Tipi ta’ professjonijiet legali

Fi ħdan l-ordinamenti ġuridiċi u ġudizzjarji differenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE), hemm firxa wiesa' ta' professjonijiet legali bħal avukat, nutara, imħallfin, prosekuturi u uffiċjali ġudizzjarji. Membri tal-professjonijiet legali m'għandhomx l-istess titoli fl-Istati Membri kollha, u r-rwol u status tagħhom jista' jvarja b'mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor.

Din il-paġna tipprovdik b'informazzjoni ġenerali (rigward ir-rwol u l-funzjonijiet) dwar professjonijiet legali differenti.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Jekk għandek bżonn tikkonsulta jew issib ġurista fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tista' tara t-taqsima Sib professjonist legali.

Introduzzjoni

Ħlief għall-professjoni tal-avukatura, il-liġi tal-Unjoni Ewropea ma tirregolax il-kundizzjonijiet sabiex wieħed jeżerċita bħala professjonist fil-qasam legali. Il-professjonijiet fil-qasam legali huma ġeneralment regolati fuq livell nazzjonali. Għalkemm jista' jkun hemm xi similaritajiet bejniethom, dawn ir-regolamenti nazzjonali jvarjaw sostanzjalment minn pajjiż għall-ieħor peress li jirriflettu l-kontinwazzjoni ta' tradizzjonijiet sikwit antiki.

Il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa (KtE) ippubblika għadd ta' rakkomandazzjonijiet dwar il-professjonijiet legali. Waħda minn dawn l-inizzjattivi tikkonċerna l-eżerċiżżju tal-professjoni ta' avukat. Oħra tikkonċerna l-indipendenza tal-imħallfin. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-KtE u informazzjoni oħra dwar din il-kwistjoni tinsab fis-sit web tiegħu.

Barra minn hekk, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tiddikjara li kull min ikun akkużat b'reat kriminali għandu d-dritt li jiddefendi ruħu hu stess jew permezz ta' għajnuna legali tal-għażla tiegħu stess jew, jekk m'għandux mezzi suffiċjenti sabiex iħallas l-għajnuna legali, li jingħata din l-assistenza b'xejn meta l-interessi tal-ġustizzja ikunu jeħtieġu hekk. Din il-klawżola tirreferi prinċipalment għar-reati kriminali, iżda l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) estendietha sabiex tkopri wkoll kawżi ċivili.

Imħallfin

Imħallef, jew arbitru tal-ġustizzja, huwa kap uffiċjali li jippresjedi fuq qorti tal-ġustizzja, jew waħdu jew bħala parti minn grupp ta' mħallfin. Il-poteri, il-funzjonijiet, il-metodi ta' ħatra, id-dixxiplina, u t-taħriġ tal-imħallfin ivarjaw ħafna bejn ġuriżdizzjoni u oħra. L-imħallef hu bħal arbitru f'logħba u jmexxi t-tribunal b'mod imparzjali u f'qorti miftuħa għall-pubbliku. L-imħallef jisma' x-xhieda kollha u kwalunkwe evidenza oħra preżentata mill-partijiet tal-każ, jivvaluta l-kredibbiltà tal-partijiet, u wara jippubblika sentenza dwar il-kwistjoni fuq il-bażi tal-interpretazzjoni tiegħu/tagħha tal-liġi u tal-ġudizzju personali tiegħu/tagħha.

Tista' ssib aktar informazzjoni dwar din il-professjoni fuq il-websajts li ġejjin:

Prosekuturi Pubbliċi

Fil-proċedimenti kriminali, is-servizz tal-prosekuzzjoni jew l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni pubblika għandhom rwol importanti ħafna. Is-sistemi tal-Istati Membri huma wkoll differenti ħafna fir-rigward tar-rwol, dmirijiet u poteri tal-prosekuturi.

Persunal tal-Qorti

Il-funzjonijiet u t-titoli tal-persunal tal-Qorti jistgħu jkunu differenti ħafna, pereżempju: “Greffier” fi Franza, “Rechtspfleger” fil-Ġermanja.

Barra minn hekk, il-funzjonijiet tagħhom ivarjaw ħafna minn ordinament ġuridiku għal ieħor: jassistu lill-imħallfin jew lill-prosekuturi, il-ġestjoni tal-qrati, responsabbiltajiet f'ċerti proċeduri. Skont il-pajjiż, huma suġġetti għal studji legali, jistgħu jipprovdu pariri legali u/jew jibbenefikaw minn taħriġ kontinwu.

F’kull każ, huma jaqdu rwol importanti fil-qrati, permezz tar-rwol tagħhom li jilqgħu lill-vittmi kif ukoll lill-konvenuti u fl-effiċjenza ġenerali tas-sistema ġudizzjarja.

Membri ta' din il-professjoni huma rappreżentati fil-livell Ewropew mill-Unjoni Ewropea tar-Rechtspfleger(E.U.R.), organizzazzjoni mhux governattiva li ġġib flimkien assoċjazzjonijiet professjonali mid-diversi pajjiżi. L-għanijiet tal-E.U.R. jinkludu l-parteċipazzjoni fil-ħolqien, l-iżvilupp u l-armonizzazzjoni tal-liġi fuq livell Ewropew u fuq dak internazzjonali; taħdem mal-istituzzjonijiet Ewropej; tirrappreżenta l-interessi professjonali tal-membri tagħha u l-promozzjoni tal-professjoni fl-interess ta’ funzjonament aħjar tas-sistema ġudizzjarja.

Bailiffs (uffiċjali ġudizzjarji)

Il-professjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju hi regolata mill-liġi tal-Istat Membru individwali u dawn ir-regolamenti jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

Membri ta' din il-professjoni huma rappreżentati fil-livell Ewropew mill-Unjoni Internazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (UIHJ). L-għan tal-UIHJ hu li tirrappreżenta lill-membri tagħha f'organizzazzjonijiet internazzjonali u tiżgura l-kollaborazzjoni ma' korpi professjonali nazzjonali. Din taħdem sabiex ittejjeb il-liġi proċedurali nazzjonali u trattati internazzjonali u tagħmel kull sforz sabiex tippromwovi ideat, proġetti u inizzjattivi li jgħinu sabiex imexxu 'l quddiem u jelevaw l-istatus indipendenti tal-uffiċjali ġudizzjarji.

Il-Kamra Ewropea tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (li l-akronimu Franċiż għaliha huwa CEHJ) tirrappreżenta wkoll lill-uffiċjali ġudizzjarji. Assoċjazzjoni bla skop ta' lukru rregolata bil-liġi Belġjana, is-CEHJ għandha l-għan li tippromwovi involviment akbar ta' uffiċjali ġudizzjarji fl-azzjoni miftiehma ta' professjonisti legali fid-dibattitu Ewropew.

Avukati

Ir-rwol tal-avukat, sew jekk hu individwu, kumpanija jew stat, hu ta' konsulent u rappreżentant ta' fiduċja tal-klijent, bħala professjonist rispettat minn partijiet terzi, u bħala partiċipant indispensabbli fl-amministrazzjoni imparzjali tal-ġustizzja. Meta l-avukat ikun qed jirrappreżenta dawn l-elementi kollha u jaqdi l-interessi tal-klijent tiegħu/tagħha b'mod leali u jipproteġi d-drittijiet tal-klijent, hu jkun qiegħed ukoll jaqdi l-funzjonijiet ta' avukat f'soċjetà – li huma li jantiċipa u jwaqqaf kunflitti, li jassigura li kunflitti jiġu solvuti skont prinċipji tal-liġi ċivili, pubblika jew kriminali rikonoxxuti u b'kunsiderazzjoni dovuta tad-drittijiet u l-interesssi, li jiżviluppa dejjem aktar il-liġi, u li jiddefendi l-libertà, ġustizzja u l-istat tad-dritt.

Fl-attivitajiet tagħhom l-avukati huma regolati minn organizzazzjonijiet jew awtoritajiet professjonali fi ħdan l-Istat Membru - il-kmamar u l-assoċjazzjonijiet tal-avukati - li huma responsabbli għat-tfassil ta' regoli dwar kondotta professjonali u l-amministrazzjoni tal-miżuri dixxipplinari pertinenti.

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea ma jirregolax il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-professjoni legali. Madankollu d-Direttiva tal-1998 tfassal il-kundizzjonijiet biex avukat li jkun kiseb il-kwalifiki fi Stat Membru wieħed ikun jista' jipprattika l-professjoni tiegħu fuq bażi permanenti fi Stat Membru ieħor.

Fuq il-livell tal-UE, l-avukati huma rappreżentati mill-Kunsill tal-Ghaqdiet Ewropej tal-Avukati (CCBE) - assoċjazzjoni internazzjonali bla skop ta' qligħ li twaqqfet fl-1960. Dan il-Kunsill jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt bejn l-UE u l-kmamar u l-assoċjazzjonijiet tal-avukati nazzjonali fl-Ewropa dwar il-kwistjonijiet kollha ta' interess reċiproku relatat mal-eżerċizzju tal-professjoni ta' avukat.

Nutara

In-nutara huma prattikanti legali speċjalizzati u awtorizzati li jaġixxu f'ċerti kwistjonijiet legali. Minħabba l-kompiti u responsabbilitajiet tagħhom, in-nutara għandhom rwol importanti fil-leġiżlatura tal-Istat fit-22 Stat Membru fejn l-ordni ġuridiku hu bbażat fuq id-dritt ċivili Ruman. L-Irlanda hija l-unika Ġuriżdizzjoni tad-Dritt Komuni fl-Unjoni Ewropea u għandha professjoni notarili wkoll li l-prattika tagħha testendi għal firxa wiesgħa ta' servizzi legali u li l-funzjonijiet u l-awtorità tagħha jiġu eżerċitati prinċipalment f'relazzjoni ma' atti legali u strumenti li jridu jintużaw f'ġuriżdizzjonijiet barranin. Huma għandhom rwol sinifikanti fin-negozju u l-kummerċ internazzjonali tal-ġuriżdizzjoni interna tagħhom.

Id-dmirijiet tan-nutara b'mod partikolari huma:

  • li jfasslu ftehimiet privati u li jagħtu parir lill-partijiet filwaqt li jissodisfaw obbligu li jittrattaw lil kull wieħed minnhom b'mod ġust. Fl-abbozzar ta' dokumenti uffiċjali, in-nutar huwa responsabbli għal-legalità ta' dawn id-dokumenti u għall-parir li jagħti. Huma għandhom jinfurmaw lill-partijiet dwar l-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi tal-obbligi li jidħlu għalihom,
  • li jinfurzaw l-atti li huma jabbozzaw. L-att jista' imbagħad jiġi reġistrat direttament fir-reġistri uffiċjali, jew infurzat jekk waħda mill-partijiet ma tissodisfax l-obbligi tagħha, mingħajr l-intervent preċedenti tal-imħallef,
  • li taqdi rwol ta' arbitru li, b'mod imparzjali u taħt osservanza stretta tal-liġi, jippermetti lill-partijiet jilħqu ftehim aċċettabbli b'mod reċiproku.

In-nutara huma uffiċjali pubbliċi - L-Istati jiddelegaw parti mill-poter pubbliku lilhom sabiex ikunu jistgħu jaqdu missjoni għas-servizz tal-pubbliku - li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fi ħdan il-qafas ta' professjoni indipendenti.

In-Nutara huma marbuta bil-kunfidenzjalita' professjonali. Il-kundizzjonijiet ta' nomina ta' nutara huma simili għal dawk ta' maġistrat u n-nutara ikunu soġġetti għall-istess indipendenza, permanenza ta' uffiċċju, imparzjalità, poter konklussiv u infurzabbiltà tal-azzjonijiet tagħhom flimkien mas-superviżjoni tal-attivitajiet tagħhom mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Hemm madwar 35 000 nutar, madwar it-22 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li l-ordinament ġuridiku tagħhom huwa bbażat fuq id-dritt ċivili Ruman.

Fin-negozjati mal-istituzzjonijiet Ewropej, in-nutara tal-ġuriżdizzjonijiet tad-dritt ċivili Ruman tal-Unjoni Ewropea huma rappreżentati mill-Kunsill tal-Kmamar tan-Nutura tal-Unjoni Ewropea (CNUE) li twaqqaf fl-1993. Is-CNUE jirrappreżenta n-nutara tal-Istati Membri tal-UE kollha fejn jeżisti r-rwol ta' nutar tal-Liġi Ċivili Rumana: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja. L-Irlanda għandha l-korp rappreżentattiv nazzjonali tagħha, madankollu, fuq livell internazzjonali, hija rrappreżentata mill- “Forum Notarili tar-Renju Unit u l-Irlanda”.

L-aħħar aġġornament: 11/09/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Belġju

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn id-diversi professjonijiet legali fil-Belġju.

Professjonijiet legali — introduzzjoni

Din it-taqsima tippreżenta xi informazzjoni relatata ma’ professjonijiet legali bħal:

  • l-uffiċċju tal-avukat ġenerali,
  • imħallfin,
  • avukati,
  • nutara, u
  • bailiffs.

L-uffiċċju tal-avukat ġenerali

Organizzazzjoni

L-uffiċċju tal-avukat ġenerali, jew l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (ministère public/openbaar ministerie, magħruf ukoll bħala parquet/parket), li essenzjalment iressaq prosekuzzjonijiet (ara hawn taħt), jikkonsisti minn uffiċjali tal-liġi li huma maġistrati kkwalifikati (magistrats/magistraten), u li jwettqu d-dmirijiet tagħhom fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti partikolari li fiha huma bbażati.

Fi kwalunkwe distrett ġudizzjarju (arrondissement judiciare/gerechtelijk arrondissement) l-uffiċjali li jirrappreżentaw l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali quddiem il-qorti tal-prim’istanza (tribunal de première instance/rechtbank van eerste aanleg), u bl-istess mod quddiem il-qorti tal-minorenni (tribunal de la jeunesse/jeugdrechtbank), li hija diviżjoni tal-qorti tal-prim’istanza, huma l-avukat ġenerali (procureur du Roi/procureur des Konings), id-deputat avukat ġenerali għoli (premiers substituts/eerste substituten) u d-deputat avukat ġenerali (substituts/subsituten). Huma jaġixxu wkoll quddiem il-qorti jew il-qrati tal-pulizija (tribunal de police/politierechtbank) u l-qorti kummerċjali (tribunal de commerce/handelsrechtbank) taż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Quddiem it-tribunali tax-xogħol (tribunaux de travail/arbeidsrechtbanken) din il-funzjoni hija eżerċitata minn uffiċjal magħruf bħala l-awditur tax-xogħol (auditeur du travail/arbeidsauditeur), li bl-istess mod huwa assistit minn deputati u possibbilment minn deputati għolja. F’kawżi kriminali fl-isfera ta’ kompetenza tagħhom dawn l-uffiċjali jaġixxu wkoll quddiem il-qorti kriminali (tribunal correctionnel/correctionele rechtbank), li hija diviżjoni tal-qorti tal-prim’istanza, jew il-qorti jew qrati tal-pulizija.

F’kull qorti tal-appell (cour d’appel/hof van beroep) u qorti tax-xogħol (cour du travail/arbeidshof), dan ir-rwol hu tal-avukat ġenerali prinċipali (procureur-général/procureur-generaal), li jidderieġi u jissorvelja l-uffiċjali tal-liġi tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali prinċipali fil-qorti tal-appell (parquet général/parket-generaaal) u l-korp korrispondenti fil-qorti tax-xogħol (auditorat général/arbeidsauditoraat-generaal). F’qorti tal-appell l-avukat ġenerali prinċipali huwa assistit minn avukat ġenerali għoli (premier avocat-général/eerste advocaat-generaal), avukati ġenerali (avocats-généraux/advocaten-generaal), u deputat avukat ġenerali prinċipali (substituts généraux/substituten-generaal). F’qorti tax-xogħol l-avukat ġenerali prinċipali huwa bl-istess mod assistit minn avukat ġenerali għoli, avukati ġenerali, u deputat avukat ġenerali prinċipali.

Fil-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation/Hof van cassatie) il-funzjoni tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali titwettaq mill-Avukat Ġenerali Prinċipali fil-Qorti tal-Kassazzjoni, assistit minn avukat ġenerali għoli u avukati ġenerali. Għalkemm tintuża l-istess terminoloġija, il-funzjoni tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali hawnhekk hija pjuttost differenti. Il-Qorti tal-Kassazzjoni ma tiddeċidix fuq is-suġġett prinċipali tal-kawża, iżda tivverifika l-legalità u r-regolarità tal-proċedimenti.

L-uffiċċju tal-avukat ġenerali huwa indipendenti fit-tmexxija tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet f’kawżi individwali, suġġett biss għad-dritt tal-ministru responsabbli li jordna li tinbeda prosekuzzjoni u li joħorġu linji gwida vinkolanti dwar il-politika kriminali, inklużi linji gwida dwar l-investigazzjoni u l-politika ta’ prosekuzzjoni.

Rwol u dmirijiet

L-uffiċċju tal-avukat ġenerali jwettaq għadd ta’ kompiti u dmirijiet. Ix-xogħol tiegħu jikkonsisti f’kawżi u segwitu kemm f’kawżi kriminali kif ukoll f’kawżi ċivili.

  • Fi kwistjonijiet kriminali l-uffiċjali tal-liġi tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali jaġixxu fl-interess pubbliku, u jfittxu li jiżguraw it-tmexxija u r-riżoluzzjoni xierqa tal-proċedimenti kriminali. Huma jagħmlu dan kemm fil-proċedimenti ewlenin tal-qorti huma stess kif ukoll fil-proċedimenti ta’ qabel tal-inkjesta u l-investigazzjoni (li huma sorveljati minn waħda minn żewġ qrati: id-diviżjoni ta’ qabel il-proċess (chambre du conseil/raadkamer) jew id-diviżjoni tal-akkuża (chambre des mises en accusation/kamer van inbeschuldigingstelling)). Fis-seduta huma jitolbu lill-qorti biex tapplika d-dritt kriminali; huma jfittxu wkoll li jiżguraw li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni xierqa tas-sentenzi mogħtija. Quddiem l-assize court (cour d’assises/hof van assisen) ir-rwol tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali huwa eżerċitat mill-avukat ġenerali prinċipali fil-qorti tal-appell, li jista’, madankollu, jiddelega wkoll lil uffiċjal ieħor.
  • Fi kwistjonijiet ċivili l-uffiċċju tal-avukat ġenerali jintervjeni fuq l-inizjattiva tiegħu stess f’ċirkostanzi previsti mil-liġi u kull meta l-politika pubblika teħtieġ hekk. F’kawżi bħal dawn jissottometti parir, bil-miktub jew orali. Għandu jintalab il-parir tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali f’kawżi relatati ma’ kwistjonijiet speċifiċi elenkati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 764 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek). Jista’ wkoll jitlob li jkun infurmat b’kawżi oħra, bil-ħsieb li jagħti parir, fejn jiġġudika li dan ikun xieraq, u qorti tista’ tressaq kawża għall-attenzjoni tiegħu ex ufficio (l-Artikolu 764 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, it-tieni paragrafu) .

Flimkien mal-kompiti ewlenin li għadhom kemm ġew deskritti, l-uffiċċju tal-avukat ġenerali jiżgura wkoll li d-deċiżjonijiet u l-linji gwida relatati mal-politika kriminali jiġu mmonitorjati u applikati kif suppost fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni tiegħu.

Jinħarġu linji gwida tal-politika kriminali mill-Ministru għall-Ġustizzja, wara konsultazzjoni ma’ kulleġġ li jikkonsisti mill-avukat ġenerali prinċipali fil-ħames qrati tal-appell (collège des procureurs généraux/college van procureurs-generaal).

Dan il-kulleġġ jaqa’ taħt l-awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja u jieħu deċiżjonijiet bil-għan li, b’mod ġenerali, ikun hemm konsistenza massima fl-abbozzar u l-koordinazzjoni tal-politika u l-funzjonament xieraq tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali.

Il-ġuriżdizzjoni tal-kulleġġ testendi mal-pajjiż kollu u d-deċiżjonijiet tiegħu jorbtu lill-avukat ġenerali prinċipali fil-qrati tal-appell u lill-membri kollha tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali taħt l-awtorità u d-direzzjoni tagħhom.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali.

Imħallfin

Organizzazzjoni

L-istat Belġjan huwa bbażat fuq il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, jiġifieri, is-separazzjoni tal-fergħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-gvern. Il-ġudikatura hija indipendenti.
Issir distinzjoni bejn “maġistrati sedenti” (la magistrature assise/de zittende magistratuur), li jiddeċiedu fil-kawżi li jiġu quddiemhom, u “maġistrati permanenti” (la magistrature debout/de staande magistratuur), l-uffiċjali tal-liġi li jservu fl-uffiċċju tal-avukat ġenerali (ara hawn fuq).
Il-ġudikatura hija magħmula minn qrati u tribunali li jagħtu deċiżjonijiet dwar kawżi legali. Tirrieżamina wkoll il-legalità tal-atti tal-eżekuttiv.
Ġeneralment, l-imħallfin ġudikanti jissejħu «juges/rechters» fil-qrati inferjuri u «conseillers/raadsheren» fil-qrati tal-appell.
Ir-rwol tal-imħallfin ġudikanti huwa li japplikaw il-liġi għal sitwazzjoni jew tilwima mressqa quddiemhom fi kwistjoni ċivili, jew għal persuni li jkunu wettqu reat.
F’xi qrati inferjuri l-imħallfin professjonali jippresjedu s-seduta flimkien ma’ mħallfin onorarji. Hemm imħallfin onorarji fil-qrati li ġejjin:

  • Il-qorti kummerċjali: imħallfin professjonali u imħallfin onorarji (imsejħa juges consulaires/consulaire rechters).
  • It-tribunal tax-xogħol: imħallfin professjonali u mħallfin onorarji (imsejħa juges sociaux/sociale rechters).
  • Il-qorti għall-implimentazzjoni tas-sentenza (tribunal de l'application des peines/strafuitvoeringsrechtbank): imħallfin professjonali u mħallfin onorarji (assesseurs en application des peines/assessoren in strauitvoeringszaken).

L-uffiċċju tal-avukat ġenerali jwettaq missjoni soċjali speċifika fil-ġudikatura li tinkludi kompiti ta’ natura ċivili fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol, taż-żgħażagħ u kummerċjali, minbarra konformità man-normi tad-dritt kriminali.

Ġestjoni u appoġġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKulleġġ tal-qrati u t-tribunali

Il-qrati u t-tribunali huma parti mill-ġudikatura. Fi stat demokratiku rregolat mill-istat tad-dritt, huma jikkontribwixxu għar-riżoluzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ kunflitti b'mod indipendenti, imparzjali u professjonali, skont il-kompetenzi mogħtija lilhom mil-leġiżlatura. Huma jikkonformaw mar-regoli legali u jużaw ir-riżorsi disponibbli biex jiżguraw l-ogħla standards ta’ kwalità.
Il-kulleġġ tal-qrati u t-tribunali (Collège des cours et tribunaux/College van de hoven en rechtbanken) jassisti lill-qrati u lit-tribunali fit-twettiq tal-kompitu ewlieni tagħhom billi:

  • jitlob ir-riżorsi meħtieġa b’mod trasparenti, professjonali u ġustifikat u jiżgura l-aħjar użu tagħhom;
  • jaġixxi bħala kelliem għall-ġestjoni tal-qrati u t-tribunali fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati esterni;
  • jassisti fil-ġestjoni tal-qrati u t-tribunali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKulleġġ tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali

Minbarra l-ħames avukati ġenerali prinċipali, il-kulleġġ tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali (Collège du ministère public/College van het openbaar ministerie) huwa magħmul mill-prosekutur federali (procureur fédéral/federale procureur), tliet konsulenti tal-avukat ġenerali (Conseil des procureurs du Roi/Raad van procureurs des Konings) u konsulent għall-awdituri tax-xogħol (Conseil des auditeurs du travail/Raad van arbeidsauditeurs). Flimkien, huma jikkunsidraw kwistjonijiet relatati mal-governanza tajba tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali.
Il-president tal-kulleġġ tal-avukat ġenerali prinċipali huwa wkoll il-president tal-kulleġġ tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali.
L-ewwel, il-kulleġġ tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali jgħin fil-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-politika kriminali kif stabbilit mill-kulleġġ tal-avukat ġenerali prinċipali. It-tieni, jirsisti għal komunikazzjoni tal-ogħla kwalità, ġestjoni tal-għarfien, komputerizzazzjoni, kejl tat-tagħbija ta’ xogħol, proċessi tax-xogħol, statistika u standards strateġiċi tal-immaniġġjar tar-riżorsi umani fl-uffiċċju tal-avukat ġenerali. Fl-aħħar, jipprovdi appoġġ maniġerjali lill-korpi ġudizzjarji, jiġifieri, l-avukat ġenerali prinċipali, l-uffiċċju tal-avukat ġenerali prinċipali fil-qorti tax-xogħol (auditorats généraux du travail/arbeidsauditoraten), id-dipartiment tal-avukat ġenerali (parquets du procureur du Roi/parketten van de procureur des Konings), l-uffiċċju tal-avukat ġenerali fil-qorti tax-xogħol (auditorats du travail/arbeidsauditoraten), u l-uffiċċju tal-prosekutur federali (parquet fédéral/federaal parket).
Biex iwettaq dawn il-kompiti, il-kulleġġ tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa u jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet u direttivi vinkolanti.
Jiltaqa’ darba fil-ġimgħa. Jikkonsulta regolarment mal-Ministeru għall-Ġustizzja.

Opinjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Konsultattiv tal-Ġudikatura

Il-Kunsill Konsultattiv tal-Ġudikatura (Conseil consultatif de la magistrature/Adviesraad van de magistratuur) jirrappreżenta l-ġudikatura quddiem l-awtoritajiet fir-rigward tal-istatus, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-imħallfin.

Korpi awtonomi u federali tas-sistema ġudizzjarja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Għoli tal-Ġustizzja
Reviżjoni u opinjoni

Il-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja (Conseil supérieur de la Justice/Hoge Raad voor Justitie) għandu jgħin lis-sistema ġudizzjarja Belġjana taħdem b'mod aktar effettiv billi jkollu rwol ewlieni fl-għażla u l-ħatra tal-imħallfin, billi jwettaq stħarriġ estern ta’ kif tiffunzjona, b’mod partikolari permezz ta’ verifiki, inkjesti individwali, l-ipproċessar ta’ lmenti u l-ħruġ ta’ opinjonijiet.
Il-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja huwa indipendenti mill-parlament, il-gvern u l-ġudikatura.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut għat-Taħriġ Ġudizzjarju

Taħriġ

L-Istitut għat-Taħriġ Ġudizzjarju (Institut de formation judiciaire/Instituut voor Gerechtelijke Opleiding) huwa korp federali indipendenti responsabbli għall-abbozzar u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ żvilupp komprensiv u ta’ taħriġ għall-imħallfin u l-persunal tal-ġudikatura, u jikkontribwixxi għal standards għoljin ta’ kwalità.

Avukati

Rwol u dmirijiet

L-avukati (avocats/advocaten) huma professjonisti tal-liġi u tal-ġustizzja. Huma suġġetti għal regoli ta’ kondotta li jiggarantixxu l-indipendenza totali tagħhom. Huma marbuta wkoll bis-segretezza professjonali.

L-avukati huma mħarrġa biex jaġixxu f’diversi oqsma tal-liġi li spiss jikkoinċidu (il-liġi tal-kumpaniji, il-liġi amministrattiva, il-liġi dwar l-ippjanar urban, il-liġi fiskali, il-liġi tal-familja, eċċ.). Matul il-karriera tagħhom, l-avukati jistgħu jispeċjalizzaw f'qasam wieħed jew aktar fejn ikunu kisbu kompetenza speċifika.

L-avukati jistgħu jgħinuk mhux biss quddiem il-qrati iżda fi kwalunkwe sitwazzjoni fejn jista’ jkollok bżonn assistenza legali, rappreżentant, persuna li tabbozza jew saħansitra appoġġ morali.

Għalhekk, il-missjoni tagħhom hija maqsuma fi tlieta:

  • L-avukati jagħtu pariri
  • L-avukati jirrikonċiljaw
  • L-avukati jiddefendu.

Kwalunkwe avukat jista’ jagħmel sottomissjonijiet u jirrappreżenta lill-klijent tiegħu fi kwalunkwe qorti fil-pajjiż - il-qorti tal-pulizija, il-qorti tal-maġistrat ċivili (justice de paix/vredegerecht), il-qorti tal-prim’istanza, il-qorti kummerċjali, it-tribunal tax-xogħol, il-qorti tal-appell, il-qorti tax-xogħol, l-assize court, jew il-Kunsill tal-Istat (Conseil d'État/Raad van State) – kif ukoll f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.

L-avukati jipprovdu wkoll assistenza fi proċeduri ta’ arbitraġġ jew medjazzjoni, b’soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, jew għal kwalunkwe laqgħa.

Huma ma jaġixxux biss f’każ ta’ tilwima. Permezz tal-pariri li jipprovdu, jew il-kuntratti li jabbozzaw jew jadattaw, ħafna drabi jevitaw il-ħtieġa li wieħed jirrikorri l-qorti.

Jistgħu jgħinu wkoll jekk ikollok bżonn tikri jew tixtri proprjetà immobbli, jekk trid twaqqaf kumpanija, jekk qed tissielet mad-dejn, jekk trid tikkonkludi kuntratt ma’ impjegatur ġdid, jekk kont vittma ta’ inċident jew attakk, jekk tissejjaħ il-qorti jew jekk qed tissepara mis-sieħeb tiegħek.

Avukati għal kulħadd:

Għal nies bi dħul baxx, il-liġi tipprovdi servizz ta’ għajnuna legali (aide juridique/juridische bijstand, li qabel kien magħruf bħala “pro deo”) u assistenza fl-ispejjeż tal-qorti (assistance judiciaire/rechtsbijstand):

Permezz tal-għajnuna legali, is-servizzi ta’ avukat isiru disponibbli kompletament jew parzjalment mingħajr ħlas. Din hija sistema b’żewġ livelli:

  • Għajnuna legali tal-ewwel linja (aide juridique de première ligne/eerstelijnsbijstand) hija disponibbli għal kulħadd, u mhijiex marbuta mad-dħul. L-avukati huma disponibbli fuq “standby” (permanence/permanentie) għal konsultazzjonijiet qosra: parir inizjali, talba għal informazzjoni, eċċ.
    Il-korpi responsabbli għall-għoti tal-għajnuna legali tal-ewwel linja huma magħrufa bħala “kummissjonijiet tal-għajnuna legali” (Commissions d’Aide Juridique/Commissies voor Juridische Bijstand).
  • Għajnuna legali tat-tieni linja (aide juridique de deuxième ligne/tweedelijnsbijstand) hija disponibbli għal persuni li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet finanzjarji jew li jinsabu f’ċerti sitwazzjonijiet. Din l-għajnuna - li tingħata kompletament jew parzjalment mingħajr ħlas skont iċ-ċirkostanzi individwali - tfisser li jinħatar avukat biex jgħinek fi proċedimenti legali jew amministrattivi, biex jagħtik pariri aktar dettaljati, jew saħansitra bħala parti mill-medjazzjoni.
    Il-korpi responsabbli biex jipprovdu għajnuna legali tat-tieni linja huma magħrufa bħala “uffiċċji tal-għajnuna legali” (Bureaux d’Aide Juridique/Bureaus voor Juridische Bijstand).

Assistenza bl-ispejjeż tal-qorti tfisser li t-tariffi mġarrba matul il-proċedimenti - l-ispejjeż tar-reġistru (droit de greffe/griffierechten jew droits d’enregistrement/registratierechten), it-tariffi pagabbli lill-bailiffs (huissiers de justice/rechtsdeurwaarders), lin-nutara (notaires/notarissen) jew għar-rapporti tal-esperti - ma jiġux imposti, jew jiġu imposti biss parzjalment. Biex jiksbu għajnuna bl-ispejjeż tal-qorti, il-klijenti għandhom jikkuntattjaw lill-uffiċċju tal-għajnuna legali huma stess jew permezz tal-avukat tagħhom.

Awtoritajiet responsabbli

L-avukati kollha huma membri ta’ kamra tal-avukati (barreau/balie). Fil-preżent hemm 25 kamra tal-avukati fil-Belġju.

Kamra tal-Avukati li jitkellmu bil-Franċiż u l-Ġermaniż (Ordre des barreaux francophones et germanophone/Kammer der französischsprachigen und deutschsprachigen Rechtsanwaltschaften (AVOCATS.BE)) tiġbor flimkien il-kmamar tal-avukati tal-komunitajiet li jitkellmu bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fil-pajjiż (11-il kamra tal-avukati li jitkellmu bil-Franċiż u waħda ta’ dawk li jitkellmu bil-Ġermaniż).

Il-Kamra tal-Avukati Fjammingi (Orde van Vlaamse Balies (OVB)) tiġbor flimkien il-kmamar tal-avukati tal-komunità li titkellem l-Olandiż tal-pajjiż (13-il kamra tal-avukati).

Informazzjoni dwar il-professjoni ta’ avukat tista’ tinkiseb billi tikkonsulta s-siti web li ġejjin:

L-aċċess għal dawn il-bażijiet tad-data huwa mingħajr ħlas.

Nutara

In-nutara huma uffiċjali pubbliċi, maħtura mir-Re, li r-rwol partikolari tagħhom huwa li jawtentikaw strumenti legali eżegwiti quddiemhom. Skont il-liġi, xi strumenti jeħtieġu l-involviment ta’ nutar biex jirreġistra ftehim milħuq bejn il-partijiet (“strumenti awtentiċi”, actes authentiques/authentieke akten). Għalhekk, pereżempju, l-involviment ta’ nutar huwa meħtieġ meta tinbiegħ proprjetà. Minbarra li jfassal atti awtentiċi, nutar jista’ jintalab ukoll biex jillikwida proprjetà, biex jagħmel abbozz ta’ ftehim privat, biex jagħti parir, eċċ.

L-isfera ta’ responsabbiltà tan-nutara tkopri tliet oqsma ewlenin:

  • Il-liġi dwar il-proprjetà (bejgħ ta’ proprjetà, self, eċċ.),
  • Il-liġi tal-familja (kuntratti ta’ żwieġ, wirt, divorzju, eċċ.) u
  • Il-liġi tan-negozju (reġistrazzjoni ta’ kumpaniji, eċċ.).

Hemm Kamra Nazzjonali tan-Nutara (Chambre nationale des notaires/Nationale Kamer van Notarissen). L-objettivi ewlenin tagħha huma:

  • li tirrappreżenta lin-nutara tal-Belġju fin-negozjati mal-awtoritajiet fl-ambitu tal-kompetenza tagħha,
  • li tistabbilixxi regoli ta’ kondotta professjonali,
  • li tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-kmamar tan-nutara biex jgħinu fiż-żamma tad-dixxiplina professjonali.

Il-kmamar provinċjali huma l-korpi dixxiplinarji tal-professjoni: il-kompiti ewlenin tagħhom huma li jiżguraw li r-regoli ta’ kondotta professjonali jiġu osservati u li jsolvu tilwim professjonali (fost affarijiet oħra, huma jittrattaw ilmenti). Fir-rigward tal-ilmenti, ġie stabbilit ukoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz ta’ medjazzjoni nazzjonali għan-nutara (www.ombudsnotaire.be).

Hemm ukoll il-Federazzjoni Rjali tan-Nutara Belġjani (Fédération Royale du Notariat Belge (Fednot)/Koninklijke Federatie van het Belgisch Notariaat (Fednot)). Fednot hija assoċjazzjoni professjonali li tassisti lin-nutara billi tipprovdi opinjonijiet legali, pariri u rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ uffiċċji tan-nutara, soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-informatika, taħriġ u komunikazzjoni mal-pubbliku. Hemm 1 150 uffiċċju tan-nutara fin-network Fednot, li jinkludi 1 550 nutar u 8 000 assoċjat.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Federazzjoni Rjali tan-Nutara Belġjani.

Professjonijiet legali oħra

Bailiffs

Il-bailiffs huma uffiċjali legali pubbliċi li joperaw bħala prattikanti ta’ professjoni għal rashom. Fi kliem ieħor, għandhom identità professjonali doppja: minn naħa, huma uffiċjali pubbliċi; min-naħa l-oħra, jipprattikaw il-professjoni tagħhom b’mod indipendenti.

Huma uffiċjali legali pubbliċi minħabba li l-Istat iddelega lilhom sehem mill-awtorità uffiċjali. Għal dik ir-raġuni, ma jistgħux jirrifjutaw li jwieġbu għal talba biex jaġixxu, sakemm il-kodiċi ta’ kondotta professjonali tagħhom jew il-liġi ma jippermettux, pereżempju jekk ikun hemm kunflitt ta' interess jew jekk it-talba tkun illegali. Huma qatt ma jaġixxu fuq l-inizjattiva tagħhom stess, iżda dejjem fuq talba ta’ xi ħadd li jkun tahom struzzjonijiet formali. F’kull wieħed mill-kompiti li jwettqu għandhom jaderixxu ma’ diversi rekwiżiti legali. Huma jistgħu jitolbu ħlas għall-atti li jwettqu, biex ikopru parti mill-ispejjeż tagħhom jew l-ispejjeż kollha.

Bħala professjonisti li jaħdmu għal rashom, il-bailiffs jaġixxu b’mod indipendenti u imparzjali. L-esperjenza professjonali tagħhom hija disponibbli għal kulħadd. Ma jirċievu l-ebda salarju, kumpens jew emolument ieħor mill-awtoritajiet. Iridu jħallsu għal kollox huma stess.

Il-passi li jista’ jkollu jieħu bailiff jaqgħu f’żewġ kategoriji wesgħin: miżuri “barra mill-qorti” (interventions extrajudiciaires/buitengerechtelijke tussenkomsten, bħall-irkupru barra mill-qorti ta’ djun jew sejbiet uffiċjali ta’ fatti) u miżuri “tal-qorti” (interventions judiciaires/gerechtelijke tussenkomsten, jiġifieri n-notifika jew l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni). Meta l-bailiff ikun qed jieħu pass minn dawn, ta’ spiss ikollu d-dmir li jagħtik informazzjoni dwar kif tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, u li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar ir-rwol tal-bailiff, irrispettivament minn jekk tlabtx lill-bailiff biex jaġixxi, jew jekk il-pass meħud mill-bailiff huwiex indirizzat lilek.

F’kull distrett ġudizzjarju hemm assoċjazzjoni (chambre/kamer) tal-bailiffs kollha fid-distrett. Il-kompiti ewlenin tagħha huma li tiżgura li l-bailiffs fid-distrett josservaw ir-regoli tad-dixxiplina professjonali u l-liġijiet u r-regolamenti li jikkonċernawhom, u li ssolvi t-tilwim li jista’ jinqala’ bejniethom.

Hemm ukoll Assoċjazzjoni Nazzjonali Belġjana tal-Bailiffs (Chambre nationale des huissiers de justice de Belgique/Nationale Kamer van Gerechtsdeurwaarders van België), li l-objettivi ewlenin tagħha huma:

  • li tiżgura l-uniformità tad-dixxiplina u r-regoli ta’ kondotta professjonali fost il-bailiffs,
  • li tiddefendi l-interessi tal-membri tagħha, u
  • li tirrappreżentahom.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Nazzjonali Belġjana tal-Bailiffs.

Oħrajn

L-imħallfin u l-uffiċjali tal-liġi tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali huma assistiti minn firxa ta’ professjonisti amministrattivi u legali, bħal: reġistraturi, segretarji legali, avukati, segretarji u persunal amministrattiv.

F’kull seduta l-imħallef huwa assistit minn reġistratur (greffier/griffier). Ir-reġistratur iwitti t-triq għax-xogħol tal-imħallef, pereżempju billi jħejji l-fajls meħtieġa għas-smigħ. Waqt is-smigħ ir-reġistratur jirrekordja l-proċedimenti u jiżgura li d-dokumenti kollha meħtieġa jitħejjew sewwa. Ir-reġistratur iwettaq u jikkoordina l-kompiti tar-reġistru tal-qorti (greffe/griffie). Kull qorti għandha reġistru, immexxi minn kap skrivan jew reġistratur (greffier en chef/hoofdgriffier). Hemm reġistratur wieħed jew aktar f’reġistru, skont id-daqs tal-qorti. Min-naħa tagħhom, ir-reġistraturi tal-qorti jistgħu jkunu assistiti minn persunal amministrattiv.

Is-segretarji legali (référendaires/referendarissen) huma avukati li jgħinu lill-imħallfin fit-tfassil tas-sentenzi tagħhom. Huma jgħinu fit-trattament tal-kawżi, fuq l-istruzzjonijiet u taħt ir-responsabbiltà ta’ imħallef wieħed jew aktar. Huma jistudjaw il-fajl, jeżaminaw il-mistoqsijiet legali mqajma, u jfasslu s-sentenzi.

L-uffiċjali tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali jistgħu wkoll jimpjegaw avukati biex iħejju l-aspetti legali tal-kawżi tagħhom. Dawn l-avukati huma magħrufa bħala juristes du parquet/parketjuristen. Huma jwettqu riċerka legali, jimmaniġġjaw investigazzjonijiet, jew iħejju l-aspetti legali ta’ taħrikiet u sottomissjonijiet, fuq l-istruzzjonijiet u taħt ir-responsabbiltà ta’ uffiċjal tal-liġi wieħed jew aktar tal-uffiċċju tal-avukat ġenerali.

Kull uffiċċju tal-avukat ġenerali għandu segretarjat immexxi minn kap segretarju. Dawn is-segretarji jgħinu lill-uffiċjali tal-liġi fix-xogħol ta’ riċerka u dokumentazzjoni u fil-kumpilazzjoni ta’ fajls. Huma jżommu d-dokumenti u r-reġistri tal-uffiċċju aġġornati, iżommu r-rekords, eċċ. L-għadd ta’ segretarji jiddependi mid-daqs tal-uffiċċju. Is-segretarji jistgħu jkunu assistiti wkoll minn persunal amministrattiv.

Ir-reġistri tal-qorti u l-uffiċċji tal-avukati ġenerali jimpjegaw għadd kbir ta’ persunal amministrattiv. Il-persunal amministrattiv jiġġestixxi l-fajls dwar il-kawżi li qed jiġu ttrattati u d-data mdaħħla fil-bażijiet tad-data. Persunal amministrattiv ieħor jieħu ħsieb il-posta u l-iffajljar, u jirċievi viżitaturi fl-uffiċċju.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-professjonijiet tinsab f’dan id-dokument PDF(378 Kb)fr.

Organizzazzjonijiet li jipprovdu konsulenza ġuridika mingħajr ħlas

Iċ-ċittadini kollha jistgħu jiksbu konsulenza ġuridika inizjali mingħajr ħlas, mogħti minn professjonisti tal-liġi. Dan huwa magħruf bħala għajnuna legali tal-ewwel linja (ara hawn fuq):

  • tagħrif prattiku,
  • informazzjoni legali,
  • opinjoni legali inizjali, jew
  • referenza lil organizzazzjoni speċjalizzata.

Hawnhekk il-kwistjoni ma tiġix solvuta immedjatament, iżda tingħata gwida inizjali. Aggregazzjonijiet ta’ avukati huma disponibbli fuq “standby” fil-qrati, fiċ-ċentri tal-liġi tal-komunità (maisons de justice/justitiehuizen), f’xi uffiċċji muniċipali (administrations communales/gemeentelijke diensten), fil-biċċa l-kbira taċ-ċentri pubbliċi tal-għajnuna soċjali (centres publiques d'action sociale/openbare centra voor maatschappelijk welzijn), u f’diversi assoċjazzjonijiet li jipprovdu servizz legali.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-fuljett online: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna legali: Aċċess aħjar għall-Ġustizzja.

Bażijiet tad-data legali

Informazzjoni hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja (Ministeru għall-Ġustizzja).

L-aħħar aġġornament: 28/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Bulgarija

Il-professjonijiet legali: Introduzzjoni

Il-professjonijiet legali ewlenin fil-Bulgarija huma: prosekutur pubbliku, investigatur, imħallef, avukat, nutar pubbliku, bailiff privat, bailiff tal-Istati u l-imħallef tar-reġistru. Dawn il-professjonijiet huma regolati minn dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja.

Prosekuturi pubbliċi

Organizzazzjoni

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika fir-Repubblika tal-Bulgarija tikkonsisti fil-Prosekutur-Ġenerali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Kassazzjoni Suprema, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Amministrattiv Suprem, is-Servizz Nazzjonali tal-Investigazzjoni, l-uffiċċji tal-prosekuturi tal-appell, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fl-Appell, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Appelli Militari, l-uffiċċju tal-prosekuturi provinċjali, l-uffiċċji ta’ Prosekuturi Speċjalizzati, l-uffiċċju tal-prosekuturi provinċjali militari u l-uffiċċji tal-prosekuturi distrettwali. Fi ħdan l-istruttura tal-uffiċċji tal-prosekuturi provinċjali, hemm dipartimenti għall-investigazzjonijiet provinċjali, u fi ħdan l-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat, hemm Dipartiment tal-Investigazzjoni. L-uffiċċji tal-prosekuturi provinċjali għandhom dipartimenti amministrattivi li l-prosekuturi tagħhom jieħdu sehem fil-proċeduri ta’ każijiet amministrattivi.

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huwa kemm unifikat u ċentralizzat. Il-prosekuturi u l-investigaturi huma kollha subordinati għall-Prosekutur Ġenerali. Kull prosekutur iwieġeb lill-prosekutur superjuri rispettiv tiegħu, u l-prosekuturi u l-investigaturi kollha huma subordinati għal kap amministrattiv tal-uffiċċju tal- prosekutur rispettiv. Il-prosekuturi u l-investigaturi militari huma indipendenti mill-awtoritajiet militari fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Il-Prosekutur-Ġenerali huwa maħtur (u jitneħħa) mill-President tar-Repubblika tal-Bulgarija, fuq proposta tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem (Vissh Sadeben Savet) (VSS) għal perjodu ta’ seba’ snin, u mhuwiex eliġibbli għat-tieni mandat fil-kariga.

Il-prosekuturi jinħatru, jingħataw promozzjoni, jitnaqqsilhom il-grad, jiġu trasferiti u mneħħija mill-kariga b'deċiżjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem.

Il-karigi tal-prosekutur u l-esperjenza preċedenti meħtieġa huma kif ġej:

  • Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Kassazzjoni Suprema u prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Amministrattiv Suprem — mill-inqas 12-il sena esperjenza legali;
  • Prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Appelli, prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekuturi tal-Appelli Militari u prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fl-Appelli — mill-inqas għaxar snin ta’ esperjenza legali, iżda għal prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat fl-Appelli — mill-inqas 12-il sena esperjenza, tal-inqas tmienja minnhom bħala prosekutur jew investigatur;
  • Prosekutur f'uffiċċju ta' prosekutur provinċjali, prosekutur f’uffiċċju ta' prosekutur militari provinċjali, prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat — mill-inqas tmien snin ta’ esperjenza legali, iżda għal prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat — mill-inqas għaxar snin esperjenza, ħamsa minnhom bħala prosekutur jew investigatur;
  • Prosekutur fl-Uffiċċju tal-prosekutur distrettwali — mill-inqas tliet snin esperjenza legali;
  • Prosekutur subordinat — l-ebda esperjenza meħtieġa.

Soġġetti għal evalwazzjoni komprensiva pożittiva tal-prestazzjoni, il-prosekuturi isiru tal-post b'deċiżjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem wara ħames snin fil-kariga

Ir-rwol u l-funzjonijiet

Il-Prosekutur-Ġenerali jmexxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur u joħroġ istruzzjonijiet u gwida dwar l-attivitajiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika; flimkien mal-maniġers tal-Ministeri u l-istituzzjonijiet tal-Istat, hu jew hi tistabbilixxi unitajiet interdipartimentali speċjalizzati biex jgħinu f’investigazzjonijiet taħt il-gwida proċedurali ta’ prosekutur maħtura minnu jew minnha. Il-Prosekutur-Ġenerali jista’ jirreferi kwistjonijiet lill-Qorti Kostituzzjonali.

Il-prosekutur imexxi investigazzjoni bħala prosekutur ta' superviżjoni.. Hu jew hi tista’ tressaq oġġezzjonijiet u titlob ir-revoka jew l-emenda ta’ miżuri illegali fil-limiti taż-żmien u skont il-kondizzjonijiet previsti mil-liġi. Hu jew hi tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni ta’ miżura sakemm l-oġġezzjoni tiġi kkunsidrata mill-awtorità rilevanti. Jista' jsir appell mill-atti u l-kuntratti kollha ta' uffiċċju ta' prosekutur quddiem l-uffiċċju tal-prosekuturi direttament fuqu, sakemm dawn ma jkunux suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja. Prosekutur superjuri jew prosekutur minn uffiċċju ta' prosekutur superjuri jista’ jwettaq azzjonijiet li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta’ prosekuturi subordinati, u jista’ jissospendi jew jirrevoka d-deċiżjonijiet tagħhom bil-miktub f’kawżi speċifikati mil-liġi.

Fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-prosekuturi huma indipendenti u jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni. Il-prosekuturi, li huma politikament newtrali, jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-liġi u l-evidenza miġbura fil-każ li jkollhom quddiemhom, u huma ggwidati mill-kuxjenza u t-twemmin tagħhom.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Bulgarija (Prokuraturata na Republika Balgariya).

L-Assoċjazzjoni tal-Prosekuturi Pubbliċi fil-Bulgarija hija assoċjazzjoni volontarja u mhux politika ta' maġistrati li jaħdmu jew li ħadmu fis-sistema tal-prosekuzzjoni pubblika tal-pajjiż. L-għan tal-Assoċjazzjoni huwa li tiġbor flimkien il-maġistrati tal-prosekuzzjoni pubblika ta' madwar il-pajjiż u tipprovdi forum għall-għoti ta' informazzjoni neċessarja u l-iskambju ta' opinjonijiet fuq kwistjonijiet relatat max-xogħol tal-prosekuzzjoni, kif ukoll l-espansjoni tal-kuntatti internazzjonali tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika u l-prosekuturi. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-websajt tal-Assoċjazzjoni: - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://ecocrime.bg

L-investigaturi

Taħt l-Att dwar il-Ġudikatura, l-investigaturi fir-Repubblika tal-Bulgarija għandhom l-istatus ta' maġistrati (imħallfin u prosekuturi).

Il-korpi investigattivi huma s-Servizz Nazzjonali tal-Investigazzjoni (NSlS), id-dipartimenti provinċjali tal-investigazzjoni fl-uffiċċji tal-prosekuturi provinċjali u d-dipartiment ta' investigazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat. Id-dipartiment ta' investigazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Belt ta’ Sofija għandu l-istatus ta’ dipartiment tal-investigazzjoni provinċjali.

Is-Servizz Nazzjonali tal-Investigazzjoni huwa mmexxi mill-Prosekutur Ġenerali, jew direttament jew permezz tad-Direttur tas-Servizz, li jirrappreżenta lill-Prosekutur-Ġenerali għall-iskop ta’ investigazzjonijiet. Id-Direttur tas-Servizz Nazzjonali tal-Investigazzjoni huwa responsabbli għall-ġestjoni amministrattiva u organizzattiva tal-investigaturi u l-persunal fl-NIS u jipprovdi gwida metodoloġika lil investigaturi mis-servizzi ta' investigazzjoni provinċjali tal-uffiċċji tal-prosekuturi provinċjali.

Id-dipartimenti ta’ investigazzjoni provinċjali fl-uffiċċji tal-prosekuturi provinċjali u d-dipartiment tal-investigazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat huma magħmula minn investigaturi.

L-investigaturi fid-dipartimenti ta’ investigazzjoni provinċjali fl-uffiċċji tal-prosekuturi provinċjali u fid-dipartiment ta' investigazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat jwettqu investigazzjonijiet fil-każijiet li jkunu ngħatawlhom mill-prinċipal amministrattiv tal-uffiċċju tal-prosekutur rispettiv.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom b’rabta ma’ proċeduri kriminali, l-awtoritajiet investigattivi jaġixxu taħt id-direzzjoni u s-superviżjoni ta’ prosekutur pubbliku.

L-ordnijiet maħruġa minn investigaturi matul investigazzjoni jorbtu lill-korpi Statali kollha, entitajiet ġuridiċi u ċ-ċittadini.

Imħallfin

L-Imħallfin fil-Bulgarija jinħatru, jingħataw promozzjoni, jitnaqqsilhom il-grad, jiġu trasferiti u jitneħħew mill-kariga b'deċiżjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem.

Organizzazzjoni

Il-karigi li ġejjin jeżistu għal imħallfin li jkollhom l-esperjenza meħtieġa:

  • Imħallef fil-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u mħallef fil-Qorti Amministrattiva Suprema — mill-inqas 12-il sena esperjenza legali;
  • Imħallef f’qorti tal-appell, imħallef f'qorti tal-appell militari, imħallef fil-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-Appell — mill-inqas għaxar snin esperjenza legali, iżda għal imħallef fil-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-Appell — mill-inqas 12-il sena esperjenza, tmienja minnhom bħala mħallef f’kawżi kriminali;
  • Imħallef f’qorti provinċjali, imħallef f'qorti amministrattiva, imħallef f'qorti militari, imħallef fil-Qorti Kriminali Speċjalizzata — mill-inqas tmien snin esperjenza legali, iżda għal imħallef fil-Qorti Kriminali Speċjalizzata — mill-inqas għaxar snin esperjenza, ħamsa minnhom bħala mħallef f’kawżi kriminali;
  • Imħallef f'qorti distrettwali — mill-inqas tliet snin esperjenza legali;
  • Imħallef subordinat — l-ebda esperjenza meħtieġa.

Soġġetti għal evalwazzjoni komprensiva pożittiva tal-prestazzjoni, l-imħallfin isiru tal-post b'deċiżjoni tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem wara ħames snin fil-kariga.

L-Unjoni tal-Imħallfin fil-Bulgarija (SSB) twaqqfet f’Sofija fit-28 ta’ Marzu 1997 minn 30 membru fundatur, inklużi mħallfin mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-qrati provinċjali u distrettwali madwar il-pajjiż.

L-Unjoni tal-Imħallfin fil-Bulgarija ssuċċediet l-Unjoni tal-Imħallfin Bulgari, li twaqqfet fl-1919 u baqgħet attiva sal-1945, bħala organizzazzjoni professjonali informali li tiġbor flimkien il-komunità tal-imħallfin bl-għan li tipproteġi l-interessi professjonali tagħha kif ukoll sabiex isiru diskussjonijiet u jinstabu soluzzjonijiet għal problemi.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnjoni tal-Imħallfin fil-Bulgarija (Sayuz na Sadiite v Balgariya).

L-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Imħallfin kienet maħluqa sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jgawdu l-imparzjalità, it-trasparenza u l-aċċess għall-ġustizzja.

Fi ħdan il-qafas tas-sistema ġudizzjarja, l-Assoċjazzjoni tagħmel l-almu tagħha biex taħdem f’konformità mal-Kostituzzjoni u dispożizzjonijiet statutorji, filwaqt li fl-istess ħin issegwi r-regoli tal-etika professjonali. Aktar informazzjoni tista' tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Imħallfin - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://judgesbg.org

Ir-rwol u l-funzjonijiet

L-Unjoni tal-Imħallfin fil-Bulgarija tiġbor il-fajls, inklużi dawk dwar proċedimenti dixxiplinari kontra l-imħallfin, isservi bħala medjatur f’tilwim bejn l-imħallfin u impjegati oħra taċ-ċivil, tipprovdi assistenza lil-leġiżlatura matul il-proċess leġiżlattiv, iżżomm rekords u toħroġ il-ġurnal tagħha stess.

Assistenti ġudizzjarji u assistenti tal-prosekuzzjoni

L-assistenti ġudizzjarji jaħdmu fil-qrati provinċjali u amministrattivi, fil-qrati tal-appell, il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni u l-Qorti Amministrattiva Suprema.

L-assistenti tal-prosekuzzjoni jaħdmu fl-uffiċċji tal-prosekuturi provinċjali u tal-appell, fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Kassazzjoni Suprema u l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Amministrattiva Suprema.

Il-persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti għall-pożizzjoni ta’ mħallef, prosekutur jew investigatur, u li jkunu għaddew minn kompetizzjoni b'eżami għal uffiċjali ġudizzjarji jinħatru bħala assistenti ġudizzjarji jew assistenti tal-prosekuzzjoni.

L-assistenti ġudizzjarji jinħatru mill-kap amministrattiv tal-qorti rilevanti. L-assistenti tal-prosekuzzjoni jinħatru mill-Prosekutur Ġenerali jew mill-kap amministrattiv tal-uffiċċju tal-prosekutur rilevanti.

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: Attorneys at law

Attorneys at law

Fil-Bulgarija, il-professjoni ta’ attorney at law hija professjoni stabbilita fil-Kostituzzjoni. Huma biss il-persuni li ħadu l-ġurament xieraq u jiddaħħlu fir-reġistru tal-kamra tal-avukati li jistgħu jsiru attorneys at law. Kull distrett ġudizzjarju ta' qorti provinċjali għandu Kamra tal-Avukati. Dawn huma subordinati għal Kunsill Suprem tal-Avukati, li għandu s-sede tiegħu f’Sofija. L-istatus, id-drittijiet u l-obbligi tal-attorneys at law huma regolati mill-Att tal-Avukati tal-Bulgarija.

Il-Kunsill Suprem tal-Avukati huwa entità ġuridika li jinkludi rappreżentanti tal- assoċjazzjonijiet tal-avukati, il-proporzjon ta' rappreżentazzjoni huwa ta' delegat għal kull 40 attorney at law.

Il-Kunsill Suprem tal-Avukati jlaqqa' u jorganizza l-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali tal-Attorneys at Law Bulgari, jeżegwixxi d-deċiżjonijiet tagħha u jipprepara u jissottometti rapporti lill-Assemblea Ġenerali, jiddetermina l-kontribuzzjonijiet inizjali u annwali tal-attorneys at law għall-baġit tagħha, joħroġ ordinanzi skont l-Att tal-Avukati, jiddeċiedi l-appelli kontra deċiżjonijiet illegali tal-assemblej ġenerali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati u kontra l-legalità ta’ elezzjoni ta’ kunsill tal-avukati, jiddeċiedi l-appelli u l-protesti kontra d-deċiżjonijiet tal-kunsilli tal-avukati fuq l-ammissjoni ta' attorneys at law għal apprentistati u kontra r-rifjuti li jirreġistraw l-attorneys at law, jiżgura u japprova l-infiq fir-rigward tal-operat tal-Bord ta' Kontroll Suprem u t-Tribunal Suprem tad-Dixxiplina.

