Затваряне

БЕТА ВЕРСИЯТА НА ПОРТАЛА ВЕЧЕ Е НА РАЗПОЛОЖЕНИЕ!

Посетете БЕТА версията на Европейския портал за електронно правосъдие и дайте мнение за вашето посещение!

 
 

Навигационна пътека

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Avviż legali

Тази страница е машинно преведена и качеството ѝ не може да бъде гарантирано.

Качеството на този превод е оценено като: добро

Мислите ли, че този превод е полезен?



1 Rinunzja

2 Dikjarazzjoni ta’ privatezza

3 Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali

4 Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur


1 Rinunzja

1.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-pożizzjonijiet espressi fuq is-sit web huma dawk tal-awturi u ma jirriflettux neċessarjament l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li dan is-sit web huwa ġestit mill-Kummissjoni Ewropea, ir-responsabbiltà għall-kontenut tagħha hija maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri individwali.

Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja transkonfinali u biex ittejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali. Aħna nippruvaw inżommu din l-informazzjoni attwali u preċiża. Jekk jinġiebu l-iżbalji għall-attenzjoni tagħna, aħna nippruvaw nikkoreġuhom.

Is-servizzi interattivi (elettroniċi) kollha huma pprovduti “kif inhuma” u fuq bażi “tal-aħjar li jista’ jsir”. Il-Kummissjoni Ewropea u l-fornituri tad-dejta/tas-servizz li qegħdin jipparteċipaw jiċħdu kull responsabbiltà, kemm espliċita kif ukoll taċita. B’mod partikolari, aħna ma nistgħux niggarantixxu qagħda attwali tad-data, il-korrettezza tagħha jew niżguraw id-disponibbiltà ta’ servizz ininterrott jew id-disponibbiltà ta’ kull sit estern li huwa relatat.

Għal uħud mill-funzjonalitajiet tiegħu l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika juża data minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGeoNames fuq il-bażi ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaliċenzja CC BY 3.0. Ma saret l-ebda bidla fid-data.

Il-Kummissjoni tiċħad kull responsabbiltà fir-rigward ta’ kull dannu mġarrab minħabba korruzzjoni tad-dejta, telf tad-dejta jew kull tip ieħor ta’ effett avvers ikkawżat minħabba tħaddim intenzjonat jew mhux intenzjonat tas-sistema. Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni bi ksur ta’ kull rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi. Il-liġi applikabbli hija l-liġi Belġjana u l-qrati Belġjani huma kompetenti fil-każ ta’ tilwim.

Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tirrevedi d-Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà u t-termini u l-kundizzjonijiet indikati aktar ‘l isfel f’kull ħin mingħajr avviż minn qabel u int għandek dejjem tirreferi għall-verżjoni kurrenti ta’ dan it-test kif ippubblikat fuq is-sit web.

1.2 Aspetti relatati ma’ paġni tal-kontenut

Il-paġni tal-kontenut huma jew “Ewropej” fin-natura tagħhom jew paġni tal- “Istati Membri”, fejn kull Stat Membru tal-UE (permezz tal-awtoritajiet varji tiegħu) huwa responsabbli għall-kontenut u għar-referenzi fuq l-istess paġni tiegħu. Din l-informazzjoni hija:

  • ta’ natura ġenerali biss u mhix maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
  • mhux neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata;
  • hija xi drabi marbuta ma’ siti esterni li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda kontroll fuqhom u li l-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabbiltà għalihom;
  • mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat xieraq).

Kull referenza fil-paġni ta’ kontenut għal persuna ta’ sess maskil titqies ukoll bħala li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ sess femminil, u viċi versa, sakemm il-kuntest ma jindikax ċarament mod ieħor.

Ftit mill-paġni ta’ kontenut huma tradotti b’mod awtomatiku. Innota li traduzzjonijiet awtomatiċi huma pprovduti temporanjament u biss għal għanijiet kuntestwali. Il-proprjetarji ta’ dawn il-paġni ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-kwalità ta’ testijiet tradotti b’mod awtomatiku.

Jekk jogħġbok innota li ma jistax ikun garantit li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea biss li tkun ġiet ippubblikata fl-edizzjonijiet stampati ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta’ Lulju 2013 u l-verżjonijiet elettroniċi tagħha ppubblikati wara l-1 ta’ Lulju 2013 għandhom valur legali. Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw l-interruzzjonijiet ikkawżati minn inċidenti tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista’ tkun maħluqa jew strutturata f’fajls jew formati li jkollhom xi żbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkunx interrott jew affettwat b’mod ieħor minn tali problemi.

1.3 Aspetti relatati ma’ servizzi interattivi

Għas-servizzi interattivi kollha japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Meta tuża dawn is-servizzi, int taqbel li tużahom esklużivament għall-iskop maħsub tagħhom. Int ma għandekx tuża s-servizzi, jew kull data personali mogħtija mis-servizzi, b’xi ħsieb jew intenzjoni oħra u b’mod partikolari t-tali data ma għandhiex tintuża fir-rigward ta’ attivitajiet kummerċjali, pubbliċitarji jew ta’ reklamar.

Mhuwiex permess li tikkopja fi kwantitajiet kbar b’mod awtomatizzat (ħsad), u/jew tiddistribwixxi d-dejta rċevuta permezz tas-servizzi pprovduti b’kull mezz.

Inti permess tagħmel link mal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u l-paġni tiegħu.

Aspetti speċifiċi ta’ servizz:

1.3.1 Interkonnessjoni ta’ Reġistri tal-Insolvenza

Dan is-servizz jippermettilek issib informazzjoni dwar proċedimenti ta’ insolvenza fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. M’hemm l-ebda reġistru ta’ insolvenza ċentralizzat tal-UE. It-talba tiegħek tintbagħat lir-reġistri nazzjonali u r-risposta tintbagħat lura fi ftit sekondi. Għalissa s-servizz huwa pprovdut fuq bażi “tal-aħjar sforz”.

1.3.2 Sib Avukat

“Sib Avukat” huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku inġenerali mill-Kummissjoni Ewropea u l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-avukati u l-għaqdiet tal-avukati parteċipanti.

1.3.3 Sib Nutar

“Sib Nutar” huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE) u kmamar tan-nutara oħra parteċipanti.

1.3.4 ECLI

L-interfaċċa ta’ tiftix tal-ECLI huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ġurisprudenza parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli sabiex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f’kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE li jillokalizzaw faċilment il-każistika li tikkonċerna identifikatur ECLI.

