Skont l-Artikolu 8(1) tal-Att tas-17 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dritt għall-għajnuna legali fi proċedimenti ċivili fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2005 Nru 10, punt 67), l-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali jistgħu jitressqu direttament quddiem il-qorti kompetenti biex tifli l-applikazzjoni (jiġifieri, l-qorti li fiha nbdew jew ikunu se jinbdew il-proċedimenti dwar il-mertu), jew, jekk l-applikazzjoni tkun għall-għajnuna legali fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, quddiem il-qorti distrettwali b’ġurisdizzjoni fuq il-post tal-eżekuzzjoni.

Għall-applikazzjonijiet għal għajnuna legali kollha sottomessi lill-qrati tal-Polonja minn applikanti b’domiċilju jew b’residenza abitwali fi Stati Membri oħra tal-UE, l-awtorità riċeventi b’ġurisdizzjoni territorjali hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Metodi ta’ lqugħ ta’ applikazzjonijiet.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu direttament lill-awtorità li tittrasferixxi jew permezz tal-posta.

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu direttament lill-awtorità riċeventi jew permezz tal-posta.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Lingwi li jistgħu jintużaw biex timtela l-applikazzjoni

L-awtoritajiet li jittrasferixxu: L-applikazzjoni trid titfassal bil-Pollakk u b’lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji aċċettata mill-Istat Membru tal-UE li l-applikazzjoni għandha tkun trasferita lilu.

L-awtoritajiet riċeventi: L-applikazzjoni trid titfassal bil-Pollakk jew bl-Ingliż.

Lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji, li mhumiex il-Pollakk, aċċettati mill-awtoritajiet riċeventi Pollakki: L-Ingliż


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/06/2019