Il-Kunsill Suprem tal-Avukati jżomm reġistru tal-attorneys at law, wieħed tal-attorneys at law subordinati u ta’ ditti tal-avukati, u wieħed tal-attorneys at law barranin li għandhom id-dritt li jidhru bħala avukati difensuri quddiem il-qrati Bulgari.

Bażi tad-dejta ġuridika

Għal aktar informazzjoni ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Suprem tal-Avukati (Visshiya Advokatski Savet).

Nutara

Organizzazzjoni

In-nutar huwa persuna maħtura mill-Istat biex iwettaq l-attivitajiet notarili previst mil-liġi. Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, nutar huwa indipendenti u għandu jikkonforma biss mal-liġi. Il-Ministru tal-Ġustizzja jissorvelja l-attivitajiet tan-nutara kollha fir-rigward tal-konformità mal-liġi u l-istatut tal-Kamra tan-Nutara.

L-istatus, id-drittijiet u l-obbligi tan-nutara huma regolati mill-Att dwar in-Nutara u l-Attivitajiet Notarili tal-Bulgarija.

Ir-rwol u l-funzjonijiet

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-Nutara (Notarialnata Kamara) hija organizzazzjoni tan-nutara fir-Repubblika tal-Bulgarija li ġiet imwaqqfa taħt l-Att dwar in-Nutara u l-Attivitajiet Notarili. In-nutara kollha huma membri, bid-dritt, tal-Kamra tan-Nutara, li għandha personalità ġuridika u hija bbażata f’Sofija.

Il-korpi regolatorji tal-Kamra tan-Nutara huma l-Assemblea Ġenerali, il-Kunsill tan-Nutara, il-Bord ta' Superviżjoni u l-Kumitat tad-Dixxiplina. Il-Kamra tan-Nutara hija rappreżentata mill-President tal-Kunsill tan-Nutara.

Il-Kamra tan-Nutara torganizza u tipprovdi appoġġ għall-attivitajiet notarili, tħares u tippromwovi l-prestiġju tal-professjoni u żżomm relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom attivitajiet simili.

Għal aktar informazzjoni ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-Nutara (Notarialnata Kamara).

Professjonijiet ġuridiċi oħra

Bailiffs privati

Bailiff privat huwa persuna li l-Istat jassenjalha l-infurzar ta’ talbiet privati u l-ġbir ta’ riċevibbli pubbliċi. Il-qasam li fih jopera bailiff privat huwa l-ġuriżdizzjoni ġeografika tal-qorti provinċjali rilevanti.

Il-missjoni tal-Kamra tal-Bailiffs Privati hija li tippromwovi l-professjoni u ttejjeb il-proċess ta’ infurzar fil-Bulgarija, filwaqt li tappoġġa l-membri tagħha u tipproteġi l-interess pubbliku.

Bażi tad-dejta ġuridika

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Bailiffs Privati (Kamara na Chastnie Sadebni Izpalnitelni) iżżomm reġistru tal-bailiffs privati.

Ir-reġistru huwa pubbliku u l-aċċess għalih huwa pprovdut mis-sit elettroniku tal-Kamra. Kulħadd għandu d-dritt li jispezzjona r-reġistru u jikseb estratti minnu (l-Att dwar il-Bailiffs Privati).

Il-bailiffs privati jridu jippreżentaw lill-Ministeru tal-Ġustizzja r-rapporti ta’ attività kull sitt xhur u kull sena, li bihom il-Ministru tal-Ġustizzja jibni, iżomm u jiżviluppa sistema ta' informazzjoni għall-infurzar tal-ġustizzja. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jimponi tariffa għall-użu tas-sistema tal-informazzjoni skont l-iskeda ta’ tariffi approvat mill-Kunsill tal-Ministri. L-aċċess uffiċjali għas-sistema ta’ informazzjoni huwa mingħajr ħlas għall-awtoritajiet tal-Istat, il-gvern lokali u l-korpi ta’ amministrazzjoni lokali, u l-persuni fdati b’funzjonijiet pubbliċi.

Bailiffs tal-Istat

Il-bailiffs tal-Istat iwettqu l-infurzar ta’ talbiet privati. L-Istat jista’ wkoll jassenja lill-bailiffs tal-Istat il-kompitu li jiġbru r-riċevibbli pubbliċi f’każijiet partikolari stabbiliti mil-liġi.

In-numru ta' bailiffs tal-Istat jiġi deċiż mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Fi qrati distrettwali fejn m'hemmx bailiffs tal-Istat, il-funzjonijiet tagħhom jitwettqu minn imħallef tad-distrett maħtur mill-president tal-qorti rilevanti, b'notifika lill-Ministru għall-ġustizzja dwar dan.

Il-bailiffs tal-Istat jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja abbażi ta’ kompetizzjoni. Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jorganizza kompetizzjoni fuq proposta tal-president ta’ qorti distrettwali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Bailiffs tal-Istat (Asotsiatsiya na Darzhavnite Sadebni Izpalnitelni v Balgariya) hija organizzazzjoni professjonali volontarja u indipendenti li tiddefendi l-interessi professjonali, kulturali, soċjali, intellettwali u materjali tal-bailiffs tal-Istat fil-Bulgarija, filwaqt li tippromwovi l-professjoni u tikkontribwixxi għaż-żieda fil-prestiġju fi ħdan l-Istat u s-soċjetà.

Bażi tad-dejta ġuridika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-bailiffs tal-Istat (Registar na Darzhavnite Sadebni Izpalnitelni) jista' jiġi kkonsultat ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Bailiffs tal-Istat.

Imħallfin tar-reġistru

L-imħallfin tar-reġistru jwettqu d-dmirijiet tagħhom fi qrati distrettwali kif ġej.

Dawn jordnaw jew jiċħdu l-entrati, l-approvazzjonijiet u l-kanċellamenti mir-reġistru tal-proprjetà u jiddeċiedu jekk għandhomx jinħarġu referenzi u ċertifikati; huma jwettqu atti notarili u atti oħra stabbiliti bil-liġi. L-imħallfin tar-reġistrazzjoni jistgħu jaġixxu biss fid-distrett tagħhom stess.

L-għadd ta' mħallfin tar-reġistru jiġi deċiż mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Fil-qrati distrettwali fejn m'hemmx imħallef tar-reġistru jew meta l-imħallef tar-reġistru ma jkunx jista’ jaqdi d-dmirijiet tiegħu, id-dmirijiet tal-imħallef tar-reġistru jsiru minn imħallef tad-distrett, b'notifika lill-Ministru għall-Ġustizzja dwar dan.

Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jassenja l-funzjonijiet ta’ mħallef tar-reġistru lil bailiff tal-Istat fl-istess qorti.

L-imħallfin tar-reġistru jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja abbażi ta’ kompetizzjoni. Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jorganizza kompetizzjoni fuq proposta tal-president ta’ qorti distrettwali.

L-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Imħallfin tar-Reġistru hija organizzazzjoni professjonali volontarja u indipendenti li tiddefendi l-interessi professjonali, kulturali, soċjali u intellettwali tal-imħallfin tar-reġistru fil-Bulgarija, filwaqt li tippromwovi l-professjoni u tikkontribwixxi għaż-żieda fil-prestiġju fi ħdan l-Istat u s-soċjetà. Għal aktar informazzjoni ara s-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.basv.free.bg

Għal aktar informazzjoni dwar il-persunal tal-Qorti ara hawnhekkPDF(378 Kb)en.

L-aħħar aġġornament: 20/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Iċ-Ċekja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fir-Repubblika Ċeka.

Professjonijiet legali - Introduzzjoni

Il-professjonijiet legali jinkludu l-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati, in-nutara, u l-bailiffs.

Prosekuturi pubbliċi

Organizzazzjoni

Il-prosekuturi pubbliċi huma professjonisti legali li jaħdmu f’uffiċċju tal-prosekutur. L-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku huma korpi pubbliċi li jirrappreżentaw l-istat biex jipproteġu l-interess pubbliku fi kwistjonijiet definiti b’mod ċar. Il-prosekuturi pubbliċi jimmaniġġjaw każijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni pubblika. L-ebda korp jew persuna oħra ma tista’ tindaħal fil-qasam tal-attività tagħhom jew tissostitwihom jew tirrappreżentahom fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

L-organizzazzjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur tirrifletti s-sistema tal-qorti (fil-livell distrettwali, reġjonali u suprem). L-uffiċċju prinċipali tas-servizz huwa l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Suprem f’Brno, li huwa l-uffiċċju ċentrali tal-prosekutur pubbliku u jissorvelja l-uffiċċju tal-prosekutur. Il-gvern għandu s-setgħa li jaħtar u jkeċċi lill-Prosekutur Pubbliku Suprem fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja.

Assoċjazzjoni professjonali

L-Unjoni Ċeka tal-Prosekuturi Pubbliċi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnie státních zástupcù Èeské republiky, hija assoċjazzjoni professjonali volontarja li l-għan tagħha huwa li tgħin lill-uffiċċji tal-prosekuturi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u li tippromwovi l-istat tad-dritt fit-teħid tad-deċiżjonijiet ħielsa minn kwalunkwe influwenza. L-Unjoni għandha wkoll rwol importanti fit-taħriġ tal-prosekuturi u l-prosekuturi f’taħriġ u tirrappreżenta l-interessi tal-prosekuturi pubbliċi.

Il-professjoni hija rregolata mill-Kodiċi tal-Etika Professjonali għall-Prosekuturi Pubbliċi.

Fil-paġna web tal-Ministeru għall-Ġustizzja hemm disponibbli lista ta’ prosekuturi pubbliċi, imqassma skont l-uffiċċju fejn huma assenjati: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja.

Rwol u obbligi tal-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku

Il-prosekuturi pubbliċi huma uffiċjali pubbliċi bil-kompitu li jirrappreżentaw lill-istat fil-protezzjoni tal-interess pubbliku, b'mod partikolari billi jibdew prosekuzzjonijiet kriminali, u billi jiżguraw li l-liġi tiġi rispettata fir-rigward tal-arrest preventiv (qabel is-smigħ tal-kawża), il-priġunerija, it-trattament mediku ordnat mill-qorti, iċ-ċentri ta’ detenzjoni għaż-żgħażagħ u d-djar tal-kura istituzzjonali, il-prevenzjoni tar-reati, u d-dispożizzjoni ta’ għajnuna għall-vittmi tar-reati.

Setgħat fil-proċedimenti kriminali

Il-prosekuturi pubbliċi għandhom is-setgħa li jaġixxu bħala awtorità tal-infurzar tal-liġi f’kull stadju tal-proċedimenti kriminali. Il-prosekutur pubbliku għandu ċerti drittijiet proċedurali u huwa soġġett għal obbligi proċedurali korrispondenti.

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jopera kif speċifikat fl-Att Nru 283/1993. B’mod partikolari, huwa responsabbli li jagħtu bidu għall-prosekuzzjonijiet kriminali pubbliċi u li jwettaq ċerti kompiti oħra skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Huwa jissorvelja wkoll il-konformità mal-liġi fir-rigward tal-arrest preventiv (qabel is-smigħ tal-kawża), il-priġunerija, it-trattament mediku ordnat mill-qorti, id-detenzjoni ta’ sigurtà, iċ-ċentri ta’ detenzjoni għaż-żgħażagħ u d-djar tal-kura istituzzjonali u f’każijiet oħra fejn il-liġi tawtorizza restrizzjonijiet fil-libertà personali, u jaġixxi fi proċedimenti mhux kriminali u jwettaq kompiti speċifiċi oħra stipulati mil-liġi.

Il-prosekuturi pubbliċi jiżguraw li l-liġi tiġi rispettata fil-proċedimenti kriminali qabel il-proċess. Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (l-Att Nru 141/1961), ċerti passi f’dan l-istadju huma l-unika prerogattiva tal-prosekutur pubbliku.

Qabel ma jagħti bidu għal prosekuzzjoni kriminali, il-prosekutur pubbliku jrid ikun ġie notifikat bil-fatti li jindikaw li sar reat (§l-Artikolu 158(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

Il-prosekutur pubbliku joħroġ akkuża formali (filwaqt li jirrakkomanda piena), li tagħti bidu għall-proċedura biex tinfetaħ kawża quddiem il-qorti rilevanti. Il-prosekuturi pubbliċi jridu jkunu preżenti għas-seduta prinċipali, fejn jagħtu bidu għal proċedimenti billi jistabbilixxu l-akkużi u jtemmuhom bid-dikjarazzjoni ta’ għeluq tagħhom.

Il-prosekuturi pubbliċi għandhom ukoll setgħat biex jintlaħaq ftehim dwar il-ħtija u l-piena.

Il-prosekutur pubbliku jista’ jappella fuq il-bażi li jkun ingħata verdett ħażin. L-appelli jistgħu jkunu favur l-akkużat jew kontrih.

Jista’ jsir appell ieħor mill-Prosekutur Pubbliku Suprem.

Il-prosekutur pubbliku jista’ wkoll jirrakkomanda proċess ġdid favur l-akkużat jew kontrih.

Fil-proċedimenti kontra minorenni l-prosekutur pubbliku dejjem irid ikun preżenti, mhux biss fis-seduta prinċipali iżda wkoll fis-seduti pubbliċi (l-Att Nru 218/2003 dwar il-proċedimenti ġudizzjarji f’kawżi ta’ minorenni).

Id-deċiżjonijiet dwar soluzzjonijiet alternattivi fl-istadju ta’ qabel il-proċess huma fost is-setgħat esklussivi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-prosekutur pubbliku.

Azzjoni mill-uffiċċju tal-prosekutur fil-kawżi mhux kriminali

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ wkoll jirrakkomanda li jinbdew proċedimenti ċivili jew jista’ jintervjeni fil-proċedimenti ċivili li jkunu għaddejjin, iżda biss fejn tippermetti l-liġi.

Il-bażi għall-involviment tal-uffiċċju tal-prosekutur fil-proċedimenti ċivili hija l-Artikolu 80 tal-Kostituzzjoni Ċeka, li jipprovdi li l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jwettaq kompiti oħra skont il-liġi minbarra li jagħtu bidu għal prosekuzzjonijiet pubbliċi. Skont l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jaġixxi f’proċedimenti oħra minbarra f’kawżi kriminali. Dawn is-setgħat huma koperti f’aktar dettall fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li jispeċifika meta l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jintervjeni fil-proċedimenti ċivili li jkunu għaddejjin.

Minbarra l-possibbiltà li jkun parti fil-proċedimenti ċivili, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jirrakkomanda li l-proċedimenti jinbdew mill-Prosekutur Pubbliku Suprem, pereżempju fil-kawżi ta’ ċaħda tal-paternità skont l-Att dwar il-Familja.

Kwalifiki u rekwiżiti oħrajn għall-prosekuturi pubbliċi

Il-prosekuturi pubbliċi jieħdu l-kariga malli jinħatru. Huma jinħatru mill-Ministru għall-Ġustizzja, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Prosekutur Pubbliku Suprem, u l-ħatra tkun għal perjodu illimitat. Prosekutur pubbliku jieħu ġurament quddiem il-Ministru għall-Ġustizzja.

Sabiex persuna tinħatar bħala prosekutur pubbliku, din trid tkun ċittadin tar-Repubblika Ċeka u:

  • trid tgawdi minn kapaċità ġuridika;
  • irid ikollha kondotta tajba;
  • irid ikollha mill-inqas età ta’ 25 sena meta tiġi maħtura;
  • trid tkun kisbet lawrja tal-masters fil-liġi f’università Ċeka;
  • trid tkun għaddiet mill-eżami finali;
  • irid ikollha l-kwalitajiet morali li jiggarantixxu li teżerċita l-funzjoni tagħha sewwa, u
  • trid taċċetta l-ħatra bħala prosekutur pubbliku u l-kollokament f’uffiċċju tal-prosekutur.

Il-prosekuturi pubbliċi jinħatru għal perjodu illimitat, iżda jistgħu jiġu sospiżi mill-kariga tagħhom permezz ta’ deċiżjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja. It-terminu tagħhom jieqaf meta jilħqu l-età ta’ 70 sena, meta jmutu jew meta jkunu ddikjarati mejta, jew jekk, pereżempju, jitilfu l-kapaċità ġuridika tagħhom jew tiġi ristretta, jekk jirrifjutaw li jieħdu l-ġurament, jekk jitilfu ċ-ċittadinanza Ċeka, jekk jaċċettaw funzjoni li ma tkunx kompatibbli ma’ dik ta’ prosekutur pubbliku, jekk jinsabu ħatja ta’ reat, jekk jinsabu li mhumiex kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, jew jekk xi marda ddum tant li ma tippermettilhomx iwettqu dmirijiethom. It-terminu tagħhom jintemm ukoll jekk jitneħħew mill-kariga tagħhom bħala miżura dixxiplinarja jew jekk jirriżenjaw.

Il-Ministru għall-Ġustizzja jistabbilixxi l-baġit tal-uffiċċju tal-prosekutur. L-istatus ta’ prosekutur pubbliku huwa rregolat mill-Att Nru 283/1993.

Funzjonijiet inkompatibbli

Għajr meta tippermetti l-liġi, prosekutur pubbliku ma jistax jaġixxi bħala arbitru jew medjatur biex isolvi t-tilwim legali, jirrappreżenta partijiet f’proċedimenti ġuridiċi, jew jaġixxi bħala aġent għal pretendent jew parti f’proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. Minbarra li jservi bħala prosekutur pubbliku, jew bħala kap prosekutur pubbliku jew viċi kap prosekutur pubbliku, jew iwettaq dmirijiet li jirriżultaw mill-kollokament temporanju fil-Ministeru jew fl-Akkademja Ġuridika, il-prosekuturi pubbliċi ma jistgħux ikollhom funzjoni mħallsa oħra jew jimpenjaw ruħhom f’attività oħra bi qligħ, għajr il-ġestjoni tal-assi tagħhom stess u t-twettiq ta’ xogħol akkademiku, ta’ tagħlim, letterarju, ġurnalistiku jew artistiku jew iservu f’korpi konsultattivi għall-Ministru jew għall-gvern jew f’korpi parlamentari.

Remunerazzjoni

Ir-remunerazzjoni tal-prosekuturi hija stabbilita mil-liġi u mħallsa mill-istat.

Responsabbiltà professjonali

L-istat huwa responsabbli, kif speċifikat f’att speċjali, għal kwalunkwe dannu, ħsara, jew telf li jirriżulta minn deċiżjonijiet illegali jew żbalji proċedurali magħmula mill-prosekuturi pubbliċi.

Il-prosekuturi pubbliċi huma wkoll responsabbli jekk iwettqu reat dixxiplinarju.

Imħallfin

Organizzazzjoni

Id-dispożizzjoni bażika li tirregola l-pożizzjoni tal-imħallfin hija l-Artikolu 82(1) tal-Kostituzzjoni Ċeka, li jiddikjara li l-imħallfin iridu jkunu indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom u li ħadd ma jista’ jipprova jdgħajjef l-imparzjalità tagħhom. Aktar regoli huma stabbiliti fl-Att Nru 6/2002 dwar il-qrati u l-imħallfin.

Ħatra u terminu

Jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti, l-imħallfin jinħatru mill-President tar-Repubblika u jieħdu l-kariga wara li jieħdu l-ġurament. Madankollu, ma hemm l-ebda dritt legali li wieħed jinħatar bħala mħallef.

It-tħejjija biex wieħed isir imħallef tinvolvi servizz ta’ tliet snin bħala mħallef f’taħriġ fil-qrati. Wara t-tlestija tas-servizz ta’ tħejjija tagħhom, l-imħallfin f’taħriġ jagħmlu eżami ġudizzjarju speċjali.

Il-ħatra bħala mħallef mhijiex limitata fiż-żmien, iżda l-imħallfin jistgħu jinħelsu mid-dmirijiet tagħhom b’mod temporanju mill-Ministru għall-Ġustizzja. It-terminu tal-imħallfin jispiċċa fit-tmiem tas-sena li fiha jagħlqu 70 sena, meta jmutu jew meta jiġu ddikjarati bħala mejta, jekk jiġu ddikjarati uffiċjalment mhux kompetenti biex iwettqu dmirijiethom, jew jekk jirriżenjaw.

Kwalifiki u rekwiżiti oħrajn għall-imħallfin

Sabiex tinħatar bħala mħallef, persuna:

  • trid tkun ċittadin tar-Repubblika Ċeka;
  • trid tgawdi minn kapaċità ġuridika;
  • irid ikollha kondotta tajba;
  • irid ikollha mill-inqas 30 sena;
  • trid tkun kisbet lawrja tal-masters fil-liġi f’università Ċeka;
  • trid tkun għaddiet mill-eżami ġudizzjarju speċjali;
  • irid ikollha l-esperjenza u l-kwalitajiet morali li jiggarantixxu li teżerċita l-funzjoni tagħha sewwa, u
  • trid taċċetta l-ħatra bħala mħallef u l-kollokament f'qorti speċifika.

L-imħallfin onorarji jinħatru mill-pubbliku ġenerali (sakemm ikollhom kondotta tajba). Dawn jieħdu ġurament quddiem il-president tal-qorti u jservu għal erba’ snin.

Funzjonijiet inkompatibbli

Minbarra li jservu bħala president jew viċi president ta’ qorti, l-imħallfin ma jistgħu jeżerċitaw l-ebda forma oħra ta’ attività mħallsa għajr il-ġestjoni tal-assi tagħhom stess u t-twettiq ta’ xogħol akkademiku, ta’ tagħlim, letterarju, ġurnalistiku jew artistiku jew li jservu f’korpi konsultattivi għall-Ministeru jew għall-gvern jew f’korpi parlamentari.

Remunerazzjoni

Il-livell tar-remunerazzjoni tal-imħallfin huwa stabbilit mil-liġi.

Rwol u obbligi

Id-dritt bażiku u l-obbligu tal-imħallfin huma li jibqgħu indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom u li jkunu marbuta biss bil-liġi, billi jinterpretawha bl-aħjar użu tal-għarfien tagħhom u skont il-kuxjenza tagħhom. Ma għandhomx jippermettu li jiġu influwenzati pereżempju mill-interessi tal-partiti politiċi, l-opinjoni pubblika jew il-medja. Huwa projbit li wieħed jipprova jdgħajjef jew jhedded l-indipendenza u l-imparzjalità tal-imħallfin.

L-imħallfin għandhom jagħtu d-deċiżjonijiet tagħhom fi żmien raġonevoli u mingħajr dewmien mhux meħtieġ u għandhom jagħtu l-opportunità lill-partijiet fil-proċedimenti u lir-rappreżentanti tagħhom li jaffermaw id-drittijiet tagħhom, iżda ma jistgħux jinnegozjaw magħhom dwar is-sustanza tal-każ jew dwar kwistjonijiet proċedurali li jistgħu jaffettwaw il-każ.

Anke meta jispiċċaw mill-kariga tagħhom, l-imħallfin ma għandhomx jiżvelaw kwistjonijiet li jkunu saru jafu bihom matul it-twettiq ta’ dmirijiethom; dan l-obbligu jista’ jitneħħa f’każijiet eċċezzjonali biss.

Lista ta’ mħallfin u l-qrati fejn jaħdmu hija disponibbli fil-paġna tal-internet tal-Ministeru għall-Ġustizzja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja.

L-Unjoni tal-Imħallfin (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSoudcovská unie) ma tirrappreżentax l-imħallfin kollha, għax is-sħubija hija volontarja. L-assemblea ġenerali tagħha adottat kodiċi ta’ kondotta għall-imħallfin li jistabbilixxi prinċipji etiċi biex iservu ta’ gwida għall-ġudikatura.

Kategoriji u speċjalizzazzjoni tal-imħallfin

Minbarra li jieħdu deċiżjonijiet fil-kawżi, l-imħallfin jistgħu wkoll iservu bħala presidenti jew viċi presidenti tal-qorti. Dawn jinħatru mill-President tar-Repubblika (Qorti Suprema u Qorti Amministrattiva Suprema) jew mill-Ministru għall-Ġustizzja (qrati superjuri, reġjonali u distrettwali). Il-kompiti ewlenin tagħhom jinkludu l-amministrazzjoni tal-qrati.

Imħallef jista’ wkoll jinħatar biex jippresjedi kulleġġ tal-Qorti Suprema jew tal-Qorti Amministrattiva Suprema, jew biex jippresjedi senat tal-qorti.

Internament, il-qrati distrettwali, reġjonali u superjuri bażikament huma organizzati f’diviżjonijiet kriminali, ċivili u amministrattivi speċjalizzati għat-tipi differenti ta’ kawżi.

Responsabbiltà professjonali tal-imħallfin

L-istat huwa responsabbli għal kwalunkwe dannu, ħsara, jew telf li jirriżulta minn deċiżjoni, deċiżjoni ta’ żamma, sentenza jew miżura ta’ protezzjoni inġusta jew minn irregolarità proċedurali. L-imħallef ikkonċernat jista’ jiġi mitlub jagħti kumpens biss jekk jinsab ħati ta’ reat dixxiplinarju jew kriminali. L-imħallfin huma responsabbli għall-professjonaliżmu tagħhom fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

Persunal ġudizzjarju ieħor

Assistent ta’ imħallef/assistent ta’ prosekutur PDF(374 Kb)en

Trainee PDF(422 Kb)en

Skrivan għoli tal-qorti/skrivan għoli fl-uffiċċju tal-prosekutur PDF(372 Kb)en

Nutara

Organizzazzjoni

In-nutara u l-attivitajiet tagħhom huma rregolati bl-Att Nru 358/1992 dwar in-nutara u l-attivitajiet tagħhom (il-Kodiċi Notarili).

In-nutara jridu ikunu membri tal-Kamra tan-Nutara (Notářská komora) li hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-professjoni. Il-Kamra torganizza wkoll it-taħriġ professjonali u l-eżamijiet tan-nutara f’taħriġ. Lista ta’ nutara, imqassma skont ir-reġjun, tinsab fil-paġna web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-Nutara.

Ħatra u terminu

In-nutara jinħatru għal pożizzjoni vakanti mill-Ministru għall-Ġustizzja, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kamra, wara eżami kompetittiv. Nutar jieħu l-kariga tiegħu ladarba jiddaħħal fir-reġistru tan-nutara li jinżamm mill-Kamra tan-Nutara.

Nutar f’taħriġ iħejji għall-professjoni billi jaħdem ma’ nutar. L-istadju li jmiss fit-tħejjija huwa meta l-persuna f’taħriġ tikseb l-istatus ta’ nutar kandidat wara li tkun lestiet skema ta’ taħriġ ta’ mill-inqas tliet snin u tgħaddi mill-eżami notarili.

Il-mandat ta’ nutar mhuwiex limitat fiż-żmien, iżda jista’ jiġi sospiż. It-terminu tan-nutara jispiċċa meta jilħqu l-età ta’ 70 sena, meta jmutu jew jekk jiġu ddikjarati bħala mejta, meta jitkeċċew, jekk jitilfu ċ-ċittadinanza tar-Repubblika Ċeka, jekk jitilfu l-kapaċità ġuridika, jew jekk, pereżempju, jirrifjutaw li jieħdu l-ġurament jew jekk saħħithom ma tippermettilhomx iwettqu dmirijiethom fuq żmien twil.

L-għadd ta’ uffiċċji ta’ nutara fiż-żona ta’ kull qorti distrettwali huwa stabbilit mill-Ministru għall-Ġustizzja wara li jikkonsulta mal-Kamra tan-Nutara.

In-nutara huma indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Huma marbuta biss bil-liġi. L-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar huwa inkompatibbli ma’ kwalunkwe attività mħallsa oħra (għajr meta l-liġi tgħid mod ieħor).

Kwalifiki u rekwiżiti oħrajn għan-nutara

Sabiex tinħatar bħala nutar, persuna:

  • trid tkun ċittadin tar-Repubblika Ċeka;
  • trid tgawdi minn kapaċità ġuridika;
  • irid ikollha kondotta tajba;
  • irid jkollha lawrja universitarja;
  • trid tkun lestiet perjodu ta’ prattika notarili ta’ mill-inqas ħames snin;
  • trid tkun għaddiet mill-eżami notarili.

Sabiex tibda tipprattika bħala nutar, persuna:

  • trid tinħatar bħala nutar;
  • trid tkun ħadet il-ġurament quddiem il-Ministru għall-Ġustizzja, jekk dan ikun għadu ma sarx;
  • trid tkun kisbet it-timbru uffiċjali ta’ nutar;
  • trid tkun ħadet polza tal-assigurazzjoni tar-responsabilità għal kwalunkwe dannu, ħsara jew telf li jista’ jseħħ matul l-eżerċizzju tal-professjoni tagħha.

Funzjonijiet inkompatibbli

In-nutara ma jistgħux jeżerċitaw attività oħra bi qligħ minbarra l-ġestjoni tal-assi tagħhom stess. Madankollu, jistgħu jwettqu xogħol akkademiku, ta’ pubblikazzjoni, ta’ tagħlim, ta’ interpretazzjoni, espert jew artistiku b’remunerazzjoni.

Remunerazzjoni

Skont il-Kodiċi Notarili, nutar jaħdem għal remunerazzjoni, li prinċipalment jikkonsisti minn dritt ta’ ħlas, rimborż għal ħin tiegħu, u rimborż tal-ispejjeż. Il-ħlas isir mill-persuna li jkollha bżonn l-assistenza tan-nutar. In-nutara għandhom id-dritt jitolbu ħlas raġonevoli minn qabel fir-rigward tad-dritt ta’ ħlas u l-ispejjeż tagħhom. Regoli dettaljati dwar ir-remunerazzjoni tan-nutara huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni speċifika.

Rwol u obbligi tan-nutara

Fit-twettiq ta’ dmirijiethom in-nutara għandhom jikkonformaw ma’ atti tal-liġi u dispożizzjonijiet legali oħra ta’ applikazzjoni ġenerali; fil-provvista ta’ assistenza legali huma marbuta wkoll bl-istruzzjonijiet tal-klijenti tagħhom. Huma għandhom id-dritt li jirrifjutaw li jagħmlu dak li huwa mitlub biss jekk dan joħloq kunflitt mal-liġi ġeneralment applikabbli; jekk huma stess jew persuni qrib tagħhom ikunu involuti fil-każ; jekk ikunu diġà pprovdew assistenza legali fl-istess każ lil xi ħadd ieħor b’interessi li joħolqu kunflitt; jew jekk il-persuna li titlob assistenza ma tħallasx ammont ta’ flus raġonevoli minn qabel mingħajr raġuni valida. Nutar għandu d-dritt li jirtira minn kuntratt ma’ klijent jew persuna li qed titlob parir meta jkun hemm ksur tal-fiduċja reċiproka.

In-nutara ma jistgħux jiżvelaw kwistjonijiet li jkunu saru jafu bihom matul xogħolhom u li jistgħu jaffettwaw l-interessi leġittimi tal-klijenti tagħhom jew tal-persuni li qed jitolbu parir; il-persuni kkonċernati biss jistgħu jeħilsuhom minn dan l-obbligu.

Is-servizzi legali u servizzi oħrajn ipprovduti min-nutara jinkludu:

  • li jaġixxu bħala kummissarji ġudizzjarji, jiġifieri bħala aġenti tal-qorti, għal kwistjonijiet ta’ suċċessjoni;
  • li jfasslu atti notarili - atti awtentiċi tal-atti legali, ta’ laqgħat ġenerali annwali u laqgħat ta’ persuni ġuridiċi, ta’ atti u sitwazzjonijiet oħrajn;
  • li jfasslu kuntratti;
  • il-kustodja notarili;
  • li jfasslu atti notarili li jippermettu l-infurzar;
  • li jfasslu u jiddepożitaw testmenti;
  • li jfasslu ftehimiet ta’ qabel iż-żwieġ (li jridu jkunu fil-forma ta’ att notarili), ftehimiet ta’ garanzija u jirreġistraw il-garanziji;
  • li jawtentikaw dokumenti.

Joħorġu wkoll siltiet mir-Reġistru tal-Artijiet tar-Repubblika Ċeka, eċċ.

Responsabbiltà professjonali tan-nutara

In-nutara huma responsabbli għal kwalunkwe dannu, ħsara jew telf li jistgħu jikkawżaw meta jwettqu dmirijiethom mal-klijenti, il-persuni li jitolbu għal parir, jew persuni oħrajn ikkonċernati; huma wkoll responsabbli għall-persunal tagħhom għal kwalunkwe dannu, ħsara jew telf li jistgħu jġarrbu matul xogħolhom. Biex ikopru r-riskju għandu jkollhom polza tal-assigurazzjoni tar-responsabilità.

In-nutara huma wkoll soġġetti għal azzjoni dixxiplinarja.

Is-superviżjoni mill-Istat tan-nutara hija r-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja, il-Kamra tan-Nutara tar-Repubblika Ċeka, u l-kmamar tan-nutara individwali.

Assoċjazzjoni professjonali

Il-kmamar tan-nutara, stabbiliti mil-liġi fiż-żona ta’ kull qorti reġjonali u l-qorti muniċipali ta’ Praga, jinkludu n-nutara kollha stabbiliti fiż-żona korrispondenti. Il-kamra tan-nutara tgawdi minn personalità ġuridika u għandha d-dħul u l-korpi tagħha stess.

Il-Kamra tan-Nutara tar-Repubblika Ċeka (Notářská komora ČR) hija l-organizzazzjoni professjonali ċentrali awtonoma li tinkludi l-kmamar tan-nutara individwali. Hija tgawdi minn personalità ġuridika u għandha d-dħul u l-korpi tagħha stess. Il-kompiti tagħha jinkludu ż-żamma u l-ġestjoni tar-reġistru ċentrali tat-testmenti, li huwa lista mhux pubblika f’forma elettronika li tinkludi testmenti, atti ta’ diżeredazzjoni u atti li jħassruhom, rekords tal-ħatra u t-tneħħija tal-eżekuturi testamentarji. Il-Kamra tan-Nutara tar-Repubblika Ċeka żżomm ukoll ir-reġistru tal-garanziji.

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: Prattikanti legali

Avukati

L-avukati għandhom ikunu membri tal-Kamra tal-Avukati Ċeka (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaČeská advokátní komora), l-organizzazzjoni mhux governattiva awtonoma ċentrali responsabbli għall-professjoni.

Il-provvista tas-servizzi mill-avukati hija rregolata mill-Att Nru 85/1996 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadwar il-professjoni legali.

Rekwiżiti għall-avukati

Biex persuna teżerċita l-professjoni ta’ avukat, hija trid tkun imniżżla fir-reġistru tal-avukati li jinżamm mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Ċeka. Biex persuna titniżżel fir-reġistru, din trid tapplika bil-miktub u:

Fir-Repubblika Ċeka hemm tip wieħed biss ta’ avukat mingħajr ebda tip ta’ distinzjoni. L-avukati individwali jibnu l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom f'wieħed mill-oqsma tal-liġi biss ladarba jibdew jipprattikaw.

Drittijiet u obbligi tal-avukati

Avukat jieħu l-kariga tiegħu malli jitniżżel fir-reġistru.

Avukat prospettiv iħejji għall-professjoni billi jaħdem bħala avukat f’taħriġ ma’ avukat.

Ir-reġistrazzjoni mhijiex limitata fiż-żmien, iżda d-dritt li wieħed jeżerċita bħala avukat jista’ jiġi sospiż, kif speċifikat fil-liġi jew wara deċiżjoni meħuda mill-Kamra tal-Avukati Ċeka.

Id-dritt li wieħed jeżerċita bħala avukat jispiċċa meta avukat jitneħħa mir-reġistru bir-raġunijiet speċifikati mil-liġi, bħal pereżempju l-mewt jew jekk jiġi ddikjarat mejjet, it-telf jew ir-restrizzjoni tal-kapaċità ġuridika, li jitneħħa mir-reġistru bħala miżura dixxiplinarja, il-falliment, jew b’talba ta’ avukat stess. Il-Kamra tal-Avukati Ċeka tista’ wkoll tiddeċiedi li tneħħi avukat mir-reġistru.

Funzjonijiet inkompatibbli

Skont il-liġi, avukat li qed jeżerċita l-professjoni tiegħu ma jistax fl-istess ħin ikun impjegat jew ikollu pożizzjoni oħra simili, għajr bħala għalliem l-università, u ma jistax iwettaq attività li mhijiex kompatibbli ma’ dik ta’ avukat.

Remunerazzjoni

L-avukati ġeneralment jaġixxu fuq ħlas ta’ dritt mill-klijent; l-avukat jista’ jitlob għal ħlas raġonevoli minn qabel. Il-metodu għad-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ ħlas tal-avukati għas-servizzi legali, ir-rimborż tal-ispejjeż, u r-remunerazzjoni għaż-żmien tiegħu huwa rregolat minn dispożizzjoni ġeneralment vinkolanti. Bħala regola, id-dritt ta’ ħlas għall-provvista ta’ servizzi legali huwa stipulat f’kuntratt mal-klijent (“dritt ta’ ħlas kuntrattwali”). Jekk le, din tiġi determinata skont l-iskala tad-drittijiet ta’ ħlas mhux kuntrattwali tal-avukati. Jekk avukat jinħatar biex jipprovdi servizzi legali, id-drittijiet jitħallsu mill-istat.

Assoċjazzjoni professjonali

Il-Kamra tal-Avukati Ċeka, li għandha s-sede tagħha fi Praga u fergħa f’Brno, hija l-organizzazzjoni professjonali awtonoma għall-avukati kollha. Din għandha l-korpi tagħha stess u toħroġ regoli professjonali vinkolanti għall-avukati, li jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Kamra tal-Avukati Ċeka.

Dawn jinkludu r-regoli tal-etika professjonali u r-regoli dwar il-kompetizzjoni li jirregolaw l-avukati fir-Repubblika Ċeka.

Responsabbiltà professjonali

L-avukati huma responsabbli għall-klijenti tagħhom għal kwalunkwe dannu, ħsara jew telf li huma, jew l-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jikkawżaw matul xogħolhom. L-avukati jridu jkunu assigurati kontra tali responsabbiltà.

L-avukati huma wkoll responsabbli jekk jinsabu ħatja ta’ reat dixxiplinarju li jinvolvi ksur serju jew ripetut tal-obbligi tagħhom.

Bażi tad-data legali

Lista ta’ avukati hija disponibbli fil-paġna web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Ċeka. F’din il-paġna tista’ tfittex avukati mhux biss skont il-post, iżda wkoll skont l-ispeċjalizzazzjoni u l-għarfien tagħhom tal-lingwi.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa bla ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data huwa bla ħlas.

Avukati kummerċjali/Konsulenza ġuridika

Fir-Repubblika Ċeka hemm tip wieħed biss ta’ avukat.

Professjonijiet legali oħra

Bailiffs

Bailiff tal-qorti huwa professjonist Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalegali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaindipendenti li Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajinforza l-implimentazzjoni skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Infurzar. Il-bailiffs tal-qorti kollha jridu jkunu membri tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Bailiffs awtonoma.

Dawn huma rregolati mill-Att Nru 120/2001 dwar il-bailiffs tal-qorti u l-infurzar (il-Kodiċi tal-Infurzar).

Il-bailiffs jinħatru mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Fir-Repubblika Ċeka, bailiff huwa uffiċjal pubbliku u dmirijietu jitqiesu bħala atti tal-qorti.

Sabiex persuna tinħatar bħala bailiff tal-qorti, din għandha tkun ċittadin tar-Repubblika Ċeka u:

Ħatra u terminu

Wara li jieħu ġurament, bailiff jinħatar mill-Ministru għall-Ġustizzja għal pożizzjoni vakanti wara proċedura tal-għażla ppubblikata. Meta jinħatar huwa jsir membru tal-Kamra tal-Bailiffs. It-tħejjija tal-kariga ta’ bailiff tinvolvi li l-ewwel jaħdem bħala bailiff f’taħriġ ma’ bailiff stabbilit. L-istadju li jmiss huwa bailiff kandidat; il-kandidati jridu ikunu lestew eżerċizzju ta’ mill-inqas tliet snin u jkunu għaddew mill-eżami tal-bailiffs qabel ma jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru.

Il-ħatra mhijiex limitata fiż-żmien, iżda l-Ministru għall-Ġustizzja jista’ jissospendi bailiff. Matul il-perjodu ta’ sospensjoni, bailiff ma’ jistax jaġixxi bħala bailiff, u jinħatar sostitut, bħalma huwa l-każ għal kwalunkwe perjodu ieħor meta l-bailiff ma jkunx jista’ jwettaq il-kompitu tiegħu (pereżempju mard, vaganzi).

Persuna tieqaf tkun bailiff minn meta tieqaf tkun membru tal-Kamra tal-Bailiffs. Dan iseħħ mal-mewt jew mad-dikjarazzjoni ta’ mewt, it-tkeċċija, it-telf taċ-ċittadinanza tar-Repubblika Ċeka, jew it-telf jew ir-restrizzjoni tal-kapaċità ġuridika.

Funzjonijiet inkompatibbli

Il-bailiffs ma jistgħux jeżerċitaw attività oħra bi qligħ minbarra l-ġestjoni tal-assi tagħhom stess. Madankollu, jistgħu jwettqu xogħol akkademiku, ta’ pubblikazzjoni, ta’ tagħlim, ta’ interpretazzjoni, espert jew artistiku b’remunerazzjoni.

Remunerazzjoni

Il-bailiffs jwettqu l-infurzar u attivitajiet oħra għal remunerazzjoni, li prinċipalment tinkludi id-dritt ta’ ħlas tal-bailiff, ir-rimborż tal-ispejjeż, ir-remunerazzjoni tal-ħin tiegħu, u r-remunerazzjoni għall-għotja ta’ ċitazzjonijiet. Id-dritt ta’ ħlas tal-bailiff tista’ tiġi deċiża bejn il-bailiffs u l-persuna kkonċernata. Jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim bħal dan, id-dritt ta’ ħlas jiġi ddeterminat skont id-dispożizzjoni legali ġeneralment applikabbli. Il-bailiffs għandhom id-dritt jitolbu għal ħlas raġonevoli minn qabel tal-ispejjeż tal-infurzar.

Responsabbiltà professjonali:

Il-bailiffs huma responsabbli għal kwalunkwe dannu, ħsara jew telf ikkawżat matul ix-xogħol ta’ infurzar tagħhom, minnhom stess jew mill-impjegati tagħhom. Iridu jkunu koperti minn assigurazzjoni tar-responsabbiltà.

Il-bailiffs u l-kandidati bailiffs huma wkoll responsabbli għar-reati dixxiplinarji li jinvolvu ksur tal-obbligi tagħhom skont il-liġi jew li jikkawżaw dannu serju jew ripetut għad-dinjità tal-professjoni.

Għal aktar dettalji ara l-paġna web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Bailiffs.

Organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi legali pro bono (bla ħlas)

Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jipprovdu għajnuna legali pubblika f’oqsma diversi: pereżempju, is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Liġi AmbjentaliIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIuridicum remedium.

F’ċerti każijiet speċifiċi l-Kamra tal-Avukati Ċeka tipprovdi wkoll konsulenza ġuridika bla ħlas.

Il-Kamra tal-Bailiffs Ċeka tipprovdi konsulenza ġuridika bla ħlas dwar kwistjonijiet ta’ infurzar.

L-aħħar aġġornament: 10/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Danimarka

Din is-sezzjoni tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fid-Danimarka.

Il-prosekuturi

Organizzazzjoni

Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Daniż (den danske anklagemyndighed) huwa taħt l-awtorità tal-Ministeru għall-Ġustizzja. Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni huwa magħmul mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (rigsadvokaten), il-Prosekuturi Pubbliċi (statsadvokaterne) u l-Kummissarji tal-Pulizija (politidirektørerne).

Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi jmexxi proċedimenti kriminali quddiem il-Qorti Suprema u jipparteċipa wkoll f’seduti ta’ smigħ fil-Qorti Speċjali għall-Akkużi u r-Reviżjonijiet (Den Særlige Klageret).

Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi huwa s-superjur ġerarkiku tal-prosekuturi l-oħra u jissorvelja l-ħidma tagħhom. Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi jittratta wkoll appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Prosekuturi Pubbliċi fl-ewwel istanza.

Rwol u responsabbiltajiet

Il-funzjonijiet u l-organizzazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Prosekuzzjoni huma stabbiliti fil-Kapitolu 10 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (retsplejeloven) (l-Artikoli 95-107).

Il-kompitu tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni, f’kooperazzjoni mal-pulizija, huwa li jmexxi l-prosekuzzjoni tad-delitti f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. L-Artikolu 96(2) jiddikjara li s-Servizz tal-Prosekuzzjoni għandu jmexxi l-proċedimenti kollha bil-ħeffa ddettata min-natura tal-każ. Filwaqt li jkun qed jagħmel hekk, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni jrid jiżgura li dawk li jista’ jkun ħaqqhom piena jiġu mħarrka u fl-istess ħin li dawk li huma innoċenti ma jiġux imħarrka (“il-prinċipju tal-oġġettività”).

Sitt prosekuturi pubbliċi reġjonali jmexxu il-proċedimenti kriminali – l-appelli u l-ġurijiet – quddiem il-Qrati Superjuri u jissorveljaw it-trattament tal-kawżi kriminali mill-Kummissarji tal-Pulizija. Il-Prosekuturi Pubbliċi reġjonali jittrattaw ukoll l-appelli kontra deċiżjonijiet tal-Kummissarji tal-Pulizija dwar prosekuzzjonijiet kriminali. Fl-aħħar nett, il-Prosekuturi Pubbliċi jittrattaw każijiet ta’ kumpens b’rabta ma’ prosekuzzjonijiet kriminali u lmenti kontra l-pulizija.

Il-Prosekutur Pubbliku għar-Reati Ekonomiċi Gravi (Statsadvokaten for Særlig Økonomisk Kriminalitet) imexxi l-prosekuzzjoni ta’ delitti ekonomiċi maġġuri fil-livell nazzjonali.

Il-Prosekutur Pubbliku għall-Materji Kriminali Internazzjonali Speċjali (Statsadvokaten for Særlige Internationale Straffesager) imexxi l-prosekuzzjoni ta’ delitti internazzjonali mwettqa barra l-pajjiż, fosthom il-ġenoċidji, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra.

Il-Kummissarji tal-Pulizija jaġixxu bħala prosekuturi quddiem il-Qrati Distrettwali (l-ewwel istanza) u għaldaqstant, barra li jmexxu l-pulizija, huma responsabbli għall-investigazzjonijiet li jkunu twettqu mill-pulizija tad-distrett u għall-attivitajiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni lokali.

L-Imħallfin

Organizzazzjoni

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill għall-Ħatriet Ġudizzjarji (Dommerudnævnelsesrådet) huwa responsabbli biex jippreżenta proposti lill-Ministru għall-Ġustizzja għall-ħatriet ġudizzjarji, bl-eċċezzjoni tal-ħatra tal-President tal-Qorti Suprema. Fil-prattika, il-Ministru għall-Ġustizzja dejjem isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.

Kwistjonijiet dixxiplinarji li jikkonċernaw lill-imħallfin jew lill-persunal ġudizzjarju tal-qrati Daniżi jiġu ttrattati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Speċjali għall-Akkużi u r-Reviżjonijiet (Den Særlige Klageret).

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni tal-Qorti Daniża (Domstolsstyrelsen) għandha r-responsabbiltà ġenerali għat-taħriġ tal-persunal ġudizzjarju tal-qrati.

Rwol u responsabbiltajiet

B’mod ġenerali, l-imħallfin professjonali fid-Danimarka ma jispeċjalizzawx f’qasam partikolari. L-imħallfin jistgħu jinħatru għal kariga permanenti jew temporanja (aġent). L-assistenti mħallfin (retsassessorer) u l-imħallfin supplenti (dommerfuldmægtige) normalment jittrattaw kawżi minuri (eż. uffiċjali ġudizzjarji).

Bi ftit eċċezzjonijiet importanti, l-imħallfin onorarji (lægdommere) jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali kollha li jinstemgħu mill-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza. F’kawżi ċivili, jistgħu jintużaw assessuri esperti (sagkyndige domsmænd) fl-ewwel istanza u fit-tieni istanza. L-imħallfin onorarji u l-assessuri esperti jinħatru għal terminu ta’ erba’ snin.

Bażijiet tad-data ġuridiċi

Għal iktar informazzjoni, ara:

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Daniżi (Den Danske Dommerforening)

Il-paġna ewlenija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Supplenti (Dommerfuldmægtigforeningen)

Informazzjoni dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-persunal klerikali tal-qorti PDF(361 Kb)en

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: avukati (advokater)

L-avukati

Avukati bi prattika privata

L-avukati Daniżi kollha huma membri tal-Kamra tal-Avukati Daniża (Advokatsamfundet), li twaqqfet fl-1919.

Avukati impjegati u avukati apprendisti (advokatfuldmægtige)

L-avukati u l-avukati apprendisti huma organizzati fl-Għaqda tal-Avukati u l-Avukati Apprendisti (Foreningen af Advokater og Advokatfuldmægtige – FAAF), li hija parti mill-Għaqda tal-Ġuristi u l-Ekonomisti Daniża (Danmark Jurist- og Økonomforbund – Djøf). Id-Djøf hija l-ikbar trade union u organizzazzjoni ta’ promozzjoni fid-Danimarka kemm għall-istudenti kif ukoll għall-impjegati kollha fil-qasam tal-liġi, l-amministrazzjoni, il-governanza, ir-riċerka, l-edukazzjoni, il-komunikazzjoni, l-ekonomija, u x-xjenzi politiċi. It-trade union għandha madwar 50 000 membru li jaħdmu f’dawn l-oqsma. Minn madwar 1 500 membru tal-FAAF, madwar 900 huma avukati bi prattika privata.

Avukati tal-kumpaniji

L-avukati tal-kumpaniji huma organizzati fil-Kamra tal-Avukati Daniża, iżda jistgħu jagħżlu wkoll li jingħaqdu mal-Għaqda tal-Avukati tal-Kumpaniji Daniżi (Danske Virksomhedsjurister – DVJ). Bħalissa, madwar żewġ terzi tal-membri tad-DVJ huma avukati b’liċenzja biex jipprattikaw Daniża. B’mod ġenerali, id-DVJ tirrappreżenta l-interessi professjonali tal-avukati tal-kumpaniji. L-għaqda għandha wkoll l-għan li tippromwovi r-rikonoxximent u l-fehim tal-ħidma tal-avukati tal-kumpaniji u l-importanza dejjem tikber tagħha għan-negozji, l-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u s-soċjetà b’mod ġenerali. Id-DVJ hija membru tal-Għaqda Ewropea tal-Avukati tal-Kumpaniji (ECLA).

Id-differenza bejn l-avukati bi prattika privata u l-avukati tal-kumpaniji

Fid-Danimarka, l-avukati tal-kumpaniji b’liċenzja biex jipprattikaw Daniża huma soġġetti eżattament għall-istess regoli bħall-avukati bi prattika privata. L-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ma jiddistingwix bejn it-tnejn, u ż-żewġ gruppi huma organizzati fil-Kamra tal-Avukati Daniża.

Dan ifisser, essenzjalment, li l-avukati tal-kumpaniji għandhom l-istess status legali bħall-avukati l-oħrajn fir-rigward tal-kodiċi ta’ kondotta professjonali (advokatetiske regler), is-segretezza professjonali, il-kunfidenzjalità bejn il-klijent u l-avukat, eċċ. Madankollu, il-kodiċi ta’ kondotta professjonali ġie emendat biex jinkludi l-avukati tal-kumpaniji, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li joperaw fihom.

Il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità bejn il-klijent u l-avukat kif japplika għall-avukati tal-kumpanniji għalhekk jirriżulta mill-istess regoli bħal dawk applikabbli għall-avukati bi prattika privata. Għadu ma ġiex eżaminat mill-qrati jekk l-istandard għall-avukati tal-kumpaniji huwiex l-istess bħal fil-każ ta’ avukati oħrajn jew huwiex iktar baxx.

L-unika eċċezzjoni għar-regola li l-avukati tal-kumpaniji għandhom l-istess status legali bħall-avukati l-oħrajn tikkonċerna lil min jista’ jirrappreżenta bħala avukat l-avukat tal-kumpaniji. Il-possibbiltà skont il-liġi li taġixxi bħala avukat tal-kumpaniji hija meqjusa bħala eċċezzjoni impliċita għall-Artikolu 124 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar it-tip ta’ kumpanija li avukat jista’ jaħdem għaliha.

Għaldaqstant, sakemm ma jkollhomx ukoll uffiċċju legali privat, l-avukati tal-kumpaniji jistgħu jużaw biss it-titlu ta’ “avukat” meta jirrappreżentaw il-kumpanija jew l-organizzazzjoni li jkunu impjegati magħha. Dan ifisser li jekk l-impjegatur jitlob lill-avukat tal-kumpanija biex jipprovdi konsulenza legali lil klijent jew membru, l-avukat tal-kumpanija ma jistax jaġixxi bħala avukat sakemm ma jkollux ukoll uffiċċju legali privat u jipprovdi l-konsulenza lill-klijent jew lill-membru permezz ta’ dan l-uffiċċju.

Jekk l-avukat tal-kumpanija ma jkollux ukoll uffiċċju legali privat u jipprovdi konsulenza legali lil klijent jew membru li jkun konsumatur, u jekk il-konsulenza tingħata għal skopijiet kummerċjali, għandu japplika l-Att dwar il-Konsulenza Legali (lov om juridisk rådgivning) għall-avukat tal-kumpanija, b’eċċezzjoni waħda: l-Att ma japplikax għal konsulenza legali pprovduta minn trade unions u organizzazzjonijiet nongovernattivi. Ir-raġuni għal din l-eċċezzjoni hija li konsulenza ta’ dan it-tip ma tingħatax għal skopijiet kummerċjali u ġeneralment titqies bħala servizz li jmur lil hinn mis-servizz ġenerali li tipprovdi t-trade union lill-membri tagħha biex jintlaħqu l-għanijiet ewlenin tagħha.

Il-konsulenza legali pprovduta lil konsumatur minn impjegat ta’ trade union li għandu liċenzja biex jipprattika huwa għalhekk irregolat biss mir-regoli ġenerali dwar kważi kuntratti, delitti jew kważi delitti u huwa rregolat indirettament biss mill-kodiċi ta’ kondotta professjonali. Skont dan tal-aħħar, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 126(4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, avukat ma jistax (f’kapaċità mhux professjonali) iġib ruħu b’mod li ma jkunx xieraq għal avukat meta jaġixxi fi kwistjonijiet kummerċjali jew finanzjarji.

L-Att dwar il-Konsulenza Legali

Minn Lulju 2006 ’l hawn, il-konsulenza legali mogħtija lil konsumaturi għal skopijiet kummerċjali saret soġġetta għal Att separat, li japplika irrispettivament mill-isfond edukattiv tal-persuna li tkun qed tipprovdi l-konsulenza. L-Att jiddikjara espressament li ma japplikax għal konsulenza legali pprovduta minn avukat fl-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat indipendenti. Dan lanqas ma japplika għal konsulenza legali pprovduta minn trade unions jew organizzazzjonijiet nongovernattivi, peress li konsulenza ta’ dan it-tip ma tiġix ikkunsidrata li tkun ġiet ipprovduta għal skopijiet kummerċjali (ara aktar ’il fuq). Barra minn hekk, l-Att ma jkoprix konsulenza legali pprovduta minn impriżi finanzjarji koperti mill-Att dwar in-Negozju Finanzjarju, sakemm il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali jkun ħareġ regoli dwar prattika tajba fil-qasam ikkonċernat.

Madankollu, kif issemma qabel, dan ma jfissirx li konsulenza legali pprovduta minn persuna b’liċenzja biex tipprattika mhijiex irregolata bil-liġi. Jekk avukat ta’ kumpanija b’liċenzja biex jipprattika jipprovdi konsulenza legali lil konsumatur (jiġifieri xi ħadd ieħor għajr min jimpjegah) u l-avukat tal-kumpanija ma jkollux ukoll uffiċċju legali privat, dan is-servizz ikun kopert mill-Att dwar il-Konsulenza Legali, jekk jitqies li l-konsulenza tkun ingħatat għal skopijiet kummerċjali.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-Att dwar il-Konsulenza Legali huma dawn li ġejjin:

  • Konsulent legali jrid iġib ruħu b’mod konformi mal-prattika tajba għall-konsulenzi legali. Dan jimplika li l-konsulent irid iwettaq dmirijietu b’mod komplut, kuxjenzjuż u konformi mar-rekwiżiti leġittimi tal-aħjar interessi tal-klijent. Il-konsulenza għandha tingħata bil-ħeffa meħtieġa. .
  • Il-ftehimiet biex tiġi pprovduta konsulenza legali jridu jkunu bil-miktub.
  • Konsulent legali mhuwiex obbligat li jagħmel assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili, iżda l-kuntratt konkluż irid ikun fih informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet.
  • Konsulent legali jrid jinforma lill-klijent bil-prezz tal-konsulenza legali.
  • Konsulent legali ma għandux jirċievi fondi miżmuma f’trust.
  • Konsulent legali ma jridx iwettaq kompiti li jkollu interess personali jew finanzjarju fihom.
  • Konsulent legali għandu jikkonforma mar-regoli ta’ prattika tajba għall-konsulenzi legali maħruġa mill-Ministru għall-Ġustizzja. L-Ombudsman tal-Konsumatur jissorvelja l-konformità tal-konsulenti mal-liġi u mar-regoli ta’ prattika tajba.

Bażijiet tad-data ġuridiċi

Din l-informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Daniża.

Is-sit fih informazzjoni dwar il-professjoni ta’ avukat fid-Danimarka u lista ta’ avukati prattikanti.

Professjonijiet legali oħrajn

Organizzazzjonijiet li jipprovdu għajnuna legali

L-istituzzjonijiet li jipprovdu l-għajnuna legali huma disponibbli madwar id-Danimarka kollha. Kull min jixtieq jirċievi għajnuna legali jista’ jikkuntattja lid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDipartiment tal-Affarijiet Ċivili (Civilstyrelsen) biex jinfurmah bl-eqreb istituzzjoni. L-indirizz huwa:

Civilstyrelsen

Toldboden 2, 2. sal.

8800 Viborg.

Tel.: +45 33 92 33 34

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacivilstyrelsen@civilstyrelsen.dk

L-aħħar aġġornament: 15/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Ġermanja

Din il-paġna tipprovdi informazzjoni dwar il-ġuristi fil-Ġermanja.