1.3.5 Tfittxija ta’ qorti/awtorità kompetenti

L-interfaċċa ta’ tiftix ta’ qorti/awtorità kompetenti hija servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jew korpi kompetenti oħra parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f’kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE jillokalizzaw faċilment il-qorti nazzjonali kompetenti. Innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista’ jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali dwar id-determinazzjoni ta’ kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

1.3.6 Preżentazzjoni elettronika ta’ talbiet (e-CODEX)

Is-sottomissjoni elettronika tat-talba tiegħek bl-użu tat-teknoloġija e-CODEX (Ordni ta’ Ħlas Ewropea, Talbiet Żgħar Ewropej) hija pprovduta permezz tal-interkonnessjoni ta’ għadd kbir ta’ sistemi tal-IT operati kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. It-talba tiegħek tista’ eċċezzjonalment ma tilħaqx il-qorti indikata. Il-prova ta’ trażmissjoni (jew ta’ nuqqas ta’ trażmissjoni) tiġi pprovduta lilek sa fejn possibbli, iżda kun avżat li f’xi Stati Membri din il-prova hija limitata għall-konsenja tat-talba tiegħek lis-sistema nazzjonali ċentrali tal-IT stabbilita għal dan il-għan. Ma jkunx dejjem possibbli li tingħata konferma tal-irċevuta lill-qorti kkonċernata.

In-notifiki kollha dwar il-prova ta’ trażmissjoni jew l-irċevuta tar-risposti mill-qorti jintbagħtu lill-indirizz tal-posta elettronika assoċjat mal-kont tas-servizz ta’ awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login) li tkun illoggjajt bih.

Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta’ konsenja tat-talba tiegħek jew għal nuqqas ta’ tressiq ta’ provi tat-trażmissjoni tagħha (jew ta’ nuqqas ta’ trażmissjoni tagħha). Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta’ konsenja ta’ komunikazzjoni dwar it-talba tiegħek mill-qorti lura lilek jew ta’ notifika ta’ rċevuta ta’ tali komunikazzjoni.

Sakemm int ma titlobx it-tħassir tagħha, il-komunikazzjoni tiegħek lill-qorti u mill-qorti — barra miċ-ċirkustanzi ta’ force majeure — tibqa’ disponibbli għall-konsultazzjoni tiegħek fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika għal perjodu ta’ sena mill-inqas. Nagħtuk parir tissejvja l-kopja tiegħek stess tal-komunikazzjoni kollha li tixtieq taċċedi għaliha wara dan il-perjodu. Il-Kummissjoni Ewropea ma tista’ tinżamm responsabbli għal ebda dannu li tista’ iġġarrab minħabba l-indisponibbiltà temporanja jew permanenti tal-komunikazzjoni bejnek u l-qorti jew talli tkun naqset milli tinnotifikak bil-quddiem bit-tħassir ta’ din il-komunikazzjoni.

1.3.7 Firma elettronika

It-talbiet sottomessi elettronikament (e-CODEX) iridu jiġu ffirmati b’mod elettroniku qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Dan il-Portal jipprovdi strument biex jgħinek f’dan il-proċess, iżda ma jimponix l-użu ta’ dan l-istrument: għandek il-possibbiltà li tiffirma t-talba tiegħek elettronikament billi tuża l-mezzi tiegħek stess u ttellagħha fil-Portal. Il-Kummissjoni ma tista’ tinżamm responsabbli għal ebda dannu li tista’ ġġarrab minħabba ċaħda, mill-qorti jew minn kwalunkwe parti oħra, ta’ firma elettronika maħluqa bl-istrument pprovdut mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

1.3.8 Sib kumpanija/Interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali

Dan is-servizz jippermettilek tfittex u tikseb informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati fir-reġistri tan-negozju fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja. Huwa parti mis-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tan-Negozju (BRIS), imwaqqfa b’konformità mad-dritt tal-UE. Is-sistema toħloq konnessjoni bejn ir-reġistri tan-negozju nazzjonali li jagħtu aċċess għall-informazzjoni tal-kumpaniji.

Fuq

2 Dikjarazzjoni ta’ privatezza

2.1 L-għan tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika

Il-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa maħsub bħala “punt ta’ kuntatt (elettroniku) waħdieni” għall-informazzjoni dwar il-ġustizzja Ewropea u l-aċċess għal proċeduri ġudizzjarji Ewropej. Il-portal huwa mmirat lejn iċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti legali u l-ġudikatura. Iċ-ċittadini jgawdu mill-istess aċċess għall-ġustizzja fi Stati Membri oħra kif kieku jkollhom fl-Istat tagħhom stess u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jikkontribwixxi b’mod prattiku għat-tneħħija tal-ostakli, bħalma huwa l-għoti ta’ informazzjoni fi 23 lingwa u kwantità ta’ ħoloq għal siti web u dokumenti rilevanti.

Għalkemm ir-responsabbiltà tal-kontenut tal-Portal u l-ġestjoni tiegħu hija responsabbiltà kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea individwali, il-kontrollur tad-dejta tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija l-Kummissjoni Ewropea.

2.2 Liema hija l-liġi applikabbli?

L-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali marbuta mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fi ħdan ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea huma rregolati mir-Regolament 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/333/UE dwar il-protezzjoni ta’ data personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

2.3 Liema data hija pproċessata mill-Kummissjoni fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja?

Ismijiet individwali u indirizzi tal-posta elettronika tal-proprjetarji tal-paġna u tal-link tal-websajt huma proċessati mill-Portal. Barra minn dan, xi informazzjoni għall-qrati/entitajiet kompetenti pprovduta mill-Istati Membri tista’ tinkludi data personali (isem, indirizz tal-posta elettronika, numru tat-telefown) f’każijiet fejn il-persuni fiżiċi jkunu ġew iddefiniti bħala punti ta’ kuntatt. Din id-dejta kollha tinżamm f’bażi tad-dejta ospitata fiċ-Ċentru tad-Dejta tal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu.

Aħna nużaw mekkaniżmu tranżitorju li jestrapola (iżda ma jżommx) data personali mill-EU Login, is-servizz ta’ awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni, data personali, bħall-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-posta elettronika, tinġabar u tiġi pproċessata mill-EU Login. Avviż ta’ privatezza dettaljat u separat jispjega n-natura tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-EU Login. Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://webgate.ec.europa.eu/cas/privacyStatement.html.

Id-dejta personali tiġi pproċessata wkoll fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bl-għan li jiġi previst aċċess għal bażijiet ta’ dejta nazzjonali interkonnessi, bħal Sib Avukat, Sib Nutar, l-Interkonnessjoni tar-Reġistri ta’ Insolvenza (IRI), il-mutur tar-riċerka tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI), Sib kumpanija (parti mis-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)), is-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tal-Artijiet (LRI), formoli dinamiċi, u s-sottomissjoni elettronika ta’ talbiet (e-CODEX). F’dan ir-rigward:

  • id-dejta dwar l-avukati ġejja mir-reġistri tal-kmamar tal-avukati u l-għaqdiet tal-avukati parteċipanti;
  • id-dejta dwar in-nutara ġejja mir-reġistri tal-kmamar nazzjonali tan-nutara parteċipanti kif ipprovduti mis-CNUE u korpi kompetenti oħra;
  • id-dejta fl-IRI ġejja mir-reġistri ta’ insolvenza jew ta’ negozju nazzjonali;
  • id-dejta personali ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji proċessati fil-kuntest tal-ECLI hija fornuta minn korpi ġudizzjarji u kompetenti oħra;
  • il-formoli dinamiċi jipproċessaw id-dejta personali fornuta mill-utenti aħħarin (eż. isem, indirizz, numru tat-telefown, kont bankarju, eċċ.);
  • id-data pproċessata fil-kuntest tal-e-CODEX hija dderivata mill-komunikazzjonijiet tal-utenti mal-qrati nazzjonali. Barra minn hekk, hemm dejta teknika użata biex jiġu identifikati l-parteċipanti fis-sistema, li f’xi każijiet jista’ jkollha informazzjoni personali, bħall-indirizz tal-posta elettronika jew l-ID tal-EU Login (is-sistema ta’ awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea);
  • id-dejta pproċessata fil-kuntest ta’ Sib kumpanija tintuża biex tidentifika lill-parteċipanti fis-sistema, li f’xi każijiet jista’ jkun fiha informazzjoni personali, bħall-indirizz elettroniku jew l-ID tal-EU Login. Barra minn hekk, Sib kumpanija tikkonnettja mal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea, li hija parti mill-BRIS ukoll, li hija żviluppata u amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. Permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea, Sib kumpanija tiġbor id-dejta tal-kumpaniji. Dik id-dejta tal-kumpaniji jista’ jkollha dejta personali, u pereżempju dan li ġej: l-isem, id-data tat-twelid, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika, u n-numri tat-telefown tal-persuni li jirrappreżentaw kumpanija fi trattattivi ma’ terzi u fi proċedimenti ġudizzjarji, jew li jieħdu sehem fl-amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll tal-kumpanija. Din id-dejta ġejja mir-reġistri kummerċjali tal-pajjiżi parteċipanti;
  • id-dejta pproċessata fil-kuntest tal-LRI tintuża biex tidentifika lill-parteċipanti fis-sistema, li f’xi każijiet jista’ jkun fiha informazzjoni personali, bħall-indirizz elettroniku jew l-ID tal-EU Login.

2.4 X’inhu l-għan tal-ipproċessar tad-data?

Il-portal jiġbor data personali bl-iskop li jikkuntattja l-proprjetarji tal-paġna u tal-ħolqa tas-sit web. L-għan ta’ dan il-proċessar huwa li jippermetti n-notifiki permezz tal-posta elettronika u l-ġestjoni tal-proprjetarji tal-paġna u tal-proprjetarji tal-link bħala parti mis-sistema tal-amministrazzjoni interna tal-Portal. Il-portal jestrapola wkoll data personali (permezz tal-EU Login) għall-finijiet li ġejjin: biex jintbagħtu notifiki bil-posta elettronika lill-utenti abbonati ma’ suġġetti ta’ kontenut speċifiku jew biex jingħatawlhom aġġornamenti tal-aħbarijiet. Din id-data hija proċessata wkoll sabiex tippermetti l-ġestjoni tar-rwoli u d-drittijiet u l-ġestjoni tal-kontenut.

Għall-funzjonalitajiet ta’ Sib Avukat, Sib Nutar, Sib kumpanija, l-IRI u l-ECLI, l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Kummissjoni fil-Portal isir biss biex jipprovdi aċċess għal bażijiet ta’ dejta nazzjonali interkonnessi li fihom dejta personali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija responsabbli biss biex tipprovdi l-infrastruttura tal-IT għall-funzjonalitajiet tal-Portal imsemmija aktar’ il fuq u mhijiex responsabbli għall-kontenut tal-bażijiet ta’ data nazzjonali interkonnessi li huma disponibbli permezz tal-Portal.

Il-Kummissjoni qiegħda tipproċessa data personali fil-Portal meta dan ikun meħtieġ sabiex tipprovdi servizzi interattivi li jippermettu lill-utenti sabiex jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet adegwati fi Stat Membru ieħor.

2.5 Min għandu aċċess għall-informazzjoni?

Id-dejta personali dwar il-proprjetarji tal-paġni web jew tal-ħoloq hija aċċessibbli mill-persunal tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea, l-Unità B4) u l-persunal awtorizzat li huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tas-sistema u s-sostenn tekniku. Barra minn hekk, din id-dejta personali dwar il-paġni tal-Istati Membri hija aċċessibbli wkoll mill-persunal tal-Istat Membru responsabbli mill-ġestjoni tal-paġni rispettivi.

Il-Kummissjoni twettaq ukoll valutazzjonijiet ta’ sigurtà kontinwi u xierqa waqt it-twettiq ta’ xogħol relatat mal-interkonnessjoni ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali. Biss l-informazzjoni disponibbli pubblikament fil-bażijiet ta’ data nazzjonali interkonnessi tista’ tiġi aċċessata permezz tal-Portal. Mhuwiex possibbli li tiġi kkombinata informazzjoni minn diversi bażijiet ta’ data nazzjonali għal skopijiet differenti permezz tal-Portal.

2.6 Kemm iddum maħżuna d-data?

Id-data personali ta’ proprjetarji ta’ paġni u ta’ ħoloq tinżamm f’bażi ta’ data lokali sakemm din tkun rilevanti għall-Portal u ma tinżammx aktar milli jkun meħtieġ. Il-bżonn li tkompli tiġi ssejvjata din id-data personali huwa suġġett għal proċess ta’ validazzjoni mill-ġdid li jitwettaq darba kull sena fil-kuntest ta’ aġġornamenti annwali tal-kontenut tal-Portal. Effettivament il-perjodu taż-żamma huwa għaldaqstant sena, suġġett għal iċċekkjar manwali u tiġdid awtomatiku. F’każ ta’ utenti rreġistrati, jinżammu biss l-indirizzi tal-posta elettronika personali. L-ismijiet individwali jew data personali oħra ma jinżammux. Id-dejta dwar l-utenti reġistrati titħassar fuq talba tagħhom.

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji previsti fil-kuntest tal-ECLI jistgħu jikkontjenu data personali regolata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data u hija suġġetta għall-perjodi ta’ żamma rilevanti. Il-fornituri tad-dejta nazzjonali huma responsabbli mit-tneħħija ta’ deċiżjonijiet mill-qorti meta dawn ma jkollhomx aktar ikunu aċċessibbli permezz tas-sistema.

Id-data personali inkluża fil-komunikazzjoni bejn l-utent u l-qorti, fil-kuntest tas-sottomissjoni elettronika ta’ talbiet (e-CODEX), tinżamm permezz ta’ bażi ta’ data separata tal-Kummissjoni f’forma kriptata għall-perjodu ta’ żmien li tkun rilevanti għalih. L-utent jista’ jitlob it-tħassir tagħha f’kull ħin.

Id-dejta personali inkluża fl-ordnijiet tad-dokumenti fil-kuntest ta’ Sib kumpanija u l-LRI tibqa’ tinżamm sakemm l-ordni jitneħħa mill-Portal tal-bażi ta’ dejta.

Ma tinżamm l-ebda data personali oħra fil-bażi ta’ data tal-Portal.