Prosekutur pubbliku

Rwol u dmirijiet

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika (Staatsanwaltschaft) huwa organu indipendenti fil-ġurisdizzjoni kriminali strutturat bl-istess mod bħall-qrati nnifishom. L-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa responsabbli għat-tmexxija ta’ investigazzjonijiet preliminari, it-tressiq tal-atti ta’ akkuża għall-prosekuzzjoni fil-proċess u l-eżekuzzjoni tal-piena. Sakemm ma jkunx hemm leġiżlazzjoni li tindika l-kuntrarju, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huwa responsabbli wkoll mit-tmexxija ta' prosekuzzjonijiet għal kontravvenzjonijiet minuri.

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika għandu l-obbligu li jaġixxi kull fejn ikun hemm reat li jista’ jiġi pproċessat, jekk kemm-il darba jkun hemm raġunijiet biżżejjed (il-prinċipju ta’ legalità). Dan ifisser li, qabel ma jiddeċiedi jekk għandhiex titressaq azzjoni pubblika, l-Uffiċċju tal-Prosekutur għandu jinvestiga u jwettaq eżami legali tal-fatti kollha li jkun sar jaf bihom. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa marbut b’obbligu ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità. Irid iqis kemm l-evidenza inkriminanti kif ukoll l-evidenza favur il-persuna suspettata. Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi jkunu ssodisfati, irid jitressaq att ta’ akkuża. Meta l-proċedimenti jkunu relatati ma’ reat, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jastjeni mill-prosekuzzjoni jekk il-ħtija tat-trasgressur titqies bħala minuri u ma jkun hemm l-ebda interess pubbliku fil-prosekuzzjoni tat-trasgressur. Taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, il-kunsens tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tiftaħ il-proċedimenti prinċipali huwa wkoll meħtieġ. L-akkużat jista’ wkoll ikun soġġett li jwettaq ċerti obbligi u jsegwi ċerti struzzjonijiet biex jingħalaq il-każ.

Meta jwettaq investigazzjonijiet għal proċedimenti kriminali, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jifittex l-għajnuna minn partijiet oħra. Dawn il-partijiet jinkludu uffiċjali tal-pulizija, investigaturi tat-taxxa u uffiċjali tad-dwana. Dawn il-partijiet iridu jsegwu l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika.

Qabel ma każ kriminali jkun jista’ jiġi pproċessat, trid titressaq akkuża kontra l-konvenut. Bi ftit eċċezzjonijiet li jikkonċernaw offiżi żgħar, l-akkuża trid dejjem titressaq mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Il-prosekutur pubbliku normalment jipparteċipa fil-proċess bħala rappreżentant tal-awtorità tal-prosekuzzjoni.

Is-servizz tal-Prosekutur Pubbliku huwa involut kemm fi proċedimenti tal-ewwel istanza kif ukoll fil-livell tal-appell (appelli fuq punti ta’ fatti u punti ta’ liġi).

Waqt il-proċess, l-akkuża għandha tinqara mill-prosekutur pubbliku. Huwa għandu d-dritt li jinterroga lill-konvenut u lil kwalunwe xhud. Huwa jista’ wkoll jagħmel it-talbiet tiegħu għall-evidenza. Fi tmiem il-proċess, il-prosekutur pubbliku jippreżenta l-argumenti tal-għeluq filwaqt li jevalwa l-fatti legali u sostantivi. Huwa ta’ spiss jitlob lill-Qorti biex taqta’ s-sentenza dwar il-konvenut jew biex dan jiġi liberat.

Bil-kunsens tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, tal-qorti u tal-akkużat, il-proċedimenti kriminali jistgħu jitwaqqfu f’dan l-istadju. Dan pereżempju jista’ jsir jekk il-ħtija tal-akkużat titqies bħala baxxa wara li jkun sar il-proċess.

Jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jkun konvint li d-deċiżjoni tal-qorti trid tiġi riveduta fuq bażi ta’ fatt jew ta’ liġi, huwa jista’ jagħmel appell anki favur il-konvenut.

Organizzazzjoni

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku għandu s-sede tiegħu fil-Qorti Reġjonali (Landgericht), fil-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht) u fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof) u għandu struttura ġerarkika.

Minħabba s-sistema Federali fil-Ġermanja, huwa meħtieġ li wieħed jiddistingwi bejn il-kompetenzi tal-Gvern Federali u l-kompetenzi tal-Istati Federali (Länder).

L-uffiċċji tal-Prosekuturi Pubbliċi tal-Istati Federali (Staatsanwaltschaften der Länder)

Bl-eċċezzjoni ta’ reati li għalihom il-Prosekutur Ġenerali Federali (Ġeneralbundesanwalt) fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja għandu l-ġurisdizzjoni, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-Länder huma kompetenti biex jipproċedu r-reati. Il-Prosekutur Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja u l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi tal-Istati Federali huma distini u separati, u joperaw kull wieħed fil-livell tiegħu. Ma teżisti l-ebda rabta ġerarkika bejn il-livell nazzjonali u l-livell tal-Istati Federali. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, il-prosekutur Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja jista’ jittrasferixxi proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu lill-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-Land jew jieħu proċedimenti li jaqgħu fil-kompetenzi ta’ dawn tal-aħħar.

Kull wieħed mis-16-il Stat Federali għandu s-servizz tiegħu ta' prosekuzzjoni pubblika, l-organizzazzjoni tal-uffiċċji hija deskritta hawn taħt:

Kull qorti reġjonali (Landgericht) għandha l-uffiċċju tagħha ta' prosekutur pubbliku, li huwa wkoll responsabbli għall-qrati lokali (Amtsgerichte) fid-distrett ġudizzjarju ta’ dik il-qorti reġjonali.

Kull wieħed mill-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku fil-qrati reġjonali jaqa’ taħt l-awtorità tal-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali fil-qorti reġjonali superjuri korrispondenti (Oberlandsgericht), li min-naħa tiegħu jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Istat Federali rispettiv.

L-Uffiċċji tal-Prosekutur-Ġenerali (Generalstaatsanwaltschaften) huma responsabbli għall-appelli u l-punti tal-liġi fil-qrati reġjonali superjuri. Jekk proċedimenti bħal dawn jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-prosekuzzjoni titmexxa mill-Prosekutur Ġenerali Federali.

Għal aktar informazzjoni dwar l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku irreferi għat-Taqsima Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati u Uffiċċji tal-Prosekuturi Pubbliċi (Gerichte und Staatsanwaltschaften) fuq is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Ħafna mis-servizzi tal-prosekuzzjoni pubblika għandhom il-websajts tagħhom, li jistgħu jiġu aċċessati mill-portali dwar il-ġustizzja tal-Istati Federali (Länder).

L-Avukat Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof)

Il-ġudikatura fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija fil-prinċipju kwistjoni tal-Länder (l-Artikolu 30, 92, 96 tal-Liġi Bażika). L-Avukat Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja “huwa l-uniku uffiċċju tal-prosekutur tal-Gvern Federali. Huwa jissejjaħ ukoll l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (“Bundesanwaltschaft”). Minbarra l-Prosekutur Ġenerali Federali, dan jikkonsisti minn avukati federali oħra, prosekuturi anzjani u prosekuturi pubbliċi u impjegati oħra. Il-Prosekutur Ġenerali Federali jmexxi l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja.

L-Avukat Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja jwettaq l-uffiċċju tal-prosekutur fil-każijiet kriminali serji kollha kontra l-Istat li jikkompromettu b’mod sinifikanti s-sigurtà interna tal-Ġermanja (b’mod partikolari l-att ta’ vjolenza terroristika) jew is-sigurtà esterna (tradiment u spjunaġġ). Fil-każ ta’ reati oħra li għandhom il-karattru ta’ protezzjoni tal-Istat, il-Prosekutur Ġenerali Federali (Generalbundesanwalt) tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja jassumi r-responsabbiltà għall-prosekuzzjoni taħt ċerti kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi fit-§Taqsima 120 (2) tal-Att dwar il-Kostituzzjoni tal-Qrati (Gerichtsverfassungsgesetz) magħruf ukoll bħala d-dritt ta’ evokazzjoni (Evokationsrecht). Il-Prosekutur Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja huwa wkoll responsabbli għall-prosekuzzjoni ta' reati relatati mal-Kodiċi tar-Reati Kontra l-Liġi Internazzjonali (Völkerstrafgesetzbuch) u jintervjeni fi proċedimenti ta’ appell u ta’ lment quddiem id-diviżjoni kriminali tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof).

L-Avukat Ġenerali Federali jinħatar mill-President Federali fuq proposta mill-Ministru Federali għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Il-proposta trid tiġi approvata mill-Bundesrat Ġermaniż. Il-ħidma tal-Prosekutur Ġenerali Federali hija soġġetta għas-superviżjoni amministrattiva tal-Ministru Federali għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Madankollu, il-Ministru Federali ma jeżerċita l-ebda drittjiet ta’ superviżjoni fuq il-prosekuturi pubbliċi tal-Länder, u ma jistax jagħtihom struzzjonijiet.

Imħallef

Organizzazzjoni

Il-leġiżlazzjoni prinċipali li tirregola l-professjoni ta’ mħallef kemm fil-qrati nazzjonali kif ukoll fil-qrati reġjonali hija l-Att tal-Imħallfin Ġermaniżi (Deutsches Richtergesetz (DRiG)). Jinsabu aktar dispożizzjonijiet fil-liġi Ġermaniża fil-livell tal-Istat Federali (Land).

Il-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Federali jissorveljaw il-ħidma tal-imħallfin fil-livell tal-Istat Federali. Il-ħidma tal-imħallfin fil-Qrati Federali, bl-eċċezzjoni tal-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht), hija ssorveljata mill-Ministeru Federali rilevanti.

Rwol u dmirijiet

Imħallfin professjonisti u mħallfin lajċi (Berufsrichter und Laienrichter)

L-imħallfin professjonisti (Berufsrichter) iservu jew fil-qrati nazzjonali jew fil-qrati reġjonali. L-imħallfin fil-livell tal-Istat Federali jeżerċitaw dmirhom f’qorti lokali (Amtsgericht), f’qorti reġjonali (Landgericht) jew f’qorti reġjonali superjuri (Oberlandesgericht). Il-biċċa l-kbira tal-imħallfin jaħdmu fil-livell tal-Istat Federali.

L-imħallfin Federali (Bundesrichter) jistgħu jservu fil-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht), fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof), fil-Qorti Federali tax-Xogħol (Bundesarbeitsgericht), fil-Qorti Federali tal-Finanzi (Bundesfinanzhof), fil-Qorti Soċjali Federali (Bundessozialgericht), fil-Qorti Federali Amministrattiva (Bundesverwaltungsgericht) jew fil-Qorti Federali tal-Privattivi (Bundespatentgericht).

Fi proċedimenti kriminali, l-imħallfin professjonisti jingħaqdu mal-imħallfin lajċi (Laienrichter) (Schöffen). L-imħallfin laċji jissejħu minn fost iċ-ċittadini biex jeżerċitaw dan is-servizz bla ma jitħallsu. Teoretikament, persuna tista’ anki tinħatar mingħajr il-kunsens tagħha stess. Ċittadin li jinħatar bħala mħallef lajk jista’ biss jirrifjuta s-servizz f’ċirkustanzi eċċezzjonali. L-imħallfin lajċi (Schöffen) jipparteċipaw fis-seduti tal-qrati lokali u fis-seduti tal-Awla kriminali u l-Awla tal-minorenni fil-qrati reġjonali.

Fil-prinċipju, l-imħallfin lajċi għandhom l-istess drittijiet ta’ vot bħall-imħallfin professjonisti. Dan ifisser li jiddeċiedu flimkien mal-imħallfin professjonisti dwar jekk il-konvenut ikunx ħati u dwar x’sentenza għandha tingħata.

Skont it-Taqsima § 36 tal-Att dwar il-Kostituzzjoni tal-Qrati (Gerichtsverfassungsgesetz (GVG)), l-imħallfin lajċi jiġu eletti kull ħames snin. Ċittadini Ġermaniżi biss jistgħu jagħmluha ta' mħallfin lajċi (§ it-Taqsima 31 GVG). Il-persuni li ġejjin huma esklużi mill-kariga ta’ mħallfin lajċi (§Taqsima 33 tal-GVG):

  • persuni taħt l-età ta’ ħamsa u għoxrin sena jew li għandhom aktar minn sebgħin sena, jew li jkunu għalqu s-sebgħin sena sal-bidu tal-mandat;
  • persuni li mhumiex residenti fid-distrett ikkonċernat;
  • persuni li mhumiex adattati għall-kariga minħabba problemi ta’ saħħa;
  • persuni li mhumiex adattati għall-kariga minħabba nuqqas ta’ għarfien tal-lingwa Ġermaniża;
  • persuni li finanzjalment ikunu f’ falliment;

Persuni oħra li ma jistgħux iwettqu d-dmirijiet ta’ mħallef lajk huma:

  • persuni li, bħala riżultat ta’ talba minn imħallef, ma jkollhomx il-kapaċità li jokkupaw kariga pubblika jew li jkunu ġew ikkundannati għal terminu ta’ priġunerija ta’ aktar minn sitt xhur għal reat intenzjonat; jew
  • li jkunu qed jiġu investigati fir-rigward ta’ reat li jista’ jwassal għat-telf tal-kapaċità ta’ kariga pubblika (§ it-Taqsima 32 tal-GVG).

L-imħallfin lajċi huma intitolati għall-kumpens ta’ telf ta’ introjtu finanzjarju, l-ammont jiġi determinat mill-Att ta’ Kumpens u Remunerazzjoni Legali (Justizvergütungs- und –entschädigungsgesetz) (§ it-Taqsima 55 tal-GVG). L-Istati Federali jipprovdu fuljetti ta’ spjegazzjoni li jinfurmaw lill-imħallfin lajċi dwar id-dmirijiet tagħhom. Dawn il-fuljetti huma ppubblikati wkoll fuq l-internet. L-Istati Federali joffru wkoll it-taħriġ għall-imħallfin lajċi

Uffiċjal ġudizzjarju (Rechtspfleger)

L-uffiċjali ġudizzjarji huma uffiċjali tal-ġudikatura Ġermaniża. Ir-rwol tagħhom – bħala “t-tieni kolonna tat-tielet fergħa tal-Gvern” – huwa prinċipalment limitat għal kwistjonijiet mhux kontenzjużi (inklużi s-suċċessjoni, il-kustodja, kwistjonijiet varji li jikkonċernaw lit-tfal u l-adozzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-art, il-kummerċ, is-soċjetajiet kooperattivi u s-sħubiji, l-insolvenza, ir-reġistrazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet, ta' proprjetà matrimonjali, ta’ bastimenti eċċ.). Ir-responsabbiltajiet tagħhom madankollu jestendu għal għadd ta’ attivitajiet ġudizzjarji oħra, bħal pereżempju fir-rigward ta’ proċedimenti għall-ordnijiet għall-ħlas, l-għajnuna legali, mandati ta’ eżekuzzjoni, bejgħ bis-subbasta sforzat u riċevituri, insolvenza, l-istabbiliment ta’ spejjeż, l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, u proċedimenti quddiem il-Qorti Federali tal-Privattivi u fl-ordni legali internazzjonali.

Attwalment l-għadd ta’ uffiċjali ġudizzjarji huwa akbar mill-għadd ta’ mħallfin fil-qrati lokali. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom huma stabbiliti fl-Att tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Rechtspflegergesetz, RPflG). Fit-twettiq tad-dmirijiet u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom, l-uffiċċjali ġudizzjarji, bħall-imħallfin, huma imparzjali u indipendenti u marbuta biss bil-liġi u bl-istatut. Bħala kwistjoni ta' prinċipju, jistgħu jinġiebu l-appelli kontra d-deċiżjonijet tagħhom skont il-liġijiet proċedurali ġenerali fis-seħħ.

Bażijiet tad-data

Bażijiet tad-data fuq l-internet dedikati lill-professjonijist ġudizzjarji u li huma aċċessibbli għall-pubbliku huma:

L-informazzjoni hija disponibbli wkoll fil-paġni web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssocjazzjoni Germaniza tal-Imhallfin (Deutscher Richterbund) jew tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssocjazzjoni Germaniza tal-Ufficjali Gudizzjarji (Bundes Deutscher Rechtspfleger).

Avukat

Fil-Ġermanja hemm madwar166,000 avukat. Dawn isegwu l-istess taħriġ legali bħall-imħallfin u jistgħu jagħtu pariri u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi kwalunkwe forma ta’ kwistjoni legali. Għandhom il-permess li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom kemm fl-Awla tal-Qorti kif ukoll barra mill-Qorti; skont il-liġi Ġermaniża ma teżisti l-ebda kategorija ta’ avukati li huma dedikati speċifikament għar-rappreżentanzi fil-qrati. Fil-prinċipju, l-avukati huma intitolati jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fil-qrati kollha fil-Ġermanja. L-unika eċċezzjoni hija meta l-avukati jkunu jixtiequ jirrappreżentaw il-klijent tagħhom f’kawża ċivili quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, fejn jeżistu prerekwiżiti ta’ ammissjoni speċifiċi. Eċċezzjoni oħra hija għall-avukati interni (Syndikusrechtsanwälte) (li huma avukati impjegati minn impjegatur mhux avukat biex jagħtu pariri u jirrappreżentaw lill-impjegaturi fi kwistjonijiet legali). Ma jistgħux jirrappreżentaw lill-impjegatur tagħhom quddiem uħud mill-qrati.

L-avukati huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet statutorji tal-Att Federali tal-Avukati (Bundesrechtsanwaltsordnung, BRAO). Il-professjoni legali hija wkoll awtoregolata b'aktar regoli marbutin mal-professjoni, jew b’mod aktar speċifiku, bil-Kodiċi ta’ Kondotta Professjonali tal-Avukati (Berufsordnung fur Rechtsanwälte, BORA) u bil-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati Speċjalisti (Fachanwaltsordnung, FAO). Ir-rimunerazzjoni tal-avukati hija ddeterminata permezz tal-Att ta’ Remunerazzjoni tal-Avukati (Rechtsanwaltsvergütungsgesetz, RVG).

L-avukati huma mqassma f'27 Kamra reġjonali tal-Avukati (Rechtsanwaltskammern) kif ukoll fil-Kamra tal-Avukati tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Il-Kmamar huma responsabbli għall-ammissjoni fil-professjoni legali. Barra minn hekk, huma responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-avukati biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mal-obbligi professjonali tagħhom.

Bażijiet tad-data

Informazzjoni komprensiva dwar il-professjoni legali tista’ tinkiseb fuq il-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Federali tal-Avukati (Bundesrechtsanwaltskammer, BRAK). Barra minn hekk, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida l-Assoċjazzjoni ta’ Avukati Germaniżi (Deutsche Anwaltverein, (DAV), l-ikbar assoċjazzjoni indipendenti ta’ avukati Ġermaniżi, tipprovdi firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dwar il-professjoni legali, li hija wkoll disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż.

Il-websajts li ġejjin joffru wkoll l-għajnuna biex wieħed isib avukat: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Direttorju Uffiċjali tal-Avukati Germaniżi (Bundesweites Amtliches Anwaltsverzeichnis) li jelenka l-avukati kollha (il-kontenut huwa bil-Ġermaniż u bl-Ingliż), kif ukoll is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Federali ta' Informazzjoni dwar l-Avukati (Deutsche Anwaltauskunft).

Avukat tal-Privattivi (Patentanwalt)

Jeżistu madwar 3 500 avukat prattikanti fi kwistjonijet dwar il-privattivi fil-Ġermanja. L-avukati tal-privattivi f’dan il-qasam ikunu ġeneralment temmew l-istudji f’livell universitarju fix-xjenzi jew f’suġġett tekniku, flimkien ma’ taħriġ legali addizzjonali. L-ambitu tal-attività tagħhom huwa limitat għall-konsulenza u r-rappreżentanza tal-klijenti tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali (b'mod partikolari fir-rigward ta’: Privattivi, mudelli ta’ utilità, disinni industrijali u marki kummerċjali (trademarks) u disinji), b’attenzjoni speċifika fuq il-proċeduri ta’ applikazzjoni ta’ monitoraġġ. Dawn l-avukati tal-privattivi huma intitolati li jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom quddiem l-Uffiċċju Ġermaniż tat-Trademarks u l-Privattivi, il-Qorti Federali tal-Privattivi, u, f’ċirkostanzi speċifiċi, quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Madankollu, fil-Qrati reġjonali u l-qrati reġjonali superjuri, l-avukati tal-privattivi jistgħu biss jagħtu opinjonijiet dwar il-kawżi tal-klijenti tagħhom, u mhux jifformulaw il-konklużjonijiet

L-avukati tal-privattivi huma soġġetti għal dispożizzjonijiet statutorji tal-Att dwar l-Avukati tal-Privattivi (Patentanwaltsordnung (PAO)). Huma jagħmlu parti mill-Kamra tal-Avukati tal-Privattivi (Patentanwaltskammer).

Bażijiet tad-data

Is-sit web dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Privattivi (Patentanwaltskammer) tipprovdi informazzjoni dwar il-professjoni ta’ dawn il-konsulenti. Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Uffiċjali Federali tal-Avukati tal-Privattivi (Bundesweite Amtliche Patentanwaltsverzeichnis) huwa disponibbli wkoll hemmhekk.

Nutar

Fil-Ġermanja attwalment jeżistu madwar 7,000 nutar prattikanti, li ġeneralment iridu jkunu temmew l-istess taħriġ legali bħall-imħallfin. Huma jipprovdu appoġġ u pariri indipendenti, imparzjali u oġġettivi għal tranżazzjonijiet legali importanti kif ukoll it-trattament ta' kwistjonijiet legali fil-qasam tal-ġustizzja preventiva. L-aktar kompitu importanti tagħhom huwa ċ-ċertifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet legali.

Minħabba l-istruttura Federali tal-Ġermanja, jeżistu diversi tipi ta’ nutara: Fil-parti l-kbira tal-Istati Federali, in-nutara jeżerċitaw il-kompiti tagħhom bħala l-impjieg professjonali ewlieni tagħhom (Nutara li jeżerċitaw professjoni unika) (Nurnotariat). Madankollu, f’xi Stati Federali, il-kompiti ta’ nutara jitwettqu flimkien mal-ħidma ta’ avukat (Nutara li jagħmluha ta’ avukati wkoll) (Anwaltsnotariat). In-nutara kollha jinħatru u huma ssorveljati mill-Awtorità Ġudizzjarja Reġjonali rispettiva tagħhom (Landesjustizverwaltung).

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-professjoni tan-nutara jinstabu fl-Att Federali tal-Nutara (Bundesnotarordnung, BNotO). Ir-remunerazzjoni tan-nutara hija ddeterminata mill-Ordni dwar it-Tariffi (Kostenordnung, KostO).

In-nutara huma membri tal-Kamra tan-Nutara reġjonali rispettiva tagħhom.

Bażijiet tad-data

Informazzjoni komprensiva dwar diversi suġġetti relatati mal-professjoni tan-nutara tinsab fil-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Federali tan-Nutara (Bundesnotarkammer). Id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju tan-Nutara huwa wkoll ta' għajnuna meta wieħed ikollu bżonn ifittex nutar. L-informazzjoni tista’ tinkiseb bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Ispanjol.

Professjonijiet Legali Oħra

Professjonijiet legali ddefiniti fl-Att tas-Servizzi Legali (Rechtsdienstleistungsgesetz)

L-Att tas-Servizzi Legali jagħmilha possibbli għall persuni li jiġbru d-djun, għall-konsulenti tal-pensjonijiet u għall-fornituri tas-servizz legali bi speċjalizzazzjoni fil-liġi barranija li jipprovdu servizzi legali ekstraġudizzjarji. F'ċerti każijiet, il-persuni li jiġbru d-djun u l-konsulenti tal-pensjonijiet jistgħu wkoll jirrappreżentaw il-klijenti tagħhom quddiem il-qorti. Il-prerekwiżit għat-twettiq ta’ din l-attività huwa reġistrazzjoni, li l-approvazzjoni għaliha tinkiseb billi wieħed japplika mill-qorti. L-ismijiet tal-persuni rreġistrati huma elenkati fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tas-Servizzi Legali (Rechtsdienstleistungsregister).

Ma hemm l-eba rekwiżit legali għal dawn il-fornituri reġistrati tas-servizzi li jridu jappartjenu lil Kamra jew assoċjazzjoni professjonali speċifika. Il-professjonijiet ta’ ġbir ta’ dejn u konsultazzjoni tal-pensjonijiet huma parzjalment koordinati minn firxa ta’ entitajiet professjonali; L-akbar entitiajiet huma l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Aġenziji għall-Ġbir ta’ Dejn (Bundesverband Deutscher Inkassounternehmen), l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Eżekuttivi Legali/Fornituri tas-Servizzi Legali (Bundesverband Deutscher Rechtsbeistände/Rechtsdienstleister) u l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-konsulenti tal-pensjonijet (Bundesverband der Rentenberater).

Bażijiet tad-data

Huwa possibbli li wieħed jikkonsulta r-Reġistru tas-Servizzi Legali, li jinkludi lista tal-fornituri tas-servizzi legali u lista’ tal-qrati responsabbli għall-reġistrazzjoni, permezz tal-portal ġudizzjarju Ġermaniż. Tista’ tinkiseb firxa wiesgħa ta’ aktar informazzjoni mis-siti tal-internet tal-organizzazzjonijiet li ġejjin: l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssocjazzjoni Germaniza tal-Agenziji tal-Gbir tad-Djun (Bundesverband Deutscher Inkassounternehmen), l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssocjazzjoni Germaniza tal-Ezekuttivi Legali/Fornituri tas-Servizz Legali (Bundesverband Deutscher Rechtsbeistände/Rechtsdienstleister), u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssocjazzjoni Germaniza tal-Konsulenti tal-Pensjonijiet (Bundesverband der Rentenberater) bieten vielfältige weitergehende Informationen.

Organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi legali mingħajr ħlas

Fil-Ġermanja, għadd ta’ organizzazjonijiet karitattivi jipprovdu pariri legali mingħajr ħlas (f’konformità mat-Taqsimiet §§ 6 u 8 tal-Att dwar is-Servizzi Legali). Uħud mill-aktar importanti minn dawn huma:

Links tal-internet relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Awtoritajiet tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u tal-Länder

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-qrati u l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi, il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru Federali għall-Ġustizzja u għall-Protezzjoni tal-Konsumatur

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Hamburg

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Berlin

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Bavarja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Imħallfin

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju uffiċjali tal-avukati fil-Ġermanja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniżi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar l-avukati Ġermaniż

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati tal-Privattivi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ nutara

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra Federali tan-Nutara

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tas-Servizzi Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni għal Benessri tal-Ħaddiema Ġermanizi (Arbeiterwohlfahrt Bundesverband e.V.)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCaritas

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDiakonie

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Ċentrali għall-Benesseri Soċjali tal-Lhud fil-Ġermanja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Ġermaniża tas-Salib l-Aħmar

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni għall-Benesseri tal-Parità

L-aħħar aġġornament: 10/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Estonja

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali lejn l-organizzazzjoni tal-professjonijiet legali fl-Estonja.

Professjonijiet legali – introduzzjoni

Il-professjonijiet legali fl-Estonja jikkonsistu fi:

  • prosekuturi;
  • imħallfin;
  • imħallfin onorarji;
  • assistenti mħallfin u skrivana tal-qorti;
  • avukati;
  • nutara;
  • uffiċjali ġudizzjarji; u
  • riċeventi f’falliment.

Prosekuturi

Organizzazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa korp tal-gvern li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja. L-Uffiċċju jikkonsisti f'żewġ livelli: l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (bħala l-uffiċċju tal-prosekutur superjuri) u erba’ uffiċċji ta’ prosekuturi distrettwali.

Il-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tkopri lill-Estonja kollha u l-ġuriżdizzjoni ta’ kull Uffiċċju ta’ Prosekutur Distrettwali tikkorrispondi għal dik tal-prefetturi tal-pulizija. L-Uffiċċju tal-Prosekutur huwa mmexxi mill-Prosekutur Ġenerali, li jinħatar fil-kariga għal ħames snin mill-gvern Estonjan fuq proposta tal-Ministru għall-Ġustizzja, wara li jkun sema' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Estonjan.

Kull sena fis-sessjoni tar-rebbiegħa tal-Parlament, il-Prosekutur Ġenerali jagħti lill-Kumitat Kostituzzjonali tal-Parlament ħarsa ġenerali tal-prestazzjoni matul is-sena kalendarja preċedenti tal-kompiti assenjati bil-liġi lill-Uffiċċju tal-Prosekutur.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali huwa mmexxi minn kap prosekutur li jinħatar fil-kariga wkoll għal ħames snin mill-Ministru għall-Ġustizzja fuq proposta tal-Prosekutur Ġenerali.

B’kollox hemm tmien tipi ta’ prosekuturi fl-Estonja: il-Prosekutur Ġenerali, il-prosekuturi prinċipali tal-Istat, il-prosekuturi tal-Istat u l-assistenti prosekuturi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali u tal-prosekuturi prinċipali, il-prosekuturi anzjani, il-prosekuturi speċjali, il-prosekuturi distrettwali u l-assistenti prosekuturi fl-Uffiċċji tal-Prosekuturi Distrettwali.

Ara wkoll l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur.

Rwol u dmirijiet

Skont l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Uffiċċju tal-Prosekutur:

  • jipparteċipa fl-ippjanar tas-sorveljanza meħtieġa għall-prevenzjoni u l-iskoperta ta’ delitti;
  • imexxi l-proċedimenti kriminali ta’ qabel il-proċess sabiex jiżgura l-legalità u l-effikaċja tagħhom;
  • jirrappreżenta lill-prosekuzzjoni pubblika fil-qorti;
  • iwettaq dmirijiet oħra imposti bil-liġi fuq l-Uffiċċju tal-Prosekutur.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur iwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur b’mod indipendenti.

Peress li jmexxi l-proċedimenti kriminali, il-prosekutur jiggwida lill-korp investigattiv fil-ġbir tal-provi u jiddeċiedi jekk iressaqx akkużi kontra persuna fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti.

Skont l-Istatuti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur:
l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali:

  • jiżgura l-legalità u l-effikaċja tal-proċedimenti kriminali preproċesswali u jirrappreżenta l-prosekuzzjoni pubblika fil-qrati fl-istanzi kollha fir-rigward ta’ atti ta’ kondotta uffiċjali kriminali, reati ekonomiċi, reati marbuta mas-servizz fil-Forzi Armati, reati ambjentali, reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u reati kriminali marbuta mal-kriminalità organizzata, ta’ natura transfruntiera jew reati li jqanqlu l-interess pubbliku, kif ukoll reati kontra l-umanità u s-sigurtà internazzjonali, reati aktar serji kontra l-Istat, reati kriminali mwettqa minn prosekuturi u reati kriminali oħrajn assenjati mill-Kap Prosekutur Pubbliku;
  • janalizza, jissorvelja u jagħti parir dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċji tal-Prosekuturi Distrettwali u janalizza u jasal għal konklużjonijiet ġenerali dwar prattiki ġudizzjarji u l-prattiki tal-uffiċċji tal-prosekuturi;
  • iwettaq obbligi li jirriżultaw mill-kooperazzjoni internazzjonali, inkluża l-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Eurojust;
  • jipparteċipa fl-abbozzar ta’ Atti, ta’ Regolamenti u Ordnijiet Amministrattivi tal-Gvern tar-Repubblika kif ukoll ta’ Regolamenti u Ordnijiet tal-Ministru għall-Ġustizzja li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur;
  • jipparteċipa fit-tfassil ta’ pjanijiet ta’ żvilupp relatati mal-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-funzjonijiet tiegħu;
  • jorganizza l-attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur u jinforma lill-pubbliku dwar l-operazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur;
  • jorganizza r-riżorsi umani u l-ħidma ta’ taħriġ tal-Uffiċċju tal-Prosekutur, jittratta kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tal-uffiċjali u l-impjegati, u jżomm rekords tal-persunal;
  • jorganizza l-kompiti amministrattivi tal-bord tal-għażla għall-prosekuturi;
  • iħejji l-abbozz tal-baġit għall-Uffiċċju tal-Prosekutur u jiżgura li r-riżorsi baġitarji jintużaw b’mod immirat;
  • jorganizza l-ġestjoni tal-assi tal-Istat fil-pussess tal-Uffiċċju tal-Prosekutur;
  • iwettaq funzjonijiet oħrajn assenjati lilu permezz ta’ Att, deċiżjoni tar-Riigikogu, digriet tal-President tar-Repubblika, regolament jew ordni tal-Gvern tar-Repubblika, jew regolament jew ordni tal-Ministru għall-Ġustizzja.

Imħallfin

Organizzazzjoni

Imħallef irid ikun ċittadin Estonjan li kiseb Grad ta’ Master fil-liġi rikonoxxut nazzjonalment, kwalifika ekwivalenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 28(22) tal-Att dwar l-Edukazzjoni tar-Repubblika tal-Estonja jew kwalifika barranija ekwivalenti, irid ikun profiċjenti fl-Estonjan f’livell avvanzat, ikun ta’ karattru morali għoli u jkollu l-ħiliet u l-karatteristiki personali meħtieġa biex jaħdem bħala mħallef. L-imħallfin jinħatru fil-kariga għal għomorhom. Il-Ministru għall-Ġustizzja ma għandu l-ebda dritt ta’ kmand jew ta’ awtorità dixxiplinarja fuq l-imħallfin. Imħallef jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq il-bażi ta’ sentenza tal-qorti li tkun daħlet fis-seħħ. L-imħallfin jistgħu jservu sal-età ta’ 67 sena, iżda dan jista’ jiġi estiż.

Dawn li ġejjin ma jistgħux jinħatru bħala mħallfin:

  • kull min jinsab ħati ta’ reat kriminali;
  • kull min tneħħa mill-kariga ta’ mħallef, nutar jew uffiċjal ġudizzjarju;
  • kull min ikun tkeċċa mill-Kamra tal-Avukati Estonjana;
  • kull min ikun ġie rilaxxat minn servizz pubbliku minħabba ksur tar-regoli tad-dixxiplina;
  • kull min huwa fallut;
  • kull persuna li l-attivitajiet professjonali tagħha bħala awditur ikunu intemmu, ħlief meta dan ikun seħħ fuq talba tal-awditur;
  • kull persuna li għaliha d-dritt li taħdem bħala aġent tal-privattivi ġie rtirat, ħlief fejn dan ikun seħħ fuq talba tal-aġent tal-privattivi.
  • kull persuna li għaliha d-dritt li taħdem bħala traduttur ġuramentat ġie rtirat, ħlief fejn dan ikun seħħ abbażi tal-Artikolu 28(3)(3) tal-Att dwar it-Tradutturi Ġuramentati.

Kull min, wara li jkun kiseb il-kwalifika rilevanti, ikun kiseb mill-inqas 5 snin esperjenza legali jew li jkun ħadem bħala skrivan legali jew skrivan ġudizzjarju għal mill-inqas 3 snin u jkun għadda mill-eżami tal-imħallef jew ikun eżentat milli jagħmlu, jista’ jinħatar bħala mħallef ta’ qorti tal-kontea jew qorti amministrattiva.

Kull min huwa avukat ta’ esperjenza u rikonoxxut u jkun għadda mill-eżami ta’ mħallef jista’ jinħatar bħala mħallef ta’ qorti distrettwali. Kull min ħadem bħala mħallef eżatt qabel il-ħatra tiegħu m’għandux għalfejn jagħmel l-eżami għal imħallef.

Avukati ta’ esperjenza u rikonoxxuti jistgħu jinħatru bħala mħallfin tal-Qorti Suprema.

L-Imħallfin huma maħtura permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa.

Imħallef ma jistax ikollu impjieg ieħor għajr il-kariga ta’ mħallef, ħlief fil-kapaċità ta’ tagħlim jew riċerka. Imħallef għandu jinforma lill-President tal-Qorti bl-impjiegi tiegħu kollha apparti dak fil-kariga ta’ mħallef. Kull impjieg ieħor minbarra l-kariga ta’ mħallef jista’ jfixkel it-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tal-imħallef jew l-imparzjalità tiegħu fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Imħallef ma jistax ikun Membru tar-Riigikogu jew membru ta’ kunsill ta’ muniċipalità jew ta’ belt, membru ta’ partit politiku, fundatur, sieħeb fit-tmexxija jew membru tal-bord amministrattiv jew bord superviżorju ta’ kumpanija, direttur ta’ fergħa ta’ kumpanija barranija, riċevent f’falliment, membru ta’ kumitat ta’ proċeduri ta’ falliment, amministratur obbligatorju ta’ propjetà immobbli jew arbitru magħżul minn wieħed mill-partijiet f’tilwima.

Imħallef jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’sentenza tal-qorti. Akkużi kriminali kontra mħallef ta’ qorti tal-prima jew tat-tieni istanza jistgħu jitressqu matul it-terminu tal-ħatra tiegħu biss fuq proposta tal-Qorti Suprema en banc (l-imħallfin kollha) bil-kunsens tal-President tar-Repubblika. Akkużi kriminali kontra mħallef tal-Qorti Suprema jistgħu jitressqu matul it-terminu tal-ħatra tiegħu biss fuq proposta tal-Kanċillier tal-Ġustizzja bil-kunsens ta’ maġġoranza tal-Parlament Estonjan.

Ir-rekwiżiti applikabbli għall-imħallfin, għas-servizz preparatorju u għall-obbligi tagħhom huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Qrati.

Rwol u dmirijiet

Il-professjoni ġudizzjarja hija rregolata mil-liġi. L-imħallfin Estonjani kollha li jservu flimkien (en banc) adottaw kodiċi ta’ etika. Għal aktar informazzjoni ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati Estonjani u s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema.

Ir-rwol ta’ mħallef huwa li jamministra l-ġustizzja skont il-Kostituzzjoni u l-atti legali, li fuq il-bażi tagħhom l-imħallef jiddeċiedi dwar soluzzjoni ġusta għall-partijiet għall-kawża. Imħallef jiżviluppa l-liġi bl-interpretazzjoni tal-atti legali u bir-riċerka.

Imħallef iwettaq id-dmirijiet uffiċjali tiegħu b’mod imparzjali mingħajr interess personali u josserva l-interessi tas-servizz anki barra l-attivitajiet professjonali tiegħu. Imħallef irid iġib ruħu b’mod impekkabbli kemm fl-attivitajiet professjonali tiegħu kif ukoll lil hinn minnhom u għandu joqgħod lura milli jwettaq atti li jistgħu jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tal-qorti. Imħallef ma jistax jiżvela informazzjoni li jsir jaf biha waqt sessjoni tal-qorti li tkun saret fil-privat jew waqt diskussjonijiet li saru biex jintlaħaq ftehim. L-obbligu tal-kunfidenzjalità japplika dejjem, anki meta l-imħallef ikun irtira. Imħallef irid jissorvelja lill-imħallfin tal-ewwel istanza b’inqas minn 3 snin esperjenza, dawk li jkunu għaddejjin mis-servizz preparatorju biex isiru assistenti mħallfin, u studenti universitarji li jkunu qed jitħarrġu. Imħallef ma jistax ikollu aktar minn żewġ persuni taħt is-superviżjoni tiegħu fi kwalunkwe ħin partikolari. Imħallef għandu jiżviluppa l-għarfien u l-ħiliet professjonali tiegħu b’mod regolari u għandu jipparteċipa fit-taħriġ.

Vantaġġi soċjali għall-imħallfin

Bil-liġi, l-imħallfin jirċievu vantaġġi soċjali varji, inkluż salarju uffiċjali, rimunerazzjoni addizzjonali, pensjoni ta’ mħallef, liv, it-toga u vantaġġi soċjali oħra.

Is-salarji uffiċjali tal-imħallfin huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar is-Salarji tal-Impjegati tal-Istat Aktar Anzjani.

Ir-raġunijiet għad-determinazzjoni tal-pensjoni ta’ mħallef huma stabbiliti fl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Qrati.

Il-pensjoni ta’ mħallef hija magħmula minn pensjoni tal-irtirar, pensjoni minn fond providenti, pensjoni tal-invalidità u pensjoni tas-superstiti għall-membri tal-familja tal-imħallef. Il-pensjoni ta’ mħallef ma titħallasx matul l-impjieg bħala mħallef. Jekk imħallef irtirat jiġi impjegat xi mkien ieħor huwa jirċievi l-pensjoni ta’ mħallef sħiħa irrispettivament mill-qligħ. Il-pensjoni ta’ mħallef ma titħallasx lil xi ħadd li jkun tkeċċa mill-kariga għal ksur tar-regoli tad-dixxiplina jew li nstab ħati ta’ reat kriminali kommess intenzjonalment. Il-pensjoni ta’ mħallef tiġi rtirata mingħand kull persuna ħatja ta’ reat kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Imħallef huwa intitolat għal liv annwali. It-tul tal-liv annwali huwa ta’ 35 jum kalendarju, u liv addizzjonali sa total ta’ 7 ijiem kalendarji jingħata għaż-żmien li wieħed iqatta’ jaħdem bħala mħallef, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar il-Qrati.

Imħallfin onorarji

L-imħallfin onorarji jieħdu sehem fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fi qrati tal-kontea biss f’każijiet kriminali rigward delitt tal-ewwel grad. Imħallef onorarju għandu l-istess status, l-istess drittijiet u l-istess dmirijiet bħal imħallef fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Imħallef onorarju jista’ jinħatar għal mhux iktar minn 4 snin u jrid ikun ċittadin Estonjan b’kapaċità ġuridika attiva, ikollu bejn 25 u 70 sena, ikun domiċiljat l-Estonja, ikun profiċjenti fil-lingwa Estonjana fil-livell C1 kif stabbilit mill-Att dwar il-Lingwi jew f’livell ekwivalenti, u jkun persuna ta’ prinċipji morali xierqa sabiex iwettaq il-funzjonijiet ta’ mħallef onorarju. Imħallef onorarju ma jistax jinħatar għal aktar minn żewġ termini konsekuttivi.

Dawn li ġejjin ma jistgħux jinħatru bħala mħallef onorarju: kull persuna ħatja ta’ reat kriminali, kull min huwa fallut, min mhux adatt għal raġunijiet ta’ saħħa, min kellu indirizz permanenti (jiġifieri indirizz imdaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni) għal inqas minn sena fi ħdan iż-żona ta’ amministrazzjoni lokali li tkun ippreżentat lill-persuna bħala kandidat għal imħallef lajk, min jaħdem fil-qrati, fl-Uffiċċju tal-Prosekutur jew fis-Servizz tas-Sigurtà Interna, min huwa parti mill-forzi armati, min huwa avukat, nutar jew uffiċjal ġudizzjarju, membru tal-Gvern Estonjan jew tal-gvern muniċipali jew tal-belt, il-President tar-Repubblika, Membru tar-Riigikogu. Kull min ikun akkużat b’reat kriminali ma jistax jinħatar bħala mħallef onorarju matul il-proċedimenti kriminali.

Essenzjalment, ir-rwol ta’ mħallef onorarju huwa li jirrappreżenta, fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, il-perspettiva ta’ persuna ordinarja li tikkunsidra l-proċedimenti ġudizzjarji iktar minn perspettiva umana milli minn waħda ġuridika. Il-kunsilli lokali għandhom ir-responsabbiltà biex jeleġġu l-imħallfin onorarji kandidati.

Imħallfin assistenti u skrivana tal-qorti

Assistent imħallef huwa uffiċjal tal-qorti li jwettaq id-dmirijiet stabbiliti bil-liġi. Assistent imħallef huwa indipendenti, imma jrid jikkonforma ruħu mal-istruzzjonijiet ta’ mħallef sa fejn dan ikun preskritt mil-liġi. Assistent imħallef huwa kompetenti li jagħmel annotazzjonijiet fir-reġistri (eż. fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistru kummerċjali) u li joħroġ regolamenti dwar iż-żamma tar-reġistri, inklużi li jimponi penali. Assistenti mħallfin jistgħu jimplimentaw proċedura aċċellerata għal ordnijiet ta’ ħlas. Ir-restrizzjonijiet fuq iż-żamma tal-kariga ta’ mħallef japplikaw ukoll għall-assistenti mħallfin.

Kulħadd jista’ jinħatar assistent imħallef sakemm ikun kiseb grad ta’ Master fil-liġi rikonoxxut nazzjonalment, kwalifika ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 28(22) tal-Att dwar l-Edukazzjoni tar-Repubblika tal-Estonja jew kwalifika barranija ekwivalenti, irid ikun profiċjenti bl-Estonjan fil-livell C1 kif stabbilit mill-Att dwar il-Lingwi jew f’livell ekwivalenti, ikun ta’ karattru morali għoli u jkun temm is-servizz preparatorju biex isir assistent imħallef, sakemm il-bord tas-selezzjoni ma jkunx eżentah minn dan is-servizz preparatorju. Kull min ikun għadda mill-eżami tal-imħallef jista’ jinħatar ukoll assistent imħallef.

Dawn li ġejjin ma jistgħux jinħatru bħala assistent imħallef: kull min jinsab ħati ta’ reat kriminali; kull min tneħħa mill-kariga ta’ mħallef, nutar jew uffiċjal ġudizzjarju; kull min ikun tkeċċa mill-Kamra tal-Avukati Estonjana; kull min ikun ġie rilaxxat minn servizz pubbliku minħabba ksur tar-regoli tad-dixxiplina; kull min huwa fallut; kull persuna li l-attivitajiet professjonali tagħha bħala awditur ikunu intemmu, ħlief meta dan ikun seħħ fuq talba tal-awditur; kull persuna li għaliha d-dritt li taħdem bħala aġent tal-privattivi ġie rtirat, ħlief fejn dan ikun seħħ fuq talba tal-aġent tal-privattivi. kull persuna li għaliha d-dritt li taħdem bħala traduttur ġuramentat ġie rtirat, ħlief fejn dan ikun seħħ abbażi tal-Artikolu 28(3)(3) tal-Att dwar it-Tradutturi Ġuramentati. kull min tneħħa mill-kariga ta’ mħallef minħabba l-inadegwatezza tiegħu għall-kariga – għal 3 snin wara l-ħatra tiegħu fil-kariga.

L-assistenti mħallfin huma maħtura permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa.

Ir-rekwiżiti għall-assistenti mħallfin huma stabbiliti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Qrati.

Skrivan tal-qorti huwa uffiċjal tal-qorti li jipparteċipa, jew b’mod indipendenti jew bis-superviżjoni ta’ mħallef, fit-tħejjija u l-ġestjoni ta’ kawżi sa fejn huwa stipulat fl-Att li jirregola l-proċedura tal-qorti. Skrivan tal-qorti għandu s-setgħa jwettaq l-istess atti u jieħu l-istess deċiżjonijiet bħal assistent imħallef jew uffiċjal tal-qorti ieħor skont l-Att li jirregola l-proċedura tal-qorti. Skrivan tal-qorti huwa imparzjali fil-qadi ta’ dmirijietu, imma jrid jikkonforma ruħu mal-istruzzjonijiet ta’ mħallef sa fejn dan ikun preskritt mil-liġi.

Ir-rekwiżiti imposti fuq l-iskrivana tal-qorti huma l-istess bħal dawk imposti fuq l-assistenti mħallfin. Sabiex jimtela post battal ta’ skrivan tal-qorti ssir kompetizzjoni pubblika.

Dawn li ġejjin ma jistgħux jinħatru bħala skrivana tal-qorti: kull min ikun instab ħati ta’ reat kriminali imwettaq volontarjament; kull min instab ħati ta’ reat imwettaq volontarjament kontra l-Istat, irrispettivament jekk id-dettalji tal-ħtija ġewx ikkanċellati; kull min ġieh irtirat id-dritt li jaħdem bħala skrivan tal-qorti minħabba sentenza tal-qorti eżekuttiva; kull min jiġi minn jew huwa sieħeb ta’ persuna li tissuperviżjona direttament skrivan tal-qorti.

Minbarra Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-iskrivani tal-qorti Word(521 Kb)enIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-assistenti mħallfin PDF(373 Kb)en, uffiċjali oħrajn tal-qorti jinkludu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidad-diretturi tal-qrati PDF(367 Kb)enIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaskrivani waqt is-seduti tal-qorti PDF(364 Kb)en.

Avukati

L-avukati jinkludu l-avukati li jipprattikaw il-qorti u l-assistenti tagħhom.

L-avukati huma membri tal-Kamra tal-Avukati Estonjana u huma rregolati mill-Att dwar il-Kamra tal-Avukati. Kull min jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Att dwar il-Kamra tal-Avukati u jkun għadda mill-eżami ta’ avukat jista’ jkun membru tal-Kamra tal-Avukati Estonjana.

Il-Kamra tal-Avukati Estonjana hija assoċjazzjoni professjonali awtoregolatorja li ġiet stabbilita sabiex tipprovdi servizzi legali kemm fl-interess privat kif ukoll fl-interess pubbliku u sabiex tipproteġi d-drittijiet professjonali tal-avukati. Il-Kamra tal-Avukati Estonjana timmonitorja l-attivitajiet professjonali tal-membri tagħha u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-etika professjonali. Il-Kamra tal-Avukati Estonjana torganizza wkoll it-taħriġ professjonali intern tal-avukati u tipprovdi l-għajnuna legali mill-Istat. Permezz tal-membri tagħha, il-Kamra tal-Avukati tiżgura li tiġi pprovduta l-għajnuna legali mill-istat.

Il-Kamra tal-Avukati Estonjana taġixxi permezz tal-korpi tagħha. Dawn jinkludu l-assemblea ġenerali, il-bord, il-president, il-kumitat ta’ verifika, il-qorti tal-etika professjonali u l-kumitat ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza professjonali.

L-avukati li jipprattikaw fil-qrati għandhom l-awtorità biex:

  • jirrappreżentaw u jiddefendu lill-klijenti fil-qorti u fi proċedimenti ta’ qabel il-proċess u fi proċedimenti oħrajn kemm fl-Estonja kif ukoll barra mill-pajjiż;
  • jiġbru l-provi;
  • jagħżlu bil-libertà kollha u jużaw mezzi u miżuri legali meta jipprovdu servizzi legali;
  • jiksbu mingħand awtoritajiet nazzjonali u lokali l-informazzjoni meħtieġa sabiex jipprovdu servizzi legali, ikollhom aċċess għal dokumenti u jiksbu kopji u siltiet minnhom, sakemm l-avukati ma jiġux ipprojbiti bil-liġi milli jiksbu din l-informazzjoni u din id-dokumentazzjoni;
  • jipproċessaw id-data personali ta’ persuni oħrajn minbarra l-klijenti tagħhom li tkun inkisbet f’konformità ma’ kuntratt jew att legali, inklużi kategoriji speċjali ta’ data personali, mingħajr il-qbil ta’ dawk il-persuni jekk dan ikun meħtieġ sabiex jipprovdu s-servizzi legali;
  • jivverifikaw firem u kopji ta’ dokumenti mressqa quddiem il-qorti u quddiem korpi uffiċjali oħrajn bħala parti mis-servizzi legali pprovduti lil klijent;
  • jipprovdu s-servizzi ta’ persuna ta’ kuntatt;
  • jagħmluha ta’ arbitri jew ta’ konċiljaturi fil-proċedura stabbilita fl-Att dwar il-Konċiljazzjoni;
  • jagħmluha ta’ riċeventi f’falliment, jekk ikunu membri tal-Kamra.

L-assistenti avukati li jipprattikaw fil-qrati għandhom l-istess awtorità tal-avukati fil-limiti previsti mil-liġi.

L-assistenti avukati li jipprattikaw fil-qrati mhumiex awtorizzati li jkunu arbitri jew konċiljaturi fil-proċedura stabbilita fl-Att dwar il-Konċiljazzjoni. Huma ma għandhomx l-awtorità biex jirrappreżentaw jew jiddefendu lil klijenti fil-Qorti Suprema sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor bil-liġi. L-assistenti avukati li jipprattikaw il-qorti m’għandhomx l-awtorità jaġixxu bħala riċeventi f’falliment.

Assistent avukat li jipprattika fil-qrati jista’ jipprovdi servizzi legali biss taħt is-superviżjoni tas-superjur tiegħu, li jkun avukat li jipprattika fil-qrati.

Meta avukat jipprovdi servizzi legali, huwa jaġixxi b’mod indipendenti u skont il-liġi, l-atti u d-deċiżjonijiet legali adottati mill-korpi tal-Kamra tal-Avukati Estonjana, ir-rekwiżiti tal-etika professjonali tal-avukati , il-prattika tajba u l-kuxjenza tiegħu.

L-informazzjoni żvelata lil avukat hija kunfidenzjali. Avukat jew impjegat tal-Kamra tal-Avukati Estonjana jew ta’ uffiċċju tal-avukati li qed jinstema’ bħala xhud ma jistax jiġi interrogat jew mitlub jipprovdi spjegazzjonijiet dwar kwistjonijiet li huwa jkun sar jaf bihom waqt li kienu qed jiġu pprovduti servizzi legali.

Il-mezzi tad-data relatati mal-provvista ta’ servizzi legali minn avukat huma invjolabbli.

It-twettiq minn avukat tad-dmirijiet professjonali tiegħu ma jistgħux iwasslu biex huwa jiġi identifikat ma’ klijent jew mal-kawża tal-klijent il-qorti.

Avukat ma jistax jinżamm taħt arrest, jiġi suġġett għal perkwiżizzjoni jew jinżamm taħt arrest preventiv għal raġunijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet professjonali tiegħu, ħlief fuq il-bażi ta’ deċiżjoni ta’ qorti ta’ kontea. Ma jistgħux isiru perkwiżizzjonijiet f’uffiċċju legali minn fejn avukat jipprovdi servizzi legali minħabba raġunijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet professjonali tal-avukat.

Fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Estonjana tista’ ssib lista ta’ avukati u ta’ ditti tal-avukati u informazzjoni oħra utli. Madankollu, permezz tal-funzjoni "Sib avukat" tista’ ssib avukat mill-Unjoni Ewropea kollha.

Bażijiet tad-data legali

Ma hemmx bażijiet tad-data apparti minn dawk imniżżla hawn fuq.

Konsulenti legali

Fl-Estonja, l-attivitajiet professjonali tal-konsulenti legali mhumiex irregolati bil-liġi.

Nutara

Organizzazzjoni

In-nutara kollha fl-Estonja għandhom kompetenza ndaqs. Il-professjoni tan-nutara hija rregolata mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar in-Nutara. Kemm il-Ministeru għall-Ġustizzja kif ukoll il-Kamra tan-Nutara huma responsabbli għar-regolamentazzjoni u l-ġestjoni tal-attivitajiet professjonali tan-nutara. Il-Kamra tan-Nutara hija entità ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku u n-nutara kollha maħtura f’din il-kariga huma membri tagħha. Il-kompiti li għalihom hija responsabbli jinkludu l-monitoraġġ ta’ jekk in-nutara humiex qed iwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom b’mod kuxjenzjuż u korrett, l-armonizzazzjoni tal-attivitajiet professjonali tan-nutara, l-arranġamenti għat-taħriġ tan-nutara, l-organizzazzjoni tas-servizz tal-kandidati, l-amministrazzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta’ informazzjoni elettronika fir-rigward tan-nutara, u l-għoti ta’ assistenza lill-Ministru tal-Ġustizzja rigward attivitajiet ta’ superviżjoni, eċċ. Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-Nutara tipprovdi informazzjoni dwar in-nutara u d-dmirijiet notarili.

Rwol u dmirijiet

Nutar għandu kariga fil-liġi pubblika. Huwa jingħata s-setgħa mill-Istat biex, fuq it-talba ta’ xi ħadd, jiddikjara l-veraċità ta’ fatti u avvenimenti li għandhom tifsira ġuridika u biex iwettaq atti notarili oħrajn biex jiżgura ċ-ċertezza legali.

In-nutara jridu jkunu imparzjali, affidabbli u indipendenti fl-attivitajiet tagħhom. Huma obbligati jaċċertaw l-intenzjonijiet effettivi tal-partijiet għal tranżazzjoni u ċ-ċirkustanzi mitluba sabiex titwettaq tranżazzjoni korretta kif ukoll li jispjegaw lill-partijiet il-modi differenti kif tista’ titwettaq it-tranżazzjoni u l-konsegwenzi tat-tranżazzjoni.

In-nutara jwettqu l-atti notarili li ġejjin, fejn jintalbu jagħmlu dan:

  • jipprovdu ċertifikazzjoni notarili (diversi kuntratti, prokuri, testmenti) u awtentikazzjoni notarili (kopji, firem, kopji stampati, eċċ.);
  • isolvu kwistjonijiet ta’ suċċessjoni;
  • joħorġu ċertifikati dwar it-tħejjija ta’ dokumenti notarili li jridu jiġu eżegwiti fl-Estonja, abbażi tal-Artikolu 60 jew tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1);
  • joħorġu ċertifikati dwar il-forza legali ta’ dokumenti notarili fl-Estonja, abbażi tal-Artikolu 59(1) u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107), u joħorġu ċertifikati dwar it-tħejjija ta’ dokumenti notarili li jridu jiġu eżegwiti fl-Estonja, abbażi tal-Artikolu 60(2) u l-Anness II;
  • joħorġu siltiet dwar it-tħejjija ta’ dokumenti notarili li jridu jiġu eżegwiti fl-Estonja, abbażi tal-Artikolu 48(3) u l-Annessi III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1);
  • jiddikjaraw prokuri invalidi skont l-Att dwar in-Notarizzazzjoni;
  • jiddikjaraw li l-ftehimiet konklużi permezz ta’ avukat li jkun qed jaqdi l-funzjoni ta’ konċiljatur jew permezz ta’ nutar ieħor ikunu eżegwibbli;
  • joħorġu ċertifikati (postilli);
  • fuq it-talba ta’ persuni ġuridiċi, iressqu r-rapporti finanzjarji annwali tagħhom quddiem il-qorti li żżomm ir-reġistru;
  • jikkonfermaw żwiġijiet u divorzji u jħejju għall-entrati taż-żwiġijiet u d-divorzji;
  • jaċċettaw depożiti ta’ flus, titoli u dokumenti;
  • jipprovdu aċċess għad-data mniżżla fir-reġistru tad-dipartiment tal-artijiet jew fid-dipartiment ta’ reġistrazzjoni jew f’dokument miżmum fir-reġistru;
  • jissottomettu avviżi u applikazzjonijiet lil awtorità amministrattiva ekonomika fuq talba ta’ impriża, jirċievu dokumenti jew informazzjoni oħra mingħand awtoritajiet amministrattivi ekonomiċi u jwasslu att amministrattiv lil impriża;
  • idaħħlu informazzjoni fir-reġistru fuq talba ta’ kumpanija;
  • fuq talba ta’ persuna ġuridika jew fiduċjarju, jipprovdu informazzjoni dwar is-sid benefiċjarju.

Il-klijent irid iħallas lin-nutar id-dritt stabbilit bil-liġi għal dawn it-tranżazzjonijiet.

In-nutara jistgħu joffru s-servizzi uffiċjali li ġejjin:

  • jagħtu pariri legali lil hinn mill-proċedura ta’ attestazzjoni;
  • jagħtu pariri rigward il-liġi dwar it-tassazzjoni u l-liġi ta’ pajjiż barrani, irrispettivament minn jekk dan ikunx parti jew le minn proċedura ta’ attestazzjoni;
  • joffru l-konċiljazzjoni skont l-Att dwar il-Konċiljazzjoni;
  • jaġixxu bħala arbitru skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • imexxu rkanti, votazzjonijiet, lotteriji u t-tlugħ bix-xorti, u jivverifikaw ir-riżultati;
  • jippresjedu fuq l-għoti tal-ġuramenti u jawtentikaw iċ-ċertifikati ġuramentati;
  • iressqu petizzjonijiet u avviżi mhux marbuta ma’ kompiti uffiċjali u joħorġu ċertifikati dwar it-twassil jew l-impossibilità ta’ twassil ta’ dawn il-petizzjonijiet u/jew avviżi;
  • jipprovdu s-servizzi ta’ persuna ta’ kuntatt;
  • jaċċettaw depożiti ta’ flus – bl-eċċezzjoni ta’ flus kontanti – titoli, dokumenti u oġġetti oħrajn jekk dan ma jkunx att notarili jew dmir uffiċjali li jirriżulta minnu;
  • iwieġbu għal talba għal spjegazzjoni sottomessa minn kumpanija.

Tista’ ssib informazzjoni dwar is-servizzi uffiċjali offruti min-nutara fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-Nutara. Id-drittijiet għas-servizzi tan-nutara jiġu miftiehma bejn il-klijent u n-nutar qabel ma jiġi pprovdut is-servizz.

Professjonijiet legali oħrajn

Uffiċjali ġudizzjarji

Fl-Estonja, din hija professjoni legali libera: l-uffiċjali ġudizzjarji jaġixxu f’isimhom u huma responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom. Uffiċjal ġudizzjarju irid ikun imparzjali u responsabbli fid-dmirijiet tiegħu. L-attivitajiet uffiċjali tal-uffiċjali ġudizzjarji huma regolati skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Sa minn Jannar 2010 bdiet topera organizzazzjoni professjonali konġunta għall-uffiċjali ġudizzjarji u għar-riċeventi f’falliment, il-Kamra tal-Uffiċjali Ġudizzjarji u tar-Riċeventi f’Falliment (minn issa ’l quddiem il-Kamra). L-attivitajiet uffiċjali tal-uffiċjali ġudizzjarji, is-superviżjoni, ir-responsabbiltà dixxiplinari u l-attivitajiet tal-assoċjazzjoni professjonali tagħhom huma rregolati mill-Att dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji. Ir-rwol tal-Kamra huwa li tiżviluppa u tippromwovi l-professjonijiet legali liberi, inklużi l-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ prattika uffiċjali u professjonali tajba, u li tfassal rakkomandazzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-attivitajiet professjonali, torganizza taħriġ, tiżviluppa sistemi ta’ informazzjoni, eċċ. Il-Kamra għandha wkoll qorti tal-etika professjonali. Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kamra ara s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tagħha.

Id-dmirijiet professjonali ta’ uffiċjal ġudizzjarju huma:

  1. iwettaq proċeduri eżekuttivi skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Eżekuttiva;
  2. jinnotifika dokumenti skont il-kodiċijiet proċedurali;
  3. jagħmel inventarji tal-proprjetajiet u jamministra l-proprjetajiet skont l-Att dwar il-Liġi tas-Suċċessjoni;
  4. imexxi, fil-każijiet u skont il-proċedura prevista mil-liġi, irkant fuq talba ta’ qorti jew korp amministrattiv għajr proċedimenti ta’ eżekuzzjoni;
  5. jagħmilha ta’ intermedjarju fir-rigward ta’ manteniment irċevut minn Stat barrani, abbażi tal-Att dwar il-Benefiċċji tal-Familja;
  6. jikkompila l-profili ta’ eżekuzzjoni tad-debituri.

Id-dritt tal-uffiċjal ġudizzjarju biex iwettaq dawn id-dmirijiet uffiċjali huwa stabbilit fl-Att dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Fuq talba ta’ xi ħadd, uffiċjal ġudizzjarju jista’ jwettaq is-servizzi professjonali li ġejjin:

  1. imexxi l-irkanti għal propjetà mobbli u immobbli
  2. jinnotifika d-dokumenti;
  3. jagħti pariri legali u jfassal dokumenti legali jekk ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47(1)(1) tal-Att dwar il-Qrati.
  4. jipprovdi s-servizz li jistabbilixxi fatt legali barra mill-proċedimenti tal-qorti;
  5. jaġixxi bħala konċiljatur f’konformità mal-Att dwar il-Konċiljazzjoni;
  6. jaġixxi bħala arbitru abbażi tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-uffiċjali ġudizzjarji għandhom dritt jirrifjutaw li jagħtu servizz professjonali.

Il-qbil dwar it-termini għall-għoti ta’ servizzi professjonali u l-proċedura għal ħlas irid isir bil-miktub mal-persuna li qed titlob is-servizz qabel ma s-servizz jiġi pprovdut. It-termini u l-ħlas maqbula għandhom ikunu konformi ma’ prattika professjonali tajba.

Fl-għoti ta’ servizzi professjonali, l-uffiċjali ġudizzjarji ma jistgħux jeżerċitaw dawk id-drittijiet li ngħataw lilhom mil-liġi biex iwettqu l-obbligi professjonali tagħhom jew li ġejjin mill-kariga tagħhom.

Informazzjoni dwar is-servizzi provduti mill-uffiċjali ġudizzjarji tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra.

Is-superviżjoni mill-Istat tad-dmirijiet uffiċjali tal-uffiċjali ġudizzjarji titwettaq mill-Ministeru għall-Ġustizzja u mill-Kamra.

L-uffiċjali ġudizzjarji huma responsabbli għall-ħsara kkawżata intenzjonalment matul l-attivitajiet professjonali tagħhom, anke jekk il-ħsara tkun ġiet ikkawżata minn impjegat fl-uffiċċju tagħhom. Jekk it-talbiet għal kumpens minħabba ħsara kkawżata minn att professjonali ta’ uffiċjal ġudizzjarju ma jistgħux jiġu ssodisfati mill-assi ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew minn persuna oħra responsabbli għall-ħsara jew jekk it-talbiet ma jistgħux jiġu ssodisfati bi sħiħ, il-Kamra hija responsabbli għall-ħsara kkawżata. L-Istat għandu r-responsabbiltà aħħarija għall-azzjonijiet tal-uffiċjali ġudizzjarji. Kemm il-Kamra kif ukoll l-Istat għandhom id-dritt ta’ rikors kontra l-persuna responsabbli għall-ħsara; l-Istat ukoll għandu dritt ta’ rikors kontra l-Kamra.

Riċeventi f’falliment

Riċevent f’falliment huwa persuna maħtura mill-qorti li, fuq il-bażi tar-rwol tagħha, twettaq tranżazzjonijiet u atti oħrajn relatati ma’ proprjetà suġġetta għal proċeduri ta’ falliment u tirrappreżenta lid-debitur fil-qorti f’tilwim relatat ma’ proprjetà suġġetta għal proċeduri ta’ falliment. L-obbligu prinċipali ta’ riċevent f’falliment huwa li jiddefendi d-drittijiet u l-interessi tal-kredituri kollha u tad-debitur u li jiżgura ruħu minn proċeduri ta’ falliment li jkunu legali, fil-pront u finanzjarjament raġonevoli. Riċevent f’falliment iwettaq id-dmirijiet tiegħu personalment. Dawn li ġejjin jistgħu jaġixxu bħala riċeventi f’falliment: persuni fiżiċi li ngħataw l-awtorizzazzjoni biex jaġixxu bħala riċeventi f’falliment mill-Kamra, avukati li jipprattikaw il-qorti, awdituri statutorji u uffiċjali ġudizzjarji. Il-Kamra żżomm lista ta’ riċeventi f’falliment. Il-lista tinkludi data dwar dawk kollha li huma intitolati li jkunu riċeventi f’falliment u hija aċċessibbli għall-pubbliku mis-sit elettroniku tal-Kamra. Riċevent f’falliment imniżżel fil-lista jrid jiżgura ruħu li d-data tkun preċiża.

Id-dmirijiet prinċipali ta’ riċevent f’falliment huma li:

  1. jiddetermina t-talbiet tal-kredituri, jamministra l-proprjetà suġġetta għal proċeduri ta’ falliment u jorganizza l-formazzjoni u l-bejgħ tal-proprjetà minbarra li jissodisfa t-talbiet tal-kredituri mill-proprjetà;
  2. jiddetermina r-raġunijiet għall-insolvenza tad-debitur u d-data li fiha sseħħ;
  3. jagħmel arranġamenti, fejn dan ikun meħtieġ, sabiex l-attivitajiet kummerċjali tad-debitur jibqgħu għaddejjin;
  4. iwettaq, fejn dan ikun meħtieġ, il-likwidazzjoni tad-debitur, jekk id-debitur ikun persuna ġuridika;
  5. jipprovdi informazzjoni lill-kredituri u lid-debitur fil-każijiet stabbiliti mil-liġi;
  6. jirrapporta dwar l-attivitajiet tagħhom u jipprovdi informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ falliment lill-qorti, lill-uffiċjal superviżorju u lill-kumitat tal-falliment.

Is-superviżjoni mill-Istat tal-attivitajiet tar-riċeventi f’falliment titwettaq mill-Ministeru għall-Ġustizzja, fuq il-bażi ta’ lmenti jew ta’ data oħra mibgħuta lilu dwar ir-riċevent f’falliment u li tagħti x’tifhem lill-awtoritajiet li r-riċevent f’falliment naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu. Il-Ministeru għall-Ġustizzja għandu d-dritt, meta jimmonitorja l-attivitajiet ta’ riċevent f’falliment, li jivverifika kemm ikunu xierqa u legali l-attivitajiet professjonali tar-riċevent f’falliment. Il-Ministru għall-Ġustizzja jista’ jieħu azzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ riċevent f’falliment li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi li jirriżultaw mill-atti legali li jistabbilixxu l-attivitajiet professjonali tar-riċeventi f’falliment. Il-Ministru għall-Ġustizzja ma jistax jieħu azzjoni dixxiplinari fil-konfront tal-avukati li jipprattikaw fil-qrati li jaġixxu bħala riċevent f’falliment. Madankollu, il-Ministru għandu d-dritt li jagħti bidu għal proċeduri tal-etika professjonali fil-Kamra tal-Avukati.

Minbarra s-superviżjoni amministrattiva, l-attivitajiet tar-riċeventi f’falliment jiġu mmonitorjati wkoll mill-kumitat tal-falliment, mil-laqgħa ġenerali tal-kredituri, mill-qorti u mill-Kamra fil-qasam tal-kompetenza tagħhom.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ tal-Kamra tal-Avukati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Fondazzjoni tal-Uffiċċju għas-Servizzi Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati Estonjana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Prosekutur

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tan-Nutara

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Uffiċjali Ġudizzjarji u tar-Riċeventi f’Falliment

L-aħħar aġġornament: 20/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Irlanda

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fl-Irlanda.

Professjonijiet legali – Introduzzjoni

Il-fergħa ġudizzjarja tal-Istat hija eżerċitata mill-ġudikatura skont l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni u ċertu leġiżlazzjoni: primarjament l-Att tal-1961 dwar il-Qrati (twaqqif u kostituzzjoni) u l-Att dwar il-Qrati (Dispożizzjonijiet Supplimentari) tal-1961, kif emendat. L-imħallfin huma maħtura minn fost l-applikanti mill-professjonijiet legali. Huma kompletament indipendenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Din l-indipendenza hija mħarsa fil-Kostituzzjoni. Il-professjoni legali hija maqsuma bejn is-solicitors (li jikkonċentraw fuq xogħol dirett mal-klijent) u l-barristers (li jispeċjalizzaw fl-avukatura u fil-litigazzjoni).

1. Imħallfin

Il-Bord Konsultattiv tal-Ħatriet Ġudizzjarji jidentifika l-adegwatezza ta’ persuni biex jinħatru għal kariga ġudizzjarja u jinforma lill-Gvern dwar dan. Il-Bord Konsultattiv tal-Ħatriet Ġudizzjarji (Judicial Appointments Advisory Board, JAAB) ġie stabbilit skont l-Att tal-1995 dwar il-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qrati. Il-Bord jikkonsisti mill-Prim Imħallef, il-Presidenti tal-Qorti tal-Appell, tal-Qorti Għolja, tas-Circuit Court u tal-Qorti Distrettwali, l-Avukat Ġenerali, rappreżentanti maħtura tal-Kamra tal-Avukati u tal-Law Society u tliet persuni maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja u għar-Riforma tal-Liġi. L-imħallfin huma appuntati mill-President fuq il-parir tal-Gvern. Il-ġudikatura hija indipendenti u hija soġġetta biss għall-Kostituzzjoni u għal-liġi. F'konformità mal-Kostituzzjoni, l-għadd ta' mħallfin huwa stabbilit minn żmien għal żmien permezz tal-leġiżlazzjoni.

Il-Qorti Suprema tikkonsisti mill-Prim Imħallef, li jippresjedi fuq il-Qorti, u minn seba’ mħallfin ta’ ġuriżdizzjoni ordinarja magħrufa bħala l-"Imħallfin tal-Qorti Suprema". Il-President tal-Qorti Għolja huwa wkoll membru ex officio tal-Qorti Suprema. Il-Qorti Għolja tikkonsisti mill-President tal-Qorti Għolja li hu responsabbli għall-organizzazzjoni ġenerali tax-xogħol tal-Qorti Għolja u mill-imħallfin ta’ ġuriżdizzjoni ordinarja magħrufa bħala l-“Imħallfin tal-Qorti Għolja”. Il-Prim Imħallef u l-President tas-Circuit Court huma membri ex officio tal-Qorti Għolja. Il-Qorti Għolja hija magħmula minn President u 35 imħallef. Is-Circuit Court tikkonsisti mill-President tas-Circuit Court u 37 imħallef ordinarju magħrufa bħala l-“Imħallfin tas-Circuit Court”. Il-President tal-Qorti Distrettwali huwa wkoll membru ex officio tas-Circuit Court. Il-Qorti Distrettwali tikkonsisti mill-President tal-Qorti Distrettwali u 63 imħallef ieħor magħrufa bħala l-“Imħallef tal-Qorti Distrettwali”. Is-salarji tal-imħallfin huma stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li tiġi ppromulgata minn żmien għal żmien.

L-imħallfin jinħatru minn fost il-professjonijiet legali ta’ solictors jew ta’ barristers kkwalifikati li jkollhom ċertu snin ta’ esperjenza ta’ prattika (mhux ta’ riċerka). Fir-rigward tal-Qorti Distrettwali, l-Artikolu 29(2) tal-Att tal-1961 dwar il-Qrati (Dispożizzjonijiet Supplimentari) jistipula li persuna li tkun ilha tipprattika l-professjoni tagħha bħala barrister jew solicitor għal mhux inqas minn għaxar snin hija kkwalifikata biex tinħatar bħala mħallef tal-Qorti Distrettwali. L-Artikolu 30 tal-Att tal-1995 dwar il-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qrati jistipula li solicitor jew barrister b’esperjenza ta’ għaxar snin huwa kkwalifikat biex jinħatar bħala mħallef tas-Circuit Court. L-Att tal-2002 dwar il-Qrati u l-Uffiċjali tal-Qrati jistipula li persuna li tkun ilha tipprattika l-professjoni tagħha bħala barrister jew solicitor għal mhux inqas minn 12-il sena hija kkwalifikata biex tinħatar bħala mħallef tal-Qorti Għolja, tal-Qorti tal-Appell u tal-Qorti Suprema. Kif ingħad qabel, il-membri tal-ġudikatura huma indipendenti fis-sens li huma soġġetti biss għall-Kostituzzjoni u l-liġi u meta jieħdu l-kariga tagħhom, jagħmlu d-dikjarazzjoni segwenti skont l-Artikolu 34.5.1 tal-Kostituzzjoni:

“Fil-preżenza ta’ Alla li jista’ kollox, solennement inwiegħed u niddikjara li se naqdi fedelment il-kariga ta’ Prim Imħallef (jew skont xi jkun il-każ), bl-aħjar ħila tiegħi u skont is-setgħa li tingħatali, mingħajr biża’ jew favur, affezzjoni jew ħsara fil-konfront ta' kwalunkwe persuna, u li se nirrispetta l-Kostituzzjoni u l-liġijiet. Hekk Alla jgħinni.”

Skont il-Kostituzzjoni, l-Imħallfin tal-Qorti Għolja u tal-Qorti Suprema jistgħu jitneħħew biss mill-kariga għal mġiba ħażina ddikjarata jew għal inkapaċità wara li r-riżoluzzjonijiet ikunu għaddew miż-żewġ kmamar tal-Oireachtas (il-Parlament bl-Irlandiż). L-Att tal-1924 dwar il-Qrati tal-Ġustizzja u l-Att tal-1946 dwar il-Qrati tal-Ġustizzja (Qorti Distrettwali) jistipulaw dispożizzjonijiet statutorji simili għall-imħallfin tas-Circuit Court u għal dawk tal-Qrati Distrettwali.

2. L-Avukat Ġenerali u d-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi

L-Avukat Ġenerali huwa “il-konsulent tal-Gvern fi kwistjonijiet ta’ opinjoni legali u ta’ liġi”, kif stipulat fl-Artikolu 30 tal-Kostituzzjoni. L-Avukat Ġenerali jiġi maħtur mill-President fuq in-nomina tat-Taoiseach (il-Prim Ministru bl-Irlandiż) u huwa obbligat li jirtira mill-kariga tiegħu meta jagħmel dan it-Taoiseach. L-Avukat Ġenerali ġeneralment huwa barrister prattikanti u konsulent anzjan. Ma hemm l-ebda regola li timponi fuq l-Avukat Ġenerali biex ma jkomplix bil-prattika privata tiegħu iżda hekk kien qed jiġri f’dawn l-aħħar snin.

Bħala l-konsulent legali tal-gvern, l-Avukat Ġenerali jeżamina bir-reqqa l-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni kollha li l-Gvern ikun beħsiebu jressaq quddiem iż-żewġ Oireachtas (il-kmamar tal-Parlament) sabiex jgħaddi bħala liġi. Barra minn hekk, l-Avukat Ġenerali jagħti pariri lill-gvern dwar kwistjonijiet internazzjonali bħalma huma r-ratifikazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali. Funzjoni oħra tal-Avukat Ġenerali hija li jirrappreżenta lill-pubbliku fl-affermazzjoni tad-drittijiet pubbliċi. Dan isir billi jingħata bidu għall-proċeduri legali jew billi jiġu kkuntrarjati. Għalkemm maħtur mit-Taoiseach, l-Avukat Ġenerali huwa indipendenti mill-Gvern. F’dak li jirrigwarda l-Kostituzzjoni, l-Avukat Ġenerali jkun dejjem il-konvenut ewlieni f'każ li l-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni tiġi kkontestata.

Qabel l-1976, ir-reati kriminali serji kollha tressqu l-qorti f'isem l-Avukat Ġenerali. Il-Kostituzzjoni tistipula li din il-funzjoni tista’ titwettaq minn persuna oħra awtorizzata mil-liġi biex taġixxi għal dak l-iskop. Għaldaqstant, twaqqaf l-Uffiċċju tad-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi skont l-Artikolu 2 tal-Att tal-1974 dwar il-Prosekuzzjoni ta’ Reati li daħal fis-seħħ fl-1976 - bil-għan li jkun hemm uffiċjal wieħed, mingħajr l-ebda konnessjonijiet politiċi, biex iwettaq dawn il-funzjonijiet. Id-Direttur jinħatar mill-Gvern iżda huwa impjegat taċ-ċivil biex b’hekk id-Direttur ma jkollux għalfejn jirriżenja meta jaqa’ l-gvern, għall-kuntrarju tal-Avukat Ġenerali. Dan jiżgura li jkun hemm kontinwità fil-prosekuzzjoni ta’ reati. L-Att tal-1974 jistipula wkoll li d-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi għandu jkun indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu. Id-Direttur jista’ jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu min-naħa tal-Gvern, iżda dan jiġri biss wara li jkun sar rapport rigward saħħtu jew imġibtu minn kumitat li jkun jinkludi lill-Prim Imħallef, lil imħallef tal-Qorti Għolja u lill-Avukat Ġenerali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (DPP) għalhekk jieħu d-deċiżjoni dwar jekk persuna għandhiex tiġi akkużata b’reat kriminali serju jew le u x’għandha tkun l-akkuża. Il-prosekuzzjonijiet kollha jitressqu f’isem id-DPP iżda l-prosekuzzjonijiet għall-biċċa l-kbira ta’ delitti inqas serji jistgħu jitressqu mill-Gardaí (il-forza tal-pulizija Irlandiża) mingħajr ma jintbagħat fajl lid-DPP. F’dawn il-każijiet, id-DPP għandu d-dritt li jagħti pariri lill-Gardaí dwar kif għandu jiġi indirizzat il-każ. Għalkemm id-DPP ħa f’idejh ir-rwol tal-Avukat Ġenerali fil-prosekuzzjoni tal-kawżi, l-Avukat Ġenerali jżomm ir-rwol f’dak li jirrigwarda kawżi ta’ natura internazzjonali bħalma hi l-estradizzjoni.

3. Impjegati tas-Servizz tal-Qrati

Ir-Reġistraturi tal-Qorti u s-Segretarji tal-Qorti huma impjegati mis-Servizz tal-Qrati

Is-Segretarji tal-Qorti huma responsabbli mill-amministrazzjoni ġenerali tal-qrati. Il-funzjoni ewlenija ta’ Reġistratur tal-Qorti hija li jassisti lill-imħallef matul l-andament tas-seduta u li jiżgura li l-amministrazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tajba tal-qrati tkun ġestita b’mod effiċjenti.

Is-Servizz tal-Qrati huwa korp korporattiv indipendenti li nħoloq f’Novembru 1999 u li twaqqaf mill-Gvern skont l-Att tal-1998 dwar is-Servizz tal-Qrati. Is-Servizz tal-Qrati jirrapporta lill-Ministru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza u, permezz tal-Ministru, lill-Gvern.

Is-Servizz tal-Qrati għandu ħames mandati:

  • Li jimmaniġġja l-Qrati
  • Li jipprovdi servizzi ta’ sostenn lill-imħallfin
  • Li jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku dwar is-sistema tal-Qrati
  • Li jipprovdi, jimmaniġġja u jieħu ħsieb il-binjiet tal-Qrati
  • Li jipprovdi l-faċilitajiet għal dawk li jagħmlu użu mill-Qrati

4 Ix-Xeriff

Kull kontea fl-Irlanda għandha Xeriff li huwa impjegat pubbliku u parti mir-responsabbiltà tiegħu hija li jissekwestra u jbigħ oġġetti għas-saldu ta’ dejn wara li tkun inkisbet sentenza tal-Qorti. Ix-Xeriffs jinħatru skont l-Att tal-1945 dwar l-Uffiċjali tal-Qrati, u l-Artikolu 12(5) tal-Att jillimita l-ħatra f’din il-kariga għall-barristers jew s-solicitors li jkunu ilhom ħames snin jipprattikaw il-professjoni tagħhom, jew għal dawk li jkunu ħadmu bħala segretarji maniġerjali jew bħala assistenti ewlenin ta’ xeriff jew ta’ deputat xeriff għal mhux inqas minn ħames snin. L-Artikolu 12(6)(g) tal-Att jiddikjara li l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ kull Xeriff, soġġetti għall-artikoli tal-Att imsemmija hawn fuq, huma determinati minn żmien għal żmien mill-Ministru għall-Finanzi wara konsultazzjoni mal-Ministru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza.

5. Solicitors

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Law Society tal-Irlanda għandha kontroll fuq l-edukazzjoni tal-istudenti li jixtiequ jsiru solicitors, u għandha setgħat dixxiplinari fuq s-solicitors ikkwalifikati. Sabiex isiru solicitor, l-individwi jridu jlestu l-Eżamijiet Finali (FE-1s) li jsiru darbtejn fis-sena, normalment fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. L-eżami FE-1 jikkonsisti fi tmien karti: Il-Liġi tal-Kumpaniji, il-Liġi Kostituzzjonali, il-Liġi Kuntrattwali, il-Liġi Kriminali, l-Ekwità, il-Liġi tal-Unjoni Ewropea, il-Liġi dwar il-Proprjetà Immobbli u l-Liġi tal-Obbligi. L-individwi mbagħad iridu jsibu solicitor xieraq (prattikanti) biex ikun is-solicitor li jagħmlu l-prattika miegħu sabiex jibdew il-Kors tal-Prattika Professjonali I (PPC I). Il-PPC I jibda minn Settembru sa Marzu u s-suġġetti li ġejjin jiġu koperti tul il-kors; Il-Liġi Applikata dwar l-Artijiet, is-Suċċessjoni u t-Taxxa, il-Liġi tan-Negozju, Kors ta’ Fondazzjoni, il-Litigazzjoni (Ċivili u Kriminali), il-Prattika Legali Irlandiża (LPI) u l-ħiliet inklużi (iċ-Ċivil u r-Rappreżentanza Legali, l-Intervistar u l-Konsulenza, ir-Riċerka Legali, il-Ħiliet ta’ Preżentazzjoni Legali, il-Kitba u l-Abbozzar Legali, in-Negozjar u l-Iżvilupp Professjonali). Il-kuntratt ta’ taħriġ tal-kandidati mbagħad jibda 14-il jum wara l-eżami finali dwar il-PPC I. Qabel ma tkun tista’ tiġi ammess fil-kors tal-PPC II, trid tkun ġejt iddikjarat mill-Kumitat tal-Edukazzjoni li għaddejt mill-PPC I. Fil-11-il xahar mill-perjodu ta’ 24 xahar ta’ taħriġ, it-trainee jirritorna fl-Iskola tal-Liġi biex jattendi l-PPC II. Is-suġġetti koperti fil-PPC II huma l-Prattika Professjonali, l-Imġiba u l-Ġestjoni (obbligatorju) u firxa ta’ għażliet tal-istudenti minn tliet intestaturi ewlenin tan-Negozju, il-Prattika u l-Proċedura, u l-Klijent Privat. Normalment jibda f’April ta’ kull sena u jdum 11-il ġimgħa, inklużi l-eżamijiet. Wara li jkunu lestew il-PPC II, l-individwi jridu jirritornaw fl-uffiċċju tas-solicitor li jkunu qed jagħmlu l-prattika miegħu u jlestu l-perjodu ta’ żmien pendenti – għaxar xhur jekk it-trainee ma jkunx kiseb kreditu għax-xogħol magħmul qabel il-PPC I, jew sitt xhur jekk ikun inkiseb il-kreditu.

It-trainees jistgħu japplikaw biex isimhom jiddaħħal fir-Reġistru tas-Solicitors meta:

  • ikunu għaddew mill-eżamijiet kollha
  • ikunu temmew b’suċċess il-perjodu tal-prattika, u
  • is-solicitor li miegħu ssir il-prattika jkun ħalef li t-trainee ikun persuna kompetenti u xierqa biex issir solicitor.

Fl-aħħar nett, meta l-isem tal-persuna jkun iddaħħal fir-Reġistru tas-Solicitors, din tkun tista’ tapplika għaċ-ċertifikat tal-prattika.

Kull solicitor ikkwalifikat huwa soġġett għas-setgħat dixxiplinarji tal-Law Society. Skont l-Atti tal-1954 sal-1994 dwar is-Solicitors, it-Tribunal Dixxiplinari tal-Law Society għandu s-setgħa li jinvestiga allegazzjonijiet ta’ mġiba ħażina bħall-miżapproprjazzjoni ta’ flus. Fejn tinstab imġiba ħażina, it-Tribunal stess jista’ jimponi sanzjoni fuq is-solicitor (li tista’ tinkludi struzzjoni biex iħallas lura somma ta’ massimu ta’ EUR 15,000 lil kwalunkwe parti leża) jew it-Tribunal jista’ jirreferi s-sejba u r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-President tal-Qorti Għolja, li fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedi dwar in-natura tas-sanzjoni li għandha tiġi imposta fuq is-solicitor. Il-President għandu s-setgħa li jissospendi solicitor mill-prattika tiegħu u li jirrevoka s-sospensjoni. It-Tribunal tad-Dixxiplina għandu s-setgħa li jeżiġi r-rimborż ta’ fondi lil klijenti jekk isib li solicitor ikun talabhom aktar flus milli jmissu.

L-Istrument Statutorju 732 tal-2003, ir-Regolamenti tal-2003 dwar il-Komunitajiet Ewropej (l-istabbiliment tal-Avukati), jistipula li avukati tal-Istati Membri li jixtiequ jiżvolġu l-attivitajiet professjonali tagħhom bħala barrister jew solicitor fl-Irlanda, għandhom japplikaw għal dan il-għan mal-Kamra tal-Avukati jew mal-Law Society biex jiġu rreġistrati sabiex jagħmlu hekk. L-applikazzjoni tiġi kkunsidrata u jekk tiġi aċċettata jinħareġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Appell għal ċaħda min-naħa tal-Kamra tal-Avukati jew tal-Law Society jaqa’ f’idejn il-Qorti Għolja.

6. Barristers

L-Honorable Society of King’s Inns tipprovdi taħriġ legali post gradwali, li jwassal għall-għoti tat-titolu ta’ barrister-at-law (hekk kif inhi magħrufa kollettivament il-professjoni) għal dawk li jkunu jixtiequ jipprattikaw f'qorti. Il-King’s Inns hija soċjetà volontarja taħt il-kontroll tal-Benchers of Honorable Society of King’s Inns, li huma membri tal-ġudikatura u barristers anzjani. Id-dħul għall-kors ta’ lawrja huwa permezz ta’ eżami tad-dħul għall-gradwati tad-Diploma fl-Istudji Legali ta’ King’s Inns jew għall-gradwati fil-liġi. It-tul tal-kors għad-Diploma fl-Istudji Legali huwa ta’ sentejn (part-time) u l-Kors għal Barrister-at Law huwa kors full-time ta’ sena jew kors modulari ta’ sentejn. Meta jtemmu b’suċċess il-kors ta’ lawrja, l-istudenti jiġu msejħa fil-Kamra fil-Qorti Suprema mill-Prim Imħallef u l-barristers imsejħa jiffirmaw ir-reġistru tal-membri tal-Kamra wara ċ-ċerimonja. Madankollu, hemm rekwiżiti oħra x'jiġu ssodisfati qabel ma jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’xogħol legali bi ħlas.

Il-barristers iridu jkunu membri tal-Law Library biex jipprattikaw. Il-Law Library tipprovdi post fejn taħdem u aċċess għal testi u materjali legali, bil-ħlas ta’ tariffa annwali. Qabel ma jsir membru tal-Law Library, konsulent legali jrid jagħżel master - barrister stabbilit li jkollu minn tal-inqas ħames snin esperjenza. Sakemm ikun għadu taћt il-gwida tal-master, perjodu li ġeneralment jieħu xi sena, il-barrister li għadu kif ikkwalifika jkun magħruf bħala devil. Il-master jintroduċi lid-devil għax-xogħol prattiku ta’ barrister u normalment jitlob lid-devil biex jassistih fl-abbozzar tat-trattazzjonijiet tal-qorti u fir-riċerka legali, u biex jattendi s-seduti tal-qorti f’ismu.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda, li huwa korp mhux statutorju, jissorvelja l-imġiba tal-barristers. Il-Kunsill jiġi elett kull sena mill-membri tal-Kamra tal-Avukati u joħroġ Kodiċi tal-Kondotta Professjonali, li jiġi emendat minn żmien għal żmien mill-membri tal-Kamra tal-Avukati. Dan il-Kodiċi ta’ Kondotta jistipula dak li huwa meħtieġ mill-barristers.

L-allegazzjonijiet ta’ ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta jiġu investigati mill-Kumitat tal-Prattiki Professjonali tal-Kunsill tal-Avukati, li jinkludi lil dawk li mhumiex membri tal-Kamra tal-Avukati. Il-Kumitat għandu s-setgħa li joħroġ multi u pieni u li jissospendi jew jeskludi membru mil-Librerija tal-Liġi. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat jistgħu jiġu appellati quddiem il-Bord tal-Appelli, li jinkludi mħallef tas-Circuit Court kif ukoll membru lajk.

Tradizzjonalment il-barristers kien ikollhom jirċievu l-istruzzjonijiet mingħand solicitor, u ma kienx permess l-aċċess dirett għalihom. Din il-prattika ġiet eżaminata mill-Kummissjoni tal-Kummerċ Ġust, u fir-rapport tagħha tal-1990 irrakkomandat li l-projbizzjoni ġenerali fuq l-aċċess dirett kienet prattika restrittiva u rrakkomandat li titħassar minn fuq il-Kodiċi tal-Kondotta. Il-Kummissjoni ma aċċettatx il-fatt li f’ċerti każijiet l-involviment kontinwu ta’ solicitor kien mixtieq. Il-Kummissjoni rrakkomandat li ma għandu jkun hemm l-ebda regoli statutorji jew regoli oħra li jkunu jirrikjedu l-preżenza fiżika ta’ solicitor fil-qorti biex jagħti l-istruzzjonijiet lil konsulent legali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati b’mod sħiħ iżda saru diversi emendi fil-Kodiċi tal-Kondotta biex il-barristers jingħataw aċċess dirett minn ċerti Korpi Professjonali Approvati.

Il-barristers huma konsulenti subalterni jew konsulenti anzjani. Tradizzjonalment, il-membri tal-Kamra tal-Avukati jipprattikaw bħala konsulenti subalterni għal għadd ta’ snin qabel ma jiddeċiedu jekk iridux isiru konsulenti anzjani. Dan mhuwiex każ ta’ promozzjoni awtomatika, u ċerti konsulenti subalterni jagħżlu li ma japplikaw qatt. B’mod ġenerali, il-biċċa l-kbira tal-barristers jqisu jsirux konsulenti anzjani wara li jkunu ilhom 15-il sena jipprattikaw il-professjoni. Dawk li jkunu jixtiequ jsiru konsulenti anzjani japplikaw mal-Avukat Ġenerali għall-approvazzjoni, iżda fil-verità l-ħatra ssir min-naħa tal-Gvern fuq il-parir tal-Avukat Ġenerali, li min-naħa tiegħu jikkoordina wkoll mal-Prim Imħallef, mal-President tal-Qorti Għolja u mal-President tal-Kamra tal-Avukati.

B’mod ġenerali, il-konsulenti subalterni jabbozzaw u jħejju t-trattazzjonijiet u jmexxu xi kawżi tal-qorti, ġeneralment fil-qrati inferjuri iżda mhux esklussivament hekk. Il-funzjonijiet ta’ konsulent anzjan jinkludu l-iskrutinju tal-abbozzi tat-trattazzjonijiet imħejjija minn konsulenti subalterni u t-tmexxija tal-kawżi l-aktar diffiċli fil-Qorti Għolja u Suprema.

7. Reġistraturi tal-Kontea

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistraturi tal-Kontea huma solicitors ikkwalifikati u huma maħtura mill-gvern. Huma jwettqu funzjonijiet kważi ġudizzjarji b’rabta mas-Circuit Court, u huma responsabbli mill-ġestjoni tal-uffiċċji tas-Circuit Court.

Huma jaġixxu wkoll bħala Xeriff tal-Kontea (minbarra f’Dublin u f'Cork).

8. Nutara

In-Nutara Pubbliċi jinħatru mill-Prim Imħallef f’seduta bil-miftuħ. Huma jwettqu l-funzjonijiet prinċipali li ġejjin:

  • L-awtentikazzjoni ta’ dokumenti
  • Il-konferma u l-verifika ta’ firem fuq dokumenti
  • L-eżekuzzjoni ta’ oġġezzjonijiet notarili fir-rigward ta’ dokumenti kummerċjali bħalma huma l-kambjali u ċ-ċedoli, u ta’ kwistjonijiet marittimi
  • It-teħid ta’ affermazzjonijiet, dikjarazzjonijiet u (ħlief fir-rigward ta’ proċedimenti quddiem il-qrati Irlandiżi) affidavits.

L-applikazzjonijiet isiru permezz ta’ petizzjoni li tkun tinkludi r-residenza u l-okkupazzjoni tal-petizzjonant, l-għadd ta' Nutara Pubbliċi fid-distrett, il-popolazzjoni tad-distrett u ċ-ċirkostanzi li jindikaw għalfejn hemm bżonn ta’ Nutar Pubbliku u/jew ir-raġuni għalfejn hemm post vakanti. Il-petizzjoni trid tiġi vverifikata permezz ta’ affidavit tal-petizzjonant li fih jintwera ċertifikat tal-idoneità. Dan iċ-ċertifikat ġeneralment jiġi ffirmat minn sitt solicitors lokali u minn sitt mexxejja tal-komunità tan-negozju lokali. Il-petizzjoni titressaq quddiem il-Prim Imħallef b’Avviż ta’ Mozzjoni li jiġi nnotifikat, permezz tal-Uffiċċju tal-Qorti Suprema, lir-Reġistru tal-Fakultà tan-Nutara Pubbliċi fl-Irlanda, lis-Segretarju tal-Law Society u lin-Nutara Pubbliċi kollha li jipprattikaw fil-kontej tal-applikant u fil-kontej ġirien.

Il-prattika ġenerali hija li l-ħatra bħala Nutara Pubbliċi joħduha s-solicitors biss. Meta persuna, li ma tkunx solicitor, tapplika biex tilħaq Nutar Pubbliku, il-Law Society teżiġi li l-petizzjonant jaħlef quddiem il-Prim Imħallef li mhux se jkun involut fi trasferimenti ta' proprjetà jew f’xogħol ġuridiku li normalment jitwettaq minn solicitor. Sabiex petizzjonant jinħatar bħala Nutar Pubbliku, l-ewwel irid jgħaddi minn eżami stabbilit mill-Fakultà tan-Nutara Pubbliċi fl-Irlanda.

Nota:

Mistoqsijiet dwar ir-remunerazzjoni attwali tal-Avukat Ġenerali, tad-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, tas-Segretarji tal-Qorti u tax-Xeriffs, jistgħu jintbagħtu

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabil-posta elettronika jew
  • bil-posta f'dan l-indirizz:
    Human Resources
    Department of Finance
    Merrion Street
    Dublin 2

Il-barristers jaħdmu għal rashom u l-qligħ tagħhom ivarja ħafna.

Is-solicitors jistgħu jaħdmu għal rashom (billi jkollhom il-prattika privata tagħhom) jew inkella jkunu impjegati, u l-qligħ tagħhom ivarja ħafna wkoll.

In-nutara jitolbu ħlas għal kull dokument notarizzat. Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni li tirregola l-ħlas mitlub, iżda ġeneralment in-nutara jitħallsu skont il-ħin li jkunu ħadu u l-ivvjaġġar li jkunu għamlu, u abbażi tal-ammont li jkun mistenni li jitħallas professjonist għal servizz li jkun ipprovda.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Greċja

Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fil-Greċja.

Prosekuturi pubbliċi

Organizzazzjoni

Bħala awtoritajiet ġudizzjarji, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku (eisangelíes) jappartjenu lill-“fergħa ġudizzjarja” tal-gvern u jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-prosekuturi pubbliċi (eisangeleís) jibbenefikaw minn indipendenza operazzjonali u personali.

F’kull qorti, bl-eċċezzjoni tal-qrati għal reati minuri, hemm uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, li jaġixxi bħala awtorità ġudizzjarja indipendenti. Is-setgħat tiegħu huma essenzjalment relatati mal-preparazzjoni tal-proċedimenti kriminali. Id-dmir ewlieni tal-prosekutur pubbliku huwa li jibda l-proċedimenti kriminali, jissorvelja l-investigazzjonijiet u jressaq l-appelli.

Fil-Greċja, il-prosekuturi pubbliċi mhuma speċjalizzati fl-ebda qasam.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali tas-servizz tal-prosekuturi pubbliċi.

M’hemmx sit web speċjali għall-prosekuturi pubbliċi. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tas-servizz tagħhom tinżamm fil-Ministeru għall-Ġustizzja.

Rwol u dmirijiet prinċipali

Il-prosekuturi pubbliċi huma responsabbli biex:

  1. jagħmlu l-investigazzjonijiet preliminari;
  2. jagħtu bidu għall-proċedimenti kriminali;
  3. jinterrogaw lill-persuni involuti fil-kawża;
  4. jissorveljaw l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati;
  5. jippreżentaw proposti lill-kunsilli u l-qrati ġudizzjarji;
  6. iressqu l-appelli;
  7. jissorveljaw il-ħabsijiet; u kwalunkwe responsabbiltà oħra stabbilita mil-liġi.

Il-prosekuturi pubbliċi huma riveduti mill-imħallfin tal-Qorti Suprema u l-prosekuturi pubbliċi anzjani, kif stabbilit mil-liġi.

Imħallfin

Organizzazzjoni

Il-ġustizzja hija amministrata mill-qrati ffurmati minn imħallfin ordinarji (taktikoí dikastés) li jibbenefikaw minn indipendenza operazzjonali u personali.

Fil-qadi tad-dmirijiethom, l-imħallfin (dikastés) huma soġġetti biss għall-Kostituzzjoni u l-liġijiet u ma għandhomx jikkonformaw ma’ kwalunkwe dispożizzjoni li tikser il-Kostituzzjoni.

L-imħallfin ordinarji huma riveduti mill-imħallfin superjuri u mill-Prosekutur Pubbliku u d-Deputati Prosekuturi Pubbliċi (antieisangeleís) tal-Qorti Suprema (Áreios Págos) kif stabbilit mil-liġi.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tas-servizz tal-imħallfin.

M’hemmx sit web speċjali għall-imħallfin. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tas-servizz tagħhom tinżamm fil-Ministeru għall-Ġustizzja.

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: Barristers/Avukati

Barristers/Avukati

Fil-Greċja, l-avukati (dikigóroi) huma impjegati taċ-ċivil mhux imħallsa u ma għandhomx għalfejn ikunu speċjalizzati f’xi qasam partikolari.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tas-servizz tal-avukati.

Hemm 63 kamra tal-avukati (dikigorikoí sýllogoi) fil-Greċja – waħda fis-sede ta’ kull qorti tal-ewwel istanza (protodikeío).

Il-Ministeru għall-Ġustizzja jissorvelja l-kmamar tal-avukati kollha fil-Greċja.

Bażijiet ta’ data ġuridika

L-informazzjoni hija disponibbli fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPlenarja tal-Kamra tal-Avukati, iżda l-aċċess huwa riservat għall-membri ta’ kull kamra.

Solicitors/Konsulenti legali

Fil-Greċja, l-avukati jservu wkoll bħala konsulenti legali (nomikoí sýmvouloi).

Bażijiet ta’ data ġuridika

L-informazzjoni hija disponibbli fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPlenarja tal-Kamra tal-Avukati, iżda l-aċċess huwa riservat għall-membri ta’ kull kamra.

Nutara

In-nutara (symvolaiográfoi) huma impjegati taċ-ċivil mhux imħallsa bid-dmir ewlieni li jippreparaw u jżommu dokumenti li jikkostitwixxu jew iservu bħala evidenza ta’ atti legali u dikjarazzjonijiet minn partijiet interessati meta dawn id-dokumenti jkunu rikjesti mil-liġi jew meta l-partijiet jixtiequ li d-dokumenti jsiru uffiċjali.

Fil-Greċja, in-nutara mhuma speċjalizzati fl-ebda qasam.

Hemm mill-inqas post notarili wieħed fis-sede ta’ kull qorti ċivili distrettwali (eirinodikeío), stabbilit b’digriet presidenzjali.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tas-servizz tan-nutara.

Hemm disa’ Assoċjazzjonijiet tan-Nutara (symvolaiografikoí sýllogoi) fil-Greċja, li joperaw fis-sede tal-qrati tal-appell (efeteía).

L-assoċjazzjonijiet tan-nutara huwa sorveljati mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

L-informazzjoni dwar in-nutara tinsab fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tan-Nutara tal-Qrati tal-Appell ta’ Ateni, ta’ Piraeus, tal-Eġew u tad-Dodecanese u fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tad-Direttorju Ewropew tan-Nutara mmexxi mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Notarjati tal-Unjoni Ewropea (CNUE).

Professjonijiet legali oħra

Bailiffs

Il-bailiffs (dikastikoí epimelités) huma impjegati taċ-ċivil mhux imħallsa.

Il-bailiffs huma responsabbli:

  1. għan-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji;
  2. għall-infurzar ta’ atti infurzabbli kif imsemmija fl-Artikolu 904(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, jiġifieri (a) sentenzi finali u sentenzi li għaddew in ġudikat u li ġew iddikjarati provviżorjament infurzabbli minn qorti Griega, (b) deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ, (c) rekords tal-qrati Griegi li fihom ftehim jew ftehim dwar l-ispejjeż tal-qorti, (d) dokumenti notarizzati, (e) ordnijiet għal pagament maħruġa minn imħallfin griegi u “ordnijiet ta’ żgumbrament”, (f) atti barranin iddikjarati infurzabbli; u (g) ordnijiet u atti rikonoxxuti legalment bħala eżegwibbli; u
  3. għal kwalunkwe dmir ieħor stabbilit mil-liġi.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tas-servizz tal-bailiffs.

Hemm tmien Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjonijiet tal-Bailiffs (sýllogoi dikastikón epimelitón) fil-Greċja.

Skrivana

Il-Ministeru għall-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tas-servizz tal-impjegati tal-qrati Griegi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailiffs PDF(377 Kb)el

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSkrivana PDF(376 Kb)el

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPlenarja tal-Kmamar tal-Avukati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tan-Nutara ta’ Ateni, ta’ Piraeus, tal-Eġew u tad-Dodecanese

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tan-Nutara tal-Qorti tal-Appell ta’ Tessaloniki

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tan-Nutara tal-Qorti tal-Appell ta’ Thrace

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFederazzjoni Griega tal-Bailiffs

L-aħħar aġġornament: 24/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Spanja

Fi Spanja, professjoni legali tfisser professjoni li tista' tiġi eżerċitata biss minn xi ħadd li jkun għadda minn taħriġ legali speċjali, minħabba li x-xogħol għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tal-liġi.

L-imħallfin u l-imħallfin anzjani

Il-Prosekuturi pubbliċi

Ir-Reġistraturi tal-Qorti

L-Avukati

Il-Konsulenti legali

In-Nutara

Ir-Reġistraturi

Ir-Rappreżentanti Legali

Il-konsulenti dwar il-liġi industrijali u l-kwistjonijiet ta' siġurtà soċjali

Il-professjonijiet legali - introduzzjoni

Fi Spanja, professjoni legali tfisser professjoni li tista' tiġi eżerċitata biss minn xi ħadd li jkun għadda minn taħriġ legali speċjali, minħabba li x-xogħol għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tal-liġi.

Il-professjonijiet legali ewlenin fi Spanja huma l-prosekuturi pubbliċi (fiscales), l-imħallfin (jueces) u l-imħallfin anzjani (magistrados), l-avukati (abogados), in-nutara (notarios), ir-reġistraturi tal-qorti (letrados de la administración de justicia), ir-reġistraturi tal-artijiet u tal-kummerċ u r-rappreżentanti legali (procuradores).

L-imħallfin u l-imħallfin anzjani

Organizzazzjoni

Il-ġustizzja tiġi mill-poplu u tiġi amministrata f'isem il-monarkija mill-imħallfin u l-imħallfin anzjani li jikkostitwixxu s-setgħa ġudizzjarja. L-imħallfin biss jistgħu jamministraw il-ġustizzja, jiġifieri huma biss jistgħu jaqtgħu s-sentenzi u jaraw li dawn jiġu eżegwiti.

L-imħallfin huma indipendenti mis-setgħat l-oħra tal-Istat u huma soġġetti biss għall-Kostituzzjoni u l-liġi.

L-aċċess għall-karriera fil-ġudikatura huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-mertu u l-ħila. Il-proċess tal-għażla huwa oġġettiv u trasparenti, u jiggarantixxi opportunitajiet indaqs għal kull min jissodisfa l-kriterji u għandu l-ħiliet, il-kompetenza professjonali u l-kwalifiki meħtieġa biex ikun imħallef.

Il-Liġi Bażika dwar il-Ġudikatura tipprevedi tliet kategoriji ta' karrieri:

  • Imħallef tal-Qorti Suprema (magistrado del Tribunal Supremo),
  • Imħallef anzjan (magistrado),
  • Imħallef (juez).

Il-kategoriji bl-ogħla numru ta' kandidati hija dik ta' mħallef. Skont il-Liġi Bażika dwar il-Ġudikatura, sabiex isir imħallef, kandidat irid jgħaddi minn eżami kompetittiv għall-gradwati fil-liġi u jsegwi kors fl-iskola tal-liġi (Escuela Judicial).

Numru iżgħar ta' kandidati jidħol għall-ġudikatura bħala mħallef anzjan u mħallef tal-Qorti Suprema.

Fl-aħħar nett, l-imħallfin tal-Qorti Suprema jiġu maħtura mill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial) mill-imħallfin anzjani b'tal-inqas 15-il sena servizz, inkluż 10 snin bħala mħallef anzjan, filwaqt li wieħed minn kull ħames imħallfin tal-Qorti Suprema jiġu maħtura minn fost avukati b'ħiliet rikonoxxuti b'minn tal-inqas 15-il sena esperjenza.

Funzjonijiet u dmirijiet

Il-qrati u t-tribunali jisimigħu il-kawżi biss f'każijiet fejn il-ġuriżdizzjoni tingħata lilhom permezz tal-Liġi Bażika dwar il-Ġudikatura jew minn xi liġi oħra.

Biex issir taf aktar dwar id-diversi tipi ta' ġuriżdizzjoni, ara "Qrati fi Spanja".

L-imħallfin u l-imħallfin anzjani jeżerċitaw is-setgħa ġudizzjarja tagħhom indipendentement mill-korpi ġudizzjarji u governattivi tal-ġudikatura.

L-imħallfin u l-imħallfin anzjani jistgħu jinżammu responsabbli taħt il-liġi ċivili jew kriminali fil-każijiet previsti mil-liġi, u huma soġġetti għal azzjoni dixxiplinarja skont il-Liġi Bażika dwar il-Ġudikatura.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġenerali tal-Ġudikatura.

Il-prosekuturi pubbliċi

Organizzazzjoni

L-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika (Ministerio Fiscal) huwa korp kostituzzjonalment importanti b'personalità ġuridika proprja, kif ukoll awtonomija operattiva fil-ġudikatura. Huwa jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu permezz tal-istrutturi tiegħu stess, skont il-prinċipji tal-unità tal-azzjoni u d-dipendenza ġerarkika u soġġett dejjem għall-prinċipji tal-legalità u l-imparzjalità.

Il-Prosekutur Ġenerali (Fiscal General del Estado) huwa l-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika u jirrapreżentah fi Spanja kollha. Huwa responsabbli mill-ħruġ tal-ordnijiet u struzzjonijiet meħtieġa fejn jidħol l-Uffiċċju u l-mekkaniżmu intern tiegħu, kif ukoll għall-ġestjoni ġenerali u l-ispezzjoni tiegħu.

Il-prosekuturi pubbliċi huma impjegati tas-servizz pubbliku magħżula permezz ta' eżami għal min għandu lawrija fil-liġi u dottorat. F'termini organizzattivi huma jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u l-Ufficcji tal-Prosekutur Pubbliku tal-komunitajiet awtonomi rispettivi.

Funzjonijiet u dmirijiet

L-Artikolu 124 tal-Kostituzzjoni ta' Spanja tal-1978 jgħid illi l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Pubblika "mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet fdati lil korpi oħra, huwa fi dmir li jippromwovi l-operat tal-ġustizzja għad-difiża tal-legalità tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-interess pubbliku kif salvagwardjati mil-liġi, kemm jekk ex officio jew b'talba ta' partijiet interessati, kif ukoll li jħares l-indipendenza tal-qrati u jassigura li jinqeda l-interess pubbliku".

Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu:

  • li jassigura li l-funzjoni ġudizzjarja tiġi eżerċitata b'mod effettiv skont il-liġijiet u fl-iskadenzi stipulati permezz tal-azzjonijiet, proċeduri ta' appell u miżuri oħra meħtieġa;
  • jieħu sehem fil-proċess kriminali billi jassigura li l-awtorità ġudizzjarja tieħu l-miżuri kawtelatorji xierqa u twettaq investigazzjonijiet bil-għan li jiġu ċċarati l-fatti;
  • jieħu sehem fil-proċedimenti ċivili rikjesti mil-liġi li jaffettwaw l-interess pubbliku jew l-interessi tal-minuri, persuni bi bżonnijiet speċjali jew dawk inqas ixxurtjati sakemm tiġi pprovduta r-rappreżentanza legali normali.
  • iwettaq il-funzjonijiet assenjati lilu mil-leġiżlazzjoni rilevanti b'rabta ma' kawżi li jinvolvu r-responsabbiltà kriminali tal-minuri, fl-aħjar interessi tal-minuri.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku.

Ir-reġistraturi tal-qorti

Organizzazzjoni

Ir-reġistraturi tal-qorti jikkostitwixxu korp ġuridiku anzjan fis-sistema tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Huma impjegati fis-servizz pubbliku mal-Ministeru tal-Ġustizzja u jaġixxu fil-kapaċità propja tagħhom ta' awtorità.

Ir-reġistraturi tal-qorti jrid ikollhom lawrija fil-liġi, jkunu għaddew minn eżami kompetittiv u wara jsegwu kors fiċ-Ċentru għall-Istudji Legali (Centro de Estudios Jurídicos) li jkunu jistgħu jattendu għalih biss permezz ta' eżami kompetittiv.

Ir-reġistraturi tal-qorti huma parti mill-ġerarkija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u mill-Amministraturi tal-Qorti (Secretario de Gobierno) ta’ kull waħda mill-qrati superjuri tal-ġustizzja u huma soġġetti għal prattikament l-istess regoli dwar l-inkompatibilità u l-projbizzjonijiet tal-imħallfin.

Funzjonijiet u dmirijiet

Il-funzjonijiet tar-reġistraturi tal-qorti jinkludu illi jassiguraw id-deċiżjonijiet tal-imħallfin jew tal-qrati li huma responsabbli għalihom. Huma għandhom josservaw f’kull ħin il-prinċipji tal-legalità u tal-imparzjalità, tal-awtonomija u tal-indipendenza meta jagħtu s-servizz ta' awtentikazzjoni tal-istrumenti ġudizzjarji, u l-unità tal-azzjonijiet u l-ordni tal-ġerarkija meta jeżerċitaw il-funzjonijiet l-oħrajn kollha tagħhom.

Ir-reġistraturi tal-qrati huma responsabbli għad-dokumentazzjoni u ż-żamma tar-reġistri. Huma għandhom jirreġistraw id-deċiżjonijiet tal-qorti u huma responsabbli wkoll biex jibdew u jiżguraw li jitmexxew tajjeb il-proċedimenti legali kif ukoll biex jimmaniġġaw l-impjegati tal-qorti. Huma responsabbli wkoll biex jikkollaboraw u jikkooperaw ma' korpi u amministrazzjonijiet pubbliċi oħrajn, u biex ifasslu l-istatistika dwar il-qorti.

Għal aktar informazzjoni dwar il-persunal tal-qorti fi Spanja, ara:

L-organizzazzjoni tal-professjonijiet legali

L-avukati

L-avukati huma membri indipendenti ta' professjoni libera li tagħti servizz lis-soċjetà. L-avukati mhumiex impjegati fis-servizz pubbliku u jipprattikaw fuq il-bażi tal-kompetizzjoni ħielsa u ġusta (l-Artikolu 1 tal-Istatut tal-Avukati Spanjoli -Estatuto General de la Abogacía Española).

Ir-rwol tal-avukati bażikament huwa li jidderieġu u jiddefendu lill-partijiet f'kull tip ta' proċediment legali, li jagħtu pariri legali u konsulenzi u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom sakemm dan il-kompitu ma jkunx riservat mil-liġi għal professjonijiet oħra.

Sabiex ikun jista' jipprattika bħala avukat, wieħed irid:

  • ikun ċittadin Spanjol jew ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' pajjiż li huwa parti għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta' Mejju 1992;
  • ikun tal-età u ma jkunx skwalifikat milli jipprattika ta' avukat għal xi raġuni;
  • ikun avukat kwalifikat jew ikollu lawrija Spanjola fil-liġi (f'każijiet mhux regolati mil-Liġi 30/2006 tat-30 ta' Ottubru 2006 dwar l-ammissjoni għall-professjonijiet ta' avukat jew rappreżentant legali u r-regolamenti ta' implimentazzjoni relatati) jew ikollu lawrija barranija ekwivalenti li ġiet uffiċjalment approvata skont ir-regoli fis-seħħ;
  • ikun membru tal-Kamra tal-Avukati (Colegio de Abogados) għad-distrett fejn jinsab id-domiċilju professjonali waħdieni jew ewlieni, sabiex jipprattika madwar Spanja kollha.

L-avukati jitħallsu t-tariffi għas-servizzi li jagħtu, f'forma ta' tariffa fissa, tariffa fis-siegħa, jew pagamenti perjodiċi. L-ammont tat-tariffa jista' jiġi ffissat liberament mill-avukat u l-klijent sakemm ma jiksirx il-kodiċi tal-etika professjonali jew ir-regoli tal-kompetizzjoni ġusta.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġenerali tal-Avukati fi Spanja.

Bażijiet tad-dejta

L-aċċess għall-bażijiet tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Il-konsulenti legali

Ara t-Taqsima dwar l-"Avukati".

In-nutara

L-organizzazzjoni, il-funzjonijiet u d-dmirijiet

In-nutara għandhom żewġ rwoli relatati mill-qrib: huma uffiċjali pubbliċi u professjonisti legali b'funzjoni ewlenija li ikunu xhieda ta' strumenti legali u dokumenti ekstraġudizzjarji oħra; iridu jfasslu dawn id-dokumenti skont ix-xewqat tal-partijiet u skont il-liġi, li jridu jivverifikaw u jinterpretaw, filwaqt li jinfurmaw lill-partijiet bl-effetti tagħhom.