2.7 X’miżuri ta’ sigurtà jeżistu kontra l-aċċess mhux awtorizzat?

Id-dejta tinġabar, tiġi pproċessata u tinżamm b’mod sikur. Il-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa protett b’numru ta’ miżuri tekniċi. Il-ġestjoni stretta tar-rwoli u d-drittijiet tiggarantixxi li l-utenti awtentikati jkollhom biss il-livell ta’ aċċess u l-permessi meħtieġa. It-tranżazzjonijiet tad-data kollha jsiru b’konnessjonijiet kriptati. L-aċċess remot u fiżiku għall-bażi ta’ data tal-Portal huwa protett permezz ta’ segmentazzjoni tan-netwerk, firewalls u mekkaniżmi addizzjonali pprovduti miċ-ċentru tad-data tal-Kummissjoni. Barra mill-aċċess previst fl-ambitu tal-karatteristiċi intiżi tiegħu, l-aċċess għal data personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa permess biss lil grupp ristrett ta’ utenti kif deskritt aktar’ il fuq skont il-punt 2.5 “Min għandu aċċess għad-data?”

Id-data personali inkluża fil-komunikazzjoni bejn l-utent u l-qorti tinżamm f’forma kriptata f’bażi ta’ data separata tal-Kummissjoni.

2.8 Aċċess għad-data personali tiegħek

F’każ li tkun trid tivverifika x’data personali qed tinżamm f’ismek mill-kontrollur responsabbli, jew jekk tkun trid timmodifikaha, tikkoreġiha jew tħassarha, ibgħat ittra elettronika fl-indirizz tal-kaxxa postali elettronika funzjonali msemmi aktar ‘l isfel taħt “Informazzjoni ta’ Kuntatt”, billi tispeċifika espliċitament it-talba tiegħek. Talbiet bġal dawn jiġu indirizzati fi żmien 10 ijiem mid-data tal-wasla għand il-kontrollur tad-dejta.

2.9 Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-portal Ewropew tal-Ġustizzja huwa ġestit mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea, l-Unità B.4. Il-persuna responsabbli (il-kontrollur) hija Cristian NICOLAU, il-Kap tal-Unità.

L-indirizz tal-kuntatt għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja huwa:


Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi —
Unità B4 E-Justice, IT and document management
B-1049 Brussels
Belgium

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJUST-E-JUSTICE@ec.europa.eu

Jekk trid tressaq ilment kontra kwalunkwe għemil tal-ipproċessar tad-dejta mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, tista’ tikkuntattja s-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta:

Il-kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)
60 Rue Wiertz (MO 63)
B-1047 Brussell
Il-Belġju

telefon: + 32 2 283 19 00 feks:
+ 32 2 283 19 50

Fuq

3 Ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali

L-Unjoni Ewropea hija impenjata għall-privatezza tal-utent. Il-politika dwar il- “protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-Komunità” hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018.

Din il-politika ġenerali tkopri l-familja tas-Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju eu.

Għalkemm int tista’ tibbrawżja f’ħafna minn dawn is-siti web mingħajr ma tagħti informazzjoni dwarek innifsek, f’xi każijiet, tkun meħtieġa informazzjoni personali sabiex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li int titlob.

Is-siti web li jirrikjedu t-tali informazzjoni jittrattawha skont il-politika spjegata fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-dejta tiegħek fl-istqarrijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika tal-privatezza.

F’dan ir-rigward:

  • Għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali u jiżgura l-konformità tas-servizz elettroniku speċifiku mal-politika tal-privatezza;
  • F’kull Istituzzjoni, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tal-obbligi tagħhom (ara l-Artikolu 43–45 tar-Regolament);
  • Għall-istituzzjonijiet kollha, l-Uffiċjal Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta jaġixxi bħala awtorità superviżorja indipendenti (ara l-Art. 52 sa 60 tar-Regolament).
  • Is-siti Web istituzzjonali tal-familja tal-Unjoni Ewropea, fid-dominju tal-UE, jipprovdu links għal siti terzi. Peress li ma nikkontrollawhomx, inħeġġuk taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom.

X’inhu servizz elettroniku?

Is-servizz elettroniku fuq EUROPA hu servizz jew riżors disponibbli fuq l-Internet sabiex tittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji minn banda u l-Istituzzjonijiet Ewropej mill-banda l-oħra.

Tliet tipi ta’ servizzi elettroniċi huma jew se jkunu offruti mill-EUROPA:

  1. Servizzi ta’ tagħrif li jipprovdi liċ-ċittadini, l-medja, in-negozji, l-amministrazzjonijiet u oħrajn li jieħdu d-deċiżjonijiet b’aċċess ħafif u effettiv għat-tagħrif, b’hekk jiżdiedu t-trasparenza u l-ftehim tal-politika u l-attivitajiet ta’ l-UE;
  2. Servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, n-negozji, is-soċjetà ċivili u l-atturi privati u li b’hekk jiffaċilitaw konsultazzjonijiet politiċi, u mekkaniżmi ta’ rispons, sabiex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika, l-attivitajiet u s-servizzi ta’ l-UE;
  3. Is-servizzi ta’ tranżazzjonijiet li jippermettu l-aċċess għall-forom bażiċi kollha ta’ tranżazzjonijiet mal-UE, eż. akkwisti, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, reġistrazzjoni għal avveniment, akkwist jew xiri ta’ dokumenti, eċċ.

Informazzjoni fi stqarrija speċifika ta’ privatezza.

Stqarrija speċifika tal-politika ta’ privatezza jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:

  • Liema informazzjoni se tinġabar, għal liema raġuni u b’liema mezzi tekniċi l-UE tiġbor informazzjoni personali esklużivament sa fejn hemm bżonn biex jintlaħaq għan speċifiku. L-informazzjoni mhix se terġa’ tintuża għal skop inkompatibbli;
  • Lil min se tingħata l-informazzjoni tiegħek. L-UE tiżvela biss l-informazzjoni lil partijiet terzi jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq/jintlaħqu l-iskop (ijiet) identifikat (i) hawn fuq u lir-riċevituri (jew kategoriji ta’ riċevituri) imsemmija. L-UE ma tiżvelax id-data personali tiegħek għal skopijiet ta’ kummerċ dirett;
  • Kif tista’ taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tirranġaha. Bħala s-suġġett tad-dejta għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek għal raġunijiet leġittimi konvinċenti, ħlief meta tkun miġbura sabiex ikun hemm konformità ma’ obbligu legali, jew tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ kuntratt li inti parti, jew se tiġi użata għal skop li għalih inti tkun tajt il-kunsens mhux ambigwu tiegħek;
  • Għal kemm żmien tinżamm id-dejta tiegħek. L-UE żżomm biss id-dejta għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-ġbir jew ipproċessar ulterjuri;
  • X’inhuma l-miżuri ta’ sigurtà meħuda biex it-tagħrif tiegħek jiġi ssalvagwardjat mill-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;
  • Lil min tikkuntattja jekk għandek mistoqsijiet jew ilmenti.

Europa Analytics

Europa Analytics huwa s-servizz korporattiv li jkejjel l-effikaċja u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq EUROPA.

B’mod awtomatiku, il-viżitaturi tas-sit ikunu rintraċċati bl-użu ta’ cookies persistenti tal-ewwel parti minn Europa. Tista’ tagħżel li ma tiġix intraċċat minn Piwik (esklużjoni). Jekk tbiddel fehmtek, tista’ tagħżel li terġa’ tiġi ntraċċat b’Piwik (inklużjoni).