Ir-rwol tan-nutar bħala uffiċċjal pubbliku jfisser illi d-dokumenti awtorizzati jew iċċertifikati minnu (l-atti notarili – escrituras publicas; il-ftehimiet kummerċjali – pólizas mercantiles; jew kopji awtentikati – testimonios) għandhom effetti ġudizzjarji jew ekstraġudizzjarji speċjali, skont it-tip ta' dokument.

L-aspetti kollha tar-rwol tan-nutar fi Spanja huma regolati b'mod strett (ħatra mill-Ministeru tal-Ġustizzja; ammissjoni permezz ta' eżamijiet kompetittivi; numru limitat ta' postijiet; rimunerazzjoni permezz ta' tariffi ffissati mill-gvern; irtirar; miżuri dixxiplinarji). Il-promozzjonijiet huma bbażati fuq l-anzjanità jew fuq kompetizzjonijiet għan-nutara organizzati mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Il-gradwati fil-liġi jew postgradwati biss jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet għall-ammissjoni bħala nutara.

In-nutara huma miġbura f'Assoċjazzjonijiet ta' Nutara (Colegios Notariales), waħda għal kull komunità awtonoma, u dawn jiġu kkoordinati mill-Kunsill Ġenerali tan-Nutara (Consejo General del Notariado), li ngħata ċerti setgħat ta' superviżjoni mill-Istat.

In-nutara jaqgħu direttament taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tad-Direttorat-Ġenerali tar-Reġistri u n-Nutara (Dirección General de los Registros y del Notariado) li huwa responsabbli għall-ispezzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi nutarili.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Kunsill Ġenerali tan-Nutara (www.notariado.org).

Professjonijiet legali oħrajn

Ir-reġistraturi

Ir-reġistri tal-artijiet, kummerċjali u tal-propjetà mobbli jservu ta' rekords pubbliċi ta' ċerti drittijiet legali, strumenti jew atti b'effett sostantiv erga omnes, li jippermettu l-preżunzjoni ta' leġittimità, korrettezza, kompletezza u preċiżjoni. Dan ifisser illi m'hemmx bżonn ta' garanziji oħra (kuntratti ħabba t-titlu, garanziji, eċċ) sabiex jippruvaw l-eżistenza ta' dawn id-drittijiet; għalhekk hija sistema aktar sigura u kosteffettiva, għaliex hemm biss tariffa waħda għar-reġistrazzjoni u għandha effett immedjat u permanenti.

Ir-reġistraturi tal-artijiet, kummerċjali u tal-propjetà mobbli huma uffiċjali pubbliċi responsabbli mill-ġestjoni tar-reġistri kummerċjali, tal-artijiet u tal-propjetà mobbli. Huma kemm uffiċjali pubbliċi u kemm professjonisti legali: fuq responsabbiltà tagħhom, iwettqu ċerti funzjonijiet pubbliċi mogħtija lilhom bil-liġi, b'mod partikolari mil-liġi dwar l-ipoteki, il-liġi kummerċjali u l-liġi amministrattiva; u fil-kapaċità tagħhom bħala uffiċjali pubbliċi skont l-Att dwar l-Ipoteki (Ley Hipotecaria) huma jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom mil-liġi amministrattiva.

Il-gvern jirregola l-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ammissjoni tagħhom, man-numru ta' postijiet, ir-rimunerazzjoni, il-miżuri dixxiplinarji u l-irtirar. Biex isiru reġistraturi, il-gradwati jew postgradwati fil-liġi jridu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Istat.

Ir-rimunerazzjoni tagħhom tikkonsisti f'tariffi ffissati mill-gvern.

Ir-reġistri kummerċjali, tal-artijiet jew tal-propjetà mobbli huma membri tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tar-Reġistraturi fi Spanja (Colegio Nacional de Registradores de España), li ngħatat ċerti setgħat superviżorji mill-Istat.

Huma jaqgħu direttament taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tad-Direttorat-Ġenerali tar-Reġistri u n-Nutara (Dirección General de los Registros y del Notariado) li huwa responsabbli għall-ispezzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi nutarili.

Il-funzjonijiet tar-reġistraturi huma: jikklassifikaw id-dokumenti ppreżentati fir-reġistri li għalihom huma responsabbli; jagħtu pariri lill-pubbliku fuq kwistjonijiet marbuta mar-reġistri u jipprovdu aċċess pubbliku għall-informazzjoni mdaħħla; jivverifikaw, fejn meħtieġ, illi l-persuni li qed jitolbu għal aċċess għandhom interess leġittimu u jħarsu kif xieraq dejta sensittiva.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Nazzjonali tar-Reġistraturi fi Spanja.

Ir-rappreżentanti legali

Ir-rappreżentanti legali (procuradores) jirrappreżentaw id-drittijiet u l-interessi tal-partijiet quddiem il-qrati permezz ta' prokura mogħtija lilhom għal dan il-għan, jiżguraw li l-komunikazzjonijiet bejn il-qrati u l-partijiet jiġu awtentikati u jwettqu dmirijiet oħra skont il-liġi.

Biex jipprattika bħala rappreżentant legali, wieħed irid ikollu kwalifika ta' rappreżentant legali jew ta' rappreżentant legali tal-qorti (dan tal-aħħar skont il-Liġi 34/2006 tat-30 ta' Ottubru 2006 dwar l-ammissjoni għall-professjonijiet ta' avukat jew ta' rappreżentant legali), ikun irreġistrat mal-Assoċjazzjoni tar-Rappreżentanti Legali (Colegio de Procuradores) jagħtu garanzija u jieħdu ġurament jew jagħmlu dikjarazzjoni.

Ir-rappreżentanti legali jaqgħu taħt l-awtorità tal-Assoċjazzjoni ta' Rappreżentanti Legali, li l-korp tiegħu jiżgura illi l-membri jwettqu dmirijiethom kif xieraq.

Ir-rimunerazzjoni tagħhom tikkonsisti f'tariffi ffissati bil-quddiem mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġenerali tar-Rappreżentanti Legali fi Spanja.

Il-konsulenti dwar il-liġi industrijali u l-kwistjonijiet ta' siġurtà soċjali

Il-konsulenti dwar il-liġi industrijali u l-kwistjonijiet ta' siġurtà soċjali (graduados sociales) huma speċjalisti li jistgħu jidhru quddiem il-qorti fi proċedimenti dwar il-liġi industrijali u tas-sigurtà soċjali.

Huma jistgħu jidhru fi proċedimenti quddiem il-qrati inferjuri u superjuri, u jistgħu jippreżentaw appelli. Il-preżenza ta' avukat hija madankollu meħtieġa sabiex jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti Suprema.

Fi Spanja, hemm 'il fuq minn 25 000 konsulent f'dan il-qasam li jassisti kemm lin-negozji u kemm lill-impjegati.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-KUNSILL ĠENERALI TAL-ĠUDIKATURA FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-ASSOĊJAZZJONI NAZZJONALI TAR-REĠISTRATURI TAL-QORTI FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-KUNSILL ĠENERALI TAL-AVUKATI FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-KUNSILL ĠENERALI TAR-RAPPREŻENTANTI LEGALI FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-KUNSILL ĠENERALI TAN-NUTARA FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-ASSOĊJAZZJONI NAZZJONALI TAR-REĠISTRATURI FI SPANJA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-KUNSILL ĠENERALI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA' KONSULENTI FI SPANJA

L-aħħar aġġornament: 26/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Franza

F’din it-taqsima, issib ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali differenti.

Il-professjonijiet legali - introduzzjoni

Maġistrati

Organizzazzjoni

Fi Franza l-maġistrati professjonali (magistrats) huma maġistrati kkwalifikati, u huma maqsuma f’maġistrati aġġudikanti, li jaqtgħu l-kawżi legali, u l-uffiċjali legali li jaħdmu għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (ministère public or parquet). Il-maġistrati aġġudikanti spiss jissejħu “maġistrati sedenti” (magistrats du siège), filwaqt li l-uffiċjali legali li jaħdmu għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma magħrufa bħala l-“prosekutur pubbliku” (magistrats du parquet).

Il-maġistrati aġġudikanti jiddeċiedu t-tilwim li jitressaq quddiemhom; ir-rwol tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa li jirrappreżenta l-interess pubbliku u li jiżgura l-applikazzjoni xierqa tal-liġi. Ir-regoli li jirregolaw il-professjoni ta’ maġistrat huma stabbiliti fl-Ordni (ordonnance) Nr 58-1270 tat-22 ta’ Diċembru 1958 li tippromulga l-Liġi istituzzjonali (loi organique) dwar l-istatus tal-maġistratura. Skont l-Artikolu 1 ta’ din l-Ordni, il-maġistrati jistgħu jinħatru bħala maġistrati aġġudikanti jew fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fi stadji differenti fil-karriera tagħhom. Dan huwa magħruf bħala l-prinċipju tal-unità tal-maġistratura, prinċipju li ġie affermat mill-ġdid mill-Kunsill Kostituzzjonali, notevolment f’deċiżjoni tal-11 ta’ Awwissu 1993. Il-maġistrati kollha jiffurmaw parti mill-fergħa ġudizzjarja, li hija meħtieġa mill-Artikolu 66 tal-Kostituzzjoni biex tipproteġi l-libertajiet individwali. Madankollu, hemm għadd ta’ differenzi fir-regoli li jirregolawhom: il-maġistrati aġġudikanti ma humiex suġġetti għal struzzjonijiet minn kwalunkwe awtorità superjuri, u jgawdu minn garanzija taż-żamma fil-kariga, fis-sens li ma jistgħux jiġu ttrasferiti mingħajr il-kunsens tagħhom. Il-mod kif jinħatru huwa differenti wkoll: il-maġistrati aġġudikanti jinħatru bil-kunsens tal-Kunsill Suprem tal-Maġistratura (Conseil supérieur de la magistrature), jew fuq proposta tiegħu fil-każ ta’ maġistrati aġġudikanti fil-Qorti tal-Kassazzjoni, l-ewwel presidenti tal-qrati tal-appell u l-presidenti tal-qrati; il-Kunsill Suprem tal-Maġistratura fl-aħħar għandu setgħat dixxiplinarji fuq il-maġistrati aġġudikanti kollha. L-uffiċjali legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, min-naħa l-oħra, jinħatru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Suprem tal-Maġistratura, u l-Ministru għall-Ġustizzja huwa responsabbli biex iressaq nominazzjonijiet u jeżerċita setgħat dixxiplinarji.

Ħafna mill-maġistrati jiġu reklutati b’eżami kompetittiv (concours). Sabiex jagħmlu l-ewwel eżami kompetittiv miftuħ għall-istudenti, il-kandidati jrid ikollhom lawrja li tikkonferma li temmew mill-inqas erba’ snin ta’ edukazzjoni ogħla, sal-livell tal-master. Il-kandidati li jirnexxu jinħatru bħala mħallfin apprendisti (auditeurs de justice), u mbagħad kollha jirċievu l-istess taħriġ, mogħti mill-kulleġġ nazzjonali tal-maġistratura ta’ Franza (École nationale de la magistrature — ENM). Hemm ukoll kanali għad-dħul dirett fil-maġistratura. Fi tmiem it-taħriġ tagħhom fl-ENM, il-maġistrati apprendisti jinħatru f’qorti jew uffiċċju tal-Avukat Ġenerali b’digriet (décret).

Minbarra l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom, il-kapijiet tal-qrati (il-President u l-Avukat Ġenerali, jew l-Ewwel President u l-Prosekutur Ġenerali, skont il-qorti) għandhom ukoll dmirijiet amministrattivi, pereżempju rigward l-iskedar tas-seduti.

Fl-1 ta’ Jannar 2018 kien hemm 8 412-il maġistrat prattikanti, li minnhom 7 881 kienu qed iservu fil-qrati jew fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Il-Kunsill Suprem tal-Maġistratura

Il-Kunsill Suprem tal-Maġistratura (Conseil supérieur de la magistrature — CSM) huwa previst mill-Artikolu 65 tal-Kostituzzjoni.. Il-Liġi Kostituzzjonali tat-23 ta’ Lulju 2008 biddlet il-kompożizzjoni tal-Kunsill Suprem u l-poteri tiegħu fir-rigward tal-ħatriet, u għamlet provvediment għal każijiet li għandhom jiġu riferuti lilu mil-litiganti. Il-President tar-Repubblika issa ma għadux membru tas-CSM.

Id-diviżjoni tal-Kunsill b’ġuriżdizzjoni fuq il-maġistrati aġġudikanti hija ppreseduta mill-Ewwel President tal-Qorti tal-Kassazzjoni. Din tinkludi wkoll ħames maġistrati aġġudikanti, uffiċjal legali wieħed tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, membru wieħed tal-Kunsill tal-Istat (Conseil d’État) maħtur mill-Kunsill tal-Istat, avukat wieħed (avocat), u sitt persuni kwalifikati li ma jagħmlux parti mill-leġiżlatura, mill-qrati ordinarji jew mill-qrati amministrattivi. Il-President tar-Repubblika, il-president tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament (Assemblée nationale) u l-president tas-Senat kull wieħed jaħtar żewġ persuni kwalifikati.

Id-diviżjoni tal-Kunsill b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċjali legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hija preseduta mill-Prosekutur Ġenerali (procureur général) fil-Qorti tal-Kassazzjoni. Tinkludi wkoll ħames uffiċjali legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u maġistrat aġġudikanti wieħed, flimkien mal-membru tal-Kunsill tal-Istat, l-avukat u s-sitt persuni kwalifikati diġà msemmija.

Id-diviżjoni tal-Kunsill b’ġuriżdizzjoni fuq il-maġistrati aġġudikanti tressaq nominazzjonijiet għall-karigi ta’ maġistrati aġġudikanti fil-Qorti tal-Kassazzjoni, l-ewwel presidenti tal-qrati tal-appell (cours d’appel), u l-presidenti tal-qrati reġjonali (tribunaux de grande instance). Maġistrati aġġudikanti oħra jistgħu jinħatru biss bil-kunsens tagħha.

Din id-diviżjoni taġixxi bħala bord dixxiplinarju għall-maġistrati aġġudikanti. F’dik il-kapaċità tinkludi lill-maġistrat aġġudikanti li jippresjedi fid-diviżjoni tal-Kunsill b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċjali legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Id-diviżjoni tal-Kunsill b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċjali legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-ħatriet ta’ dawn l-uffiċjali legali. Tagħti wkoll l-opinjoni tagħha dwar il-miżuri dixxiplinarji meħuda fir-rigward ta’ uffiċjali legali. F’dik il-kapaċità, minbarra l-membri msemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 65, tinkludi l-uffiċjal legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jokkupa kariga fid-diviżjoni tal-Kunsill b’ġuriżdizzjoni fuq il-maġistrati aġġudikanti.

L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Organizzazzjoni

L-uffiċjali legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma meħtieġa jaġixxu fl-interessi tas-soċjetà, li huma jirrappreżentaw meta jfittxu li tiġi applikata l-liġi.

Bl-eċċezzjoni tal-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (parquet général) fil-Qorti tal-Kassazzjoni, li huwa separat, l-Uffiċċji tal-Avukati Ġenerali ta’ Franza jiffurmaw piramida ġerarkika taħt l-awtorità tal-Ministru għall-Ġustizzja. L-Artikolu 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jipprevedi li l-Ministru għall-Ġustizzja għandu jmexxi l-politika tal-ġustizzja kriminali determinata mill-gvern. Il-Ministru għandu jiżgura li din il-politika tiġi applikata b’mod konsistenti fil-pajjiż kollu. Għal dan l-għan, il-Ministru jista’ jagħti struzzjonijiet ġenerali lill-uffiċjali legali tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rigward il-politika tal-ġustizzja kriminali.

F’kull qorti reġjonali (tribunal de grande instance), hemm Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, immexxi minn Avukat Ġenerali (procureur de la République) u magħmul minn bosta uffiċjali legali li jagħtu rendikont lilu jew lilha. L-Avukat Ġenerali jmexxi l-uffiċċju, iqassam il-kompiti u d-dipartimenti fost id-deputati uffiċjali tal-Avukati Ġenerali (procureurs adjoints), il-viċi uffiċjali tal-Avukati Ġenerali (vice-procureurs) u l-assistenti uffiċjali tal-Avukati Ġenerali (substituts). Min-naħa tiegħu l-Avukat Ġenerali li jmexxi dak l-uffiċċju jaħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tal-Prosekutur Ġenerali (procureur général).

Minkejja din l-istruttura ġerarkika, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa meqjus bħala unità indiviżibbli: assistent ma għandux bżonn awtorità minn superjur biex jaġixxi, u l-atti kollha tiegħu jew tagħha jorbtu lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kollu kemm hu.

Rwol u funzjonijiet

Il-funzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma essenzjalment ikkonċernati bl-infurzar tal-liġi kriminali. Jiddirieġi l-investigazzjonijiet, u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jipproċedi kontra reati, jew jara li jittieħdu l-passi biex isir dan. Għandu d-diskrezzjoni li jiddeċiedi liema azzjoni għandha tittieħed f’każijiet kriminali (eż. il-ftuħ ta’ inkjesta ġudizzjarja preliminari (ouverture d’une information judiciaire), it-tqegħid taħt att ta’ akkuża (renvoi devant une juridiction de jugement), jew l-għeluq tal-proċeduri (classement sans suite)). Huwa meħtieġ li jidher għas-seduta fil-qorti; l-uffiċjal legali li jidher huwa liberu li jagħmel is-sottomissjonijiet orali li jqis li jwasslu l-aktar għall-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja (dwar il-fatti, il-karattru tal-akkużat, u s-sentenza). L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jiżgura wkoll li s-sentenzi jiġu eżegwiti.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-minorenni li jkunu f’riskju, u għandu ċerti funzjonijiet ċivili (li jikkonċernaw, pereżempju, l-istatus ta’ individwi fir-reġistri tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet), funzjonijiet amministrattivi (eż. fir-rigward ta’ djar pubbliċi, l-istampa perjodika, jew il-kummerċjalizzazzjoni diretta) u funzjonijiet kummerċjali (eż. fir-rigward ta’ xi proċeduri ta’ insolvenza).

Ir-rwol u l-funzjonijiet tal-maġistrati aġġudikanti huma spjegati fil-paġna fuq il-qrati ordinarji.

Imħallfin lajċi (juges non professionnels)

Maġistrati lajċi maħtura temporanjament (magistrats exerçant à titre temporaire)

Sabiex l-amministrazzjoni tal-ġustizzja titqarreb lejn il-komunità, rappreżentant tas-soċjetà ċivili jista’ jiġi reklutat bħala maġistrat lajk maħtur temporanjament (magistrat exerçant à titre temporaire - MTT) biex jipprovdi assistenza temporanja lis-sistema tal-ġustizzja skont l-Artikoli 41-10 et seq. tal-Ordni (ordonnance) Nru 58-1270 tat-22 ta’ Diċembru 1958 li tippromulga l-Liġi istituzzjonali (loi organique) dwar l-istatus tal-maġistratura, kif emendata.

Karatteristika speċifika ta’ dan ir-rwol hija li l-maġistrati lajċi maħtura temporanjament jistgħu, għal terminu wieħed, iwettqu d-dmirijiet ta’ maġistrat tal-qorti distrettwali, maġistrat tal-qorti tal-pulizija u/jew assessur f’kawżi mismugħa minn bord ta’ tliet maġistrati fil-qrati reġjonali waqt li jkomplu wkoll attività professjonali li hija kompatibbli mad-dmirijiet tagħhom fil-qorti.

Iż-żieda riċenti fin-numru ta’ maġistrati lajċi maħtura temporanjament hija konsegwenza diretta tal-għejbien tal-qrati tal-imħallfin lokali (juges de proximité), oriġinarjament imwaqqfa b’liġi tad-9 ta’ Settembru 2002, skont l-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 2016-1547 tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar l-immodernizzar tas-sistema tal-ġustizzja għas-seklu 21 u tad-Digriet Nru 2017-683 tat-28 ta’ April 2017.

Il-Liġi Istituzzjonali (loi organique) Nru 2016-1090 tat-8 ta’ Awwissu 2016, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2017, għaqqdet ir-rwoli ta’ mħallef lokali u maġistrat lajk maħtur temporanjament (MTT).

Il-maġistrati lajċi maħtura temporanjament jiġu reklutati regolarment abbażi ta’ fajl ta’ applikazzjoni (minflok eżami kompetittiv).

Il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għar-rwol ta’ maġistrat onorarju maħtur temporanjament

Irid ikollu ċittadinanza Franċiża, ikollu bejn 35 u 75 sena, igawdi drittijiet sħaħ bħala ċittadin, ikun ta’ karattru tajjeb, jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ta’ servizz nazzjonali u jkun fiżikament f’saħħtu biex iwettaq id-dmirijiet meħtieġa, waqt li jittieħed kont ta’ kwalunkwe akkomodazzjoni li tista’ ssir għad-diżabilitajiet.

L-applikanti jridu jissodisfaw ukoll waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • ikollhom lawrja li tikkonferma li temmew mill-inqas erba’ snin ta’ edukazzjoni ulterjuri (jew kwalifika ekwivalenti) u jkollhom evidenza ta’ esperjenza professjonali ta’ mill-inqas seba’ snin li tikkwalifikawhom biex iwettqu dmirijiet ġudizzjarji
  • ikunu direttur* tar-Reġistru tal-Qorti u jkollhom evidenza ta’ servizz ta’ seba’ snin bħala skrivan tal-qorti
  • ikun uffiċjal taċ-ċivil tal-kategorija A fil-Ministeru għall-Ġustizzja** u jkollu evidenza ta’ servizz ta’ mill-inqas seba’ snin f’din il-kapaċità
  • ikunu membru jew ex membru ta’ professjoni legali jew ġudizzjarja li hija rregolata jew li t-titlu tagħha huwa protett, u jkollhom evidenza ta’ prattika professjonali ta’ mill-inqas ħames snin.

L-istatus tal-maġistrati onorarji maħtura temporanjament

Id-diviżjoni tal-Kunsill Suprem tal-Maġistratura b’ġuriżdizzjoni fuq maġistrati aġġudikanti tagħti opinjoni dwar il-kandidati proposti mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Il-maġistrati lajċi maħtura temporanjament, maħtura b’digriet (décret) tal-President tar-Repubblika, huma suġġetti għar-regoli li jirregolaw lill-maġistrati kkwalifikati.

Huma jiġu maħtura għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba, u ma jistgħux jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom lil hinn mill-età ta’ 75 sena.

Huma jistgħu jwettqu attività professjonali flimkien mad-dmirijiet tagħhom fil-qorti, sakemm din ma tkunx inkluża fil-lista ta’ attivitajiet inkompatibbli fil-fajl tal-applikazzjoni.

Id-dmirijiet tal-maġistrati lajċi maħtura temporanjament

Il-maġistrati lajċi maħtura temporanjament iwettqu d-dmirijiet li ġejjin:

  • Fil-qorti reġjonali, huma jisimgħu tilwim ċivili u kriminali bħala assessuri f’bord ta’ tliet maġistrati. Huma jistgħu jivvalidaw soluzzjonijiet f’kawżi kriminali fil-limitu ta’ terz tax-xogħol tal-qorti impost fuqhom. Huma jippresjedu wkoll fil-qrati tal-pulizija biex jisimgħu għadd limitat ta’ kawżi li jinvolvu l-ewwel erba’ kategoriji ta’ reati tat-traffiku u l-ħames kategorija għall-multi fissi, u biex jipproċessaw ordnijiet ta’ piena għar-reati msemmija hawn fuq.
  • Fil-qorti distrettwali, huma jisimgħu kawżi ċivili sa limitu ta’ terz tax-xogħol tal-qorti distrettwali li jkunu assenjati għaliha.

It-taħriġ tal-maġistrati lajċi maħtura temporanjament

Il-maġistrati lajċi maħtura temporanjament jikkompletaw għaxart ijiem ta’ taħriġ teoretiku fil-kulleġġ nazzjonali tal-maġistratura (ENM).

Fuq deċiżjoni tal-Kunsill Suprem tal-Maġistratura, huma jtemmu jew perjodu ta’ probation fil-qorti ta’ bejn 40 u 80 jum fuq sitt xhur jew perjodu ta’ taħriġ fil-qorti ta’ 40 jum, li jista’ jitnaqqas b’mod eċċezzjonali fid-dawl tal-esperjenza professjonali tal-kandidat.

Ir-rimunerazzjoni tal-maġistrati lajċi maħtura temporanjament

Il-maġistrati lajċi maħtura temporanjament huma mħallsa għas-servizzi mogħtija skont il-perjodu tax-xogħol maħdum.

Ir-rata unitarja għall-perjodu tax-xogħol hija ta’ EUR 106.28 gross (skont il-punt tal-indiċi għas-salarji tas-settur pubbliku fl-1 ta’ Frar 2017) soġġetta għal massimu ta’ 300 perjodu tax-xogħol f’sena.

Il-maġistrati lajċi maħtura temporanjament ma jirċevux allowances għall-ivvjaġġar mid-dar tagħhom sal-qorti li huma assenjati għaliha.

Membri tat-tribunali industrijali

Imwaqqfa fl-1806, it-tribunali industrijali huma tribunali tal-prim’istanza speċjalizzati fis-soluzzjoni ta’ tilwim individwali li jinqala’ bejn impjegati jew apprendisti u impjegaturi b’rabta mal-kuntratti tagħhom. Il-maġistrati (membri) tat-tribunali industrijali jiġu mill-industrija u l-kummerċ.

Is-sistema tat-tribunali industrijali hija bbażata fuq l-idea li r-relazzjonijiet tax-xogħol, speċifiċi u kumplessi min-natura tagħhom, jeħtieġu eżami minn maġistrat b’esperjenza ta’ relazzjonijiet bħal dawn, kemm jekk bħala impjegat jew bħala impjegatur.

It-tribunali industrijali għalhekk neċessarjament jinkludu għadd ugwali ta’ rappreżentanti tal-impjegati u tal-impjegaturi (bordijiet konġunti). Il-membri tat-tribunal huma maqsuma f’żewġ kulleġġi (impjegati u impjegaturi) u ħames diviżjonijiet speċjalizzati (industrija, kummerċ, agrikoltura, attivitajiet varji u tmexxija).

L-14 512-il membru jwettqu dmirijiethom f’210 tribunal industrijali fi Franza metropolitana u fit-territorji extra-Ewropej u jittrattaw madwar 142 500 kawża fis-sena.

Il-kompitu primarju tagħhom huwa l-konċiljazzjoni tal-partijiet u, fin-nuqqas ta’ dan, li jiddeċiedu dwar it-tilwim bejniethom.

Il-metodu tal-ħatra

Mill-1979 ’il quddiem, il-membri tat-tribunali industrijali ġew eletti minn sħabhom kull ħames snin f’elezzjonijiet ġenerali b’vot universali dirett. Minħabba l-ammont ta’ votanti li qed jonqos u, konsegwentement, il-leġittimità li qed tonqos tas-sistema tat-tribunal industrijali, ġew investigati metodi ġodda ta’ ħatra tal-membri tat-tribunal.

Għaldaqstant l-Ordni (ordonnance) Nru 2016-388 tal-31 ta’ Marzu 2016, filwaqt li kkonfermat in-natura speċifika tas-sistema tat-tribunal industrijali, issostitwiet il-votazzjoni diretta b’ħatra fuq proposta mit-trade unions u mill-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi, wara kalkolu tar-rappreżentattività tagħhom matul il-proċedura stabbilita biex tkejjel ir-rappreżentattività tat-trade unions u tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi.

Issa hemm ċiklu ġenerali ta’ ħatra għal membri tat-tribunali industrijali kull erba ’snin. Il-ħatra hija b’ordni konġunta (arrêté) tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Impjiegi. Karigi li jibqgħu vojta matul il-mandat huma ppubblikati bħala parti minn ċikli supplimentari ta’ ħatriet u jimtlew bl-istess proċedura bħaċ-ċikli ġenerali.

Taħriġ

Il-Liġi Nru 2015-990 tas-6 ta’ Awwissu 2015 dwar it-tkabbir, l-attività u l-opportunitajiet ekonomiċi ugwali fittxet li ttejjeb l-istatus professjonali tal-membri ta’ tribunal industrijali, b’mod partikolari billi introduċiet taħriġ inizjali u kontinwu obbligatorju.

Il-membri tat-tribunali industrijali għalhekk isegwu taħriġ inizjali obbligatorju qabel ma jibdew id-dmirijiet ġudizzjarji tagħhom, u taħriġ kontinwu.

It-taħriġ inizjali huwa l-istess għall-membri li jirrappreżentaw lill-impjegaturi u għal dawk li jirrappreżentaw lill-impjegati. Huwa organizzat u mogħti mill-kulleġġ nazzjonali tal-maġistratura (ENM) u jinkludi diversi moduli teoretiċi u prattiċi b’tul totali ta’ ħamest ijiem. Kull membru ta’ tribunal industrijali li ma jtemmx it-taħriġ inizjali fi żmien 15-il xahar mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-ħatra tiegħu huwa meqjus li rriżenja.

Il-membri tat-tribunali industrijali għandhom ukoll sitt ġimgħat ta’ taħriġ kontinwu matul il-mandat tagħhom ta’ erba’ snin. Il-Ministeru għax-Xogħol huwa responsabbli biex jagħti dan it-taħriġ.

Regoli ta’ kondotta

Il-membri tat-tribunali industrijali jieħdu ġurament. Huma soġġetti għar-regoli ta’ kondotta li japplikaw għall-maġistrati: l-indipendenza, l-imparzjalità, id-dinjità u l-onestà, u għandhom iġibu ruħhom b’tali mod li jneħħu kull dubju leġittimu f’dan ir-rigward. Huma marbuta wkoll bil-kunfidenzjalità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Id-Digriet Nru 2016-1948 tat-28 ta’ Diċembru 2016 dwar l-etika professjonali u l-proċeduri dixxiplinari għall-membri tat-tribunali industrijali, adottat b’applikazzjoni tal-Liġi Nru 2015-990 tas-6 ta’ Awwissu 2015 dwar it-tkabbir, l-attività u l-opportunitajiet ekonomiċi indaqs, daħħal Artikolu ġdid R.1431-3-1 fil-Kodiċi tax-Xogħol, li jinkariga lill-Kunsill Suprem tal-Membri tat-Tribunali Industrijali (Conseil supérieur de la prud’homie) bil-kompitu li jfassal kodiċi ta’ kondotta għall-membri tat-tribunal, li jrid jiġi ppubblikat.

Il-kodiċi ta’ kondotta ġie approvat mill-Kunsill Suprem tal-Membri tat-Tribunali Industrijali fis-26 ta’ Jannar 2018.

Status

Il-membri tal-qorti industrijali li jservu jgawdu l-istatus ta’ impjegat protett, li jfisser li ma jistgħux jitkeċċew mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-ispettorat tax-xogħol, u d-dritt li jkunu assenti matul il-ħinijiet tax-xogħol tagħhom.

Tali assenzi jgħoddu bħala ħin tax-xogħol effettiv u bħala tali huma remunerati mill-impjegatur u koperti mis-sigurtà soċjali. Il-ħin mgħoddi fuq ix-xogħol għat-tribunal industrijali matul il-ħinijiet tax-xogħol għaldaqstant ma jinvolvi l-ebda telf mis-salarju jew mill-benefiċċji. L-impjegatur jitħallas lura għas-salarju mill-Istat.

Ir-rappreżentanti tal-impjegaturi u l-impjegati fit-tribunal li ma humiex fil-kategorija ta’ hawn fuq (dawk li jfittxu xogħol, pensjonanti, membri li jservu fit-tribunal barra mill-ħinijiet tax-xogħol tagħhom) jitħallsu għall-perjodi ta’ xogħol tagħhom b’rata stabbilita b’ordni leġiżlattiva (décret).

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom jistgħu jiġu rimborżati wkoll.

Il-maġistrati tal-qrati tal-kummerċ

Hemm 134 qorti tal-kummerċ tal-prim’istanza mifruxa madwar Franza metropolitana, minbarra Alsace-Moselle (fejn diviżjoni tal-qorti reġjonali tittratta tilwim kummerċjali skont eċċezzjoni taħt il-liġi lokali), u disa’ qrati tal-kummerċ mħallta fit-territorji extra-Ewropej.

Il-qrati tal-kummerċ jisimgħu tilwim bejn kummerċjanti, jew bejn kummerċjanti u kumpaniji kummerċjali, u tilwim dwar tranżazzjonijiet kummerċjali.

L-imħallfin tal-qrati tal-kummerċ (juges consulaires) huma negozjanti jew maniġers ta’ kumpaniji. Għalhekk għandhom esperjenza professjonali fin-negozju.

Bħalissa hemm aktar minn 3 400 maġistrat tal-qorti tal-kummerċ.

Huma jiġu eletti mill-pari tagħhom f’elezzjoni annwali f’żewġ stadji.

Huma jkunu eletti għal terminu inizjali ta’ sentejn. Imbagħad jistgħu jerġgħu jiġu eletti għal termini ta’ erba’ snin fl-istess qorti jew fi kwalunkwe qorti tal-kummerċ oħra, soġġett għal limitu ta’ erba’ termini, ħlief għall-president uxxenti, li jista’ jerġa’ jiġi elett għall-ħames mandat bħala membru tal-bord biss.

Huma jieħdu ġurament u huma soġġetti għall-istess kodiċi ta’ kondotta bħall-maġistrati professjonali.

Huma jservu bħala voluntiera. Biex iservu jridu jkunu disponibbli u jkunu ppreparati li jieħdu impenn personali, b’mod partikolari billi jieħdu sehem f’taħriġ indispensabbli inizjali u kontinwu.

Il-Liġi 2016-1547 tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar l-immodernizzar tas-sistema tal-ġustizzja għas-seklu 21 introduċiet riforma maġġuri tal-istatus tal-maġistrati tal-qorti tal-kummerċ. B’mod partikolari, irrevediet id-dispożizzjonijiet dwar il-kodiċi ta’ kondotta u l-proċeduri dixxiplinarji tagħhom u tejbet l-istatus professjonali tagħhom billi introduċiet taħriġ obbligatorju inizjali u kontinwu mogħti mill-kulleġġ nazzjonali tal-maġistratura.

Assessuri fit-tribunali tas-sigurtà soċjali

L-assessuri fit-tribunali tas-sigurtà soċjali (tribunaux des affaires de la sécurité sociale) jinħatru għal tliet snin mill-ewwel president tal-qorti tal-appell, minn lista sottomessa għat-tribunal partikolari mid-direttur reġjonali għaż-żgħażagħ, l-isport u l-koeżjoni soċjali wara nominazzjonijiet mill-aktar organizzazzjonijiet kummerċjali u professjonali rappreżentattivi.

Il-Liġi tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar l-immodernizzar tas-sistema tal-ġustizzja għas-seklu 21 neħħiet it-tribunali tas-sigurtà soċjali u ttrasferiet il-kawżi tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2019 lil qrati reġjonali maħtura apposta. L-assessuri se jisimgħu l-kawżi hemmhekk.

Assessuri fit-tribunali tad-diżabilità

L-assessuri fit-tribunali tad-diżabilità (tribunaux des affaires de la sécurité sociale) jinħatru għal tliet snin mill-ewwel president tal-qorti tal-appell b’ġuriżdizzjoni fil-qasam, mid-direttur reġjonali għaż-żgħażagħ, l-isport u l-koeżjoni soċjali minn listi mfassla wara nominazzjonijiet mill-aktar organizzazzjonijiet kummerċjali u professjonali rappreżentattivi.

Il-Liġi tat-18 ta’ Novembru 2016 dwar l-immodernizzar tas-sistema tal-ġustizzja għas-seklu 21 neħħiet it-tribunali tad-diżabilità u ttrasferiet il-kawżi tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2019 lil qrati reġjonali maħtura apposta. L-assessuri se jisimgħu l-kawżi hemmhekk.

Assessuri fuq bordijiet tal-qrati reġjonali għal kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali

Mill-1 ta’ Jannar 2019 dawn l-assessuri jippresjedu fuq il-bordijiet tal-qorti reġjonali maħtura apposta biex jisimgħu tilwim dwar is-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali.

Huma maħtura għal terminu ta’ tliet snin mill-ewwel president tal-qorti tal-appell, wara konsultazzjoni mal-president tal-qorti reġjonali, minn listi mfassla għall-qorti partikolari mill-prefett wara nominazzjonijiet mill-aktar organizzazzjonijiet kummerċjali u professjonali rappreżentattivi.

Il-kandidati jridu jkunu ċittadini Franċiżi, irid ikollhom 23 sena jew aktar, iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex iservu bħala membru tal-ġurija, ma jridux ikunu nstabu ħatja ta’ reat taħt il-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu jew il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali u ma jridux ikunu membri ta’ bord ta’ organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali jew assoċjazzjoni reċiproka. Id-dmirijiet tagħhom huma kompatibbli mad-dmirijiet tal-membri ta’ tribunal industrijali.

Assessuri fil-qrati tal-minorenni

L-assessuri fil-qrati tal-minorenni (tribunaux pour enfants) huma maħtura għal erba’ snin mill-Ministru għall-Ġustizzja minn lista ta’ kandidati sottomessa mill-ewwel president tal-qorti tal-appell li magħha hija marbuta l-qorti tal-minorenni.

Il-kandidati jridu jkunu ċittadini Franċiżi, irid ikollhom 30 sena jew aktar u jrid ikollhom interess partikolari, fi kwalunkwe kapaċità, fi kwistjonijiet li jikkonċernaw liż-żgħażagħ.

Assessuri fit-tribunali tal-art agrikola

L-assessuri fit-tribunali tal-art agrikola (tribunaux paritaires des baux ruraux) jinħatru għal terminu ta’ sitt snin mill-ewwel president tal-qorti tal-appell minn listi mfassla għat-tribunal partikolari mill-prefett wara nominazzjonijiet mill-aktar organizzazzjonijiet professjonali jew tas-sidien tal-art rappreżentattivi.

Dawn jinkludu sidien li ma humiex ukoll inkwilini, u inkwilini li ma humiex ukoll sidien, maqsuma fejn xieraq f’żewġ taqsimiet ta’ tribunal konġunt, waħda li tinkludi sidien u inkwilini taħt ftehim ta’ kiri, u l-oħra, sidien u inkwilini taħt ftehim ta’ mezzadrija.

Il-kandidati jridu jkunu ċittadini Franċiżi, irid ikollhom 26 sena jew aktar, ma jridux ikunu mċaħħda mid-drittijiet ċivili, ċiviċi jew professjonali tagħhom u jridu jkunu sid jew kerrej taħt ftehim ta’ kera jew ta’ mezzadrija għal mill-inqas ħames snin.

Skrivani tal-qorti

L-iskrivani tal-qorti (greffiers) huma speċjalisti fil-proċedura legali li jassistu lill-maġistrati fit-tfassil tad-dokumenti tal-qorti u huma responsabbli għall-awtentikazzjoni tal-atti tal-qorti, fejn il-liġi teħtieġ dan.

L-iskrivani tal-qorti jaħdmu id f’id mal-maġistrat, jgħinu fit-tħejjija u jipproċessaw il-każijiet u jwettqu riċerka legali. Skont l-istruzzjonijiet tal-maġistrati, huma jabbozzaw deċiżjonijiet u eċċezzjonijiet. Bħala parti mill-għoti ta’ servizzi ta’ informazzjoni u assistenza lill-pubbliku, l-iskrivani jistgħu jiġu inkarigati li jipprovdu informazzjoni, gwida jew assistenza lill-utenti fit-tlestija ta’ formalitajiet jew proċeduri ġudizzjarji. Jistgħu wkoll jiġu assenjati kompiti ta’ taħriġ professjonali.

Ħafna mill-kompiti tal-iskrivani tal-qorti jitwettqu fl-uffiċċji differenti tal-qrati. Skont id-daqs u l-istruttura tal-qorti, l-iskrivani tal-qorti jistgħu jokkupaw karigi ta’ tmexxija bħala direttur jew viċi direttur tar-Reġistru tal-Qorti jew bħala kap ta’ dipartiment.

Skrivan kap PDF(378 Kb)en

Skrivan PDF(375 Kb)en

Fl-1 ta’Jannar 2018, id-Dipartiment tar-riżorsi umani fir-reġistri tal-qorti tal-Ministeru għall-Ġustizzja kien qed jimmaniġġja 10 931 impjegat, li 9 368 minnhom ġew assenjati lill-qrati.

Avukati

L-avukati (avocats) huma uffiċjali tal-qorti u membri ta’ professjoni indipendenti li taħdem għal rasha. Ir-regoli li jirregolawhom huma fil-biċċa l-kbira stabbiliti fil-Liġi Nru 71-1130 tal-31 ta’ Diċembru 1971 li tirriforma ċerti professjonijiet ġudizzjarji u legali, u l-Ordni (décret) Nru 91-1197 tas-27 ta’ Novembru 1991 li tistabbilixxi l-professjoni ta’ avukat. Il-Liġi Nru 90-1259 tal-31 ta’ Diċembru 1990, li emendat il-Liġi tal-1971, flimkien mal-ordnijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, ħolqot professjoni ġdida ta’ avukat (avocat) billi amalgamat il-professjonijiet eżistenti ta’ avukat (avocat) u konsulent legali (conseil juridique). Il-Liġi tal-25 ta’ Jannar 2011 li tirriforma r-rappreżentanza legali quddiem il-qrati tal-appell imbagħad għaqqdet il-funzjonijiet ta’ avukat u rappreżentant legali fil-qorti tal-appell (avoué près les cours d’appel).

Fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum l-avukati għandhom żewġ funzjonijiet: waħda, li jassistu u jirrappreżentaw lill-klijenti fil-qorti (funzjoni ġudizzjarja) u, l-oħra, li jipprovdu konsulenza legali u jabbozzaw strumenti legali (funzjoni legali).

Skont it-Taqsima 4(1) tal-Liġi tal-31 ta’ Diċembru 1971, l-avukati għandhom monopolju virtwali fuq l-assistenza u r-rappreżentanza tal-partijiet, u biex jaġixxu u jittrattaw quddiem il-qrati, l-awtoritajiet ġudizzjarji u t-tribunali dixxiplinari ta’ kull tip.

Ma hemm l-ebda assoċjazzjoni nazzjonali ta’ avukati, peress li l-avukati jixtiequ li l-kmamar tal-avukati kollha jkunu rappreżentati b’mod ġust. Hemm 16-il kamra tal-avukati (barreaux) fi Franza metropolitana u extra-Ewropea, kull waħda marbuta ma’ qorti reġjonali (tribunal de grande instance) u kull waħda mmexxija minn president (bâtonnier) u diretta minn kunsill tal-kamra tal-avukati (conseil de l’ordre); ir-rwol tal-kunsill tal-kamra tal-avukati huwa li jittratta l-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-prattika tal-professjoni, biex jiżgura li l-avukati jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom, u biex jipproteġi d-drittijiet tagħhom.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kmamar tal-Avukati (Conseil national des barreaux — CNB), maħluq bil-Liġi tal-31 ta’ Diċembru 1990 (l-Artikolu 15), huwa korp rikonoxxut bħala li huwa ta’ utilità pubblika (établissement d’utilité publique), u għandu personalità ġuridika; huwa responsabbli biex jirrappreżenta l-professjoni legali fi trattattivi mal-awtoritajiet pubbliċi u jfittex li jiżgura li r-regoli u l-użanzi tal-professjoni jkunu armonizzati.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kmamar tal-Avukati għandu sit web li jippermetti lil kulħadd ikollu aċċess bla ħlas għal informazzjoni dwar l-istruttura tal-professjoni, kwistjonijiet kurrenti li jikkonċernaw il-professjoni, u direttorju tal-avukati kollha rreġistrati mal-kmamar tal-avukati Franċiżi. Ħafna mill-kmamar tal-avukati l-kbar għandhom is-siti web tagħhom stess, li huma b’xejn u aċċessibbli għal kulħadd; l-indirizzi tagħhom jidhru fid-direttorju tal-kmamar tal-avukati disponibbli fuq is-sit web tas-CNB.

Is-CNB jipproduċi Regoli ta’ Kondotta Nazzjonali permezz ta’ deċiżjonijiet regolatorji ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali u applikabbli direttament għall-avukati.

L-avukati fiż-żewġ qrati supremi ta’ Franza, il-Kunsill tal-Istat u l-Qorti tal-Kassazzjoni, jiffurmaw professjoni separata: huma uffiċjali pubbliċi maħtura għall-karigi tagħhom b’ordni tal-Ministru għall-Ġustizzja, u meta l-partijiet iridu jkunu rrappreżentati quddiem dawk il-qrati għandhom id-dritt uniku li jittrattaw. Ir-regoli li jirregolawhom huma stabbiliti essenzjalment fl-Ordni (ordonnance) tal-10 ta’ Settembru 1817 li tistabbilixxi l-Ordni tal-Avukati fil-Kunsill tal-Istat u l-Qorti tal-Kassazzjoni, l-Ordni (décret) Nru 91-1125 tat-28 ta’ Ottubru 1991 dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul fil-professjoni, u d-Digriet (décret) Nru 2002-76 tal-11 ta’ Jannar 2002 dwar ir-regoli dixxiplinarji li jirregolaw il-professjoni.

L-avukati fil-qrati supremi jiffurmaw kamra tal-avukati jew ordni separata, immexxija minn president, li huwa assistit minn kunsill tal-kamra tal-avukati magħmul minn 11-il membru. Dan il-korp huwa responsabbli biex jiżgura d-dixxiplina professjonali, u jirrappreżenta l-professjoni.

Is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni tal-Avukati fil-Kunsill tal-Istat u l-Qorti tal-Kassazzjoni jipprovdi aktar dettalji.

Hemm bażi tad-data għal dan il-qasam?

Hemm bażi tad-data, immaniġġjata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Kmamar tal-Avukati, li tkopri l-lista tal-avukati li jidhru fuq l-elenki ta’ kull kamra tal-avukati fi Franza.

L-aċċess għal din l-informazzjoni huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għall-bażi tad-data fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Nazzjonali tal-Kmamar tal-Avukati huwa mingħajr ħlas.

In-nutara

Organizzazzjoni

In-nutar (notaire) huwa uffiċjal legali pubbliku maħtur b’ordni (arrêté) tal-Ministru għall-Ġustizzja. In-nutara madankollu joperaw bħala prattikanti ta’ professjoni indipendenti li taħdem għal rasha. Ir-regoli li jirregolaw il-professjoni huma stabbiliti prinċipalment fil-Liġi tal-25 Ventôse Sena XI (datata skont il-Kalendarju Repubblikan Franċiż); l-Ordni (ordonnance) Nru 45-2590 tat-2 ta’ Novembru 1945; l-Ordni (décret) Nru 45-0117 tad-19 ta’ Diċembru 1945 dwar l-organizzazzjoni tal-professjoni ta’ nutar; l-Ordni (décret) Nru 73-609 tal-5 ta’ Lulju 1973 dwar it-taħriġ professjonali u l-kundizzjonijiet biex wieħed jidħol fil-professjoni ta’ nutar; u l-Ordni (décret) Nru 78-262 tat-8 ta’ Marzu 1978 li tistabbilixxi l-iskeda tat-tariffi tan-nutara.

Il-professjoni hija organizzata fi kmamar tan-nutara fil-livell tad-départements u f’kunsilli fil-livell reġjonali, li huma responsabbli biex jirregolaw u jiddixxiplinaw in-nutara miż-żoni tagħhom stess. Fir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali l-professjoni hija rrappreżentata mill-Kunsill Suprem tan-Nutara (Conseil supérieur du notariat).

Minbarra r-rwol tiegħu fir-rappreżentanza tal-professjoni fi ftehimiet ma’ awtoritajiet pubbliċi, il-Kunsill Suprem tan-Nutara għandu l-kompitu li jipprevjeni u jsolvi tilwim professjonali bejn nutara li ma jappartjenux għall-istess kunsill reġjonali. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Suprem tan-Nutara għandu sit web b’xejn li jistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenin tal-professjoni u fih direttorju tan-nutara u l-kmamar u l-kunsilli tagħhom fid-départements u r-reġjuni.

Rwol u funzjonijiet

In-nutara għandhom is-setgħa li joħorġu dokumenti awtentikati, li mbagħad ikunu eżegwibbli mingħajr ma jkollhom għalfejn jiksbu ordni tal-qorti.

Huma għandhom ukoll il-kompitu li jagħtu pariri lil individwi u negozji, kemm jekk b’konnessjoni mal-abbozzar ta’ dokumenti uffiċjali u kemm jekk le, u flimkien man-negozju ewlieni tagħhom jista’ jkollhom sehem fl-amministrazzjoni ta’ assi u tranżazzjonijiet ta’ proprjetà.

Professjonijiet ġuridiċi oħra

Uffiċjali ġudizzjarji

L-uffiċjali ġudizzjarji (huissiers de justice) huma uffiċjali legali pubbliċi maħtura b’ordni (arrêté) tal-Ministru għall-Ġustizzja. Huma madankollu joperaw bħala prattikanti ta’ professjoni indipendenti libera. Ir-regoli li jirregolaw il-professjoni huma stabbiliti prinċipalment fil-Liġi tas-27 ta’ Diċembru 1923, l-Ordni (ordonnance) Nru 45-2592 tat-2 ta’ Novembru 1945, l-Ordni (décret) Nru 56-222 tad-29 ta’ Frar 1956, u l-Ordni (décret) Nru 75-770 tal-14 ta’ Awwissu 1975.

Huma biss għandhom l-awtorizzazzjoni li jinnotifikaw dokumenti tal-qorti u jeżegwixxu ordnijiet tal-qorti u ordnijiet jew strumenti eżegwibbli. Barra minn hekk jistgħu, jew fuq kummissjoni mill-qrati jew fuq talba ta’ individwi, ifasslu rapporti li jagħmlu sejbiet uffiċjali. Flimkien mal-kompitu ewlieni tagħhom huma awtorizzati wkoll li jaġixxu bħala medjaturi, amministraturi tal-proprjetà jew aġenti tal-assigurazzjoni, sakemm l-ewwel jinfurmaw lill-kamra reġjonali tal-uffiċjali ġudizzjarji tagħhom u lill-Prosekutur Ġenerali (procureur général) fil-qorti tal-appell għaż-żona tagħhom.

Għall-passi li jieħdu fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fil-mandat tagħhom, l-uffiċjali ġudizzjarji huma mħallsa b’rati fissi stabbiliti fid-Digriet (décret) Nru 96-1080 tat-12 ta’ Diċembru 1996.

Il-professjoni hija rrappreżentata minn kmamar fil-livell tad-départements u r-reġjuni fil-ġuriżdizzjoni ġeografika ta’ kull qorti tal-appell. Hemm kamra nazzjonali li tirrappreżenta l-professjoni kollha fin-negozjati mal-awtoritajiet pubbliċi, u ssolvi tilwim bejn il-kmamar u bejn uffiċjali ġudizzjarji li ma jappartjenux għall-istess kamra reġjonali. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Nazzjonali tal-Uffiċjal Ġudizzjarji għandha sit web mingħajr ħlas li jistabbilixxi l-karatteristiċi prinċipali tal-professjoni u fih direttorju tal-uffiċjali ġudizzjarji.

L-Ordni (ordonnance) tat-2 ta’ Ġunju 2016 ħolqot professjoni ġdida tal-uffiċjal ta’ eżekuzzjoni tal-qorti (commissaire de justice) biex tissostitwixxi, mill-1 ta’ Lulju 2022 ’il quddiem, il-professjonijiet ta’ uffiċjal ġudizzjarju u ta’ uffiċjal tas-subbasti (commissaire-priseur judiciaire).

L-Ordni tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-uffiċjali ta’ eżekuzzjoni tal-qorti u tipprevedi li l-professjoni l-ġdida tiddaħħal gradwalment sal-1 ta’ Lulju 2022 permezz ta’ arranġamenti tranżitorji. Peress li r-rwoli ta’ uffiċjal ġudizzjarju u uffiċjal tas-subbasti huma parzjalment simili u kumplimentari, ġie deċiż li tiġi razzjonalizzata l-organizzazzjoni attwali tal-professjonijiet u jingħaqdu fi professjoni waħda ta’ uffiċjal ta’ eżekuzzjoni tal-qorti.

Ir-regoli li jirregolaw l-uffiċjal ta’ eżekuzzjoni tal-qorti se jkunu kompletament applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2022. Mill-1 ta’ Lulju 2026, se tissostitwixxi kompletament il-professjonijiet ta’ qabel: l-uffiċjali ġudizzjarji u l-uffiċjali tas-subbasti li ma jkunux għamlu taħriġ speċifiku biex jikkwalifikaw bħala uffiċjal ta’ eżekuzzjoni tal-qorti ma jibqgħux jipprattikaw. Mill-1 ta’ Jannar 2019, il-Kamra Nazzjonali tal-Uffiċjali ta’ Eżekuzzjoni tal-Qorti (Chambre nationale des commissaires de justice) se tieħu post il-Kmamar Nazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji tal-Qorti u tal-Uffiċjali tas-Subbasti rispettivament, sabiex tipprepara l-allinjament gradwali u mbagħad l-għaqda taż-żewġ professjonijiet..

Uffiċjali oħra tal-qorti

L-iskrivana tal-qrati tal-kummerċ (greffiers de tribunaux de commerce) huma uffiċjali legali pubbliċi li l-kompitu ewlieni tagħhom huwa li jassistu lill-membri tal-qorti tal-kummerċ waqt is-seduti u li jassistu lill-president tal-qorti fil-kompiti amministrattivi kollha tiegħu jew tagħha. Huma jamministraw ir-Reġistru tal-Qorti u jaraw li r-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpaniji (registre du commerce et des sociétés — RCS) u d-direttorji tal-qorti u l-fajls jinżammu kif suppost. Huma joħorġu kopji uffiċjali, huma responsabbli għat-tqegħid tas-siġill tal-qorti, jieħdu ħsieb il-flus ippreżentati fir-Reġistru, u jfasslu dokumenti tar-Reġistru u dokumenti formali oħra fil-qasam tar-responsabbiltà tagħhom.

Il-professjoni hija rregolata mill-Artikoli L.741-1 et seq. għal R.741-1 tal-Kodiċi Kummerċjali.

Il-professjoni hija rrappreżentata f’negozjati mal-awtoritajiet mill-Kunsill Nazzjonali tal-Iskrivani tal-Qrati tal-Kummerċ (Conseil national des greffiers des tribunaux de commerce — CNGTC). Dan huwa korp rikonoxxut bħala ta’ utilità pubblika (établissement d’utilité publique), u għandu personalità ġuridika; huwa responsabbli biex jirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-professjoni. Huwa jorganizza t-taħriġ inizjali u kontinwu tal-iskrivani tal-qorti u l-persunal tar-Reġistru u l-eżamijiet professjonali, u jiffaċilita u jissorvelja l-apprendistati. Is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Nazzjonali tal-Iskrivani tal-Qrati tal-Kummerċ għandu aktar informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet.

Skrivani tal-qrati tal-kummerċ PDF(366 Kb)en

Skrivani tal-qrati tal-kummerċ b’kuntratt tax-xogħol PDF(366 Kb)en

Konsulenti legali/avukati interni

Il-professjoni ta’ konsulent legali (conseil juridique) ingħaqdet mal-professjoni ta’ avukat (avocat) skont il-Liġi Nru 90-1259 tal-31 ta’ Diċembru 1990.

L-avukati (juristes) li ma jipprattikawx bħala avukati indipendenti (avocats) iżda minflok jaħdmu internament għan-negozji ma humiex suġġetti għal xi regolament professjonali speċifiku.

L-aħħar aġġornament: 10/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - il-Kroazja

Persunal f’korpi ġudizzjarji

Il-persunal tal-korpi ġudizzjarji huma uffiċjali ġudizzjarji, impjegati taċ-ċivil u persunal anċillari.

Imħallfin (suci; sing.sudac).

L-imħallfin huma uffiċjali ġudizzjarji f’karigi permanenti. Persuna li tkun ċittadin Kroat tista’ tiġi maħtura mħallef.

Persuna li tkun iggradwat minn Skola tal-Istat għal Uffiċjali Ġudizzjarji (Državna škola za pravosudne dužnosnike) jew li diġà tkun qed twettaq dmirijiet ġudizzjarji tista’ tinħatar imħallef ta’ qorti muniċipali (općinski sud), ta’ qorti kummerċjali (trgovački sud) jew ta’ qorti amministrattiva (upravni sud).

Persuna li ħadmet bħala uffiċjal ġudizzjarju għal mill-inqas 10 snin tista’ tinħatar imħallef ta’ qorti tal-Kontea (županijski sud).

Persuna li tkun ħadmet bħala uffiċjal ġudizzjarju għal mill-inqas 12-il sena tista’ tiġi maħtura mħallef tal-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki prekršajni sud Republike Hrvatske), tal-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud Republike Hrvatske) u tal-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki upravni sud Republike Hrvatske).

Sabiex tiġi maħtura mħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud Republike Hrvatskepersuna trid tkun ħadmet għal mill-inqas 15-il sena bħala uffiċjal ġudizzjarju, avukat, nutar jew professur tal-liġi f’università (fl-aħħar każ, l-esperjenza ta’ xogħol rilevanti hija dik ta’ wara l-eżami tal-avukati), jew tkun avukat magħruf li jkun għadda mill-eżami nazzjonali tal-avukati, ikollu mill-inqas 20 sena esperjenza ta’ xogħol u jkun wera l-kapaċità tiegħu permezz tax-xogħol tiegħu f’qasam partikolari tal-liġi u permezz tax-xogħlijiet professjonali u akkademiċi tiegħu.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Qrati (Zakon o sudovima)
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Zakon o Državnom sudbenom vijeću)
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Remunerazzjoni tal-Imħallfin u l-Uffiċjali Ġudizzjarji Oħra (Zakon o plaćama sudaca i drugih pravosudnih dužnosnika)

Persunal tal-qorti

L-għadd ta’ impjegati taċ-ċivil u persunal anċillari fil-qasam ġudizzjarju meħtieġ għat-twettiq ta’ kompiti professjonali, klerikali u tekniċi jiġi deċiż mill-Ministru għall-Ġustizzja.

L-impjieg ta’ impjegati taċ-ċivil u persunal anċillari fil-qrati, it-traineeships, il-proċedura, il-metodu u l-programm għall-eżami speċjalizzat tal-istat, ir-remunerazzjoni u drittijiet oħra marbuta max-xogħol, l-obbligi u r-responsabbiltajiet, u r-responsabbiltà għal imġiba ħażina professjonali huma rregolati mir-regolamenti dwar l-impjegati taċ-ċivil u l-persunal anċillari u r-regolamenti ġenerali dwar l-impjieg.

Il-postijiet vakanti tal-qorti jistgħu jimtlew biss bl-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

Meta impjegati taċ-ċivil u persunal anċillari fil-qasam ġudizzjarju jkunu reklutati ma’ qorti, irid jittieħed kont tar-rappreżentazzjoni ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali.