Biex tiċċekkja l-istatus attwali tiegħek u tagħmel l-għażla tiegħek, immarka l-kaxxa korrispondenti fit-test li jidher hawn taħt.

L-għażla li ma tkunx rintraċċat minn Piwik ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fis-siti Europa.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAktar dwar Europa Analytics

X’nagħmlu bl-emails li tibgħatilna?

Il-paġni web għandhom ħolqa għar- “Rispons tiegħek”, li tippermettilek tibgħat il-kummenti tiegħek f’kaxxa elettronika funzjonali speċifika. Meta tibgħat messaġġ ta’ dan it-tip, id-dejta personali tinġabar mingħand id-destinatarju biss sal-punt li jkollu bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-immaniġġjar tal-kaxxa postali ma jkunx jista’ jwieġeb il-mistoqsija tiegħek, hu jibgħat l-email tiegħek lil servizz ieħor. Inti tkun infurmat, b’email, dwar liema servizz tkun ġiet mgħoddija lilu l-mistoqsija tiegħek. Is-sit web ma jżommx rekord tal-iskambji bil-posta elettronika li jkunu seħħew permezz ta’ din il-funzjonalità.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u d-dejta personali relatata, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.

Fuq

4 Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

© L-Unjoni Ewropea (2020)

L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni jew f’isimha mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) huwa suġġett għall-kundizzjonijiet determinati fid-Deċiżjoni tas-12 ta’ Diċembru 2011 (2011/833/UE, Euratom) dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tal-Kummissjoni. L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti huwa bla ħlas.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li s-sors ikun rikonoxxut, ħlief fejn iddikjarat mod ieħor. Meta jrid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġnijiet, softwer, eċċ.), tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b’mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Ir-Renju tal-Belġju (2020)

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni li tinsab fil-paġni Belġjani nazzjonali ta’ dan is-sit web huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni Belġjana fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar id-dritt tal-awtur u drittijiet relatati. Dan ifisser li sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor l-użu mill-ġdid tat-tali informazzjoni jeħtieġ il-permess minn qabel tad-detenturi tad-dritt tal-awtur. B’konformità mal-Artikolu 8(2) tal-istess liġi, l-atti uffiċjali ta’ awtorità pubblika ma jwasslux għal dritt tal-awtur. Atti uffiċjali ta’ awtorità pubblika huma dawk li għandhom effett legali (liġijiet, proċeduri parlamentari, deċiżjonijiet tal-qrati u t-tribunali, eċċ.). L-Artikolu 21(1) jiddikjara li "l-kwotazzjonijiet meħuda minn xogħol ippubblikat skont il-liġi għal skopijiet ta’ kritika, kontroversja, reviżjoni jew tagħlim, jew biex jiddaħħal f’xogħol akkademiku, skont il-prassi ġusta tal-professjoni u sa dak il-punt iġġustifikat mill-iskop intenzjonat, ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur. Il-kwotazzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom ikunu akkumpanjati minn referenzi għas-sors u għal isem l-awtur, sakemm dan ma jkunx impossibbli”.

Il-paġni tal-internet li l-paġni Belġjani nazzjonali tal-portal tal-ġustizzja elettronika jirreferu għalihom huma suġġetti għall-klawżoli tagħhom stess tad-dritt tal-awtur. Il-qrati Belġjani għandhom il-ġuriżdizzjoni jisimgħu kull rikors dwar id-drittijiet tal-awtur b’rabta mad-data li jkun hemm referenza għaliha fil-paġni Belġjani nazzjonali.

© Ir-Repubblika tal-Bulgarija (2020)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija hija pubblika. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni Bulgari tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli b’xejn u tista’ tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f’kull edizzjoni, forma u midja għal skopijiet mhux kummerċjali bl-eċċezzjoni ta’ materjali li fihom hija maħsuba klawżola espliċita ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew li għalihom jeħtieġ kunsens minn qabel tad-detentur tad-dritt tal-awtur.

© Ir-Repubblika Ċeka (2020)

L-użu ta’ dokumenti ppubblikati fuq dan is-sit web li huma miżmuma mir-Repubblika Ċeka jew minn partijiet terzi f’isem ir-Repubblika Ċeka huwa soġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. Ħlief fejn speċifikat mod ieħor, taħt it-Taqsima 31 tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur (l-Att Nru 121/2000) ir-riproduzzjoni tal-kontenut minn websajts Ċeki hija awtorizzata sakemm is-sors jiġi ċċitat u l-iskop ma jkunx kummerċjali. Ħlief fejn l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur jipprovdi mod ieħor, ix-xogħlijiet jistgħu jintużaw liberament mingħajr permess, dment li l-użu jkun għal ħtieġa personali ta’ persuna fiżika li ma tkunx għall-iskop li jinkiseb benefiċċju ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett.

Fejn il-liġi Ċeka teħtieġ permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali u multimedjali, dak il-permess jieħu preċedenza fuq il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika xi restrizzjonijiet fuq l-użu.

Għandu jiġi nnutat li l-informazzjoni ppubblikata fuq dan is-sit web tista’ ma tkunx kompluta, eżawrjenti, preċiża jew aġġornata u mhix maħsuba biex tissostitwixxi l-parir legali professjonali. Huma biss l-atti legali Ċeki li ġew ippubblikati kif mitlub mil-liġi fil-Kollezzjoni tal-Atti Leġiżlattivi (Sbírka zákonů) li huma legalment vinkolanti.

© Ir-Renju tad-Danimarka (2020)

L-informazzjoni dwar il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern Daniż mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (2020)

L-użu mill-ġdid minn terzi partijiet, ta’ dokumenti li jidhru fuq din is-sit web u miżmuma mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hu protett mir-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti taħt il-liġi Ġermaniża, l-Unjoni Ewropea u konvenzjonijiet internazzjonali. Ma nassumu l-ebda responsabbiltà għall-kompletezza, żbalji editorjali u tekniċi, ommissjonijiet jew l-eżattezza tal-informazzjoni fuq dan is-sit web.

B’mod partikolari, ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew impliċita, fir-rigward tal-kompletezza jew eżattezza tal-informazzjoni miksuba permezz ta’ links għal websajts esterni.

L-operaturi tas-siti web huma responsabbli għall-kontenut li jagħmlu disponibbli għall-użu fuq is-siti web tagħhom stess, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ġenerali. Dan il- “kontenut proprju” għandu jiġi distint minn links għal kontenut ipprovdut minn operaturi ta’ websajts esterni.

Il-hyperlinks għall-kontenut ta’ websajts esterni huma pprovduti biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ir-responsabbiltà għall-kontenut ta’ siti web esterni taqa’ unikament fuq il-fornitur tat-tali kontenut. Il-websajts esterni jiġu miflija bir-reqqa u ċċekkjat bl-aħjar mod possibbli għalina qabel ma tiddaħħal link għaliha. Madankollu ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinkiseb minn hyperlinks esterni. Il-kontenut ta’ websajts esterni jistgħu jinbidlu f’kull ħin mingħajr l-għarfien tal-gvern Ġermaniż.