Ir-regolamenti dwar ir-rekwiżiti edukattivi għal impjegati taċ-ċivil u persunal anċillari fil-qasam ġudizzjarju huma adottati mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Konsulenti tal-qorti (sudski savjetnici; sing. sudski savjetnik), konsulenti tal-qorti anzjani (viši sudski savjetnici; sing. viši sudski savjetnik) u konsulenti tal-qorti anzjani speċjalizzati (viši sudski savjetnici - specijalisti; sing. viši sudski savjetnik - specijalist)

Persuna li għandha lawrja universitarja fil-liġi jew lawrja universitarja integrata undergraduate/graduate fil-liġi u li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati tista’ taħdem bħala konsulent tal-qorti.

Persuna li għandha lawrja universitarja fil-liġi jew lawrja universitarja integrata undergraduate/graduate fil-liġi, li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati u ħadmet għal mill-inqas sentejn bħala konsulent tal-qorti jew konsulent ta’ prosekutur pubbliku, jew bħala uffiċjal ġudizzjarju, avukat jew nutar, jew li tkun ħadmet għal mill-inqas ħames snin fuq affarijiet legali oħra wara li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati tista’ tinħatar f’kariga ta’ konsulent tal-qorti anzjan jew f’kariga ta’ konsulent tal-qorti fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Persuna li għandha lawrja universitarja fil-liġi jew lawrja universitarja integrata undergraduate/graduate fil-liġi, li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati u ħadmet għal mill-inqas erba’ snin bħala konsulent tal-qorti jew konsulent ta’ prosekutur pubbliku, jew bħala uffiċjal ġudizzjarju, avukat jew nutar, jew li tkun ħadmet għal mill-inqas tmien snin fuq affarijiet legali oħra wara li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati tista’ tinħatar bħala konsulent tal-qorti anzjan speċjalizzat.

Persuna li għandha lawrja universitarja fil-liġi jew lawrja universitarja integrata undergraduate/graduate fil-liġi, li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati, ħadmet għal mill-inqas erba’ snin bħala konsulent tal-qorti jew konsulent ta’ prosekutur pubbliku, jew bħala uffiċjal ġudizzjarju, avukat jew nutar, jew li tkun ħadmet għal mill-inqas tmien snin fuq affarijiet legali oħra wara li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati tista’ tinħatar f’kariga ta’ konsulent tal-qorti anzjan fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Persuna li għandha lawrja universitarja fil-liġi jew lawrja universitarja integrata undergraduate/graduate fil-liġi, li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati u ħadmet għal mill-inqas sitt snin bħala konsulent tal-qorti jew konsulent ta’ prosekutur pubbliku, jew bħala uffiċjal ġudizzjarju, avukat jew nutar, jew li tkun ħadmet għal mill-inqas għaxar snin fuq affarijiet legali oħra wara li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati tista’ tinħatar f’kariga ta’ konsulent tal-qorti anzjan speċjalizzat fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Setgħat tal-konsulenti tal-qorti u konsulenti tal-qorti anzjani

Il-konsulenti tal-qorti, il-konsulenti tal-qorti anzjani u l-konsulenti tal-qorti anzjani speċjalizzati jieħdu sehem fil-proċessi u huma awtorizzati jmexxu ċerti proċedimenti tal-qorti b’mod indipendenti, jivvalutaw l-evidenza u jistabbilixxu l-fatti. Wara li jkunu saru l-proċedimenti, huma jissottomettu abbozz lill-imħallef, li jifforma l-bażi għad-deċiżjoni tiegħu u jippubblikaw id-deċiżjoni adottata bl-awtorizzazzjoni tal-imħallef.

Skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar il-Qrati, il-konsulenti tal-qorti, il-konsulenti tal-qorti anzjani u l-konsulenti tal-qorti anzjani speċjalizzati huma awtorizzati jwettqu l-proċedimenti u jipproponu abbozzi ta’ deċiżjonijiet, kif ġej:

  1. fi proċedimenti ċivili f’tilwim rigward il-ħlas ta’ talba monetarja jew kumpens fejn l-ammont inkwistjoni ma jaqbiżx il-HRK 100,000.00 u f’tilwim kummerċjali fejn l-ammont inkwistjoni ma jaqbiżx il-HRK 500,000.00,
  2. f’tilwim industrijali li jirriżulta minn ftehimiet kollettivi,
  3. f’tilwim amministrattiv li jikkonċerna azzjoni legali relatata ma’ kwistjonijiet li dwarhom qed tiġi adottata deċiżjoni abbażi ta’ sentenza finali f’mudell ta’ tilwima, jew azzjoni legali kontra att jew omissjoni mwettqa minn korp regolat mid-dritt pubbliku, u f’tilwim amministrattiv fejn l-ammont inkwistjoni ma jaqbiżx il-HRK 100,000.00,
  4. fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni,
  5. fi proċedimenti ta’ suċċessjoni,
  6. fi proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet,
  7. fi proċedimenti dwar reati minuri,
  8. fi proċedimenti mhux kontenzjużi, bl-eċċezzjoni ta’ proċedimenti rigward iċ-ċaħda tal-kapaċità operattiva, ix-xoljiment ta’ assoċjazzjoni ta’ sjieda konġunta, soluzzjoni ta’ konfini u proċedimenti skont l-Att dwar il-Familja (Obiteljski zakon),
  9. fi proċedimenti tar-reġistrazzjoni,
  10. fi proċedimenti ta’ insolvenza mqassra,
  11. fir-rigward tal-ispejjeż tal-proċedimenti tal-qorti.

Il-konsulenti tal-qorti, il-konsulenti tal-qorti anzjani u l-konsulenti tal-qorti anzjani speċjalizzati huma awtorizzati jaġixxu u jieħdu deċiżjonijiet fi proċedimenti partikolari meta dan ikun previst minn leġiżlazzjoni speċifika.

Fi proċedimenti tat-tieni istanza u proċedimenti taħt rimedji legali straordinarji l-konsulenti tal-qorti, il-konsulenti tal-qorti anzjani u l-konsulenti tal-qorti anzjani speċjalizzati jirrapportaw dwar il-progress tal-kawża u jfasslu abbozz ta’ deċiżjoni.

Imħallfin apprendisti (sudački vježbenici; sing.sudački vježbenik)

Kull sena, il-Ministeru għall-Ġustizzja jiddeċiedi l-għadd ta’ postijiet ta’ apprendisti fil-qrati skont il-finanzjament disponibbli allokati fil-baġit nazzjonali.

Il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-reklutaġġ ta’ mħallfin apprendisti fil-qrati, il-mod li bih dan isir u t-tul tat-traineeships, u l-arranġamenti għalihom huma regolati b’liġi separata.

Soċji esperti (stručni suradnici; sing.stručni suradnik)

Il-qrati jistgħu wkoll ikollhom persunal li jkunu għamlu studji vokazzjonali rilevanti jew programm ta’ studju universitarju undergraduate jew graduate u li għandhom l-esperjenza ta’ xogħol meħtieġa fid-difettoloġija, is-soċjoloġija, l-edukazzjoni, l-ekonomija, il-kontabilità u l-finanzi jew f’qasam ieħor rilevanti.

Soċji esperti u assistenti esperti (stručni pomoćnici; sing.stručni pomoćnik) jassistu lill-imħallfin fix-xogħol f’kawżi li jeħtieġu għarfien espert.

Imħallfin onorarji (suci porotnici; sing.sudac porotnik)

L-imħallfin onorarji huma ċittadini Kroati li jieħdu sehem fi proċessi fi proċedimenti partikolari u li ma jwettqux il-funzjoni ta’ mħallef bħala l-okkupazzjoni regolari tagħhom. Pjuttost, bħala membri tal-kamra tal-qorti, huma ugwali għall-imħallfin meta jiġu biex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet li dwarhom trid tiġi adottata deċiżjoni fi proċedimenti kriminali.

Sabiex tiġi maħtura mħallef onorarju, persuna trid tkun ċittadin adult Kroat li jkun kapaċi jokkupa tali kariga.

L-imħallfin onorarji jinħatru għal mandat ta’ erba’ snin u jistgħu jinħatru mill-ġdid fi tmiem dak il-mandat.

L-imħallfin onorarji tal-qrati muniċipali u tal-kontea jinħatru mill-assemblea tal-kontea (županijska skupština) jew, fil-każ ta’ Zagreb, l-Assemblea tal-Belt ta’ Zagreb (Gradska skupština Grada Zagreba) wara l-preżentazzjoni tal-proposti mressqa mill-kunsill muniċipali jew tal-belt, it-trade unions, l-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-Kamra tal-Ekonomija.

Qabel ma jinħatru l-imħallfin onorarji, jeħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-president tal-qorti kkonċernata dwar il-kandidati proposti.

Direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti (ravnatelj sudske uprave)

Qorti li jkollha aktar minn 15-il imħallef ikollha direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti.

Id-direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti jassisti lill-president tal-qorti bil-kompiti tal-amministrazzjoni tal-qorti, b’mod partikolari billi:

  • iwettaq kompiti speċjalizzati relatati mal-ippjanar u l-immaniġġjar tar-riżorsi umani tal-qorti,
  • jorganizza x-xogħol tal-impjegati taċ-ċivil u persunal anċillari fil-qasam ġudizzjarju u jissorvelja l-prestazzjoni tagħhom,
  • jimmonitorja u jippjana t-taħriġ tal-impjegati taċ-ċivil u persunal anċillari fil-qasam ġudizzjarju,
  • jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-binja tal-qorti, il-bini u t-tagħmir tax-xogħol, u l-investiment,
  • jorganizza u jikkoordina l-abbozzar tal-pjan annwali għall-akkwisti f’konformità mal-liġi u l-ħtiġijiet tal-qorti,
  • jorganizza proċeduri ta’ akkwist pubbliku,
  • jimmonitorja l-attivitajiet finanzjarji u operattivi tal-qorti u t-twettiq ta’ kompiti tekniċi klerikali u anċillari,
  • jieħu ħsieb u jimmonitorja l-użu tal-baġit tal-qorti u r-riżorsi proprji,
  • jieħu sehem fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-amministrazzjoni tal-qorti u jissorvelja l-implimentazzjoni tagħhom,
  • jiżgura li l-istatistika dwar ix-xogħol tal-qorti tkun prodotta b’mod tajjeb u fil-ħin,
  • jikkoopera mal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar ix-xiri ta’ tagħmir u l-forniment ta’ riżorsi għal attivitajiet speċifiċi tal-qorti,
  • iwettaq kompiti oħra li huma assenjati lilu mill-president tal-qorti.

Il-president tal-qorti huwa responsabbli għax-xogħol tad-direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti.

Persuna li għandha lawrja universitarja fil-liġi jew lawrja universitarja integrata undergraduate/graduate fil-liġi jew lawrja universitarja jew lawrja vokazzjonali speċjalizzata fl-ekonomija u li għandha mill-inqas ħames snin esperjenza f’xogħol relatat tista’ tinħatar direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti.

Kelliem għall-Qorti (glasnogovornik suda)

Qorti jkollha kelliem.
Il-kelliem tal-qorti huwa mħallef, konsulent tal-qorti jew persuna maħtura mill-president tal-qorti, fil-programm ta’ ħidma annwali.

Il-president ta’ qorti tal-kontea jista’ jaħtar imħallef wieħed minn dik il-qorti biex ikun kelliem għal dik il-qorti u għall-qrati muniċipali fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Jista’ jiġi maħtur ukoll deputat kelliem.

Il-kelliem għall-qorti jipprovdi informazzjoni dwar il-ħidma tal-qorti f’konformità mal-Att dwar il-Qrati, ir-Regoli tal-Qorti tal-Proċedura (Sudski poslovnik) u l-Att dwar il-Libertà ta’ Informazzjoni (Zakon o pravu na pristup informacijama).

Prosekuturi pubbliċi (državni odvjetnici; sing.državni odvjetnik)

Persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi biex tinħatar bħala viċi Kap prosekutur pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja (zamjenik Glavnog državnog odvjetnika Republike Hrvatske) tista’ tinħatar bħala Kap prosekutur pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja (Glavni državni odvjetnik Republike Hrvatske).

Il-prosekuturi pubbliċi tal-kontea (županijski državni odvjetnici) huma maħtura mill-gradi ta’ prosekuturi pubbliċi, viċi Kap prosekuturi pubbliċi, deputati f’uffiċċju ta’ prosekutur pubbliku speċjalizzat u viċi prosekuturi pubbliċi tal-Kontea li jkunu wettqu d-dmirijiet ta’ viċi prosekutur pubbliku tal-kontea għal mill-inqas sentejn.

Il-prosekuturi pubbliċi tal-Kontea huma maħtura mill-Kunsill tal-Prosekuzzjoni Pubblika (Državnoodvjetničko vijeće) għal mandat ta’ erba’ snin, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kap prosekutur pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja u wara li l-Korp Kolleġġjali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja (Kolegij Državnog odvjetništva Republike Hrvatske) ikun ħareġ opinjoni.

Il-prosekuturi pubbliċi muniċipali (općinski državni odvjetnici) huma maħtura mill-gradi ta’ prosekuturi pubbliċi u viċi prosekuturi pubbliċi.

Il-prosekuturi pubbliċi muniċipali huma maħtura mill-Kunsill għal mandat ta’ erba’ snin, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kap prosekutur pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja u wara li l-korp kolleġġjali tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku tal-kontea u l-prosekutur pubbliku tal-kontea jkunu ħarġu opinjoni.

Viċi prosekuturi pubbliċi (zamjenici državnog odvjetnika)

Il-viċi prosekuturi pubbliċi jinħatru b’mod, taħt il-kundizzjonijiet u permezz ta’ proċedura mfassla biex tiżgura l-għarfien espert, l-indipendenza u l-valur tagħhom biex iwettqu d-dmirijiet ta’ prosekutur pubbliku.

Ċittadin Kroat li jkun għadda mill-eżami nazzjonali tal-avukati u li jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Att dwar il-Kunsill tal-Prosekuzzjoni Pubblika (Zakon o državnoodvjetničkom vijeću) jista’ jinħatar viċi prosekutur pubbliku.

Persuna li tkun iggradwat mill-Iskola tal-Istat għal Uffiċjali Ġudizzjarji tista’ tinħatar viċi prosekutur muniċipali.

Persuna li ilha f’pożizzjoni ġudizzjarja għal mill-inqas 10 snin tista’ tinħatar viċi prosekutur tal-kontea.

Sabiex tinħatar viċi Kap prosekutur pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja, persuna trid tkun okkupat kariga ġudizzjarja f’korp ġudizzjarju għal mill-inqas 15-il sena jew tkun ħadmet matul dak il-perjodu bħala avukat, nutar jew professur tal-liġi f’università li jkun għadda mill-eżami nazzjonali tal-avukati (fl-aħħar każ, l-esperjenza tax-xogħol rilevanti hija dik ta’ wara l-eżami tal-avukati), jew tkun avukat magħruf li jkun għadda mill-eżami nazzjonali tal-avukati, ikollu mill-inqas 20 sena esperjenza ta’ xogħol u jkun wera l-kapaċità tiegħu permezz tax-xogħol tiegħu f’qasam partikolari tal-liġi u permezz tax-xogħlijiet professjonali u akkademiċi tiegħu.

Sabiex tinħatar fil-kariga ta’ viċi prosekutur pubbliku f’uffiċċju ta’ prosekutur pubbliku ogħla, kif ukoll biex tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att, fl-aktar valutazzjoni reċenti tagħha l-persuna kkonċernata trid tkun ġiet ikkunsidrata li mill-inqas qed »twettaq id-dmirijiet tagħha b’suċċess«.

Viċi prosekutur pubbliku wieħed jew aktar huma maħtura fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u jwettqu dmirijiethom fuq bażi permanenti.

Il-prosekuturi pubbliċi u l-viċi prosekuturi pubbliċi jridu iġibu ruħhom b’tali mod li jevitaw li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni tagħhom stess, li jiskreditaw l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew li joħolqu xi dubji dwar l-imparzjalità tagħhom jew l-awtonomija u l-indipendenza tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku.

Meta l-prosekuturi pubbliċi u l-viċi prosekuturi pubbliċi jwettqu dmirijiet ta’ rappreżentanza, u fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ korpi statali u entitajiet legali, huma obbligati jirrispettaw il-prinċipji ta’ legalità, professjonaliżmu u imparzjalità, filwaqt li jżommu mat-termini għal proċedimenti partikolari u jsegwu r-regoli dwar il-prijorità fit-trattament tal-kawżi.

Meta l-prosekuturi pubbliċi u l-viċi prosekuturi pubbliċi jidhru fi proċedimenti quddiem qorti jew korp amministrattiv, huma jridu jirrispettaw u jippreżervaw id-dinjità tal-qorti jew il-korp ikkonċernat, id-dinjità personali tagħhom stess u d-dinjità tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku.

Il-prosekuturi pubbliċi u l-viċi prosekuturi pubbliċi jridu jżommu privati kwalunkwe data u għarfien ieħor li għandhom x’jaqsmu mal-ħajja privata u tal-familja tal-partijiet u persuni oħra li huma jiksbu waqt li jkunu qed iwettqu dmirijiethom u li mhumiex ikklassifikati fil-leġiżlazzjoni bħala sigrieti uffiċjali, jekk dan ma jikkostitwixxix reat kriminali, u għandhom iżommu sigrieta d-data kollha li ma tinsabx fid-dominju pubbliku.

Il-prosekuturi pubbliċi u l-viċi prosekuturi pubbliċi ma jridux jappartjenu għal xi partit politiku jew ikunu involuti fil-politika.

Il-Kap prosekutur pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja, il-viċi kap prosekutur pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja, il-prosekuturi pubbliċi u l-viċi prosekuturi pubbliċi ma jistgħux jinżammu responsabbli għal kwalunkwe opinjoni legali espressa f’każ li jkun ġie assenjat lilhom, sakemm ma tkunx inkisret il-liġi u twettaq reat kriminali.

Konsulenti ta’ prosekutur pubbliku (Državnoodvjetnički savjetnici)

Il-konsulenti ta’ prosekutur pubbliku, il-konsulenti superjuri ta’ prosekutur pubbliku (viši državnoodvjetnički savjetnici) u l-konsulenti superjuri speċjalizzati ta’ prosekutur pubbliku (viši državnoodvjetnički savjetnici – specijalisti) jassistu lill-prosekutur pubbliku u lill-viċi tiegħu fil-ħidma tagħhom, ifasslu abbozzi ta’ deċiżjonijiet, jirreġistraw rapporti, sottomissjonijiet u dikjarazzjonijiet minn individwi, iwettqu kompiti speċjalizzati oħra stabbiliti mil-liġi u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni, b’mod indipendenti jew taħt superviżjoni, u f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-prosekutur pubbliku u tal-viċi tiegħu.

Fid-dipartimenti tal-kriminalità tal-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku huma jistgħu jippreżentaw akkużi fi proċedimenti għal reati kriminali li huma punibbli b’multa jew bi priġunerija sa ħames snin.

Fid-dipartimenti ċivili u amministrattivi tal-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku huma jistgħu jidhru quddiem il-qrati u l-korpi amministrattivi u korpi oħra abbażi ta’ prokura speċifika maħruġa mill-prosekutur pubbliku kompetenti, kif ġej:

  • fl-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku muniċipali, f’tilwim fejn is-somma involuta ma taqbiżx il-HRK 100 000.00,
  • fl-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku tal-kontea, f’tilwim fejn is-somma involuta ma taqbiżx il-HRK 500 000.00.

Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (Ured za suzbijanje korupcije i organiziranog kriminaliteta) – USKOK

L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata huwa uffiċċju tal-prosekutur pubbliku speċjali, li jkopri l-Kroazja kollha, li jittratta reati relatati mal-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata.

L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata
Gajeva 30a
10 000 Zagreb

tel.: +385 4591 874
fax: + 385 1 4591 878

email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo@uskok.dorh.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (Zakon o Uredu za suzbijanje korupcije i organiziranog kriminaliteta)

Direttur tal-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata (USKOK)

Il-ħidma tal-USKOK hija mmexxija mid-Direttur, li jinħatar mill-Kap prosekutur pubbliku wara li l-ministru responsabbli għall-ġustizzja u l-Korp Kolleġġjali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika tal-Kroazja jkunu ħarġu opinjoni kull wieħed. Id-Direttur jinħatar għal mandat ta’ erba’ snin u jista’ jerġa’ jinħatar għal din il-kariga.

Professjoni legali - servizz awtonomu u indipendenti

Il-professjoni legali hija servizz indipendenti u awtonomu li jipprovdi għajnuna legali lil persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw u jiddefendu d-drittijiet u l-interessi legali tagħhom.

Avukati (odvjetnici; sing.odvjetnik)

L-avukati jistgħu joffru kull tip ta’ għajnuna legali.

B’mod partikolari, jistgħu jipprovdu konsulenza legali, abbozzi ta’ dokumenti (kuntratti, testmenti, dikjarazzjonijiet, eċċ.) u jfasslu azzjonijiet, ilmenti, mozzjonijiet, talbiet, applikazzjonijiet, rimedji legali straordinarji u sottomissjonijiet oħra, u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom.

Huma jistgħu jwettqu l-prattika legali tagħhom b’mod awtonomu jew f’uffiċċju konġunt jew f’ditta legali, u jridu joqogħdu lura milli jwettqu attivitajiet li huma inkompatibbli mar-reputazzjoni u l-indipendenza ta’ avukat.

L-avukati għandhom jippreżervaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kollha pprovduta mill-klijenti tagħhom u l-għarfien kollu li jiksbu b’mod ieħor billi jirrappreżentawhom. Din il-kunfidenzjalità trid tiġi ppreservata wkoll mill-persuni l-oħra kollha li jaħdmu, jew ħadmu, fid-ditta legali.

Avukat huwa intitolat għal tariffa għas-servizzi legali u għar-rimborż ta’ kwalunkwe spiża mġarrba b’rabta max-xogħol, skont it-tariffa stabbilita mill-Kamra tal-Avukati Kroata (Hrvatska odvjetnička komora) u approvata mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Meta avukat jipprovdi difiża ex officio, il-livell tat-tariffa għal xogħol bħal dan huwa stabbilit mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Avukat biss jista’ jirrappreżenta intimat quddiem qorti tal-kontea (županijski sud), li jfisser li avukat biss b’mill-inqas tmien snin esperjenza bħala avukat jew uffiċjal f’korp ġudizzjarju jista’ jipprovdi difiża ex officio jew difiża li hija mħallsa mill-istat fi proċedimenti kriminali għal reat kriminali li huwa punibbli b’sentenza ta’ ħabs fit-tul.

L-avukati jridu joħorġu fattura lill-klijenti tagħhom malli jagħtu servizz. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew revoka tal-prokura, l-avukat joħroġ fattura fi żmien 30 jum mill-ġurnata li fiha l-prokura ġiet ikkanċellata jew revokata.

L-avukati jridu jingħaqdu mal-Kamra tal-Avukati Kroata, li hija organizzazzjoni awtonoma u indipendenti b’karatteristiċi ta’ persuna ġuridika. Il-Kamra tal-Avukati Kroata tirrappreżenta l-professjoni legali tar-Repubblika tal-Kroazja kollha kemm hi.

Persuna takkwista d-dritt li taħdem bħala avukat fir-Repubblika tal-Kroazja billi titniżżel fil-lista tal-avukati.

Il-Kamra tal-Avukati Kroata
Koturaška 53/II
10 000 Zagreb

tel.: +385 1 6165 200
fax: +385 1 6170 686

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahok-cba@hok-cba.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.hok-cba.hr/
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Professjoni Legali

Servizz notarili

Nutara (javni bilježnici; sing. javni bilježnik)

In-nutara huma persuni b’fiduċja pubblika, maħtura mill-Ministru għall-Ġustizzja wara kompetizzjoni mmexxija mill-Kamra tan-Nutara Kroata (Hrvatska javnobilježnička komora).

Huma avukati kwalifikati li għaddew mill-eżami nazzjonali tal-avukati u mill-eżami tal-istat għall-professjoni notarili, għandhom l-esperjenza meħtieġa u huma fornituri awtonomi u indipendenti ta’ servizz pubbliku u esperti imparzjali kkummissjonati mill-klijenti.

Huma awtorizzati:

  • jabbozzaw u joħorġu atti notarili, li huma dokumenti pubbliċi dwar tranżazzjonijiet legali u dikjarazzjonijiet li fuqhom huma bbażati d-drittijiet tal-partijiet,
  • jabbozzaw u joħorġu rekords notarili dwar l-azzjonijiet legali li wettqu jew li fihom kienu preżenti,
  • jabbozzaw u joħorġu ċertifikati notarili dwar fatti li huma raw,
  • jaċċettaw dokumenti, flus, titoli u oġġetti ta’ valur biex jinżammu sikuri, bil-ħsieb li jingħataw lil persuni oħra jew korpi kompetenti (depożitu notarili),
  • jivvalidaw (jivverifikaw) dokumenti privati,
  • iwettqu azzjonijiet u jadottaw deċiżjonijiet bħala fiduċjarji maħtura mill-qorti fi proċedimenti ta’ suċċessjoni,
  • iwettqu proċedimenti ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ strument awtentiku,
  • jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom quddiem il-qrati u korpi pubbliċi oħra, iżda biss jekk il-kwistjonijiet ikkonċernati huma relatati direttament ma’ wieħed mid-dokumenti tagħhom.

Il-fatt li l-partijiet ma jistgħux ibiddlu l-ġuriżdizzjoni tal-qorti fi proċedimenti ta’ suċċessjoni jfisser li ma jistgħux jagħżlu nutar bħala fiduċjarju maħtur mill-qorti.

Kull meta nutar jirrappreżenta parti quddiem qorti jew korp pubbliku ieħor, huwa għandu d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ avukat.

In-nutara ma jridux jirrifjutaw li jwettqu dmirijiet uffiċjali sakemm ma jkollhomx raġuni valida, u għandhom iżommu sigriet l-għarfien li jiksbu permezz tat-twettiq ta’ xogħolhom.

In-nutara huma intitolati għal tariffi notarili u għar-rimborż ta’ spejjeż għat-twettiq ta’ atti uffiċjali fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom, f’konformità mar-Regoli dwar it-tariffa temporanja tan-nutara (Pravilnik o privremenoj javnobilježničkoj tarifi), ir-Regoli dwar ir-remunerazzjoni u r-rimborz tal-ispejjeż ta’ nutara li jaġixxu bħala fiduċjarji maħtura mill-qorti fi proċedimenti ta’ suċċessjoni (Pravilnik o visini nagrade i naknade troškova javnog bilježnika kao povjerenika suda u ostavinskom postupku) u r-Regoli dwar ir-remunerazzjoni u r-rimborz tal-ispejjeż tan-nutara fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni (Pravilnik o nagradama i naknadi troškova javnih bilježnika u ovršnom postupku).

Fir-Repubblika tal-Kroazja n-nutara jridu jingħaqdu mal-Kamra tan-Nutara Kroata.

Ix-xogħol tan-nutara huwa sorveljat mill-Kamra tan-Nutara Kroata u l-Ministeru għall-Ġustizzja, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom.

Ix-xogħol ta’ nutar bħala fiduċjarju maħtur mill-qorti fi proċedimenti ta’ suċċessjoni huwa sorveljat mill-qorti li tkun ħatritu.

Il-Kamra tan-Nutara Kroata
Koturaška 34/II
10 000 Zagreb

tel.: +385 1 4556 566
fax: +385 1 4551 544

email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahjk@hjk.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.hjk.hr/Uredi
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar in-Nutara (Zakon o javnom bilježništvu)
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar it-Tariffi tan-Nutara (Zakon o javnobilježničkim pristojbama)

Akkademja Ġudizzjarja

L-Akkademja Ġudizzjarja hija istituzzjoni pubblika indipendenti li tipprovdi edukazzjoni inizjali u taħriġ lill-kandidati dwar kif iwettqu d-dmirijiet ġudizzjarji b’mod awtonomu, responsabbli u indipendenti; l-edukazzjoni vokazzjonali għall-apprendisti, konsulenti f’korpi ġudizzjarji u persunal ġudizzjarju ieħor; u t-titjib tal-ħiliet għall-uffiċjali ġudizzjarji. L-Akkademja hija mmexxija minn Direttur u ġestita minn Kunsill ta’ Tmexxija magħmul minn disa’ membri. L-għalliema tal-Akkademja huma nies ikkwalifikati meħuda mill-gradi ta’ mħallfin, prosekuturi pubbliċi u viċi prosekuturi pubbliċi, lecturers ta’ edukazzjoni għolja, u fejn meħtieġ professjonijiet oħra wkoll.

L-Akkademja tippromwovi b’mod attiv il-kooperazzjoni internazzjonali u tieħu sehem fi proġetti tal-Unjoni Ewropea bħala benefiċjarju jew parteċipant. Dawn il-proġetti huma mfassla biex isaħħu l-Akkademja bħala istituzzjoni u biex jiżguraw l-iżvilupp professjonali tal-gruppi fil-mira tagħha.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Akkademja Ġudizzjarja (Zakon o Pravosudnoj akademiji)

Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (Državno sudbeno vijeće)

Il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali huwa korp awtonomu u indipendenti li jiżgura l-awtonomija u l-indipendenza tal-ġudikatura fir-Repubblika tal-Kroazja. Huwa jiddeċiedi b’mod awtonomu, f’konformità mal-Kostituzzjoni u l-liġi, il-ħatra, il-promozzjoni, it-trasferiment, it-tkeċċija u r-responsabbiltà dixxiplinari ta’ mħallfin u presidenti tal-qrati, ħlief il-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali għandu 11-il membru, li minnhom sebgħa huma mħallfin, tnejn huma professuri tal-liġi f’università u tnejn huma membri Parlamentari, li wieħed minnhom għandu jkun mill-oppożizzjoni.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaZakon o državnom sudbenom vijeću)" target="_blank">State Judicial Council Act (Zakon o državnom sudbenom vijeću)

Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi (Državnoodvjetničko vijeće)

Il-Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi huwa korp awtonomu u indipendenti li jiżgura l-awtonomija u l-indipendenza tal-prosekuturi pubbliċi fir-Repubblika tal-Kroazja.

Huwa responsabbli għall-ħatra u t-tkeċċija ta’ viċi prosekuturi pubbliċi u prosekuturi pubbliċi tal-kontea u muniċipali, it-tmexxija ta’ proċedimenti u deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà dixxiplinarja ta’ viċi prosekuturi pubbliċi, it-trasferiment ta’ viċi prosekuturi pubbliċi, l-immaniġġjar u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ prosekuturi pubbliċi u viċi prosekuturi pubbliċi u t-twettiq ta’ kompiti oħra f’konformità mal-liġi.

Għandu 11-il membru, li minnhom sebgħa huma viċi prosekuturi pubbliċi, tnejn huma professuri tal-liġi f’università u tnejn huma membri Parlamentari, li wieħed minnhom għandu jkun mill-oppożizzjoni.

Il-membri tal-Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi huma eletti għal perjodu ta’ erba’ snin, u l-ebda persuna ma tista’ taqdi żewġ mandati suċċessivi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Kunsill tal-Prosekuturi Pubbliċi (Zakon o Državnoodvjetničkom vijeću)

Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja (Ustavni sud Republike Hrvatske)

Il-ħolqien, l-organizzazzjoni u l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (Ustava Republike Hrvatske) u l-Att Kostituzzjonali dwar il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja (Ustavni zakon o Ustavnom sudu Republike Hrvatske). 
Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja tinkludi 13-il imħallef, li huma eletti mill-Parlament Kroat, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-għadd totali ta’ membri parlamentari, minn fost esperti legali eminenti, speċjalment imħallfin, prosekuturi pubbliċi, avukati u professuri tal-liġi f’università, bil-mod u bil-proċedura stabbilita fl-Att Kostituzzjonali. Il-mandat ta’ mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali jdum tmien snin u jiġi estiż sa sitt xhur f’każijiet eċċezzjonali jekk dan jiskadi qabel ma jkun inħatar imħallef ġdid jew qabel ma dan tal-aħħar ikun beda jaqdi dmirijietu. Il-proċedura ta’ tiftix ta’ applikazzjonijiet minn imħallfin prospettivi tal-Qorti Kostituzzjonali u l-proponiment ta’ kandidati għall-elezzjoni mill-Parlament Kroat titmexxa mill-kumitat parlamentari responsabbli għal kwistjonijiet kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja teleġġi president tal-Qorti għal mandat ta’ erba’ snin. 
L-Att Kostituzzjonali dwar il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-elezzjoni ta’ mħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali u t-tmiem tal-mandat tagħhom, il-kundizzjonijiet u l-limiti ta’ żmien biex jinbdew proċedimenti biex tiġi rieżaminata l-kompatibilità ta’ liġi mal-Kostituzzjoni u l-kompatibilità ta’ regolamenti oħra mal-Kostituzzjoni u l-liġi, il-proċedura u l-effetti legali tad-deċiżjonijiet tagħha, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali garantiti mill-Kostituzzjoni, u kwistjonijiet oħra ta’ importanza għat-twettiq tad-dmirijiet u l-ħidma tal-Qorti Kostituzzjonali. 
Il-Qorti Kostituzzjonali tiżgura li l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja tiġi rispettata u applikata, u tibbaża l-azzjoni tagħha fuq id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u l-Att Kostituzzjonali dwar il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja. 
Il-Qorti Kostituzzjonali hija indipendenti mill-awtoritajiet statali kollha u tiddeċiedi b’mod awtonomu kif tuża l-finanzjament allokat lilha fil-baġit nazzjonali, f’konformità mal-baġit annwali tagħha u l-liġi, sabiex tiżgura l-funzjonament tagħha. L-organizzazzjoni interna tal-Qorti Kostituzzjonali hija rregolata mir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-ħidma tal-Qorti Kostituzzjonali hija pubblika, u l-imħallfin tagħha jgawdu l-immunità, bħal membri tal-Parlament Kroat.

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja
Trg Svetoga Marka 4
10000 Zagreb

tel.: +385 1 640 02 50
Fax: +385 1 455 10 55

email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUstavni_sud@usud.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.usud.hr/

L-aħħar aġġornament: 11/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Italja

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fl-Italja.

Professjonijiet legali — introduzzjoni

Il-professjonijiet legali ewlenin fl-Italja huma: l-imħallfin professjonali (magistrati), inklużi l-imħallfin aġġudikanti (giudici) u l-uffiċjali legali li jaħdmu għas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika (pubblici ministeri), l-avukati u n-nutara.

L-imħallfin ġudikanti u s-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika

Is-sistema li biha l-imħallfin u l-uffiċjali legali tas-servizz tal-prosekuzzjoni jwettqu l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom hija stabbilita fil-Kostituzzjoni.

L-Imħallfin

Il-ġustizzja hija amministrata f’isem in-nies. L-imħallfin huma soġġetti biss għal-liġi. (Artikolu 101 tal-Kostituzzjoni).

Is-sistema li biha l-imħallfin iwettqu l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom hija stabbilita u rregolata mil-liġijiet dwar is-sistema ġudizzjarja.

L-ebda qorti “straordinarja” jew “speċjali” ma tista’ tiġi stabbilita, biss awli speċjali marbuta mal-qrati ordinarji. Il-liġi tistabbilixxi kif u meta l-pubbliku jista’ jieħu sehem direttament fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

L-aċċess għall-ġudikatura huwa permezz ta’ kompetizzjoni pubblika. Madankollu, jistgħu jinħatru mħallfin onorarji biex iwettqu l-funzjonijiet kollha ta’ mħallef ordinarju individwali.

Awtonomija u indipendenza

Il-ġudikatura hija korp awtonomu, indipendenti minn kwalunkwe fergħa oħra tal-gvern (l-Artikolu 104 tal-Kostituzzjoni).

Din l-indipendenza hija sostnuta mill-Kunsill Ġudizzjarju Superjuri (Consiglio Superiore della Magistratura), korp awtonomu inkarigat b’ħatriet ġudizzjarji, assenjazzjoni ta’ dmirijiet u trasferimenti, promozzjonijiet u miżuri dixxiplinarji (l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni).

L-unika differenza bejn l-imħallfin hija n-natura tax-xogħol tagħhom.

Il-ħatra tagħhom hija permanenti u ma jistgħux jitneħħew jew jiġu sospiżi mingħajr deċiżjoni f’dan is-sens mill-Kunsill Ġudizzjarju Superjuri skont il-liġijiet dwar il-ġudikatura u bil-garanziji stabbiliti fihom, jew bil-kunsens tal-imħallef ikkonċernat.

Uffiċjali legali tas-servizz tal-prosekuzzjoni

Organizzazzjoni

Il-Kostituzzjoni tħaddan ukoll il-prinċipji tal-indipendenza u l-awtonomija tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika (l-Artikolu 107).

L-Artikolu 112 jistabbilixxi l-prinċipju ta’ prosekuzzjoni obbligatorja ta’ reati: ladarba l-prosekutur pubbliku kompetenti jkun ġie infurmat b’reat kriminali, huwa għandu jwettaq investigazzjonijiet u jippreżenta r-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet lil imħallef għal valutazzjoni, flimkien mat-talbiet rilevanti. L-obbligu li jinbdew proċedimenti kriminali jgħin biex tiġi żgurata l-indipendenza tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika fit-twettiq tal-ħidma tiegħu u jirfed ukoll l-ugwaljanza tal-persuni kollha quddiem il-liġi.

L-uffiċċji tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huma marbuta mal-Qorti tal-Kassazzjoni, il-qrati tal-appell, il-qrati ordinarji u l-qrati tal-minorenni.

Rwol u dmirijiet

Is-servizz tal-prosekuzzjoni huwa involut fil-proċedimenti kriminali kollha u jaġixxi f’isem l-Istat. L-uffiċjali tas-servizz tal-prosekuzzjoni jipparteċipaw fi proċedimenti ċivili fejn dan huwa previst fil-liġi (eż. f’ċerti tilwimiet familjari, każijiet li jinvolvu persuna nieqsa mill-kapaċità legali, eċċ.).

Persunal tar-reġistru u tas-segretarjat

Ir-reġistri tal-qrati u s-segretarjati tas-servizzi tal-prosekuzzjoni jimpjegaw persunal amministrattiv ta’ diversi kategoriji (kapijiet tal-uffiċċju, uffiċjali, skrivana tal-qorti, skrivana tal-kontabbiltà, deputati, eċċ.) reklutati minn kompetizzjonijiet pubbliċi bbażati fuq l-eżamijiet u rikonoxxuti bħala uffiċjali pubbliċi soġġetti għal ftehim kollettiv nazzjonali għall-ministeri.
Huma impjegati mid-Dipartiment tal-Organizzazzjoni Ġudizzjarja, il-Persunal u s-Servizzi tal-Ministeru tal-Ġustizzja
(Dipartimento dell’organizzazione giudiziaria, del personale e dei servizi) u jwettqu kompiti amministrattivi relatati mal-amministrazzjoni ta’ reġistri u fajls u jassistu l-qrati u l-uffiċċji tal-prosekuturi f’kull tip ta’ proċediment.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Persunal u t-Taħriġ tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Direzione Generale del Personale e della Formazione) huwa inkarigat mit-taħriġ tagħhom.

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: avukati u nutara

L-Avukati

Avukat huwa professjonist indipendenti msejjaħ biex jirrappreżenta u jassisti lill-klijenti tiegħu — li jistgħu jkunu individwi, kumpaniji jew korpi tal-gvern — quddiem qorti ċivili, kriminali jew amministrattiva.

Avukat jiddefendi lill-klijenti fuq il-bażi ta’ ftehim li jirrappreżentahom u fuq ħlas ta’ tariffa.

F’kull qorti hemm kunsill magħmul minn avukati lokali (Consiglio dell'ordine).

Fil-livell nazzjonali hemm il-Kunsill Nazzjonali tal-Avukati (Consiglio Nazionale Forense).

Il-liġi Nru 247 tal-31 ta’ Diċembru 2012 daħħlet dispożizzjonijiet ġodda li jirregolaw il-prattika tal-liġi.

In-Nutara

In-nutara huma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprofessjonisti indipendenti li jeżerċitaw Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafunzjoni pubblika: ir-rwol tagħhom huwa li jawtentikaw l-atti ffirmati fil-preżenza tagħhom.

Il-professjoni ta’ nutar hija rregolata mil-Liġi Nru 89 tas-16 ta’ Frar 1913 dwar ir-regoli li jirregolaw il-professjoni notarili u l-arkivji notarili.

Il-korp nazzjonali huwa l-Kunsill Nazzjonali tan-Nutara (Consiglio Nazionale del Notariato).

L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Ċipru

Professjonijiet legali – Introduzzjoni

Professjonijiet relatati oħrajn

F’Ċipru, ma hemm l-ebda professjoni relatata, bħal, ngħidu aħna, il-professjoni ta’ nutar pubbliku. Dak kollu li għandu x’jaqsam mal-affarijiet legali huwa materjal legali u l-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Avukatura ta’ Ċipru (Pankýprios Dikigorikós Sýllogos) biss jistgħu jipprattikaw skont il-liġijiet rilevanti. Naturalment, l-avukati rtirati jistgħu jkomplu jaħdmu bħala konsulenti legali interni kemm f’ditti tal-avukati eżistenti kif ukoll f’organizzazzjonijiet oħrajn.

Professjoni li jista’ jingħad li hija professjoni relatata hija dik tal-paralegali (dikigorikoí ypálliloi), li għaliha hemm leġiżlazzjoni separata. Il-persuni li jixtiequ jsiru paralegali jridu jkunu temmew edukazzjoni fil-livell sekondarju, iridu jkunu ħadmu għal mill-inqas 6 xhur konsekuttivi f’ditta tal-avukati, irid ikollhom karattru impekkabbli u jridu jippreżentaw applikazzjoni quddiem ir-Reġistratur (Protokollitís) tal-Qorti Distrettwali (Eparchiakó Dikastírio) li fid-distrett tagħha tinsab id-ditta tal-avukati fejn jaħdem il-kandidat.

Il-Prosekuturi (Dimósioi Katígoroi)

Organizzazzjoni

Ġenerali

Minbarra l-kapaċità tiegħu bħala konsulent legali għall-Istat, l-Avukat Ġenerali (Genikós Eisangeléas) tar-Repubblika jmexxi anke l-Uffiċċju Legali (Nomikí Ypiresía) u jagħmilha ta’ Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (Ypéfthynos tis Ypiresías Diacheírisis Poinikón Ypothéseon).

Fl-Uffiċċju Legali tar-Repubblika, li huwa mmexxi mill-Avukat Ġenerali, jaħdmu avukati, li wħud minnhom ikunu speċjalizzati fil-liġi kriminali u jieħdu ħsieb il-kawżi li jinstemgħu quddiem il-Qrati Kriminali.(Kakourgiodykeía). Fil-każijiet kollha, l-Avukat Ġenerali jiġi infurmat u joħroġ il-linji gwida rilevanti.

Minbarra l-membri tal-Uffiċċju Legali, il-membri tal-Forza tal-Pulizija ta’ Ċipru (Astynomikí Dýnami Kýprou) li jkollhom lawrja fil-liġi u l-kwalifiki biex jipprattikaw bħala avukati jagħmluha wkoll ta’ prosekuturi pubbliċi. Għalkemm huma uffiċjali tal-pulizija, dawn il-persuni jirrapportaw u jwieġbu lill-Avukat Ġenerali waqt li jkunu qed jaġixxu ta’ prosekuturi pubbliċi . L-Avukat Ġenerali għandu l-istess poteri b’relazzjoni max-xogħol imwettaq minn dawn il-persuni li għandu max-xogħol imwettaq mill-avukati tal-Uffiċċju Legali.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Avukat Ġenerali għandu l-awtorità li jiddelega kawżi speċifiċi lil avukati prattikanti ta’ reputazzjoni tajba.

Rwol u dmirijiet tal-prosekuturi pubbliċi

Is-servizz tal-prosekuzzjoni (Katigoroúsa Archí) quddiem il-qrati kriminali distrettwali jitmexxa mill-avukati li jaħdmu fid-dipartimenti tal-prosekuzzjoni tal-pulizija, għalkemm dan naturalment ma jipprekludix il-possibbiltà f’każijiet speċifiċi li membru tal-Uffiċċju Legali jingħata struzzjonijiet biex iwettaq dan ix-xogħol. Is-servizz tal-prosekuzzjoni ta’ quddiem il-Qrati Kriminali jitmexxa mill-avukati li jaħdmu fl-Uffiċċju Legali. Irrispettivament minn min jidderieġi s-servizz tal-prosekuzzjoni, huma lkoll jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Avukat Ġenerali, li jista’ jintervjeni fi kwalunkwe mument u okkażjonalment jista’ jissospendi l-proċedimenti kriminali.

L-Uffiċċju Legali huwa mmexxi mill-Avukat Ġenerali, assistit mid-Deputat Avukat Ġenerali (Voithós Genikós Eisangeléas), segwit mill-Avukati tar-Repubblika (Eisangeleís tis Dimokratías), mill-Prosekuturi Anzjani tar-Repubblika (Anóteroi Dikigóroi tis Dimokratías) u mill-Prosekuturi tar-Repubblika (Dikigóroi tis Dimokratías). Wieħed mill-Avukati tar-Repubblika jmexxi s-Sezzjoni tal-Liġi Kriminali (Poinikó Tmíma), u anke dan jirrapporta lill-Avukat Ġenerali.

Is-sistema tas-smigħ hija ta’ natura kontradittorja. Is-servizz tal-prosekuzzjoni jippreżenta l-evidenza tiegħu u x-xhieda li jsejjaħ jiġu eżaminati, kontroeżaminati u eżaminati mill-ġdid. Ladarba s-servizz tal-prosekuzzjoni jkun sejjaħ lix-xhieda kollha, il-qorti tkun meħtieġa tiddeċiedi jekk is-servizz tal-prosekuzzjoni jkunx stabbilixxa każ prima facie. Jekk iva, l-akkużat jintalab jiddikjara jekk huwiex ħati jew le u l-qorti tinformah li jista’ jsejjaħ ix-xhieda tiegħu u jixhed taħt ġurament, f’liema każ kemm ix-xhieda tal-akkużat kif ukoll l-akkużat jiġu kontroeżaminati mis-servizz tal-prosekuzzjoni. Inkella, huwa jista’ jagħmel dikjarazzjoni mhux ġuramentata mill-iżbarra, f’liema każ ma jkunx hemm kontroeżami.

Il-qorti tagħti s-sentenza fl-aħħar tas-seduta. F’każ li l-akkużat ma jinstabx ħati, l-akkużat jiġi ddikjarat li mhux ħati u jinħeles. Fil-każ li jinstab ħati, id-difiża tingħata l-opportunità li titlob sentenza mnaqqsa u, ladarba l-proċedimenti jintemmu, il-qorti tagħti s-sentenza xierqa.

L-Imħallfin

Organizzazzjoni

L-istruttura tal-qrati f’Ċipru hija sempliċi ferm.

Qorti Suprema (Anótato Dikastírio)

Il-Qorti Suprema nħolqot fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Dispożizzjonijiet Mixxellanji) tal-1964 (O perí Aponomís tis Dikaiosínis (Poikílai Diatáxeis) Nómos tou 1964) [il-Liġi 33/1964] wara li l-Presidenti kemm tal-Qorti Suprema kif ukoll tal-Qorti Kostituzzjonali Suprema (Anótato Syntagmatikó Dikastírio) kienu rriżenjaw, biex b’hekk essenzjalment xoljew iż-żewġ qrati inkwistjoni, peress li r-rappreżentanti tal-Komunità Torka fid-diversi entitajiet tal-Istat naqsu milli jattendu u jagħtu l-kunsens tagħhom għad-deċiżjonijiet meħtieġa.

Il-membri tal-Qorti Suprema jinħatru mill-President tar-Repubblika ta’ Ċipru. Bħalissa hemm 13-il membru, b’wieħed minnhom jinħatar bħala President. Bħala membri tal-Qorti Suprema jistgħu jinħatru persuni b’karattru impekkabbli b’mill-inqas 12-il sena servizz iddedikat għall-professjoni legali.

Qrati Kriminali (Kakourgiodikeía)

Il-Qorti Kriminali hija l-qorti kriminali suprema tal-prim’istanza tar-Repubblika u tinkludi tliet imħallfin (il-President (Próedros), Imħallef Superjuri tal-Qorti Distrettwali (Anóteros Eparchiakós Dikastís) u Mħallef tal-Qorti Distrettwali (Eparchiakós Dikastís). Il-membri tal-Qorti Kriminali jinħatru mill-Qorti Suprema għal mandat ta’ sentejn mill-gradi tal-Presidenti tal-Qrati Distrettwali, tal-Imħallfin Superjuri tal-Qrati Distrettwali u tal-Imħallfin tal-Qrati Distrettwali rispettivament).

Qrati Distrettwali (Eparchiaká Dikastíria)

Hemm Qorti Distrettwali f’kull distrett tar-Repubblika ta’ Ċipru b’ġuriżdizzjoni bla limiti, ħlief, naturalment, f’materji li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Suprema u tal-qrati speċjalizzati li jissemmew iktar ’l isfel. L-Imħallfin tal-Qrati Distrettwali huma maqsuma fi Presidenti tal-Qrati Distrettwali, fi Mħallfin Superjuri tal-Qrati Distrettwali u fi Mħallfin tal-Qrati Distrettwali. L-Imħallfin tal-Qrati Distrettwali jinħatru, jiġu ttrasferiti u jiġu promossi mill-Qorti Suprema.

Qrati tal-familja (Oikogeneiaká Dikastíria)

Il-Qrati tal-Familja, li kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Familja (O perí Oikogeneiakón Dikastiríon Nómos) [il-Liġi 23/90], huma komposti minn tliet membri (president u żewġ imħallfin assoċjati), li lkoll ikollhom għarfien legali u jridu jkunu pprattikaw il-liġi b’suċċess qabel ma nħatru.

Tribunal tal-Kontroll tal-Kera (Dikastírio Elénchou Enoikiáseon)

Din il-qorti speċjalizzata hija komposta minn tliet membri: president u żewġ imħallfin assoċjati. Il-president tal-qorti jrid ikun avukat li jkun ipprattika b’suċċess il-liġi għal mill-inqas l-istess numru ta’ snin li jkunu meħtieġa biex kandidat jinħatar imħallef tal-Qorti Distrettwali.

Tribunal tat-Tilwim industrijali (Dikastírio Ergatikón Diaforón)

L-istess bħat-Tribunal tal-Kontroll tal-Kera, it-Tribunal tat-Tilwim Industrijali huwa kompost minn tliet membri (president u żewġ imħallfin assoċjati). Il-president irid ikun avukat li pprattika għal 5 snin qabel ma nħatar imħallef tal-qorti.

Qorti Militari (Stratiotikó Poinikó Dikastírio)

L-aħħar qorti speċjalizzata hija l-Qorti Militari, li hija ppreseduta minn avukat b’reputazzjoni tajba li, meta jinħatar, ikollu l-kwalifiki meħtieġa biex jinħatar imħallef tal-Qorti Distrettwali. Il-president tal-Qorti Militari jrid ikun fizzjal militari tal-armata bi grad mill-inqas ta’ kurunell. L-imħallfin assoċjati tal-Qorti Militari jridu jkunu membri tal-persunal militari professjonali li jservi fl-armata.

Direttorju (Evretírio)

Hemm direttorju fis-sit elettroniku tal-Qorti Suprema li jinkludi xi informazzjoni ġenerali dwar il-qrati f’Ċipru.

Rwoli u dmirijiet

Qorti Suprema (Anótato Dikastírio)

Il-Qorti Suprema tagħmilha ta’ qorti tal-appell mis-sentenzi mogħtija mill-qrati inferjuri kollha fir-Repubblika ta’ Ċipru u bħala qorti tal-prim’istanza rigward diversi materji bħal-liġi amministrattiva u kwistjonijiet li jinvolvu lill-ammiraljat. Hija toħroġ ukoll certiorari, mandamus u ordnijiet oħrajn, u tissorvelja lill-qrati l-oħrajn kollha fir-Repubblika ta’ Ċipru sabiex tiżgura li lkoll joperaw mingħajr problemi u teżerċita kontroll dixxiplinari fuq il-membri tal-ġudikatura.

Qrati Kriminali (Kakourgiodikeía)

Ħlief għal ċerti reati ferm serji, kull Qorti Kriminali għandha l-ġuriżdizzjoni li tisma’ fil-prim’istanza r-reati kollha li jġorru piena taħt il-Kodiċi Kriminali (Poinikós Kódikas) jew taħt kwalunkwe liġi oħra li twettqu fil-konfini tar-Repubblika jew fiż-Żoni tal-Bażijiet Sovrani u li jinvolvu lil Ċiprijotti jew bħala dawk li wettqu r-reat jew bħala vittmi, jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor waqt li l-akkużat kien qed jaħdem għar-Repubblika, jew fuq bastiment jew ajruplan fir-Repubblika, jew fi kwalunkwe post ieħor ta’ din ix-xorta u f’kull ċirkustanza ta’ din ix-xorta kif jista’ jkun previst mil-liġi.

Qrati Distrettwali (Eparchiaká Dikastíria)

Il-Qrati Distrettwali komposti minn president għandhom il-ġuriżdizzjoni li jisimgħu u li jagħtu deċiżjoni fil-prim’istanza rigward kwalunkwe rikors li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni lokali tagħhom.

Kull Imħallef Superjuri tal-Qorti Distrettwali jew kull Imħallef tal-Qorti Distrettwali għandu ġuriżdizzjoni (bla ħsara għal ċerti eċċezzjonijiet) sabiex jagħti deċiżjoni dwar kwalunkwe rikors fejn is-somma kkontestata jew il-valur tat-tilwima inkwistjoni ma taqbiżx l-EUR 500,000.00 għal Imħallef Superjuri tal-Qorti Distrettwali u l-EUR 100,000.00 għal Imħallef tal-Qorti Distrettwali.

Il-ġuriżdizzjoni kriminali tal-Qrati Distrettwali tkopri r-reati kollha mwettqa fil-limiti tad-distrett tal-qorti u li jġorru piena prevista mil-liġi li ma taqbiżx il-5 snin ħabs jew multa ta’ EUR 50,000.00 u/jew it-tnejn u fejn il-qorti tista’ tordna li l-vittma tingħata kumpens sa EUR 6,000.00.

Is-sentenzi kollha mogħtija mill-Qrati Distrettwali, kemm f’kawżi kriminali kif ukoll f’kawżi ċivili, jistgħu jkunu suġġetti għal appell quddiem il-Qorti Suprema mingħajr restrizzjoni.

Qrati speċjalizzati

Il-ġuriżdizzjoni tal-Qrati tal-Familja tkopri kważi t-tilwim kollu bejn il-konjuġi. Il-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal tal-Kontroll tal-Kera hija limitata għat-tilwim li jinvolvi bini suġġetti għall-kontroll tal-kera. Il-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal tat-Tilwim Industrijali tkopri biss ir-relazzjonijiet bejn min iħaddem u l-impjegat, speċjalment f’każijiet ta’ tkeċċija allegatament inġusta. Il-Qorti Militari għandha ġuriżdizzjoni li tisma’ kawżi kriminali li jinvolvu lill-membri tal-Gwardja Nazzjonali (Ethnikí Frourá) jew fejn ikunu nkisru r-regolamenti dwar il-Gwardja Nazzjonali.

Is-sentenzi kollha mogħtija mill-qrati li ssemmew iktar ’il fuq jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Suprema.

Organizzazzjoni tal-professjonijiet legali: Avukati (Dikigóroi)

Hemm sistema standard biex jingħataw is-servizzi legali fir-Repubblika ta’ Ċipru u dawk kollha involuti fl-offerta ta’ tali servizzi jissejħu avukati, irrispettivament mill-pajjiż fejn ikunu studjaw u mil-lawrja universitarja li jkunu kisbu matul l-istudji legali tagħhom.

Fuq l-internet hemm direttorju tal-avukati li għalih għandhom aċċess mingħajr ħlas l-avukati u l-imħallfin u li l-pubbliku jista’ jkollu aċċess għalih bi ħlas.

Bażijiet tad-data legali

Ma hemm l-ebda sit elettroniku uffiċjali fejn jiġu ppubblikati s-sentenzi. Għażla ta’ sentenzi reċenti magħżula jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema.

Hemm għadd ta’ siti elettroniċi privati li joffru aċċess għall-ġurisprudenza, jew bi ħlas jew mingħajr ħlas. Is-sit web ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaleginetcy jinkludi leġiżlazzjoni, ġurisprudenza u atti amministrattivi regolatorji u huwa mingħajr ħlas għall-avukati, għall-imħallfin u għad-dipartimenti tal-gvern. Kwalunkwe persuna oħra li tixtieq ikollha aċċess għal dan is-sit elettroniku trid tħallas. Is-sit elettroniku ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacylaw jinkludi s-sentenzi tal-qrati u huwa mingħajr ħlas għal kull min jixtieq ikollu aċċess għalih.

Avukati/Konsulenti legali (Nomikoí Sýmvouloi)

Kif imsemmi aktar ’il fuq, Ċipru għandha sistema standard li fiha jipprattikaw l-avukati/il-konsulenti legali.

Nutara pubbliċi (Symvolaiográfoi)

Il-professjoni tan-nutar pubbliku ma teżistix f’Ċipru. Ix-xogħol li normalment isir minn nutar pubbliku jitwettaq minn avukat.

Professjonijiet legali oħra

Fir-Repubblika ta’ Ċipru, il-professjonijiet li ġejjin huma relatati mal-professjoni legali.

Reġistraturi (Protokollités)

Ir-reġistraturi jinħatru mill-Qorti Suprema. Dawn huma uffiċjali tal-qrati li ġeneralment ikunu avukati u jkollhom għarfien legali sod. Ir-reġistraturi għandhom dmirijiet speċifiċi, kif inhu previst mil-liġi rilevanti. L-iktar reġistratur anzjan huwa l-kap tal-persunal tal-qrati u huwa responsabbli mis-sorveljanza ġenerali tagħhom. Reġistratur jista’ jinħatar ukoll għal dan il-għan mill-Qorti Suprema.

Uffiċjali ġudizzjarji (Epidótes)

Hemm żewġ tipi ta’ uffiċjali ġudizzjarji: uffiċjali ġudizzjarji tas-settur privat li l-attività tagħhom hija limitata għan-notifika ta’ diversi dokumenti tal-qrati u l-uffiċjali ġudizzjarji mħallsa mill-qrati li jkunu involuti prinċipalment biex jeżegwixxu s-sentenzi tal-qrati.