Fir-rigward tal-links kollha provduti f’din is-sit web, aħna niddikjaraw b’mod espliċitu li m’għandna l-ebda kontroll fuq id-disinn u kontenut tas-siti web esterni li wieħed jista’ jaċċedi għalihom permezz tal-links fuq din is-sit web; barra minn hekk, dawn il-links ma jimplikawx approvazzjoni tal-websajts illinkjati jew tal-kontenut tagħhom. Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-paġni kollha fuq din is-sit web u għal-links kollha li jinsabu hemmhekk.

Jekk jogħġbok informa lill-punt ta’ kuntatt Ġermaniż f’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaredaktion@justiz.de jekk xi links għall-websajts huma provduti li l-kontenut tagħhom jista’ jqajjem oġġezzjonijiet.

L-istaff editorjali onlajn tal-paġni nazzjonali Ġermaniżi jirreżerva d-dritt, mingħajr avviż minn qabel, li jbiddel, jissupplimenta jew ineħħi l-informazzjoni pprovduta fuq dan is-sit web.

Għal iktar informazzjoni żur din Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-ħolqa.

© Ir-Repubblika tal-Estonja (2020)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Estonja hija suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, madanakollu, hija disponibbli bla ħlas u tista’ tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f’kull edizzjoni, forma u midja għal raġunijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali sakemm is-sors tal-materjal huwa identifikat u l-istatus tagħha dwar id-drittijiet tal-awtur tiġi rikonoxxuta. Il-kontenut użat mill-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika għandu jiġi riprodott b’mod preċiż u ma jintużax f’kuntest qarrieqi.

© Ir-Repubblika tal-Kroazja (2020)

L-informazzjoni fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja mhijiex soġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. Dan ma jestendix għal kwalunkwe materjal li jista’ jkun taħt id-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, bħal riferimenti għal kontenut fuq siti web ta’ partijiet terzi.

Skont l-Att Kroat dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati (ĠU Nru 167/03, 79/07, 80/11, 125/11, 141/13, 127/14, 62/17 u 96/18), it-testi uffiċjali fil-qasam tal-leġiżlazzjoni, l-amministrazzjoni, il-ġudikatura (eż. atti, regolamenti, deċiżjonijiet, rapporti, minuti, sentenzi) u xogħlijiet uffiċjali oħra u l-ġabriet tagħhom, ippubblikati għall-iskop li jinfurmaw uffiċjalment lill-pubbliku, mhumiex soġġetti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur.

© L-Irlanda (2020)

Il-materjal li jidher fuq dan is-sit riprodott mill-Irlanda huwa suġġett għad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda, skont l-Atti tal-2000 dwar id-Dritt tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati. Il-materjal jista’ jitniżżel għall-iffajljar u l-istampar għall-użu personali biss. Fejn dan jinħareġ lil oħrajn għandhom jiġu rrikonoxxuti s-sors u l-istatus tad-drittijiet tal-awtur.

Il-permess li jiġi riprodott il-materjal tad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda ma jestendix għal kull materjal f’dan is-sit li jista’ jkun il-proprjetà ta’ terzi. Il-permess ta’ riproduzzjoni tat-tali materjal trid tinkiseb mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati.

© Ir-Repubblika Ellenika (2020)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern tal-Greċja mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. Ċerti ħoloq esterni, madankollu, jistgħu jkunu suġġetti għal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b’mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Il-Ministeru tal-Ġustizzja Spanjol (2020)

L-aċċess għall-kontenut u l-użu tal-kontenut ipprovdut minn Spanja fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, l-informazzjoni li hemm fih u l-ħoloq mehmuża u s-servizzi huma l-prerogattiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja jew il-korpi li jikkollaboraw miegħu u huma protetti mid-drittijiet xierqa tal-awtur u tal-proprjetà industrijali. L-użu, ir-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku jew it-trasformazzjoni ta’ dan il-kontenut jew kull attività simili oħra huma pprojbiti mingħajr il-permess espliċitu mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-liċenzja tal-utent li juża kwalunkwe kontenut minn dan il-portal hija limitata għat-tniżżil u l-użu privat ta’ dak il-kontenut, sakemm jibqa’ bla mittiefes.

© Ir-Repubblika Franċiża (2020)

DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Il-kontenut ta’ dan is-sit web huwa l-proprjetà esklussiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Libertajiet u/jew tal-awturi jew tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, u huwa protett bil-leġiżlazzjoni Franċiża u internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet ta’ proprjetà u, b’mod partikolari, bid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Dan japplika, fost l-oħrajn, għall-karatteristiċi editorjali tas-sit web, għall-preżentazzjoni tal-iskrins u għas-softwer li huwa meħtieġ għall-użu ta’ dan is-sit, u għal logos, immaġni, ritratti u grafiċi ta’ kwalunkwe tip.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Libertajiet jawtorizza lill-utenti biex jaraw il-kontenut biss; dan jeskludi, b’mod partikolari, l-użu mill-ġdid tal-kontenut kollu jew parti minnu fuq is-sit għal kull skop.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata f’forma diġitali biss, fuq il-kompjuter li jintuża għall-aċċess tas-sit, għall-fini tal-ivviżwalizzar tal-paġni kkonsultati mis-softwer ta’ navigazzjoni tal-utent.

Kull rappreżentazzjoni totali jew parzjali tas-sit web minn kull kumpanija mingħajr il-permess espliċitu tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tad-Drittijiet Fundamentali hija pprojbita, u tikkostitwixxi falsifikazzjoni fis-sens tal-Artikoli L.335–2 et seq. tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-ħolqa għall-Kodiċi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-Kapitolu tal-Kodiċi dwar is-sanzjonijiet penali jistgħu jiġu aċċessati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

© Ir-Repubblika Taljana (2020)

L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma mill-Ministeru tal-Ġustizzja Taljan u istituzzjonijiet pubbliċi oħra jew f’isimhom minn entitajiet terzi li jidhru fuq dan is-sit web huwa soġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut tal-paġni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Taljana u ta’ istituzzjonijiet pubbliċi oħra hija awtorizzata, sakemm jiġi rikonoxxut is-sors, salv fejn dikjarat mod ieħor.

Meta jrid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġnijiet, softwer, eċċ.), tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b’mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Ir-Repubblika ta’ Ċipru (2020)

L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma minn Ċipru jew minn entitajiet terzi f’isimha li jidhru fuq din is-sit web hu soġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm mhux indikat mod ieħor. Riproduzzjoni ta’ kontenut dwar paġni Ċiprijotti hi awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, għajr fejn provdut xort’ oħra. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b’mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Ir-Repubblika tal-Latvja (2020)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tal-Latvja hija pubblika u mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. F’dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Latvjani tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli bla ħlas u tista’ tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

© Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (2020)

L-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Litwanja hija mħarsa mil-Liġi Litwana dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u tkun tista’ tintuża b’mod ħieles sakemm jiġi rikonoxxut is-sors.

© Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (2020)

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut u l-informazzjoni ppreżentati fil-paġni tal-Lussemburgu u li huma tal-Istat tal-Lussemburgu jew ta’ partijiet oħra, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, huma soġġetti għal-liġi tal-Lussemburgu.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, ir-riproduzzjoni tal-informazzjoni li fihom il-paġni Lussemburgiżi hija awtorizzata għal skopijiet mhux kummerċjali sakemm is-sors ikun ċitat espliċitament.

Fejn ikun hemm il-ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġni, softwer, eċċ.), dik l-istipulazzjoni tikkanċella l-awtorizzazzjoni ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, tindika kull restrizzjoni għall-użu.

L-Istat tal-Lussemburgu jirrifjuta li jaċċetta kull responsabbiltà fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni misjuba fil-paġni tal-Lussemburgu. Għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni ppubblikata f’dawn il-paġni mhijiex neċessarjament kompluta, eżawrjenti, eżatta jew aġġornata. Fil-każ li jkun hemm diskrepanzi bejn it-testi ppubblikati f’dawn il-paġni u fid-dokumenti oriġinali, ikunu applikabbli d-dokumenti oriġinali kif ippubblikati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Mémorial.

Xi kultant il-paġni tal-Istat tal-Lussemburgu jirreferu għal paġni li jkunu f’idejn partijiet oħrajn li l-Istat tal-Lussemburgu ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u li fir-rigward tagħhom huwa jirrifjuta li jaċċetta kwalunkwe responsabbiltà.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe ħsara kkawżata fuq il-faċilità tal-kompjuter tal-utent mill-paġni li jieħu ħsiebhom l-Istat tal-Lussemburgu jew oħrajn.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fil-każ li s-servizz mogħti minn dawn il-paġni jiġi sospiż, anke temporanjament.

Mhuwiex l-iskop ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li jitwarrbu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli, jew li tiġi eskluża r-responsabbiltà f’każijiet fejn din ma tistax tiġi eskluża f’konformità mal-leġiżlazzjoni li ssemmiet qabel.

© L-Ungerija (2020)

L-użu mill-ġdid tad-dokumenti mill-Ungerija jew minn entitajiet terzi f’isimha li jidhru fuq din is-sit web hu soġġett għal-liġi Ungeriża dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm mhux indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni privata u uffiċjali tal-kontenut fuq il-paġni Ungeriżi hija awtorizzata, dment li jissemma s-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Kwalunkwe użu ieħor jeħtieġ l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt.

© Ir-Repubblika ta’ Malta (2020)

Id-dritt tal-Awtur/Il-Permess ta’ Riproduzzjoni

Il-Gvern ta’ Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u awturi tas-siti web, jagħmlu kull sforz biex iżommu l-eżattezza tal-informazzjoni fuq dan is-sit web imma ma jistgħux jiggarantixxu li l-informazzjoni li tidher fuq xi siti web tagħhom jew ta’ ħoloq esterni hija kompluta, attwali u korretta u għalhekk jisħqu li l-informazzjoni li tinstab hemm ma għandhiex titqies bħala informazzjoni korretta u kompluta fuq kull suġġett. Ma jistgħu jiġu żgurati la l-kwalità u l-aċċessibbiltà kontinwa u lanqas il-fatt li jseħħu interruzzjonijiet minħabba kwistjonijiet tekniċi. Għaldaqstant, huma ma jistgħux jaċċettaw responsabbiltà għal kwlaunkwe ħsara, telf jew dannu li jistgħu jiġu kkaġunati permezz tal-użu tal-informazzjoni, għaliex l-informazzjoni murija hija maħsuba biss bħala gwida ġenerali. Il-Gvern ta’ Malta jirriżerva d-dritt li jbiddel, iżid jew ineħħi partijiet jew paġni sħaħ, mingħajr ma speċifikatament javża dwar dan, għal perjodu temporanju.

Il-Gvern ta’ Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tal-websajts, ma jipprovdux kontroll tal-kwalità ta’ links esterni. L-inklużjoni tal-isem ta’ kull kumpanija jew negozjant fil-paġni ma għandhiex tinftiehem bħala rakkomandazzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi ta’ dik il-kumpanija jew dak in-negozjant.

Dawn il-paġni mhumiex intenzjonati li jagħtu pariri legali. Din tibqa’ l-prerogattiva tal-professjoni legali.

Jekk tidentifika xi informazzjoni fuq dan is-sit li tkun inkorretta jew qarrieqa, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaibgħat ittra elettronika lill-webmaster dwarha, jew uża l-formola ta’ rispons.

Il-materjal fuq dan is-sit web huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur, tal-Liġijiet ta’ Malta, tal-politiki u tar-regolamenti u ta’ kull ftehim internazzjonali li jsemmi l-Gvern ta’ Malta. L-informazzjoni f’dan is-sit web hija disponibbli għall-użu personali u għall-użu pubbliku li mhuwiex kummerċjali. Meta jitqiesu dawn il-finijiet, l-informazzjoni tista’ tiġi riprodotta mingħajr ebda ħlas jew ħtieġa oħra għal awtorizzazzjoni mill-Gvern ta’ Malta, sakemm dan il-materjal li jiġi riprodott ikun kopja vera tal-oriġinal u l-Gvern ta’ Malta jiġi identifikat bħala s-sors. Il-materjal riprodott ma jista’ bl-ebda mod jiġi rrappreżentat bħala l-verżjoni uffiċjali, lanqas bħala prodott flimkien ma’ jew bil-kunsens tal-Gvern ta’ Malta.

© Ir-Renju tan-Netherlands (2020)

L-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku provduta mill-gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi mhix suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix speċifikat. F’dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Netherlandiżi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli bla ħlas u tista’ tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali għajr meta f’ (ċerti partijiet ta’) l-informazzjoni pprovduta tiġi inkluża klawżola tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika tal-Awstrija (2020)

L-artikli kollha ppubblikati fuq dan is-sit web huma protetti bid-drittijiet tal-awtur, bid-drittijiet kollha riżervati.

L-informazzjoni ppreżentata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija kkunsidrata informazzjoni pubblika u tista’ tiġi distribwita jew ikkupjata, sakemm din ma tiġix użata għal raġunijiet kummerċjali u s-sors jiġi indikat.

Filwaqt li l-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (BMJ) jagħmel sforzi raġonevoli sabiex jinkludi informazzjoni preċiża u aġġornata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-e-Justice Portal Ewropew, il-Ministeru ma jieħu l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-preċiżjoni, aġġornamenti jew kompletezza ta’ dik l-informazzjoni jew għal informazzjoni fuq websajts oħra li għalihom ikun forna links. Jekk, u sa dak il-punt, li jsiru magħrufa żbalji, dawn jiġu korretti kemm jista’ jkun malajr.