Paralegali (Dikigorikoí Ypálliloi)

It-titolu ta’ paralegali (dikigorikós ypállilos) jinkiseb mat-tlestija ta’ 6 xhur xogħol ma’ ditta tal-avukati u wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni lir-reġistratur tal-Qorti Distrettwali li fid-distrett tagħha tinsab id-ditta tal-avukati fejn jaħdem il-kandidat.

Links rilevanti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Latvja

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali tad-diversi professjonijiet legali fil-Latvja.

Prosekuturi

Organizzazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni tar-Repubblika tal-Latvja (Prokuratūra) huwa awtorità ġudizzjarja unifikata, ċentralizzata u maqsuma fi tliet livelli. L-Uffiċċju jitmexxa mill-Prosekutur Ġenerali (ģenerālprokurors). L-għan tiegħu huwa li jieħu miżuri kontra l-ksur tal-liġi u jiżgura illi l-kawżi relatati ma’ tali ksur jiġu deċiżi f’konformità mal-proċedura prevista mil-liġi. L-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni jinkludi istituzzjonijiet fil-livelli li ġejjin:

  1. l-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Ģenerālprokuratūra);
  2. l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni tar-reġjuni ġudizzjarji (tiesu apgabalu prokuratūras);
  3. l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni distrettwali jew tal-ibliet (rajonu [republikas pilsētu] prokuratūras);
  4. l-uffiċċji speċjalizzati tal-prosekuzzjoni (specializētās prokuratūras).

Fejn ikun meħtieġ, il-Prosekutur Ġenerali jista’ jwaqqaf uffiċċju tal-prosekuzzjoni settorjali speċjalizzat li jkollu l-istess status ta’ uffiċċju tal-prosekuzzjoni distrettwali jew reġjonali. Bħalissa hemm ħames uffiċċji speċjalizzati tal-prosekuzzjoni fil-Latvja:

  1. uffiċċju speċjalizzat tal-prosekuzzjoni għall-kriminalità organizzata u oqsma oħra,
  2. uffiċċju speċjalizzat tal-prosekuzzjoni multisettorjali,
  3. uffiċċju tal-prosekuzzjoni għat-trasport bit-triq ta’ Riga,
  4. uffiċċju tal-prosekuzzjoni għall-investigazzjoni tar-reati finanzjarji u ekonomiċi,
  5. uffiċċju tal-prosekuzzjoni għall-investigazzjoni ta’ reati li jinvolvu ċ-ċirkolazzjoni illegali tad-drogi.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur-Ġenerali jista’ jissorvelja wkoll ix-xogħol tal-korpi pubbliċi li, għalkemm ma jwettqux funzjonijiet ta’ prosekuzzjoni, xorta jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ ċerti kompiti fil-proċedimenti kriminali li jaqgħu fil-kompetenza tagħha. Dawn il-korpi jiġu mwaqqfa, riorganizzati u xolti mill-Prosekutur Ġenerali. Il-Prosekutur Ġenerali jieħu wkoll deċiżjonijiet dwar l-istruttura u n-numru ta’ persunal ta’ dawn il-korpi f’konformità mar-riżorsi allokati mill-Baġit tal-Istat. S’issa twaqqaf biss korp wieħed ta’ din ix-xorti, jiġifieri s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus.

L-Uffiċċji tal-Prosekuzzjoni huma parti mis-sistema tal-qrati; dan ifisser illi huma joperaw indipendentement mill-fergħa leġiżlattiva u dik eżekuttiva. Is-Saeima (il-Parlament Latvjan), il-Kabinett tal-Ministri u l-President jistgħu jaħtru uffiċċju tal-prosekuzzjoni biex jivverifika l-fatti marbuta mal-ksur u jitolbu spjegazzjonijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. Madankollu ma jistgħux jintervjenu fix-xogħol tal-uffiċċju tal-prosekuzzjoni konċernat, anke jekk ikun qed jinvestiga ksur ta’ importanza kbira nazzjonali.

Il-prosekuturi jistgħu jippreżentaw oġġezzjonijiet kontra l-leġiżlazzjoni adottata mill-Kabinett u l-awtoritajiet pubbliċi li ma tkunx skont il-liġi. Il-Prosekutur Ġenerali u l-Kapijiet Prosekuturi tad-dipartimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-Kabinett u jagħtu l-opinjoni tagħhom fuq il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu diskussi.

Rwol u dmirijiet

Id-dmirijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni f’investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jinsabu fl-Artikolu 2 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar l-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni.

L-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni:

  1. jissorvelja l-ħidma operazzjonali fuq il-post tal-awtoritajiet ta’ investigazzjoni u korpi oħra;
  2. jorganizza, imexxi u jwettaq l-investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess u jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet ta’ investigazzjoni dwar kif għandhom imexxu l-investigazzjonijiet kriminali;
  3. jibda u jwettaq il-prosekuzzjonijiet kriminali;
  4. iħares id-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-individwi u tal-Istat;
  5. f’każijiet previsti mil-liġi, jissottometti dokument li bih jinbdew il-proċedimenti jew rikors fil-qorti.

F’konformità mal-Artikolu 36(1) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-proċedura kriminali, fi proċedimenti kriminali, prosekutur għandu jwettaq funzjonijiet relatati mas-superviżjoni tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni kriminali, jappoġġa prosekuzzjoni mill-Istat u funzjonijiet oħra.

Pro­sekutur ta’ superviżjoni

Il-prosekutur ta’ superviżjoni jissorvelja l-investigazzjoni ta’ każ kriminali partikolari u jista’:

  1. jiċħad id-deċiżjonijiet ta' uffiċjal li jkun qed imexxi l-proċedimenti jew ta' membri ta' tim ta' investigazzjoni;
  2. jitlob illi s-superjur immedjat ta' investigatur jissostitwixxi lill-uffiċjal li jkun qed imexxi l-proċedimenti jew jagħmel tibdil fil-kompożizzjoni tat-tim ta' investigazzjoni f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-istruzzjonijiet jew ksur ta' proċedura li tista' xxekkel il-progress tal-proċedimenti kriminali;
  3. jikkunsidra lmenti dwar l-azzjonijiet jew id-deċiżjonijiet ta’ uffiċċji li jkunu qed imexxu proċedimenti jew ta’ membri ta’ tim ta’ investigazzjoni, ta’ superjur immedjat ta’ investigatur jew ta’ persuna bi dmirijiet marbuta mal-proċedimenti;
  4. jieħu deċiżjonijiet dwar il-bidu ta’ proċedimenti kriminali jew ir-rinviju lil awtorità oħra tal-investigazzjoni;
  5. jieħu azzjonijiet proċedurali wara li jkun innotifika dwar dan lill-uffiċjal li jkun qed iwettaq il-proċedimenti.

Uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti

Il-prosekutur ta’ superviżjoni (jew prosekutur ieħor, fuq struzzjonijiet ta’ prosekutur anzjan) jista’ jsir l-uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti (procesa virzītājs). Dan jinvolvi li jieħu f’idejh it-tmexxija tal-proċedimenti kriminali u t-teħid ta’ deċiżjoni dwar jekk tinbediex il-prosekuzzjoni kriminali. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Prosekutur Ġenerali, id-Dipartiment tal-Liġi Kriminali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jew il-Prosekutur Ewlieni ta’ qorti ġudizzjarja jista’ jaħtar prosekutur pubbliku biex imexxi l-proċeduri fl-istadju tal-investigazzjoni.

Fil-kapaċità ta’ uffiċjal li jkun qed imexxi l-proċedimenti, il-prosekutur jista’:

  1. jasal għal ftehim mal-akkużat rigward ammissjoni ta' ħtija;
  2. jieħu deċiżjoni dwar ir-rinviju ta’ kawża kriminali lil-qorti;
  3. jissottometti kawża għad-deċiżjoni bi proċedura speċjali;
  4. itemm il-proċedimenti kriminali meta jkun hemm ġustifikazzjoni leġittima biex jagħmel dan.

L-uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti jista’ jieħu kwalunkwe deċiżjoni proċedurali u jwettaq kwalunkwe azzjoni proċedurali, jew jirrinvjahom lil membru tat-tim ta’ investigazzjoni jew lil persuna li twettaq dmirijiet proċedurali.

Prosekutur anzjan

F’konformità mal-proċedura stabbilita mil-liġi, prosekutur anzjan jivverifika jekk prosekutur pubbliku jkunx qed iwettaq id-dmirijiet li jkunu ġew fdati lilu u jiddeċiedi dwar ilmenti u twissijiet fir-rigward tad-deċiżjonijiet u l-miżuri tal-prosekutur ta’ superviżjoni u l-prosekutur/uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti. Prosekutur anzjan jista’, pereżempju, jieħu deċiżjoni dwar proposta mill-prosekutur ta’ superviżjoni biex jinbidel is-superjur immedjat tal-investigatur jew tal-korp investigattiv, jew dwar jekk iċ-ċaħda ta’ akkuża hijiex ġustifikata u legali.

Il-prosekutur anzjan jista’:

  1. jiċħad id-deċiżjonijiet ta’ investigatur, membru ta’ grupp investigattiv jew prosekutur anqas anzjan;
  2. jaħtar jew jissostitwixxi prosekutur ta’ superviżjoni jew prosekutur/uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti, jekk is-superviżjoni u l-prosekuzzjoni ma jkunux garantiti għalkollox, jew jieħu r-responsabbiltà fuqu stess;
  3. jistabbilixxi grupp investigattiv jekk l-ammont ta’ xogħol iqiegħed fil-periklu t-tlestija tal-proċedimenti kriminali fi żmien raġonevoli;
  4. jitlob illi jinħatar superjur immedjat ieħor minflok l-investigatur, jew li l-investigazzjoni kriminali tiġi assenjata lil korp investigattiv differenti.

B’deċiżjoni tal-prosekutur anzjan, prosekutur jista’ jiġi inkluż f’tim investigattiv; l-uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti jista’ jitlob illi l-prosekutur iwettaq aktar dmirijiet proċedurali.

Imħallfin

Organizzazzjoni

Il-bażi kostituzzjonali għall-ġudikatura huma l-Artikoli 82 sa 86 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKostituzzjoni tar-Repubblika tal-Latvja (Latvijas konstitūcija), li jgħidu illi l-ġustizzja ssir biss mill-qrati. L-imħallfin huma indipendenti u huma responsabbli biss lejn il-liġi. Il-ġudikatura hija regolata mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-ġudikatura. Skont il-leġiżlazzjoni Latvjana, l-imħallfin huma impjegati taċ-ċivil.

L-awtoritajiet pubbliċi, l-organizzazzjonijiet soċjali u politiċi u persuni fiżiċi u oħrajn għandhom id-dmir li jirrispettaw u josservaw l-indipendenza tal-qrati u l-immunità tal-imħallfin. Ħadd ma għandu d-dritt jitlob lil imħallef biex jispjega jew jagħti rendikont ta’ kif ittratta każ partikolari, jew li jintervjeni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, irrispettivament mir-raġuni għalfejn qed jistaqsi. L-imħallfin huma protetti mill-immunità ġudizzjarja meta jkunu qed jaqdu dmirijiethom fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-kariga ta’ mħallef hija inkompatibbli ma’ affiljazzjoni ma’ partit politiku jew kull organizzazzjoni politika oħra.

Rwol u dmirijiet

Huwa d-dmir tal-imħallfin li jamministraw il-ġustizzja f’kawżi ċivili, amministrattivi u kriminali f’konformità mal-liġi.

Fil-kawżi ċivili, l-imħallfin jisimgħu u jiddeċiedu kawżi marbuta mal-protezzjoni tad-drittijiet (ċivili, tax-xogħol, tal-familja, eċċ.) u l-interessi leġittimi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi.

Fil-kawżi kriminali, l-imħallfin jisimgħu l-akkużi miġjuba kontra persuni u jiddeċiedu dwar il-merti tagħhom. L-imħallfin jistgħu jilliberaw persuni innoċenti jew isibu persuna ħatja ta’ reat kriminali u jimponu piena fuqha.

Fil-kawżi amministrattivi, l-imħallfin iwettqu stħarriġ ġudizzjarju dwar il-legalità tal-azzjonijiet tal-eżekuttiv (l-atti amministrattivi maħruġa mill-awtoritajiet jew azzjonijiet speċifiċi li jieħdu) u jittrattaw it-tilwim minħabba relazzjoni rregolata mil-liġi pubblika. L-imħallfin jikkjarifikaw ukoll id-drittijiet u l-obbligi legali tal-individwi privati skont il-liġi pubblika. Fil-kawżi ta’ ksur tal-liġi amministrattiva, l-imħallfin jisimgħu u jiddeċiedu l-kawżi marbuta mal-ksur amministrattiv.

Id-dmirijiet professjonali tal-imħallfin ikopru d-dmirijiet kollha tal-imħallfin u l-qrati skont il-liġi proċedurali.

Bażijiet tad-data legali

Il-ġudikatura għandha l-portal tagħha stess, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati Nazzjonali tal-Latvja, li bħalissa huwa disponibbli bil-Latvjan biss. Dan jagħti dettalji dwar is-sistema tal-qrati Latvjana, lista tal-qrati u l-imħallfin Latvjani, statistika tal-qrati u deskrizzjoni qasira tal-proċeduri li japplikaw f’diversi proċedimenti tal-qorti, fejn tispjega l-karatteristiċi u d-differenzi prinċipali tagħhom, kif ukoll informazzjoni dwar kif għandhom jitressqu kawżi quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Latvjani min-naħa tiegħu jipprovdi aċċess għal deċiżjonijiet tal-qorti anonimizzati, ġurisprudenza, għall-iskeda tas-sessjonijiet tal-qorti u informazzjoni oħra.  Id-dħul tan-numru ta’ referenza ta’ kawża jew ċitazzjoni fit-taqsima “Tiesvedības gaita” [status tal-proċedimenti] jipprovdi informazzjoni dwar l-istatus eżatt tal-proċedimenti tal-kawża u juri liema qorti qed tisma’ l-kawża u f’liema istanza, skeda tas-seduti tal-qorti li ġejjin, deċiżjonijiet adottati, oġġezzjonijiet sottomessi u r-riżultat tal-proċedimenti legali.

Ir-rapporti tal-Qorti jiġu ppubblikati wkoll fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Qrati.

Tiġi ppubblikata wkoll informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ politika reċenti marbuta mas-sistema tal-qrati fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja Latvjan. Il-portal huwa disponibbli wkoll bl-Ingliż.

L-informazzjoni elettronika dwar il-Qorti Suprema u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema. Il-portal huwa disponibbli wkoll bl-Ingliż.

Avukati

Organizzazzjoni

L-avukati huma professjonisti legali indipendenti li jipprovdu assistenza legali, jiddefendu u jirrappreżentaw l-interessi leġittimi ta’ individwi fil-qorti u fl-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess, jipprovdu pariri legali, ifasslu dokumenti legali u jwettqu dmirijiet legali oħra.

L-avukati huma membri tas-sistema ġudizzjarja li jressqu kawżi fi kwalunkwe qorti tal-liġi jew korp ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fir-Repubblika tal-Latvja wara li jkunu ntgħażlu u nħatru mill-partijiet f’tilwima, minn konvenuti u minn partijiet interessati oħra (il-klijenti), kif ukoll fil-każijiet previsti mil-liġi f’isem il-Prim Imħallef ta’ qorti, il-kap ta’ korp ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jew il-Kunsill Latvjan tal-Avukati Ġuramentati. L-avukati jipprovdu wkoll tipi oħrajn ta’ assistenza legali f’konformità mal-proċedura prevista mil-liġiIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.likumi.lv/doc.php?id=59283.

Fil-Latvja, dawn li ġejjin jistgħu jipprattikaw bħala avukati:

  1. ċittadini Latvjani;
  2. ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jkunu kkwalifikaw biex jipprattikaw bħala avukati f’kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (avukati ta’ Stati Membri tal-UE);
  3. avukati barranin (minbarra avukati tal-Istati Membri tal-UE) li jistgħu jipprattikaw fil-Latvja f’konformità ma’ ftehimiet internazzjonali dwar l-assistenza legali li huma vinkolanti fuq il-Latvja.

L-avukati ġuramentati kollha huma membri indipendenti tal-professjoni legali li ngħaqdu flimkien fil-Kulleġġ Latvjan tal-Avukati Ġuramentati (Latvijas Zvērinātu advokātu kolēģija), li huwa korp nazzjonali professjonali indipendenti ta’ avukati ġuramentati. Il-korpi li jiffurmaw il-Kulleġġ Latvjan tal-Avukati Ġuramentati huma l-assemblea ġenerali tal-Avukati Ġuramentati, il-Kunsill Latvjan tal-Avukati Ġuramentati, il-Kumitat tal-Awditjar u l-Kumitat tad-Dixxiplina.

Bażijiet tad-data legali

Informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Kulleġġ Latvjan tal-Avukati Ġuramentati u tal-Kunsill Latvjan tal-Avukati Ġuramentati, dwar il-liġijiet u r-regolamenti, l-avukati u l-qrati li jipprattikaw quddiemhom (bid-dettalji ta’ kuntatt), flimkien ma’ dettalji ta’ kwistjonijiet oħra dwar il-professjoni legali Latvjana, tinsab fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Latvjan tal-Avukati Ġuramentati.

Nutara

Organizzazzjoni

Il-materji notarili taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji huma fdati lil nutara ġuramentati f’konformità mal-proċedura stabbilita mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar in-nutara. In-nutara ġuramentati huma membri tas-sistema ġudizzjarja li jaħdmu mal-qrati reġjonali u jwettqu d-dmirijiet definiti għalihom skont il-liġi. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, in-nutara ġuramentati huma ekwivalenti għal uffiċjali pubbliċi. Fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, in-nutara ġuramentati jgawdu minn awtonomija finanzjarja, l-onorarji tagħhom jiġu stabbiliti mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKabinett tal-Ministri.

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar in-nutara, in-nutara ġuramentati huma awtorizzati:

  1. ifasslu l-atti notarili;
  2. ifasslu ċ-ċertifikati notarili;
  3. iżommu flus, titoli u dokumenti;
  4. iżommu oġġett suġġett għal obbligu;
  5. jittrattaw kwistjonijiet ta’ wirt;
  6. ifasslu proposti għad-diviżjoni ta’ proprjetà fil-każijiet previsti mil-liġi;
  7. imexxu l-proċedimenti tad-divorzju (sakemm iż-żewġ konjuġi jkunu ftiehmu bejniethom bil-miktub u ma jkunx hemm xi kwistjoni li għad trid tiġi deċiża);
  8. iwettqu azzjonijiet oħra previsti fil-liġijiet.

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar in-nutara, in-nutara ġuramentati jistgħu wkoll:

  1. jindirizzaw il-konsolidazzjoni tad-drittijiet u l-iżgurar tad-drittijiet fir-reġistri tal-artijiet, u r-reġistrazzjoni tad-drittijiet, l-iżgurar tad-drittijiet u dettalji oħra fir-Reġistru tal-Artijiet tal-Istat u fir-reġistri miżmuma mir-Reġistru tal-Kumpaniji;
  2. jiksbu mingħand istituzzjonijiet pubbliċi, muniċipali u privati, u mingħand uffiċjali u individwi privati, l-awtorizzazzjonijiet, iċ-ċertifikati u dokumenti oħra meħtieġa għall-konklużjoni jew l-awtentikazzjoni tal-atti li jkunu jridu jiġu ffirmati u ċċertifikati minn nutar;
  3. jipproduċu abbozzi ta’ atti, kuntratti u dokumenti oħra relatati mal-attività ta’ nutar ġuramentat, u jħejju kopji u traduzzjonijiet;
  4. jipprovdu assistenza legali oħra;
  5. jagħmlu medjazzjoni bħala medjaturi ċċertifikat f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-medjazzjoni.

In-nutara Latvjani ġuramentati kollha ngħaqdu flimkien fil-Kulleġġ Latvjan tan-Nutara Ġuramentati (Latvijas Zvērinātu notāru kolēģija), li huwa korp nazzjonali indipendenti ta’ nutara ġuramentati. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Latvjan tan-Nutara Ġuramentati (Latvijas Zvērinātu notāru padome) huwa l-korp rappreżentattiv u superviżorju għan-nutara ġuramentati u l-korp amministrattiv u eżekuttiv għall-Kulleġġ Latvjan tan-Nutara Ġuramentati. Id-dmirijiet tiegħu huma previsti fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 230 tal-Liġi dwar in-Nutara.

Bażijiet tad-data legali

L-informazzjoni dwar l-attivitajiet u n-numru ta’ nutara ġuramentati, il-post fejn jipprattikaw u kwistjonijiet oħra marbuta mas-sistema Latvjana tan-nutara tinsab fis-sit web uffiċjali tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNutara Latvjani.

Uffiċjali Ġudizzjarji ġuramentati

Organizzazzjoni

L-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati (Zvērināti tiesu izpildītāji) huma membri tas-sistema ġudizzjarja. L-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati jaħdmu fil-qrati reġjonali, jeżegwixxu d-deċiżjonijiet tal-ġudikatura u ta’ korpi oħra u jwettqu attivitajiet previsti mil-liġi.

L-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati huma membri indipendenti tal-professjoni legali, iżda fit-twettiq ta’ dmirijiethom jiġu meqjusa ekwivalenti għal uffiċjali pubbliċi. Fil-qadi ta’ dmirijiethom, l-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati huma indipendenti u responsabbli biss quddiem il-liġi.  Ir-rikjesti magħmula u l-ordnijiet maħruġa mill-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati waqt il-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom huma vinkolanti fuq il-partijiet kollha fit-territorju nazzjonali.

L-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati jwettqu dmirijiethom fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti reġjonali fejn jaħdmu. In-numru ta’ uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati, il-karigi tagħhom, il-qrati u l-oqsma ta’ ġuriżdizzjoni jiġu stabbiliti mill-Kabinett tal-Ministri.

Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, l-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati japplikaw il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-proċedura ċivili u punti oħra ta’ leġiżlazzjoni u jikkonformaw mal-metodi approvati mill-Kunsill Latvjan tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġuramentati (li huwa l-korp rappreżentattiv u ta’ superviżjoni għall-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati fil-Latvja) u t-tagħlimiet meħuda mill-ġurisprudenza.

Bażijiet tad-data legali

L-informazzjoni dwar fejn jinsabu l-uffiċċji tal-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati u d-dettalji tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-professjoni tal-uffiċjali ġudizzjarji ġuramentati u l-attivitajiet tal-Kunsill Latvjan tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġuramentati tinsab fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kunsill Latvjan tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġuramentati. Il-portal bħalissa huwa disponibbli bil-Latvjan biss.

Organizzazzjonijiet li jipprovdu l-għajnuna legali pro bono

Ma hemmx lista ta’ organizzazzjonijiet ta’ dan it-tip fil-Latvja.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Qrati Nazzjonali tal-Latvja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill Latvjan tal-Avukati Ġuramentati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIn-Nutara Latvjani

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Kunsill Latvjan tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġuramentati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Latvja

L-aħħar aġġornament: 31/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Litwanja

Din il-paġna tipprovdilek ħarsa ġenerali tal-professjonijiet legali fil-Litwanja.

Professjonijiet legali - introduzzjoni

Il-professjonijiet legali fil-Litwanja jinkludu:

  • Prosekuturi (prokurorai)
  • Imħallfin (prokurorai)
  • Avukati (advokatai)
  • Nutara (notarai)
  • Bailiffs (antstoliai)

Il-prosekuturi

Organizzazzjoni

Fil-Litwanja, hemm 56 uffiċċju tal-prosekuturi territorjali:

  • 51 Reġjonali
  • 5 Distrettwali

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Generalinė prokuratūra huwa responsabbli mill-uffiċċji tal-prosekuturi territorjali (teritorinės prokuratūros). Hija jew huwa tinħatar/jinħatar għal perjodu ta’ seba’ snin mill-President tar-Repubblika Litwana (Lietuvos Respublikos Prezidentas), bil-kunsens tal-Parlament (Seimas).

Il-prosekutur ġenerali huwa responsabbli lejn il-Parlament u l-President. Tipi ta’ prosekuturi huma:

  • Il-prosekuturi ġenerali (generalinis prokuroras)
  • Il-prosekuturi territorjali prinċipali (distrettwali jew reġjonali) (vyriausieji (apylinkių arba apygardų) prokurorai)
  • Prosekuturi oħra.

M’hemm l-ebda relazzjoni bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-prosekuzzjoni – ta’ subordinazzjoni, ġurisdizzjoni komuni jew kwalunkwe relazzjoni speċifika oħra.

Rwol u dmirijiet

Il-funzjonijiet tal-uffiċċji tal-prosekuturi huma li:

  • Jorganizzaw u jidderiġu l-investigazzjonijiet ta’ qabel is-smigħ
  • Isostnu l-akkużi f’isem l-istat f’kawżi kriminali
  • Jipproteġu l-interess pubbliku
  • Jiżguraw ġustizzja
  • Jassistu l-ġudikatura fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja

Il-prosekuturi jipparteċipaw fil-każijiet kriminali kollha u f’każijiet ċivili jew amministrattivi, fl-ordni indikat fit-talba.

L-imħallfin

Organizzazzjoni

M’hemmx tipi differenti ta’ imħallfin fil-Litwanja; kollha huma imħallfin professjonali (profesionalūs teisėjai).

Il-prinċipji ġenerali tal-ġudikatura huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni u fl-att parlamentari li jirregola l-qrati. Il-qrati huma indipendenti, bil-korpi awto-regolatorji li ġejjin:

  • Il-laqgħa ġenerali tal-imħallfin (Visuotinis teisėjų susirinkimas)
  • Il-kunsill ġudizzjarju (Teisėjų taryba)
  • Il-qorti tal-unur ġudizzjarja (Teisėjų garbės teismas)

Il-qrati huma assistiti fl-attivitajiet tagħhom mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaamministrazzjoni nazzjonali tal-qrati (Nacionalinė teismų administracija).

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-avukati

Avukati / Barristers

Hemm avukati (advokatai) u apprendisti ta’ avukati (advokatų padėjėjai) fil-Litwanja. L-apprendisti tal-avukati jistgħu jirrapreżentaw lill-klijenti tagħhom fi proċedimenti ċivili u jiddefenduhom fi proċedimenti kriminali – bil-permess tal-avukat li jkun qiegħed jissuperviżjonahom u meta jistgħu skont il-liġi.

L-avukati u l-apprendisti tal-avukati mhumiex klassifikati skont it-tip. L-avukati huma liberi li jagħżlu l-qasam tal-liġi li fih jixtiequ jispeċjalizzaw (speċjalizzazzjoni tal-avukat).

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Litwana (Lietuvos advokatūra).

L-aċċess għal dan il-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għas-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Litwana huwa mingħajr ħlas.

Solicitors / Konsulenti legali

M’hemmx solicitors jew konsulenti legali fil-Litwanja.

Nutara

L-organizzazzjoni

Teżisti  tip ta' klassifikazzjoni waħda biss ta' nutara (notarai) fil-Litwanja. In-numru ta’ nutara, l-uffiċċji tagħhom u t-territorju ta’ ġurisdizzjoni tagħhom huma determinati mill-Ministru tal-Ġustizzja (Teisingumo ministerija). In-nutara huma maħtura u mkeċċija mill-Ministru.

In-nutara jaqgħu taħt il-Kamra tan-Nutara (Notarų rūmai). Kull sena, il-kamra tan-nutara tissottometti lill-Ministeru tal-Ġustizzja rapport annwali dettaljat dwar l-attivitajiet tagħha, flimkien ma’ ħarsa ġenerali u linji gwida għall-attivitajiet tan-nutara fis-sena ta’ wara.

L-atti regolatorji li jirregolaw lin-nutara huma approvati mill-Ministru tal-Ġustizzja, wara li titqies l-opinjoni tal-Presidenza tal-Kamra tan-Nutara (Notarų rūmų prezidiumas).

Jekk il-Ministru tal-Ġustizzja jkun tal-opinjoni li riżoluzzjoni jew deċiżjoni tal-Kamra tan-Nutara tmur kontra l-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja, hija jew huwa tista’/jista’ tappella quddiem il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius (Vilniaus apygardos teismas) għal revoka ta’ dawk ir-riżoluzzjonijiet jew deċiżjonijiet.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-nutara Litwana.

Rwol u dmirijiet

Id-dmirijiet prinċipali tal-Kamra tan-Nutara huma:

  1. Koordinazzjoni tal-attivitajiet tan-nutara
  2. Li tieħu ħsieb tal-avvanz professjonali tan-nutara
  3. Protezzjoni u rappreżentazzjoni tal-interessi tan-nutara fl-istituzzjonijiet tat-tmexxija u amministrazzjoni tal-istat
  4. Iddisinjar ta’ abbozzi ta’ atti regolatorji dwar kwistjonijiet relatati man-notarjat, u s-sottomissjoni tagħhom lill-Ministeru tal-Ġustizzja
  5. Uniformità tal-prattika notarili
  6. Superviżjoni tal-mod kif in-nutara jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-etika professjonali
  7. Li tiżgura l-preservazzjoni u l-użu tal-atti ppreparati waqt il-prattika tal-professjoni notarili
  8. Li tiżgura t-taħriġ notarili
  9. Twettiq ta’ xogħolijiet oħra li huma msemmija fl-Istatut tal-Kamra tan-Nutara (Notarų rūmų statutas).

Professjonijiet legali oħra

Bailiffs

Teżistu tip ta' klassifikazzjoni waħda biss ta' bailiff (antstoliai) fil-Litwanja.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-bailiffs fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-professjoni tal-Bailiffs u fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Bailiffs (Antstolių rūmai).

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Lussemburgu

F'din it-taqsima sssib ħarsa ġenerali tal-professjonijiet ġuridiċi differenti.

Il-professjonijiet ġuridiċi - introduzzjoni

Din it-taqsima tagħti informazzjoni dwar il-professjonijiet fil-qasam ġuridiku (deskrizzjoni, tal-professjoni, eliġibbiltà għall-ammissjoni, eċċ.).

Ħarsa ġenerali tas-sistema ġudizzjarja

Fil-Lussemburgu, il-qrati huma maqsuma f’żewġ fergħat, jiġifieri l-qrati ordinarji u l-qrati amministrattivi. In-natura tal-kwistjoni tiddetta liema fergħa se tisma’ l-kawża.

Il-qrati ordinarji (l’ordre judiciaire) jikkonsistu fi tliet Kummissarji tal-Ġustizzja (Justices de Paix), żewġ qrati distrettwali (Tribunaux d’arrondissement), qorti tal-appell (Cour d’Appel) u Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de Cassation). Dawn il-qrati essenzjalment għandhom ġuriżdizzjoni biex jisimgħu kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-liġi ċivili, il-liġi kummerċjali, il-liġi kriminali kif ukoll il-liġi tax-xogħol. Iż-żewġ imħallfin (magistrats du siège) u l-prosekuturi jew l-assistenti prosekuturi pubbliċi (magistrature debout) jappartjenu għal dan il-qasam.

Il-qrati amministrattivi jinkludu Qorti Amministrattiva tal-Prim’Istanza (Tribunal administratif) u Qorti Amministrattiva (Cour administrative). Dawn il-qrati jisimgħu tilwim ta’ natura amministrattiva u fiskali (impôts directs).

Il-Qorti Kostituzzjonali (Cour constitutionnelle) hija ffurmata minn imħallfin mill-qrati ordinarji u mill-qrati amministrattivi. Dawn jiżguraw il-konformità tal-liġi mal-Kostituzzjoni li hija l-ogħla awtorità legali fil-pajjiż.

L-imħallfin

Hemm żewġ modi kif wieħed jilħaq imħallef:

Ir-reklutaġġ permezz ta' eżami kompetittiv

L-imħallfin prospettivi, jiġifieri l-imħallfin novizzi (attachés de justice), jintgħażlu permezz ta’ eżami kompetittiv. Sabiex jidħol għall-eżami kompetittiv, kandidat irid jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

  1. irid ikun ċittadin Lussemburgiż;
  2. igawdi bis-sħiħ id-drittijiet ċivili u politiċi tiegħu u jippreżenta l-garanzija neċessarja ta’ reputazzjoni tajba;
  3. ikollu lawrja fil-liġi mill-Università tal-Lussemburgu ekwivalenti għal lawrja rikonoxxuta f’livell ta’ Masters jew lawrja barranija ekwivalenti għal lawrja f’livell ta’ Masters aċċettata u rikonoxxuta mill-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni superjuri skont l-Att emendat tat-18 ta’ Ġunju 1969 dwar l-edukazzjoni superjuri u r-rikonoxximent ta’ lawrji u diplomi barranin fl-edukazzjoni superjuri;
  4. ikollu għarfien suffiċjenti tal-lingwa Lussemburgiża, Franċiża u Ġermaniża;
  5. ikun għamel perjodu ta’ apprendistat ġudizzjarju jew notarili ta’ mill-inqas 12-il xahar;
  6. irid jissodisfa l-kundizzjonijiet rikjesti għall-idoneità fiżika u mentali, li jiġu vverifikati permezz ta’ eżamijiet mediċi u psikoloġiċi.

L-eżami kompetittiv għar-reklutaġġ tal-imħallfin jiġi organizzat mill-kummissjoni għar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-imħallfin novizzi (“il-kummissjoni”), li hija magħmula esklussivament minn imħallfin. Dan l-eżami kompetittiv jikkonsisti fi tliet provi bil-miktub dwar il-liġi ċivili u l-proċedura ċivili, il-liġi kriminali u l-proċedura kriminali, il-liġi amministrattiva u t-tilwim amministrattiv. Il-provi bażikament jinvolvu t-tfassil ta' sentenza jew deċiżjoni. Il-kandidati li jgħaddu jridu jġibu mill-inqas tlieta minn kull ħamsa tal-punti totali disponibbli għat-tliet provi u mill-inqas nofs il-punti disponibbli għal kull prova. Il-kandidati jiġu kklassifikati mill-kummissjoni skont il-marki finali tagħhom. Il-kandidati jiġu mpjegati skont l-ordni fil-klassifika.

Reklutaġġ ibbażat fuq applikazzjonijiet

Din hija proċedura alternattiva ta’ reklutaġġ li tiġi organizzata biss jekk mill-eżami kompetittiv ma jgħaddix in-numru ta’ mħallfin apprendisti stabbilit kull sena mill-Ministru għall-Ġustizzja.

Biex ikun jista' japplika, kandidat irid:

  1. jissodisfa ċerti kundizzjonijiet meħtieġa għall-ammissjoni għall-eżami kompetittiv, jiġifieri dawk imsemmija fil-punti 1, 4 u 6;
  2. ikollu diploma li turi li lesta l-perjodu ta’ apprendistat;
  3. ikun ipprattika bħala avukat għal total minimu ta' ħames snin.

Il-kummissjoni tistieden lill-kandidati għal intervista individwali. Speċjalist fil-psikoloġija jieħu sehem fl-intervista individwali u jippreżenta l-opinjoni bir-raġunijiet tiegħu fuq kull kandidat. Il-kriterji għall-għażla tal-kandidati huma r-riżultat tal-eżamijiet finali ta' korsijiet addizzjonali fil-liġi Lussemburgiża u l-eżami finali wara l-apprendistat, l-esperjenza professjonali, xi kwalifiki addizzjonali u pubblikazzjonijiet. Il-kandidati jiġu magħżula mill-kummissjoni.

Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-indipendenza politika tal-imħallfin ġudikanti. Il-ħatra tagħhom hija permanenti. L-ebda mħallef ġudikanti ma jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu jew jiġi sospiż ħlief b’sentenza tal-qorti. Barra minn hekk, imħallef ġudikati jista’ jiġi ttrasferit biss billi jinħatar f’pożizzjoni ġdida u biss bil-kunsens tiegħu. Madanakollu, f'każ ta' mard jew kondotta ħażina, l-imħalfin ġudikanti jistgħu jiġu sospiżi, imneħħija jew mogħtija kariga oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi.

Il-kariga ta’ mħallef hija inkompatibbli ma’ dik ta’ membru tal-gvern, membru parlamentari, sindku, membru tal-kunsill eżekuttiv jew kunsillier komunali, ma’ kull kariga pubblika jew privata bi ħlas, mal-kariga ta’ nutar jew uffiċjal ġudizzjarju, kariga militari jew ekkleżjastika kif ukoll il-professjoni ta’ avukat. L-imħallfin huma imparzjali u huma marbuta bis-sigriet professjonali. Il-ħlas tagħhom huwa stabbilit bil-liġi.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna dwar il-professjoni ta’ mħallef fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-avukati

Il-professjoni ta’ avukat (avocat) hija regolata mill-Att emendat tal-10 ta’ Awwissu 1991 dwar il-professjoni ta’ avukat.

L-avukati huma membri ta’ professjoni indipendenti liberali. L-avukati jistgħu jipprattikaw il-professjoni tagħhom fuq bażi individwali. Jistgħu jiffurmaw ukoll ditti ta’ avukati b’personalità ġuridika. L-avukati biss jistgħu jassistu jew jidhru għall-partijiet, iressqu t-talbiet tagħhom f’isimhom quddiem il-qrati tkun xi tkun in-natura tagħhom, jirċievu d-dokumenti u ċ-ċertifikati tagħhom biex iressquhom quddiem il-qorti, jiktbu u jiffirmaw l-istrumenti proċedurali neċessarji u jippreparaw il-kawżi għall-qorti.

L-avukati biss jistgħu jagħtu, fuq bażi regolari u bi ħlas, pariri legali, jew ifasslu għal ħaddieħor atti privati f’isem ħaddieħor. L-avukati jirrapreżentaw u jassistu wkoll lill-klijenti tagħhom quddiem il-qrati internazzjonali, bħall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-avukati huma marbuta bis-sigriet professjonali, li hija kwistjoni ta' ordni pubbliku u li l-ksur tiegħu huwa reat kriminali.

Sabiex ikunu jistgħu jipprattikaw fil-Lussemburgu, l-avukati jridu jkunu membri ta’ Kamra tal-Avukati stabbilita fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Dan jgħodd ukoll għall-avukati Ewropej li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni tagħhom ġewwa l-Lussemburgu bit-titolu professjonali tal-oriġini tagħhom.

Ir-reġistru tal-Kamra tal-Avukati (ordre des avocats) jinkludi sitt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalisti:

Lista 1: avukati li jidhru l-Qorti (avocats à la Cour)

Lista 2: avukati

Lista 3: avukati onorarji (avocats honoraires)

Lista 4: avukati mill-Unjoni Ewropea li jeżerċitaw il-professjoni bit-titolu tal-oriġini tagħhom

Lista 5: ditti ta' avukati li jistgħu jipprattikaw quddiem il-Qorti

Lista 6: ditti oħra ta' avukati

Għall-finijiet ta’ iskrizzjoni fil-Kamra tal-Avukati ġewwa l-Lussemburgu, l-avukati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • jippreżentaw il-garanzija neċessarja ta' kondotta nadifa,
  • juru illi ssodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess għall-apprentistat ġudizzjarju jew li jkunu għaddew b'suċċess mill-eżami ta' ħila għall-avukati ġejjin minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea mill-Att emendat tal-10 ta' Awwissu 1991 li jistabbilixxi, għall-professjoni ġudizzjarja, is-sistema ġenerali ta' rikonoxximent ta' diplomi ta' studju superjuri li tirrikonoxxi taħriġ professjonali ta' minimu ta' tliet snin, jew li ssodisfaw il-kundizzjonijiet biex wieħed isir avukat li jeżerċita l-professjoni fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu bit-titolu professjonali tal-oriġini tiegħu, b'applikazzjoni tal-Att emendat tat-13 ta' Novembru 2002 li jittrasponi fil-liġi Lussemburgiża d-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni; u juru ħakma tajba ħafna tal-lingwa tal-liġi u tal-lingwi tal-amministrazzjoni u l-qrati skont it-tifsira tal-Att tal-24 ta' Frar 1984 dwar ir-reġim tal-lingwi;
  • jrid ikollhom in-nazzjonalità Lussemburgiża jew ikunu ċittadini ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea;
  • ikollhom għarfien tajjeb ħafna tal-lingwa tal-liġijiet u tal-lingwi tal-amministrazzjoni u tal-qrati skont l-Att tal-24 ta' Frar 1984 dwar ir-reġim tal-lingwi mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31-1 tal-Att emendat tal-10 ta' Awwissu 1991. Il-livell ta' għarfien meħtieġ għal-lingwa Lussemburgiża u Ġermaniża huwa dak ta' B2 skont il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għall-komprensjoni orali, il-livell B1 għall-espressjoni orali u għal-lingwa Ġermaniża biss, il-livell B2 għall-komprensjoni bil-miktub. Għal-lingwa Franċiża huwa meħtieġ il-livell B2 kemm għall-komprensjoni orali kif ukoll għall-espressjoni orali u bil-miktub.
    Minkejja s-subparagrafu ta’ qabel, fil-mument tal-ammissjoni tagħhom fil-Lista 1 tal-Kamra tal-Avukati, l-avukati Ewropej msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni, iridu juru biss li għandhom ħakma tajba tal-lingwa tal-leġiżlazzjoni skont l-Att tal-24 ta’ Frar 1984 dwar l-użu tal-lingwi, dment li jillimitaw l-attivitajiet professjonali tagħhom għal dawk li ma jeħtiġux il-ħakma tal-lingwi l-oħra msemmija fl-Att. Il-livell mitlub ta' għarfien tal-lingwi huwa dak indikat fis-subparagrafu msemmi hawn qabel.

Xi kjarifiki ulterjuri rigward l-esiġenzi lingwistiċi:

L-avukati rreġistrati fuq bażi individwali jrid ikollhom ħakma tajba tal-lingwa tal-leġiżlazzjoni skont it-tifsira tal-Att tal-24 ta' Frar 1984 dwar ir-reġim tal-lingwi u ta' kull lingwa oħra meħtieġa fl-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tagħhom, mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal qabel.

L-avukati rreġistrati fil-Lista II irid ikollhom ukoll ħakma tajba tal-lingwi amministrattivi u ġudizzjarji tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu li jistgħu jkunu meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-apprendistat ġudizzjarju.

L-avukat li jaċċetta l-inkarigu ta' kawża jrid ikollu l-ħiliet professjonali u lingwistiċi meħtieġa jew jirriskja li jiffaċċa miżuri dixxiplinarji.

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati, wara konsultazzjoni mal-Ministru tal-Ġustizzja, jista’, fuq prova tar-reċiproċità min-naħa ta’ pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea li l-kandidat huwa ċittadin tiegħu, jagħti d-dispensa mill-kundizzjoni tan-nazzjonalità. Dan jgħodd ukoll għall-kandidati li għandhom l-istatus ta' refuġjat politiku u li jgawdu mid-dritt ta' ażil fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

L-avukati mniżżla fil-Lista I biss għandhom dritt jużaw it-titolu ta’ avukat li jidher il-Qorti (avocat de la Cour). Biex jiġu ammessi fil-Lista I iridu:

  • jkunu lestew perjodu ta’ apprendistat ġudizzjarju ta’ sentejn u għaddew mill-eżami finali tal-apprendistat ġudizzjarju, bħala avukati mniżżla fil-Lista II,
  • jew ikunu għaddew mill-eżami ta' ħila maħsub għall-avukati ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea mill-Att emendat tal-10 ta' Awwissu 1991 li jistabbilixxi, għall-professjoni ġudizzjarja, is-sistema ġenerali ta' rikonoxximent tad-diplomi ta' studju superjuri li jikkonfermaw it-tlestija ta' taħriġ professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin,
  • jew, għall-avukati Ewropej li jistgħu jeżerċitaw il-professjoni bit-titolu professjonali tal-oriġini tagħhom, juru li pprattikaw b’mod regolari għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin fil-Lussemburgu u fil-liġi Lussemburgiża, kif ukoll id-dritt tal-Unjoni Ewropea, jew isiru soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2) tal-Att emendat tat-13 ta’ Novembru 2002 li jittrasponi fil-liġi Lussemburgiża d-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni.

L-avukati li jidhru l-qorti biss jistgħu jagħmlu dawk l-atti li għalihom il-liġijiet u r-regolamenti jitolbu r-rappreżentanza legali, jiġifieri li jirrappreżentaw lill-partijiet quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, il-qrati amministrattivi, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u quddiem il-qrati distrettwali fil-qasam ċivili, biex iressqu talbiet għal ħaddieħor, jirċievu d-dokumenti u l-provi biex iressquhom quddiem il-Qorti, u biex jiżguraw il-firma xierqa tal-atti u biex imexxu l-proċedimenti sabiex tingħata sentenza.

L-avukati rreġistrati fuq il-Lista II u l-avukati Ewropej awtorizzati biex jipprattikaw bit-titolu professjonali tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom rreġistrati fuq il-Lista IV, ma jistgħux iwettqu dawn il-kompiti jekk ma jkunux assistiti minn avukat irreġistrat fuq il-Lista I. Minħabba li m’hemmx restrizzjonijiet fuq ir-rappreżentanza tal-partijiet quddiem il-qrati fejn m’hemmx rekwiżit obbligatorju għar-rappreżentanza legali, l-avukati fuq il-Listi II jew IV jistgħu jirrappreżentaw lill-partijiet f’dawk il-qrati mingħajr l-assistenza ta’ avukat fuq il-Lista I.

L-aċċess għat-taħriġ għall-avukati, li huwa regolat mir-Regolament tal-Gran Dukat tal-10 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni tal-apprendistati ġudizzjarji u li jirregola l-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, jinkludi apprendistat professjonali magħmul minn perjodu ta’ korsijiet komplementari fil-liġi Lussemburgiża u wara, perjodu ta’ prattika.

Wara l-kisba taċ-ċertifikat ta’ taħriġ kumplimentari fil-liġi Lussemburgiża, l-apprendisti jiġu mniżżla fil-Lista II ta’ waħda mill-Kmamar tal-Avukati tal-Lussemburgu.

L-għan tal-apprendistat ġudizzjarju huwa li tiġi mgħallma l-professjoni ta' avukat. Permezz tal-istudji universitarji l-apprendist ikun akkwista għarfien profond tal-liġi u l-korsijiet addizzjonali fil-liġi Lussemburgiża (CCDL) jikkumplimentaw dan l-għarfien permezz ta' tagħlim fuq il-karatteristiċi speċifiċi dwar il-liġi Lussemburgiża. Matul l-apprendistat ġudizzjarju, essenzjalment l-enfasi tkun fuq it-tagħlim tal-professjoni ta’ avukat kemm bil-prattika tal-professjoni taħt id-direzzjoni ta’ superviżur u bil-korsijiet imfassla speċifikament biex jgħallmu lill-apprendist dwar il-professjoni.

Il-prattika legali ta' minimu ta' sentejn tiġi konkluża permezz ta' eżami fl-aħħar tal-apprentistat. Wara li jgħaddi mill-eżami, il-kandidat isir avukat tal-qorti u jitniżżel fil-Lista I.

Fuq talba motivata u ġġustifikata, l-apprentist jista' jiġi awtorizzat mill-kumitat ta' tmexxija biex iqatta' perjodu minimu ta' tliet xhur u massimu ta' sitt xhur mill-apprentistat ġudizzjarju tiegħu f'ditta tal-avukati ġewwa Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Dan il-perjodu ta' apprentistat awtorizzat barra l-pajjiż jgħodd mal-perjodu ta' apprentistat ġudizzjarju.

L-avukati huma membri ta’ Kamra tal-Avukati (ordre des avocats), li hija korp indipendenti mis-setgħat pubbliċi u mill-ġudikatura. Hemm Kamra tal-Avukati fil-LussemburguKamra tal-Avukati f’Diekirch. Kull Kamra għandha personalità ġuridika. Il-Kamra tal-Avukati hija ffurmata mill-korpi li ġejjin: l-assemblea, il-kunsill tal-kamra, il-President, u, għall-professjoni kollha, il-kunsill dixxiplinarju u amministrattiv.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna dwar il-professjoni ta’ avukat fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

In-Nutara

In-numru ta’ nutara huwa ffissat mir-regolament tal-Gran Dukat skont l-Artikolu 13 tal-Att emendat tad-9 ta’ Diċembru 1976 dwar l-organizzazzjoni tal-professjoni notarili (notaire). Attwalment in-numru ta’ nutara huwa ta’ 36 nutar għall-pajjiż kollu.

In-nutara huma uffiċjali pubbliċi li jistgħu jirċievu l-atti u l-kuntratti kollha li l-partijiet għandhom jew iridu jagħtu l-awtentiċità assoċjata mal-istrumenti tal-awtorità pubblika u biex jawtentikaw id-data tagħhom, iżommuhom f'post sikur, joħorġu l-kopji awtentiċi u kopji addizzjonali.

In-nutara ma jistgħux la huma nfushom, sew direttament u sew indirettament, la permezz ta' persuna mqabbda minnhom: ikollhom negozju; ikunu maniġers, imexxu negozju, diretturi ta' ġestjoni jew stralċjarji ta' kumpanija kummerċjali jew ta' stabbiliment industrijali jew kummerċjali; ikunu involuti fl-amministrazzjoni u s-sorveljanza ta' kumpaniji, intrapriżi jew aġenziji li bħala attività tan-negozju għandhom ix-xiri, il-bejgħ, l-iżvilupp jew il-kostruzzjoni tal-bini, jew li jkollhom kwalunkwe interess; ma jistgħux, ma’ dawn il-kumpaniji, intrapriżi jew aġenziji, ikollhom rabtiet li jfixklu l-għażla ħielsa tan-nutar mill-partijiet; jiddedikaw lilhom infushom ta' spiss f'operazzjonijiet bankarji, tranżazzjonijiet ta' skontijiet jew senserija jew spekulazzjonijiet fil-borża, minbarra l-operazzjonijiet ta' skont li jagħmlu matul il-ħidma tagħhom; jirċievu depożiti ta' fondi, minbarra d-depożiti li jsiru matul il-ħidma tagħhom jew fl-okkażjoni tal-likwidazzjoni tal-patrimonji; joffru s-servizzi tagħhom f'xi kwistjoni li fiha jkollhom interess; jużaw prestanome għal atti li ma jistgħux iwettqu direttament huma stess; ikollhom għas-servizz tagħhom aġenti tan-negozju jew aġenti immobiljari f'xi kapaċità;

L-atti tan-nutara huma awtentiċi skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili; huma titoli eżekuttivi jekk ikollhom klawżola li tagħti l-awtorizzazzjoni għall-eżekuzzjoni. In-nutara huma obbligati jużaw, għat-tfassil tal-atti, il-lingwa Franċiża jew Ġermaniża, skont ix-xewqat tal-klijent.

In-nutara jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fuq it-territorju nazzjonali kollu. Permezz tal-funzjonijiet tagħhom jipparteċipaw fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika.

Il-Kamra tan-Nutara (Chambre des Notaires) hija ffurmata minn seba’ membri eletti minn fost in-nutara tal-pajjiż mill-Assemblea Ġenerali tan-Nutara.

Minbarra s-setgħat mogħtija lill-Kamra tan-Nutara mil-liġijiet u r-regolamenti, hija għandha wkoll, fost l-oħrajn, ir-responsabbiltajiet li ġejjin:

  • li żżomm id-dixxiplina bejn in-nutara u teżerċita d-dixxiplina permezz tal-kunsill tad-dixxiplina tagħha; tevita jew tirrikonċilja kull kwistjoni bejn in-nutara, u, f'każ ta' nuqqas ta' ftehim. tagħti l-opinjoni tagħha;
  • tirrikonċilja l-kwistjonijiet kollha bejn in-nutara u terzi;
  • tagħti l-parir tagħha dwar id-diffikultajiet li jikkonċernaw t-tariffi professjonali, l-emolumenti, is-salarji, il-pagamenti, l-ispejjeż u r-rifużjonijiet imġarrba min-nutara kif ukoll kull differenza f'dan ir-rigward imressqa quddiem il-qrati ċivili;
  • tirċievi għall-kustodja l-arkivji tal-minuti; tikkontrolla l-kontabbiltà tan-nutara;
  • tirrappreżenta lin-nutara tal-Lussemburgu għad-difiża tad-drittijiet u l-interessi tal-professjoni.

Il-Kunsill tad-Dixxiplina huwa ffurmat mill-President tal-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu jew mill-imħallef li jissostitwixxih bħala president, u erba’ membri tal-Kamra tan-Nutara eletti skont l-anzjanità tagħhom fil-professjoni.

Il-Kunsill tad-Dixxiplina jżomm id-dixxiplina fuq in-nutara kollha għal: ksur ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi u regolamentari li jikkonċerna l-eżerċizzju tal-professjoni; aġir ħażin u negligenza professjonali; fatti kuntrarju għad-diskrezzjoni u d-dinjità professjonali kif ukoll l-unur u l-integrità; dan kollu mingħajr preġudizzju għall-azzjoni ġudizzjarja li tista' tittieħed minħabba l-istess fatti. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Dixxiplina jistgħu jiġu appellati, kemm min-nutar misjub ħati kif ukoll mill-Prokuratur Ġenerali tal-Istat. L-appell jitressaq quddiem is-sezzjoni ċivili tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, li tiddeċiedi permezz ta' sentenza definittiva.

Għall-aċċess għall-professjoni ta' nutar, jeħtieġ illi l-kandidat:

  • ikollu n-nazzjonalità Lussemburgiża jew ikun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
  • igawdi mid-drittijiet ċivili u politiċi,
  • ikollu aktar minn 25 sena u jkun kiseb id-diploma ta’ kandidat-nutar f'konformità mal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża (skont ir-reġim attwali), jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċertifikat tat-tmiem tal-apprendistat li huwa meħtieġ sabiex ikun jista’ jiġi ammess għall-professjoni ta’ nutar (skont ir-reġim antik).
  • ħakma tajba ħafna tal-lingwa tal-liġi u tal-lingwi amministrattivi u ġudizzjarji skont l-Att tal-24 ta' Frar 1984 dwar ir-reġim tal-lingwi.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna dwar il-professjoni ta’ nutar fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Professjonijiet ġuridiċi oħra

Il-bailiffs

Il-uffiċjal ġudizzjarju (huissiers de justice) huwa uffiċjal pubbliku fejn huwa biss jista’:

  • jinnotifika l-atti u jeżegwixxi n-notifiki stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti meta l-metodu tan-notifika mhux stabbilit mil-liġi;
  • jgħaddi għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi kif ukoll tal-atti jew it-titoli eżekuttivi.

Il-bailiff jista' wkoll:

  • jeżegwixxi l-irkupru bonarju jew ġudizzjarju tal-krediti kollha. Din is-setgħa tinkludi wkoll id-dritt li jiffirma f’isem ir-rikorrenti talbiet għall-kisba ta’ ordni ta’ pagament jew ordni ta’ sekwestru fil-każ ta’ self perjodiku;
  • il-valutazzjoni u l-irkant pubbliku tal-mobbli, l-oġġetti tad-dar u l-oġġetti maqbuda, skont il-liġijiet u r-regolamenti kkonċernati.

Huma jistgħu jiħu mqabbda mill-qorti biex ifasslu:

  • rapporti purament materjali, mingħajr xi opinjoni dwar ol-konsegwenzi ta' fatt jew ta' dritt li jistgħu jinqalgħu;
  • rapporti tal-istess natura fuq talba tal-individwi; fiż-żewġ każijiet, dawn ir-rapporti huma awtorevoli sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor.

It-tariffi tal-uffiċjali ġudizzjarji jiġu determinati permezz ta’ regolament tal-Gran Dukat.

Il-Kamra tal-uffiċjali ġudizzjarji (Chambre des huissiers de justice) tirrappreżenta l-professjoni fuq livell nazzjonali. Il-Kamra tiġi amministrata minn bord ta’ tliet membri: chairman, segretarju u teżorier. Iċ-chairman jirrappreżenta lill-Kamra tal-Baliffs ġudizzjarjament u ekstraġudizzjarjament.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna dwar il-professjoni ta’ uffiċjal ġudizzjarju fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Reġistraturi

Il-Kap reġistratur (greffier en chef) imexxi r-reġistru u l-persunal tal-qorti. Id-dmirijiet amministrattivi tal-Kap Reġistratur jinkludu l-ħruġ ta' kopji lill-avukati u lill-individwi (pereżempju ċertifikati ta' divorzju għat-traskrizzjoni barra l-pajjiż), il-ħruġ ta' kopji ta' dokumenti tal-proċedura, l-aċċettazzjoni tad-depożitu ta' testmenti olografiċi u dikjarazzjonijiet tas-suċċessjoni, l-għoti tal-ġurament tar-reġistraturi, it-tħejjija ta' assemblej ġenerali, l-istatistika u s-superviżjoni tal-arkivji. Ir-reġistratur jirċievi wkoll il-kontestazzjonijiet dwar l-imparzjalità tal-imħallfin.

Ir-rwol tar-reġistraturi huwa li jassistu lill-imħallfin bl-atti u arkivji rilevanti kollha, l-aktar matul is-seduti ta’ smigħ, meta jitilgħu l-qorti l-partijiet, l-investigazzjonijiet, l-inkjesti fuq il-post, l-awtopsji, l-inventarji minħabba falliment, it-tfassil tas-sentenzi u s-smigħ ta’ persuni taħt kurazija jew tutela. L-imħallef ma jistax jaġixxi mingħajr reġistratur.

Id-dmirijiet tar-reġistraturi huma stabbiliti fl-Artikoli 78 et seq. tal-Att emendat tas-7 ta’ Marzu 1980 dwar is-sistema ġudizzjarja.

L-aċċess għall-professjoni huwa regolat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt emendat tas-16 ta’ April 1979 li jistabbilixxi r-regolamenti ġenerali tal-persunal tal-impjegati taċ-ċivil.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 20/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Ungerija

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fl-Ungerija.

Professjonijiet legali – introduzzjoni
Prosekuturi
Imħallfin
Avukati
Nutara
Professjonijiet legali oħra

Professjonijiet legali – introduzzjoni

Il-kapitolu jipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fl-Ungerija, tal-prosekuturi, l-imħallfin, l-avukati, il-konsulenti legali, in-nutara u l-marixxalli.

Fl-Ungerija, ir-rappreżentanti tal-professjonijiet legali (l-avukati, in-nutara, il-marixxalli) jaġixxu b'mod indipendenti, imma b'awtogovernanza professjonali f'sistema ta' kmamar. Is-sħubija f'kamra hija l-prerekwiżit biex jipprestaw is-servizzti tagħhom, u l-kmamar għandhom il-jedd li jeżerċitaw kontroll professjonali fuq il-membri tagħhom. Din għandha l-għan li tiżgura li l-membri tal-professjonijiet jipprovdu servizzi ta' livell xieraq.