L-informazzjoni fornuta permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija ta’ karattru ġenerali u mhijiex, għalhekk, adattata għar-rekwiżiti individwali speċifiċi ta’ persuni, entitajiet jew orgnaizzazzjonijiet; mhijiex neċessarjament preċiża, kompluta jew aġġornata; hi parzjalment konnessa ma’ websajts oħra li la huma influwenzati minn u lanqas fiż-żona ta’ responsabbiltà tal-BMJ. Mhix maħsuba biex tissostitwixxi servizz professjonali ta’ konsultazzjoni (legali). Jekk tkun qed tfittex pariri personali, jekk jogħġbok l-ewwel dejjem ikkuntattja espert fil-qasam rispettiv ikkonċernat. Jekk ikollok xi mistoqsija dwar il-proċedimenti tiegħek quddiem il-qorti, jekk jogħġbok ikkuntattja l-qorti kompetenti. Mozzjonijiet jew applikazzjonijiet li jkunu jirrekjedu konformità ma’ xi terminu ta’ żmien, f’kull każ dawn għandhom l-ewwel jitqajmu mal-qorti jew l-awtorità kompetenti.

Aħna ma niggarantux li dokument li huwa aċċessibbli permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jikkorrispondi eżattament mat-test adottat uffiċjalment. Huma biss l-atti tar-Repubblika tal-Awstrija li huma ppubblikati bil-mod preskritt mil-liġi fil- “Gazzetta dwar il-Liġi Federali tar-Repubblika tal-Awstrija” (Bundesgesetzblatt der Republik Österreich) li huma legalment vinkolanti.

Xi dokumenti li wieħed jista’ jaċċedi għalihom mill-paġni Awstrijaċi tas-sit tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jirreferu għal informazzjoni fornuta minn organizzazzjonijiet oħra. Il-BMJ, madanakollu, ma jagħti l-ebda garanzija rigward il-preċiżjoni, it-tempestività jew il-korettezza tad-dejta pprovduta.

© Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Polonja (2020)

Il-kontenut ta’ din is-sit web huwa għal għanijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss u ma jikkostitwixxix parir. Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jagħti l-ebda assikurazzjoni jew garanzija rigward l-akkuratezza, it-tempestività, jew l-applikabbiltà ta’ kwalunkwe parti tal-kontenuti.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jassumi l-ebda responsabbiltà għall-informazzjoni kontenuta fuq din il-websajt u ma jassumi l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ tali informazzjoni. Jistgħu japplikaw dikjarazzjonijiet ta’ rinunzja jew avviżi dwar id-drittijiet tal-awtur speċifiċi flimkien ma’ ċerti kontenut jew partijiet tal-websajt. L-informazzjoni fil-paġni Polakki li mhix soġġetta għal rinunzja jew avviż dwar id-drittijiet tal-awtur speċifiċi huwa liberament disponibbli u jista’ jitniżżel/jiġi riprodott/tradott/adattat fl-edizzjonijiet kollha, il-forom u l-midja għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal u jeskludi kull responsabbiltà marbuta mat-tfittxija fis-sit web, l-użu tal-informazzjoni jew it-tniżżil ta’ kull materjal minnu, inkluża iżda mhux limitata għal kull responsabbiltà għal żbalji, ineżattezzi, omissjonijiet, jew dikjarazzjonijiet qarrieqa jew difamatorji. L-informazzjoni fuq dan is-sit web tista’ tinkludi opinjonijiet jew perspettivi li, sakemm ma jiġix espressament iddikjarat mod ieħor, mhumiex neċessarjament dawk tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Din is-sit web fiha links għal siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ma għandhom l-ebda kontroll u li għalihom il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jieħu l-ebda responsabbiltà.

© Ir-Repubblika Portugiża (2020)

L-użu mill-ġdid, minn terzi ta’ dokumenti li jinsabu f’dan il-portal u li huma proprjetà tal-Portugall huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u bid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali skont il-Liġi Portugiża, id-dritt tal-UE u l-ftehimiet internazzjonali applikabbli. L-informazzjoni li tinsab f’dan il-portal hija pubblika u, sakemm ma jiġix iddikjarat espressament mod ieħor, tista’ tiġi riprodotta u użata mill-ġdid sakemm jiġi rikonoxxut is-sors. Fejn l-awtorizzazzjoni preċedenti għall-produzzjoni mill-ġdid jew għall-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, immaġini, programmi tal-kompjuter, eċċ) hija meħtieġa, l-awtorizzazzjoni ġenerika msemmija hawn fuq ma tapplikax. Jista’ jingħata permess speċifiku fuq talba għall-użu mill-ġdid u r-riproduzzjoni ta’ dokumenti b’informazzjoni li, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti, ma tistax tintuża mill-ġdid liberament. Awtorizzazzjoni speċifika kjarament tistabilixxi r-restrizzjonijiet li japplikaw għall-użu tad-dokumenti koperti minnha.

© Ir-Rumanija (2020)

L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma mir-Rumanija jew f’isimhom minn entitajiet terzi li jinsabu fuq din is-sit web hija suġġetta għar-regoli tad-drittijiet tal-awtur nazzjonali sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni Rumeni hija awtorizzata, sakemm jiġi rikonoxxut is-sors salv li ma jiġix dikjarat mod ieħor. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), it-tali permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b’mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Ir-Repubblika tas-Slovenja (2020)

L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma mill-Gvern tas-Slovenja jew minn entitajiet terzi f’isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut li jinsab fuq il-paġni Sloveni hi awtorizzata, sakemm jiġi rikonoxxut is-sors, salv meta jiġi dikjarat mod ieħor u jista’ jiġi riprodott biss għal finijiet mhux kummerċjali.

Meta jrid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġnijiet, softwer, eċċ.), tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u jindika b’mod ċar ir-restrizzjonijiet dwar l-użu.

© Ir-Repubblika Slovakka (2020)

L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma mir-Repubblika Slovakka jew minn entitajiet terzi f’isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli Slovakki dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur u mad-dritt tad-database sui generis huma permessi biss f’każijiet speċjali stipulati fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur Nru 618/2003 kif emendat. L-użu jew it-tneħħija tas-suġġett skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur ma jridux ikunu b’kunflitt mal-isfruttar maħsub normali u ma jridux jippreġudikaw b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet. Fil-każijiet l-oħra għandu jinkiseb permess minn qabel għall-użu ta’ suġġett (liċenzja).

Għal aktar tagħrif dwar il-liġi Slovakka dwar id-drittijiet tal-awtur jekk jogħġbok irreferi għall-links li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ingliż
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabis-Slovakk

© Ir-Repubblika tal-Finlandja (2020)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern Finlandiż hija pubblika u mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Renju tal-Iżvezja (2020)

Il-materjal pubblikat fuq il-paġni tal-Iżvezja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jista’ jiġi riprodott mingħajr ħlas. Is-sors għandu jiġi rikonoxxut fejn dan huwa speċifikament mitlub.

© Id-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna (2020)

L-informazzjoni prodotta mill-Gvern tar-Renju Unit hija protetta mid-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna. Il-kontenut kollu huwa disponibbli taħt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida il-Liċenzja tal-Gvern Miftuħa v3.0, għajr fejn indikat mod ieħor.


Din hija verżjoni tradotta awtomatikament tal-kontenut. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Последна актуализация: 11/06/2020