Prosekuturi (ügyész)

Organizzazzjoni

Ir-regoli kostituzzjonali Ungeriżi jistipulaw li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Ügyészség) jeżerċita d-drittijiet speċifikati mil-liġi b’konnessjoni mal-investigazzjonijiet, imexxi l-prosekuzzjonijiet fil-qorti, u jkun responsabbli mill-verifiki tal-legalità tal-miżuri penali.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jgħin biex ikun żgurat li kulħadd ikun konformi mal-liġi, u jaġixxi sabiex jinforza l-liġi meta din tinkiser f’każijiet u bil-mod speċifikati mil-liġi.

Is-Servizz tal-Prosekutur Pubbliku (Ügyészség) huwa organizzazzjoni ċentralizzata diretta mill-Prosekutur Ġenerali (legfőbb ügyész), li jrid iwieġeb ta’ għemilu lill-Parlament. Il-prosekuturi jinħatru u jitneħħew mill-kariga tagħhom mill-Prosekutur Ġenerali.

Il-prosekuturi l-ewwel jinħatru għal tliet snin u wara għal perjodu ta’ żmien indefinit.

Ir-regolamenti li jikkonċernaw lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huma ddeterminati mil-liġi.

Rwol u dmirijiet

Il-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-istatus legali tal-prosekuturi huma rregolati mil-liġi. Is-servizz tal-prosekuzzjoni huwa entità uniformi u l-prosekuturi kollha għandhom l-istess status legali.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur (ügyészség):

  • Jinvestiga f’każijiet li jinvolvu proċedimenti kriminali ddefiniti mil-liġi;
  • Jivverifika li l-investigazzjoni titwettaq skont id-dispożizzjonijiet legali rilevanti;
  • Jeżerċita komptenzi oħrajn b’konnessjoni mal-investigazzjonijiet;
  • Jipprepara u jressaq akkużi, imexxi prosekuzzjoni fi proċedimenti kriminali u jeżerċita d-drittijiet ta’ appell iddefiniti mil-liġi;
  • Jivverifika li l-eżekuzzjoni tal-pieni titwettaq skont id-dispożizzjonijiet legali rilevanti;
  • Jipparteċipa fi proċedimenti ċivili, tal-impjiegi, amministrattivi u kummerċjali oħrajn: il-prosekutur jipparteċipa fi proċedimenti rregolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (polgári perrendtartás) jekk għal xi raġuni, tkun xi tkun, id-detentur tad-drittijiet ma jkunx kapaċi jiddefendi lilu nnifsu;
  • Fil-qafas tal-istħarriġ ġenerali tal-legalità (általános törvényességi felügyelet), jiżgura ruħu li l-liġi tiġi obduta;
  • Fil-qafas tal-istħarriġ ġenerali tal-legalità (általános törvényességi felügyelet), jiżgura ruħu li l-liġi tiġi obduta;
  • Jagħti bidu għall-miżuri meħtieġa ta’ protezzjoni tat-tfal b’relazzjoni għad-delitti mwettqa fil-konfront ta’ minorenni;
  • Iwettaq kompiti li jirriżultaw minn obbligi internazzjonali, partikolarment l-għajnuna legali;
  • Iwettaq kompiti b’relazzjoni għall-Eurojust - Jagħti l-kontribut tiegħu biex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet soċjali, l-entitajiet tal-gvern u ċ-ċittadini kollha josservaw il-liġi, u fejn jinkisru l-liġijiet jaġixxi biex jiddefendi l-istat tad-dritt.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib iktar informazzjoni fis-sit elettroniku tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Prosekuzzjoni tar-Repubblika tal-Ungerija (Magyar Köztársaság Ügyészsége).

Imħallfin

Organizzazzjoni

Il-Kostituzzjoni tistipula li l-imħallfin huma indipendenti; huma jieħdu deċiżjonijiet fuq il-bażi tal-liġi u f’armonija mal-konvinzjonijiet tagħhom, u ma jistgħux jiġu influwenzati u jingħataw struzzjonijiet meta jagħtu s-sentenzi tagħhom.

Il-President tal-Ungerija għandu d-dritt li jaħtar lill-imħallfin (köztársasági elnök).

Persuna li tixtieq tinħatar imħallef trid tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

  • Tkun ċittadin Ungeriż;
  • Ikollha fedina penali nadifa;
  • Ikollha d-dritt li tivvota;
  • Ikollha lawrja universitarja fil-liġi;
  • Tkun għaddiet mill-Eżami tal-warrant ta' avukat fl-Ungerija (szakvizsgával rendelkezik);
  • Tiżvela l-istat tal-finanzi tagħha kif inhu speċifikat mil-liġi; u
  • Ikollha mill-inqas sena esperjenza bħala skrivan tal-qorti (bírósági titkár) jew skrivan ta’ avukat distrettwali (ügyészségi titkár), jew bħala mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali, imħallef militari, prosekutur, nutar pubbliku, avukat jew konsulent legali jew kellha impjieg f’aġenzija amministrattiva ċentrali (központi közigazgatási szerv) li għalih kien meħtieġ li tgħaddi mill-eżami tal-warrant ta’ avukat.

Assessuri

Skont ir-regoli kostituzzjonali, fi proċedimenti ġudizzjarji jistgħu jipparteċipaw anki mħallfin popolari/assessuri (nem hivatásos bíró/ülnök).

Il-kandidati jrid ikollhom fedina penali nadifa, irid ikollhom id-dritt tal-vot, iridu jkunu ċittadini Ungeriżi u jrid ikollhom iktar minn 30 sena. Barra minn dawn ir-rekwiżiti, l-assoċjati mħallfin militari (katonai ülnök) iridu jservu fil-persunal professjonali tal-forzi armati Ungeriżi (Magyar Honvédség) jew fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

L-assessuri jiġu eletti għal mandati ta’ erba’ snin.

Fi proċedimenti kriminali, il-qrati lokali jkunu magħmula minn imħallef professjonali wieħed (hivatásos bíró) u minn żewġ imħallfin assoċjati f’ċirkustanzi meta r-reat kriminali li jkun qed jiġi kkunsidrat ikun jista’ jiġi kkastigat b’sentenza ta’ ħabs ta’ tmien snin jew aktar. Il-qorti tal-kontea (megyei bíróság) li sservi bħala qorti tal-prim’istanza tista’ tmexxi l-proċedura tagħha permezz ta’ bord (tanács) li jikkonsisti fi mħallef professjonali wieħed flimkien ma’ żewġ assessuri.

Fi proċedimenti ċivili, bord li jikkonsisti fi mħallef professjonali wieħed u f’żewġ imħallfin assoċjati jistgħu jisimgħu l-kawżi ddefiniti mil-liġi.

Skrivana tal-qorti, assistenti tal-qorti

Il-gradwati fil-liġi jiġu impjegati fil-qrati bħala skrivana tal-qorti jew assistenti tal-qorti biex jiksbu għarfien u esperjenza għal karriera futura bħala mħallfin. Huma jistgħu jagħmluha ta’ mħallfin biss fi proċeduri u f’kundizzjonijiet iddefiniti mil-liġi.

Tista' ssib l-iskedi ta' informazzjoni dwar il-persunal ġudizzjarju fil-ħoloq li ġejjin:

  1. uffiċjaliPDF(407 Kb)en
  2. skrivana tal-qortiPDF(382 Kb)en
  3. assistenti tal-qortiPDF(286 Kb)hu
  4. ħaddiema manwaliPDF(280 Kb)hu

Ġuristi

Avukati (ügyvéd)

Meta jkunu qed jipprattikaw il-professjoni tagħhom, l-avukati (ügyvéd) jgħinu lill-klijenti tagħhom jaqbżu għal drittijiethom u jwettqu l-obbligi tagħhom. L-avukati (ügyvéd) jistgħu jipprovdu rappreżentazzjoni legali fil-kawżi kollha u quddiem l-awtoritajiet kollha. Waqt li jiżvolġu l-ħidma professjonali tagħhom l-avukati jkunu indipendenti, li jfisser li ma jistgħux jiġu influwenzati u ma jistgħux jidħlu għal responsabbiltajiet tali li jipperikolaw din l-indipendenza.

L-attivitajiet bi ħlas li jistgħu jwettqu l-avukati biss jinkludu:

  • Rappreżentazzjoni u difiża f’kawżi kriminali;
  • Konsultazzjoni legali;
  • Il-preparazzjoni u l-varjazzjoni ta’ dokumenti legali;
  • Il-ġestjoni ta’ flus u ta’ oġġetti ta’ valur iddepożitati b’relazzjoni mal-attivitaijiet imsemmija iktar ’il fuq.

Għalkemm dawn ma jaqgħux esklużivament fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avukat, minħabba r-rekwiżiti tal-ħajja ekonomika tal-lum, l-avukati jistgħu anki jipprovdu servizzi bħal pariri dwar taxxi, operazzjonijiet ta’ aġenziji tal-proprjetà u medjazzjoni barra mill-qrati (peren kívüli közvetítés).

L-attivitajiet tal-avukati jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe persuna li tkun ġiet ammessa għall-avukatura (kamara) u li tkun ħadet il-ġurament ta’ avukat (ügyvédi eskü).

Sabiex persuna tkun tista’ tiġi ammessa għall-avukatura:

  • Irid ikollha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea (Európai Gazdasági Térség);
  • Irid ikollha fedina penali nadifa;
  • Irid ikollha lawrja universitarja u tkun għaddiet mill-eżami professjonali Ungeriż fil-liġi (jogi szakvizsga);
  • Irid ikollha assigurazzjoni ta’ responsabbiltà u spazju adattat għal uffiċċju.

Fl-Ungerija l-avukati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu attivitajiet ta’ avukati fi tliet forom bażiċi: bħala fornituri ta’ servizzi ad hoc, fuq bażi regolari u bħala membri ammessi għall-avukatura. Il-fornituri ta’ servizzi ad hoc huma obbligati jinnotifikaw is-servizzi tagħhom lill-kamra tal-avukati (ügyvédi kamara) li jkollha l-ġuriżdizzjoni fil-post fejn ikunu pprovduti s-servizzi, filwaqt li dawk li jixtiequ jipprovdu servizzi regolari ta’ avukat iridu jirreġistraw ruħhom mal-kamra tal-avukati kompetenti.

L-avukati tal-Unjoni Ewropea (európai közösségi ügyvéd) imniżżla fir-reġistru jistgħu jitolbu li jiġu ammessi fil-kamra tal-avukati jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti preskritti mil-liġi [eż. il-perjodu ta’ prattika preskritt mil-liġi jkun għadda, jipprovaw il-kompetenza tagħhom fil-liġi Ungeriża (kif ukoll fil-liġi tal-Unjoni Ewropea), ikollhom għarfien xieraq tal-ilsien Ungeriż biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom, eċċ.].

Avukat tal-Unjoni Ewropea li jiġi ammess fil-kamra tal-avukati għandu d-dritt li juża t-titolu professjonali ta’ avukat (ügyvédi cím) u huwa suġġett għall-istess regoli bħall-avukati Ungeriżi.

L-avukati għandhom obbligu ta’ kunfidenzjalità rigward il-fatti u l-informazzjoni kollha li jiġu pprovduti lihom waqt li jwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom.

Bħala regola ġenerali, il-kumpens tal-avukati jkun suġġett għal ftehim liberu bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom. It-tariffi tal-avukati jiġu rregolati biss jekk jagħmluha ta’ difensuri pubbliċi (kirendelt védő) fi proċedimenti tal-qorti.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib iktar informazzjoni fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Ungeriża (Magyar Ügyvédi Kamara).

Konsulenti legali (jogtanácsos)

Il-kompitu fundamentali tal-konsulenti legali huwa li jiffaċilitaw ħidmet l-organizzazzjoni li jkunu impjegati magħha. Il-konsulenti legali jagħmlu rappreżentazzjoni legali fi ħdan l-organizzazzjoni li timpjegahom u jagħtu pariri u informazzjoni legali; jippreparaw rikorsi, kuntratti u dokumenti oħrajn; u jipparteċipaw fl-organizzazzjoni tax-xogħol legali. Bħala regola ġenerali, il-konsulenti legali – b’differenza għall-avukati l-oħra – iwettqu dmirijiethom (li ma jkunux daqshekk estensivi daqs dawk tal-avukati l-oħra) bħala impjegati. Il-kumpens tal-konsulenti legali huwa bbażat fuq ir-regolamenti dwar l-impjiegi.

Kwalunkwe persuna mniżżla fir-reġistru li jinżamm aġġornat mill-qorti tal-kontea – f’Budapest (jiġifieri, mill-Qorti Metropolitana ta’ Budapest) ) (Fővárosi Bíróság)– tista’ ssir konsulent legali. L-applikanti:

  • Irid ikollhom iċ-ċittadinanza ta’ wieħed mill-Istati Membri parteċipanti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (az Európai Gazdasági Térségről szóló megállapodás);
  • Irid ikollhom fedina penali nadifa;
  • Irid ikollhom lawrja universitarja;
  • Iridu jkunu għaddew mill-eżami professjonali Ungeriż fil-liġi; u
  • Iridu jkunu mniżżla fir-reġistru.

F’ċerti każijiet, il-Ministru tal-Ġustizzja (az igazságügyért felelős miniszter) jista’ jagħti eżenzjoni mill-kundizzjoni taċ-ċittadinanza.

Nutara (közjegyző)

Filwaqt li jaġixxi fi ħdan is-setgħat iddefiniti mil-liġi, in-nutar pubbliku (közjegyző) iwettaq l-amministrazzjoni uffiċjali tal-ġustizzja bħala parti mis-sistema ġudizzjarja tal-Istat.

L-għan tal-attivitajiet tan-nutara huwa li ma jħallux li t-tilwim legali jeskala, u huma intitolati li jaħdmu biss f’dan il-qasam jekk ikunu ammessi bħala membri tal-Kamra tan-Nutara (Közjegyzői Kamara). Fuq il-bażi tal-liġi, in-nutara jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja biex jaħdmu fi kwartieri ġenerali partikolari u għal perjodu ta’ żmien indefinit.

In-nutara huma obbligati jiksbu assigurazzjoni ta’ responsabbiltà u jżommuha matul il-perjodu li fih jiżvolġu l-attivitajiet professjonali tagħhom.

Il-medda esklużiva ta’ attivitajiet li jagħmlu n-nutara tinkludi r-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonjiet legali, tad-dikjarazzjonijiet legali u tal-fatti fi strumenti pubbliċi (közokirat). Wieħed mill-kompiti tradizzjonali tan-nutar huwa li jmexxi proċedimenti probatorji u proċedimenti oħrajn li ma jirrigwardawx kawżi. Kompitu importanti ieħor li jagħmlu n-nutara huwa li jżommu reġistri tal-ipoteki fuq proprjetajiet mobbli personali kif ukoll iġestixxu d-depożiti, fejn jirċievu flus, oġġetti ta’ valur u sigurtajiet fuq il-bażi tal-awtorizzazzjoni li jkunu ngħataw mill-partijiet involuti sabiex jikkonsenjawhom lill-parti li tkun intitolata għalihom.

Għal attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala medji f’dak li jirrigwarda t-tul ta’ żmien li jieħdu, rekwiżit għall-eżerċizzju ta’ ġudizzju u ta’ responsabbiltà legali mwettqa fl-uffiċċji tagħhom, in-nutara huma intitolati għall-ammont ta’ ħlas iddefinit mil-liġi. F’każijiet eċċezzjonali (eż. dwar każijiet diffiċli li jeħtieġu livell ogħla ta’ ħiliet), il-ħlas jista’ jvarja mill-ammont tas-soltu. Jekk il-valur irrappreżentat mis-suġġett tal-attività tan-nutar ikun jista’ jiġi ddikjarat, it-tariffa tan-nutar tiġi ddefinita fuq din il-bażi. Jekk il-valur irrappreżentat mis-suġġett tal-attività tan-nutar ma jistax jiġi ddikjarat, it-tariffa tan-nutar trid tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-ħin li n-nutar ikun qatta’ fuq l-attività professjonali. Il-prezz tal-awtentikazzjoni tal-kopji tad-dokumenti min-naħa tan-nutara huwa wieħed fiss.

Peress li ċ-ċittadinanza Ungeriża hija rekwiżit fundamentali għall-imħallfin, għall-prosekuturi, għall-iskrivana tal-qorti, għall-marixxalli u għan-nutara, fl-Ungerija ċ-ċittadini barranin ma jistgħux jinħatru f’dawn il-karigi.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib iktar informazzjoni fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Nazzjonali tan-Nutara Ungeriża (Magyar Országos Közjegyzői Kamara).

Professjonijiet legali oħra

Marixxalli

Il-miżuri ta’ eżekuzzjoni jiġu eżegwiti mill-marixxalli (marixxalli tal-qrati indipendenti (önálló bírósági végrehajtó) u marixxalli tal-qrati tal-kontej (megyei bírósági végrehajtó)).

Bħala regola ġenerali, it-talbiet inklużi fid-deċiżjonijiet tal-qrati (bírósági határozat) li jittieħdu fil-kawżi ċivili jiġu eżegwiti mill-marixxalli tal-qrati indipendenti. Il-marixxalli tal-qrati indipendenti jinħatru mill-Ministru tal-Ġustizzja biex jissieħbu f’qorti lokali partikolari (helyi bíróság) f’żona ta’ ġuriżdizzjoni partikolari.

Il-marixxalli tal-qrati indipendenti mhumiex impjegati mill-Istat; id-dħul tagħhom jitħallas mill-klijenti għax-xogħol li jkunu wettqu.

Il-firxa tal-attivitajiet tagħhom tinkludi:

  • Eżekuzzjoni fuq il-bażi ta’ ċertifikat ta’ eżekuzzjoni (végrehajtási lap) maħruġ mill-qorti;
  • Eżekuzzjoni fuq il-bażi ta’ dokument b’mandat ta’ eżekuzzjoni (végrehajtási záradék) maħruġ mill-qorti;
  • Eżekuzzjoni fuq il-bażi ta’ ordni ġudizzjarju jew ta’ restrizzjoni ta’ eżekuzzjoni jew ta’ ordni ta’ trasferiment (végrehajtást elrendelő, letiltó, átutalási végzés), kif ukoll, digriet ta’ avviż ġudizzjarju dirett (közvetlen bírósági felhívás).

Il-marixxalli tal-qrati reġjonali huma attivi fil-qrati reġjonali u fil-Qorti Reġjonali tal-Kapitali Budapest (Fővárosi Törvényszék). Marixxall ta' qorti reġjonali għandu jiġi appuntat mill-prim imħallef tal-qorti reġjonali għal perjodu ta' żmien indefinit, sabiex jaħdem f'qorti reġjonali speċifika. Sejħa għall-uffiċċju ta' marixxall ta' qorti reġjonali għandha tiġi mħabbra mill-prim imħallef tal-qorti reġjonali. Il-marixxall tal-qorti reġjonali hu dak li jkun impjegat mill-qorti reġjonali biex jokkupa dik il-kariga uffiċjali fil-qorti u li jkun qed jirċievi benefiċċji bbażati fuq din ir-relazzjoni tax-xogħol.

Il-marixxalli tal-qrati reġjonali għandhom jeżegwixxu "talbiet ġudizzjarji” (meta l-proprjetarju leġittimu tat-talba jkun l-Istat); talbiet ġudizzjarji huma l-ispejjeż ta' proċedimenti ċivili jew kriminali mħallsa minn qabel mill-Istat. Il-ġabra tal-ispejjeż tal-proċedura kriminali, is-sekwestru tal-proprjetà u penali oħra li huma ta' natura pekunjarja huma d-dmir tal-marixxalli tal-qrati tal-kontej. L-għajnuna għat-tfal li toħroġ mill-qorti hi kwalifikata bħala talbiet ġudizzjarji u l-eżekuzzjoni tagħha hi wkoll fi ħdan il-kompetenza tal-marixxalli tal-qrati reġjonali. Barra minn hekk, il-marixxalli tal-qrati reġjonali għandhom jeżegwixxu, jekk il-proprjetarju leġittimu tat-talba jkun il-qorti, il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali, l-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali, il-Ministeru tal-Ġustizzja, istitut ta' esperti ġudizzjarji jew l-Istat.

Iż-żona ta’ ġurizdizzjoni tal-marixxalli tikkoinċidi maż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tal-qorti.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib iktar informazzjoni fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Marixxalli tal-Qrati Ungeriża (Magyar Bírósági Végrehajtói Kamara).

Organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi legali pro bono

Il-kliniċi legali joperaw fl-universitajiet u f’diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi Ungeriżi u internazzjonali attivi f’dan il-qasam.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Paġna prinċipali tal-Kamra Nazzjonali tan-Nutara Ungeriża (A Magyar Országos Közjegyzői Kamara honlapja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Paġna Prinċipali tal-Kamra tal-Marixxalli tal-Qrati Ungeriża (A Magyar Bírósági Végrehajtói Kamara honlapja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Paġna Prinċipali tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni tar-Repubblika tal-Ungerija (A Magyar Köztársaság Ügyészségének honlapja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Paġna Prinċipali tal-Kamra tal-Avukati Ungeriża (A Magyar Ügyvédi Kamara honlapja)

L-aħħar aġġornament: 15/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgarul-Ispanjoliċ-Ċekid-Daniżil-Ġermaniżl-Estonjanil-Griegl-Ingliżil-FranċiżKroatit-Taljanil-Latvjanil-Litwanl-Ungeriżl-Olandiżil-Pollakkil-Portugiżir-Rumenis-Slovakkis-Slovenil-Finlandiżl-Isvediż diġà ġew tradotti.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Malta

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali f’Malta.

Professjonijiet legali – introduzzjoni
Il-prosekuturi
L-imħallfin
Barristers / Avukati
Nutara
Professjonijiet legali oħra
Reġistratur u staff tal-Qrati

Professjonijiet legali – introduzzjoni

Il-professjonijiet legali f’Malta huma dawk ta’ avukat, nutar pubbliku u prokuratur legali.

  • L-avukati għandhom id-dritt li jinstemgħu quddiem il-qrati kollha.
  • In-nutara pubbliċi jiġu kkunsidrati bħala uffiċjali pubbliċi u jabbozzaw u jippubblikaw l-atti pubbliċi.
  • Il-prokuraturi legali għandhom id-dritt li jinstemgħu quddiem il-qrati inferjuri u, fil-prattika, il-parti l-kbira ta’ xogħolhom jikkonsisti filli jsegwu l-atti ġudizzjarji, kemm jekk dawn ikunu relatati ma’ kawżi fil-qrati kif ukoll jekk ikunu relatati ma’ talbiet oħrajn fir-reġistru tal-qorti.

Il-professjoni legali f’Malta hija organizzata f’sistema unitarja u l-prosekuturi pubbliċi jinħatru minn fost l-avukati prattikanti.

Il-prosekuturi

Organizzazzjoni

Skont l-Artikolu 91 tal-Kostituzzjoni, l-Avukat Ġenerali għandu funzjonijiet kostituzzjonali u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa stabbilit bħala entità governattiva skont il-Kapitolu 90 tal-Liġijiet ta’ Malta, jiġifieri l-Ordinanza dwar il-Kostituzzjoni tal-Kariga ta' Avukat Ġenerali u dik ta' Avukat tar-Repubblika.

Skont it-termini tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, l-Avukat Ġenerali għandu sigurtà tal-kariga u jeżerċita ġudizzju indipendenti fi kwistjonjiet li jikkonċernaw il-prosekuzzjonijiet kriminali, minbarra li jwettaq il-funzjonijiet preskritti mill-Kodiċi Kriminali rigward il-prosekuzzjonijiet kriminali.

L-Avukat Ġenerali huwa assistit mid-Deputat Avukat Ġenerali u minn uffiċjali legali oħrajn.

Rwol u dmirijiet

L-Avukat Ġenerali huwa l-Prosekutur Ewlieni quddiem il-Qrati Kriminali.  Skont ir-Regolamenti tal-2020 dwar Prosekuzzjoni ta' Reati (Disposizzjonijiet Transitorji) (Avviz Legali 378 tal-2020), li ġew fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2020, l-Avukat Ġenerali assuma s-setgħa li jiddeċiedi jekk prosekuzzjoni għandhiex tiġi istitwita quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja dwar kategorija ta' reati serji li jinkludu: (a) atti ta' terrorizmu, finanzjar ta' terrorizmu u reati anċillari taħt is-Sub-titolu IV A tat-Titolu IX tat-Taqsima II tal-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Kriminali; (b) uffiċjali jew impjegati pubbliċi li jesiġu flus jew ħwejjeġ oħra kontra l-liġi, estorsjoni, korruzzjoni, meta l-persuna tuza l-influwenza u reati li għandhom x'jaqsmu mal-kontabilita' taħt is-Sub-titolu IV tat-Titolu III tat-Taqsima II tal-Ewwel Ktieb tal-Kodiċi Kriminali;(ċ) reati ta' money laudering taħt l-Artikolu 3 tal-Att Kontra Money Laundering ħlief fejn tali reati huma prosekuti flimkien ma' reati kontra l-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikoluzi jew l-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x'jaqsmu magħha; (d) kazijiet ta' frodi jew appropjazzjoni bla jedd fejn it-telf finanzjarju kkawzat huwa tal-inqas ta' ħamsin elf euro (€50,000); (e) attentati jew reat ta' assoċjazzjoni sabiex iwettaq jew ikun kompliċi fir-reati msemmija.

Meta jeżerċita s-setgħat biex jibda, iwettaq jew iwaqqaf proċedimenti kriminali kif ġew konferiti lilu minn kwalunkwe liġi li tawtorizza l-eżerċizzju ta’ tali setgħa, l-Avukat Ġenerali mhux soġġett għad-direzzjoni jew għall-kontroll tal-ebda persuna jew tal-ebda awtorità oħra ħlief fejn xi liġi tista' tipprovdi (a) għal stħarriġ ġudizzjarju ta' deċizjoni li ma ssirx prosekuzzjoni jew kwalunkwe deċizjoni oħra fuq bazi ta' illegalita' jew irraġonevolezza; jew (b) għal stħarriġ ġudizzjarju fuq bazi ta' kriterji stabbiliti mill-liġi ta' deċizjoni tal-Avukat Ġenerali li prosekuzzjoni għandha sseħħ f'qorti superjuri ta' ġurisdizzjoni kriminali fejn il-piena applikabbli tkun għola minn dik li kienet tkun se tapplika kieku l-istess reat instema' quddiem qorti inferjuri ta' ġurisdizzjoni kriminali.

L-Avukat tal-Istat

Organizzazzjoni

L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat ġie mwaqqaf fit-18 ta' Diċembru 2019 bħala entita legali separata, u jwettaq ċertu funzjonijiet u dmirijiet li qabel kienu jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Skont l-Artikolu 91 A tal-Kostituzzjoni, l-Avukat tal-Istat għandu funzjonijiet kostituzzjonali.  L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat huwa stabbilit bħala aġenzija tal-gvern skont l-Att dwar l-Avukat tal-Istat, Kapitolu 603 tal-Liġijiet ta' Malta.

Skont il-Kostituzzjoni ta' Malta, l-Avukat tal-Istat għandu l-istess sigurta' tal-kariga tiegħu bħall-Avukat Ġenerali u fl-ezerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, l-Avukat tal-Istat għandu jaġixxi fil-ġudizzju individwali tiegħu u ma għandux ikunsuġġett għad-direzzjoni jew għall-kontroll ta' ebda persuna jew awtorita' oħra.

L-Avukat tal-Istat huwa assistit mnn Deputat Avukat tal-Istat u uffiċjali legali oħrajn.

Rwol u dmirijiet

L-Avukat tal-Istat huwa l-Konsulent Legali Ewlieni tal-Gvern filwaqt li l-uffiċjali legali fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat jirrapprezentaw lill-Gvern quddiem il-qrati ċivili u kostituzzjonali.

L-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat jirrappreżenta lir-Repubblika ta’ Malta quddiem il-qrati internazzjonali inkluz il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-uffiċjali tiegħu jirrappreżentaw lill-Gvern waqt laqgħat internazzjonali dwar il-kooperazzjoni legali u ġudizzjarji.

Barra minn hekk, l-Uffiċċju jassisti fl- abbozzar tal-leġislazzjoni u jassisti fil-passaġġ tagħha mill-Parlament.

L-imħallfin

Organizzazzjoni

L-Imħallfin u l-Maġistrati jinħatru mill-President tar-Repubblika skont ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura stabbilitbl-Artikolu 96 A tal-Kostituzzjoni.  Il-Prim Imħallef huwa maħtur mill-President tar-Repubblika skont rizoluzzjoni tal-Kamra tar-Rapprezentanti appoġġjata mil-voti ta' mhux inqas minn zewġ terzi tal-membri tagħha.

L-Imħallfin u l-Maġistrati kollha huma indipendenti mill-Eżekuttiv u jgawdu minn sigurtà tal-kariga. Biex persuna tkun tista’ tinħatar maġistrat, trid tkun ipprattikat bħala avukat f’Malta għal perjodu ta’ mhux inqas minn 7 snin, filwaqt li biex tinħatar imħallef trid tkun ipprattikat bħala avukat f’Malta għal 12-il sena. Dixxiplina ġudizzjarja li ma twassalx għal tneħħija mill-kariga ta' membru tal-ġudikatura hija l-prerogattiva tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.  Deċizjonijiet dwar dan jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.  Fl-ezerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha l-poteri kollha tal-qrati ta' ġurisdizzjoni ċivili.  Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għemil investigat jista' jwassal għal tneħħija mill-kariga ta' ġudikant, din għandha tipproċedi li tagħti parir lill-President tar-Repubblika biex ineħħi mill-kariga lill-ġudikant għal imġieba ħazina ppruvata jew inkapaċita' ppruvata li jaqdi l-funzjoni tal-kariga tiegħu.  Il-ġudikant għandu dritt li jappella minn din ir-rakomandazzjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-avukati

Barristers / Avukati

Rwol u dmirijiet

L-avukati huma professjonisti li għandhom l-awtorizzazzjoni biex jagħtu pariri u konsulenza legali kif ukoll biex jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom quddiem il-qrati, it-tribunali jew fora legali oħrajn.

Biex persuna tkun tista’ teżerċita l-professjoni ta’ avukat f’Malta irid ikollha warrant maħruġ mill-President ta’ Malta taħt is-Siġill Pubbliku ta’ Malta. Kull min jingħata dan il-warrant għandu, qabel ma jibda l-eżerċizzju tal-professjoni, jieħu quddiem il-Qorti tal-Appell, f’seduta bil-miftuħ ta’ dik il-qorti, il-ġurament ta’ lealtà u l-ġurament tal-kariga.

Organizzazzjoni

Il-Kamra tal-Avukati ta’ Malta tirrappreżenta l-avukati li jiġu ammessi għall-avukatura f’Malta. Din hija organizzazzjoni mhux politika, mhux governattiva u volontarja li tiġi ffinanzjata mill-miżati tal-membri u mill-fondi li jinġabru mill-attivitajiet li torganizza, u hija legalment rikonoxxuta bħala l-entità konsultattiva u parteċipattiva tal-avukati fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-organizzazzjoni u mal-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

F’Malta hemm tip wieħed biss ta’ avukat, u fil-fatt jintuża terminu wieħed – “avukat” – li jirreferi għal dawk li bl-Ingliż jissejħu “lawyers” u “advocates”. Il-professjoni hija regolata mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, li hija magħmula mill-President ta’ Malta, mill-Prim’Imħallef, zewġ imħallfin, zewġ maġistrati mill-President tal-Kamra tal-Avukati u zewġ professjonisti legali. L-ilmenti kollha fil-konfront tal-avukati jiġu ttrattati minn kumitat ta’ ħames avukati li mbagħad jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja dwar l-azzjoni dixxiplinari li għandha tittieħed. Tlieta mill-ħames avukati jinħatru mill-Kamra tal-Avukati, biex b’hekk il-Kamra għandha setgħat effettivi ta’ regolamentazzjoni rigward il-professjoni.

Il-Kamra tal-Avukati żżomm aġġornat sit elettroniku informattiv iddedikat għall-professjoni, li jinkludi wkoll direttorju. Id-direttorju huwa maqsum f’żewġ partijiet: il-parti aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, li tinkludi dettalji tal-avukati kollha li huma membri tal-Kamra tal-Avukati, filwaqt li l-parti privata maħsuba għall-membri tinkludi d-dettalji tal-avukati kollha li taf bihom il-Kamra tal-Avukati.

Tul dawn l-aħħar snin, il-Kamra organizzat numru ta’ konferenzi u ta’ seminars akkademiċi, kif ukoll sensiela ta’ lectures kull xahar sabiex tippromwovi kultura ta’ żvilupp legali kontinwu tal-avukati kollha.

Bażijiet tad-dejta legali

Is-sit elettroniku tal-gvern Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalawyersregister.gov.mt jagħti lista uffiċjali tal-avukati bl-isem kif ukoll dettalji dwar avukati li għandhom il-warrant li taw il-kunsens tagħhom biex id-dettalji professjonali tagħhom jidhru f'dan ir-reġistru.  Ir-reġistru huwa aċċessibbli mill-pubbliku.

Nutara

Rwol u dmirijiet

In-nutara huma uffiċjali pubbliċi awtorizzati li jirċievu atti fost il-ħajjin u testmenti u li jagħtuhom fidi pubblika. Bħala konsegwenza ta’ dan l-obbligu u dover, huma wkoll responsabbli mill-kustodja ta’ dawn l-istess dokumenti u jistgħu jagħtu kopji ta’ dawn id-dokumenti. Kapitlu 55 tal-Liġijiet ta’ Malta (Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili) jispeċifika x’setgħat u funzjonijiet oħra għandu nutar.

In-nutara jieħdu l-ġurament ta’ fedeltà u l-ġurament tal-kariga quddiem il-Qorti tal-Appell qabel ma jibdew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom.

Is-sorveljanza fuq in-Nutara kollha, l-Arkivji Nutarili u r-Reġistru Pubbliku hi mħollija f’idejn qorti speċjali magħrufa bħala l-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili. Din il-Qorti hi magħmula minn membri maħtura mill-Ministru responsabbli għall-affarijiet nutarili minn fost imħallfin u maġistrati rtirati u minn fost avukati u nutara pubbliċi.

Il-Qorti, kull meta jidhrilha meħtieġ tista’ mingħajr ma tagħti avviż iżżur u tispezzjona l-Arkivji, r-Reġistru Pubbliku jew l-uffiċċju ta’ nutar.

Kull sena, fix-xahar ta’ Jannar, fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta jiġu ppubblikati d-dettalji tan-nutara kollha li jipprattikaw f’Malta.

Organizzazzjoni

Il-Kunsill Notarili huwa l-korp ġenerali li jissuperviżjona l-professjoni Notarili, u huwa intitolat, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew meta jirċievi lment, li jinvestiga l-kondotta ta’ kwalunkwe nutar li jitqies li tmur kontra d-dekor tal-professjoni notarili. Il-Kunsill jista’ anki jittratta kwalunkwe akkuża ta’ negliġenza jew ta’ abbuż li ssir fil-konfront ta’ kwalunkwe nutar fir-rigward tal-kondotta professjonali tiegħu jew b’konnessjoni ma’ kwistjonjiet professjonali, sakemm is-setgħa li jagħmel dan ma tingħatax lil xi awtorità oħra kif stabbilit fl-Artikoli 85 u 94 tal-Kapitolu 55 tal-Liġijiet ta’ Malta: Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, jew skont kwalunkwe liġi oħra.

Bażijiet tad-dejta legali

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku uffiċjali tal-Kunsill Nutarili (Malta) jinkludi informazzjoni dwar il-Kunsill Notarili, informazzjoni ġenerali utili kemm għall-pubbliku kif ukoll għan-nutara kif ukoll direttorju bid-dettalji tan-nutara pubbliċi li jipprattikaw f’Malta. Il-bażi tad-dejta hija aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali u hija mingħajr ħlas.

Professjonijiet legali oħra

Prokuraturi legali

Biex persuna tkun tista’ teżerċita l-professjoni ta’ prokuratur legali f’Malta irid ikollha warrant maħruġ mill-President ta’ Malta taħt is-Siġill Pubbliku ta’ Malta. Kull min jingħata dan il-warrant għandu, qabel ma jibda l-eżerċizzju tal-professjoni, jieħu quddiem il-Qorti tal-Appell, f’seduta bil-miftuħ ta’ dik il-qorti, il-ġurament ta’ lealtà u l-ġurament tal-kariga.

Id-dmir prinċipali tal-prokuratur legali huwa li jassisti lill-avukat li jirriserva s-servizzi tiegħu rigward il-proċedimenti fil-qrati. B’hekk, ikunu involuti fil-preżentazzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub fir-reġistri tal-qrati f’isem il-klijenti u ġeneralment iwettqu servizzi oħrajn b’konnessjoni mal-preparazzjoni tal-kawżi mill-avukati.

Il-prokuraturi legali għandhom id-dritt li jinstemgħu quddiem il-qrati tal-maġistrati u quddiem tribunali u bordijiet speċjali.  Huma jistgħu ukoll jagħtu l-pariri.

Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hija l-entità responsabbli mir-regolamentazzjoni ta’ din il-professjoni f’Malta.

L-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati hija responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Qrati ta' Malta.  L-Aġenzija hija responsabbli mir-reġistri u mill-uffiċjali assenjati lilhom, mill-preżentazzjoni u mit-taħrika tal-atti ġudizzjarji, mill-eżekuzzjoni tat-titoli eżekuttivi, bħas-sentenzi u l-mandati permezz tal-marixxalli maħtura mill-Qorti u uffiċjali oħrajn, mill-bejgħ b’subbasti, mill-ġurijiet u minn proċeduri oħrajn tal-qorti kriminali.

Deputat ReġistraturPDF(489 KB)mt

Assistent ĠudizzjarjuPDF(382 KB)mt

Skrivani tar-ReġistruPDF(390 KB)mt

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati (Malta)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku uffiċjali tal-Kunsill Notarili (Malta)

L-aħħar aġġornament: 03/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Olanda

Din il-paġna tipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fin-Netherlands.

Prosekuturi

Organizzazzjoni

Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika(Openbaar Ministerie, jew OM) huwa organizzazzjoni nazzjonali b’uffiċċji fir-reġjuni kollha tan-Netherlands. Jeżisti wkoll uffiċċju tal-prosekutur pubbliku nazzjonali li jiffoka fuq il-ġlieda (internazzjonali) kontra l-kriminalità organizzata, u uffiċċju tal-prosekutur pubbliku funzjonali biex jiġġieled il-kriminalità u l-frodi ambjentali u finanzjarji.

Hemm 10 uffiċċji tal-prosekuturi distrettwali, fejn il-prosekuturi pubbliċi, megħjuna minn esperti amministrattivi u legali, jittrattaw mijiet ta’ eluf ta’ kawżi kull sena. Jekk jitressaq appell, il-kawża tiġi riferuta lil wieħed mill-erba' uffiċċji tal-prosekuturi reġjonali. Ir-rappreżentant tal-OM f’dawn l-uffiċċji jissejjaħ l-avukat ġenerali (Advocaat-Generaal). Il-kapijiet prosekuturi pubbliċi u l-kapijiet avukati ġenerali jieħdu ħsieb dawn l-uffiċċji. Fil-livell nazzjonali l-OM huwa mmexxi mill-Bord tal-Prosekuturi Ġenerali (College van Procureurs-generaal) f’The Hague. Ir-responsabbiltà politika għall-OM hija fdata f’idejn il-Ministru għall-Ġustizzja. Flimkien mal-Bord tal-Prosekuturi Ġenerali, il-Ministru jiddeċiedi dwar il-prijoritajiet għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni.

Rwol u dmirijiet

Kull persuna ssuspettata li wettqet reat kriminali jkollha x’taqsam mal-OM. L-OM huwa l-uniku korp fin-Netherlands li jista’ jtella’ persuna ssuspettata l-qorti. Huwa jiżgura li r-reati kriminali jiġu investigati u li ssir il-prosekuzzjoni.

Għal dan l-għan, huwa jaħdem f’kollaborazzjoni mal-pulizija u ma’ servizzi oħra ta’ investigazzjoni. Il-prosekutur pubbliku huwa responsabbli mill-investigazzjonijiet. L-OM jissorvelja wkoll l-eżekuzzjoni xierqa tas-sentenzi tal-qorti: il-multi jridu jitħallsu, is-sentenzi ta’ priġunerija jridu jiġu skontati, u s-servizz komunitarju jrid jitwettaq. L-OM u l-imħallfin huma parti mill-ġudikatura. Għalkemm l-isem Netherlandiż tiegħu litteralment ifisser “ministeru pubbliku”, l-OM għalhekk ma huwiex ministeru fis-sens tas-soltu tat-terminu.

Mħallfin

Organizzazzjoni

Kull min jixtieq isir imħallef irid ikollu bosta snin ta’ esperjenza professjonali. Iktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. L-esperjenza professjonali tista’ tinkiseb permezz ta’ kors ta’ taħriġ intern mal-ġudikatura jew xi mkien ieħor fis-sistema ġudizzjarja. Il-ġudikatura tipprovdi t-taħriġ meħtieġ.

L-Imħallfin jinħatru mill-Kuruna, taħt il-patroċinju tal-Ministru għall-Ġustizzja u s-Sigurtà. Iċ-ċittadini Netherlandiżi biss jistgħu jinħatru fil-kariga ta’ mħallef. Il-kandidati jrid ikollhom lawrja fil-liġi minn università Netherlandiża.

L-individwi jistgħu jiġu nnominati għal ħatra fil-ġudikatura biss wara rakkomandazzjoni ta’ kumitat ta’ selezzjoni nazzjonali magħmul minn membri mid-diversi qrati, mis-Servizz tal-Prosekutur Pubbliku u minn individwi soċjalment attivi.

Imħallef jinħatar biex jamministra l-ġustizzja f’qorti speċifika. Tali ħatra tista’ sseħħ biss jekk il-qorti inkwistjoni tinnomina lill-imħallef prospettiv. Dawn il-kundizzjonijiet jagħmlu s-sistema ta’ ħatriet kemm jista’ jkun oġġettiva.

L-imħallfin huma uffiċjali tal-gvern bi status speċjali. Wara li jinħatru, ma jistgħux jaċċettaw ħatra xi mkien ieħor. L-imħallfin jistgħu jibqgħu fil-kariga tagħhom sakemm jagħlqu 70 sena. Qabel dan, jistgħu jitneħħew mill-kariga kontra r-rieda tagħhom biss mill-ogħla qorti fin-Netherlands, il-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad der Nederlanden), fuq talba tal-prosekutur ġenerali (procureur-general) ta’ din il-qorti.

Rwol u dmirijiet

Il-kompitu tal-imħallef huwa li jieħu deċiżjoni imparzjali fit-tilwim legali – inklużi l-kawżi li l-gvern ikun parti fihom. Biex tkun iggarantita l-imparzjalità fil-konfront tal-gvern, tintuża sistema speċjali ta’ selezzjoni u ta’ ħatra. Huwa għalhekk li l-istatus legali tal-imħallfin huwa differenti minn dak tal-uffiċjali l-oħra tal-gvern.

Il-Kostituzzjoni Netherlandiża teżiġi li l-imħallfin jieħdu deċiżjonijiet dwar it-tilwim, u tinkludi dispożizzjonjiet li jirregolaw l-istatus legali tal-membri tal-ġudikatura.

L-imħallfin jistgħu jisimgħu l-kawżi skont id-diskrezzjoni tagħhom, filwaqt li jkunu ggwidati mil-leġiżlazzjoni prevalenti. Huma jiddeterminaw ukoll, sa ċertu punt, il-progress prattiku tal-proċedimenti (pereżempju, it-tul ta’ ċerti partijiet tal-proċedimenti).

Hemm diversi dispożizzjonijiet statutorji li jirregolaw l-imġiba tal-imħallfin. L-iskop tagħhom huwa li jkun iggarantit li l-imħallfin jagħmlu xogħolhom b’mod imparzjali. Jekk parti fi proċediment ikollha xi dubji dwar l-imparzjalità tal-imħallef, il-liġi tipprovdi lil dik il-parti b’opportunità biex toġġezzjona li l-imħallef jisma’ l-kawża. Xi drabi, parti f’kawża ma tkunx sodisfatta b’ħidmet l-imħallef. Hawnhekk issir distinzjoni bejn id-deċiżjoni mogħtija mill-qorti u l-imġiba tal-imħallef.

  1. Jekk in-nuqqas ta’ sodisfazzjon ikun minħabba s-sentenza, il-parti li qed tilmenta ġeneralment ikollha l-possibbiltà li tressaq appell.
  2. L-ilmenti dwar l-imġiba ta’ mħallef jistgħu jitressqu quddiem il-bord tal-qorti fejn jipprattika l-imħallef inkwistjoni. Kull qorti għandha proċedura għall-ilmenti li tistipula r-regoli biex jiġu ttrattati l-ilmenti.

L-imħallfin iridu jiksbu għarfien espert f’mill-inqas żewġ oqsma. Normalment jisimgħu kawża f’ċertu qasam tal-liġi, imbagħad jaqilbu għal ieħor. Din is-sistema hija mfassla biex l-imħallfin ma jitħallewx jiffokaw għal wisq żmien u żżejjed fuq qasam wieħed ta’ għarfien espert.

L-imħallfin jaħdmu fi qrati distrettwali (rechtbanken). Dawn jinkludu mill-inqas erba’ setturi: wieħed għal-liġi ċivili, wieħed għal-liġi kriminali, wieħed għal-liġi amministrattiva u wieħed għal kwistjonijiet tal-qorti subdistrettwali. L-imħallfin li jaħdmu fis-settur tal-aħħar jissejħu kantonrechters, filwaqt li fis-setturi l-oħrajn jissejħu rechters. L-imħallfin li jaħdmu fil-qrati tal-appell (gerechtshoven) u fil-Qorti Suprema jissejħu raadsheren.

Il-kompożizzjoni tal-qrati meta jinstemgħu l-kawżi hija kif spjegat hawn taħt.

  • L-imħallfin fis-settur tal-qorti subdistrettwali jisimgħu l-każijiet weħidhom.
  • L-imħallfin tal-qrati distrettwali ġeneralment jisimgħu l-kawżi weħidhom, imma wħud mill-kawżi jridu jinstemgħu minn bord ta’ tliet imħallfin.
  • Bord ta’ tliet imħallfin jisma’ kawżi fil-qrati tal-appell, ħlief fejn każ bħal dan jista’ jinstema’ minn imħallef wieħed. Ir-regoli li jirregolaw dan huma stabbiliti fl-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Ġudikatura (Wet op de rechterlijke organisatie).
  • Ħames imħallfin jisimgħu kull kawża quddiem il-Qorti Suprema.

Il-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) huwa responsabbli għar-regolazzjoni tal-professjoni.

Bażi ta’ data ġuridika

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit web ġenerali dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaġudikatura Netherlandiża, li huwa aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.

Organizzazzjoni tal-professjonijiet legali

Avukati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tan-Netherlands (Nederlandse Orde van Advocaten) hija l-korp professjonali tad-dritt pubbliku għall-avukati kollha fin-Netherlands. L-attività ċentrali taI-Kamra tal-Avukati tan-Netherlands, li hija rregolata b’mod statutorju, hija s-sorveljanza tal-kwalità tas-servizzi li jagħtu l-avukati. Fost affarijiet oħra, il-kwalità tas-servizzi tal-avukati hija żgurata minn:

  • programm ta’ taħriġ komprensiv għall-avukati;
  • il-produzzjoni ta’ regolamenti u regoli oħra vinkolanti għall-avukati;
  • proċedimenti dixxiplinari;
  • informazzjoni u servizzi għall-membri; u
  • pariri lill-gvern Netherlandiż dwar il-pjanijiet ta’ politika u abbozzi ta’ leġiżlazzjoni.

Skont l-Att dwar l-Avukati (Advocatenwet) l-avukati kollha jridu jsiru membri taI-Kamra tal-Avukati tan-Netherlands. Bħalissa hemm aktar minn 18 000 avukat irreġistrat.

Il-konsulenti legali

Ma hemm l-ebda entità ċentralizzata li tirregola din il-professjoni.

In-nutara

Organizzazzjoni

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Rjali Netherlandiża tan-Nutara tal-Liġi Ċivili (Koninklijke Notariële Beroepsorganisatie) tiddefendi l-interessi tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidanutara fin-Netherlands u tiżgura li jkunu jistgħu jagħmlu xogħolhom kif suppost.

Rwol u dmirijiet

Il-liġi teħtieġ strument notarili għal għadd ta’ ftehimiet u ta’ tranżazzjonijiet legali. L-aktar importanti fosthom huma:

  1. iċ-ċessjoni tal-proprjetà immobbli fin-Netherlands;
  2. il-ħolqien jew il-kanċellazzjoni tal-ipoteki;
  3. l-inkorporazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi jew privati b’responsabbiltà limitata (NVs u BVs) jew l-emendi tal-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħhom;
  4. it-twaqqif ta’ fondazzjonijiet jew ta’ assoċjazzjonijiet (inklużi l-kooperattivi) jew l-emendi fil-kostituzzjoni tagħhom;
  5. it-tfassil, l-emendi għat-testmenti u l-eżekuzzjoni tagħhom;
  6. it-tfassil jew l-emendi għall-kuntratti taż-żwieġ u għall-ftehimiet ta’ sħubija domestika rreġistrata;
  7. it-trasferiment ta’ ishma rreġistrati; u
  8. l-provvista ta’ rigali u ta’ donazzjonijiet f’att notarili.

Għal raġunijiet prattiċi, nutar ta’ spiss iwettaq anki tipi oħrajn ta’ tranżazzjonijiet legali u jista’ jabbozza tipi oħrajn ta’ ftehimiet. Dawn jinkludu, pereżempju, ftehimiet ta’ sħubija (sħubijiet kummerċjali, ċivili u limitati), ftehimiet bejn persuni li jikkoabitaw u dispożizzjonijiet sabiex kumpaniji privati b’responabbiltà limitata jkunu protetti minn terzi.

Professjonijiet ġuridiċi oħra

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrganizzazzjoni Professjonali Rjali ta’ Uffiċjali Ġudizzjarji fin-Netherlands (Koninklijke Beroepsorganisatie van Gerechtsdeurwaarders, KBvG) hija rregolata mill-Att dwar l-Uffiċjali Ġudizzjarji (Gerechtsdeurwaarderswet). Dan l-Att jagħti lill-KBvG – li l-uffiċjali ġudizzjarji kollha fin-Netherlands iridu jissieħbu fiha – il-kompitu li trawwem prattika tajba fi ħdan il-professjoni.

L-uffiċjali ġudizzjarji Netherlandiżi għandhom ir-responsabbiltà li jirċievu u jibagħtu dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali. Id-dokumenti li għandhom jiġu notifikati fin-Netherlands iridu jintbagħtu direttament lil uffiċjal ġudizzjarju. It-talbiet għal dan is-servizz iridu jsiru bl-Olandiż jew bl-Ingliż. It-talbiet ma jistgħux jintbagħtu lill-korp ċentrali Netherlandiż, l-Organizzazzjoni Professjonali Rjali ta’ Uffiċjali Ġudizzjarji fin-Netherlands. L-għajnuna tiegħu tista’ tintalab biss fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali ddefiniti fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament tal-UE msemmi iktar ’il fuq.

Servizzi legali pro bono

Għal konsulenza legali primarja, tista’ titlob l-għajnuna f’waħda mill-Help Desks Legali (Het Juridisch Loket). Hawnhekk tista’ titlob informazzjoni, pariri u kjarifika dwar kwistjonijiet legali. Il-Help Desks Legali huma l-ewwel post fejn wieħed għandu jmur biex jingħata għajnuna legali.

Jekk ikun meħtieġ, inti tintbagħat għand avukat jew medjatur privat, u dan ikun it-tieni post fejn tingħata l-għajnuna legali.

Is-servizzi ta’ informazzjoni kollha fil-help desks huma pprovduti mingħajr ħlas, fuq il-post jew bħala parti minn konsultazzjoni. Tista’ tikkuntattja dawn il-help desks bi problemi rigward id-dritt ċivili, id-dritt amministrattiv, id-dritt kriminali u d-dritt dwar l-immigrazzjoni.

Ġew stabbiliti total ta’ 44 Help Desk Legali. Dawn ġew mifruxa b’mod ġeografikament regolari fin-Netherlands kollha, biex kull ċittadin Netherlandiż ikollu aċċess faċli għas-servizzi legali.

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHelp Desks Legali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-ġudikatura Netherlandiża u l-Qorti Suprema tan-Netherlands

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati tan-Netherlands

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Rjali Netherlandiża tan-Nutara tal-Liġi Ċivili

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Organizzazzjoni Professjonali Rjali ta’ Uffiċjali Ġudizzjarji fin-Netherlands

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHelp Desks Legali

L-aħħar aġġornament: 11/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Awstrija

Din il-paġna tagħti ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fl-Awstrija.

Professjonijiet legali – Introduzzjoni

Attwalment (fl-2023) madwar 1 850 imħallef professjonali huma impjegati fil-qasam tal-“qrati ordinarji”, jiġifieri fil-qasam tad-dritt ċivili, kriminali, industrijali u soċjali (iċ-ċifra tirrappreżenta l-ekwivalenti għal full-time attivi, inkluż fil-Qorti Suprema). Madwar 700 prattikant ġudizzjarju huma responsabbli għal parti sostanzjali mill-ġudikatura. Hemm ukoll madwar 600 imħallef professjonali fil-qrati amministrattivi.

Barra minn hekk, persuni mhux esperti jiġu assenjati għal kawżi speċifiċi u jaħdmu fuq bażi volontarja. Dawn jinkludu mħallfin onorarji jew ġurati f’kawżi kriminali u mħallfin assoċjati b’kompetenza speċjali li jaħdmu fuq kawżi tad-dritt kummerċjali, industrijali u soċjali kif ukoll ċerti proċedimenti amministrattivi.

Hemm madwar 480 prosekutur (fl-2023, iċ-ċifra tirrappreżenta pożizzjonijiet ekwivalenti għal full-time attivi, inkluż fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali iżda mhux l-awtorità ċentrali).

3 799 persuna huma impjegati fis-sistema tal-ħabs (ċifra tal-1 ta’ Settembru 2019, li tirrappreżenta pożizzjonijiet ekwivalenti għal full-time attivi, inklużi l-membri tad-Direttorat tal-Ħabsijiet); din iċ-ċifra tinkludi total ta’ 3 214-il gwardjan tal-ħabs (inklużi dawk fis-servizz ta’ taħriġ).

1. Imħallfin

Taħriġ u ħatra tal-imħallfin

Biex wieħed jinħatar imħallef fil-qrati ordinarji jrid ikollu mill-inqas 4 snin ta’ esperjenza legali u jrid ikun għadda mill-eżami għall-kariga ġudizzjarja wara li jkun temm l-istudji tal-liġi.

Parti mill-esperjenza professjonali tinkludi traineeship fil-qorti ta’ mill-inqas 7 xhur (prattika fil-qorti, li qabel kienet tissejjaħ “is-sena tal-qorti”) li għandhom id-dritt għalih l-gradwati nisa u li huwa wkoll prerekwiżit għal dawk li jixtiequ jsiru avukat jew nutar. Il-bqija tal-prattika professjonali obbligatorja normalment tinkiseb permezz ta’ preparazzjoni ġudizzjarja speċjali bħala mħallef apprendist waqt it-taħriġ ġudizzjarju, iżda din tista’ tinkiseb ukoll f’attività legali oħra, pereżempju bħala avukat apprendist.

Madwar 100 avukat apprendist jiġu aċċettati kull sena għat-taħriġ preparatorju. Is-servizz ta’ preparazzjoni ġudizzjarja (inkluż l-apprendistat fil-qorti) idum fil-prinċipju 4 snin u jsir fil-qrati distrettwali, fil-qrati reġjonali, fl-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi, fil-ħabsijiet, fiċ-ċentri għall-protezzjoni jew l-assistenza tal-vittmi, jew fl-uffiċċji ta’ avukat, ta’ nutar, jew fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Finanzjarju. Parti minn dan it-taħriġ tista’ ssir ukoll fil-Qorti Reġjonali Superjuri, fil-Qorti Suprema, fil-Ministeru Federali għall-Ġustizzja, fid-Direttorat tal-Ħabsijiet, fiċ-ċentri tas-servizz ta’ probation, fl-assoċjazzjonijiet ta’ fiduċjarji legali jew fl-uffiċċji tal-welfare taż-żgħażagħ, fl-uffiċċju tal-kummissarju għall-protezzjoni legali, jew fis-settur finanzjarju (pereżempju, f’impriżi xierqa). Is-servizz ta’ preparazzjoni ġudizzjarja jispiċċa b’eżami tal-kariga ġudizzjarja. Il-perjodu ta’ taħriġ jitnaqqas skont il-bżonn għal dawk il-persuni li jkunu se jibdlu l-karriera tagħhom wara li jiksbu l-esperjenza professjonali fi professjonijiet legali oħrajn. Persuna li tkun diġà għaddiet mill-eżami ta’ avukat jew nutar tkun trid tagħmel biss eżami supplimentari u mhux l-eżami għall-kariga ġudizzjarja.

Ladarba jkunu għaddew l-eżami tal-kariga ġudizzjarja, wieħed ikun irid japplika għall-pożizzjoni vakanti ta’ mħallef jew prosekutur pubbliku.

Fil-qrati amministrattivi ma hemm l-ebda servizz ta’ preparazzjoni ġudizzjarja; madankollu, l-imħallfin amministrattivi jrid ikollhom mill-inqas esperjenza professjonali preċedenti ta’ 5 snin (pereżempju, fis-servizz ta’ awtorità amministrattiva) u ma jagħmlux eżami.

L-imħallfin tal-qorti ordinarja jistgħu jaqilbu għall-qrati amministrattivi. L-imħallfin tal-qorti amministrattiva, ukoll, jistgħu jinħatru bħala mħallfin tal-qorti ordinarja wara 5 snin ta’ servizz fil-qrati amministrattivi.

Il-ħatriet fil-pożizzjoni ta’ mħallef jew prosekutur pubbliku normalment isiru mill-Ministru Federali għall-Ġustizzja. Id-dritt li jsiru ħatriet huwa riżervat għall-President Federali għal ċerti funzjonijiet biss. B’kuntrast, l-imħallfin tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali jinħatru mill-gvern provinċjali rispettiv. Iċ-ċittadini Awstrijaċi biss jistgħu jinħatru bħala mħallfin jew prosekuturi pubbliċi.

Status tal-imħallfin

L-imħallfin maħtura fil-qrati ordinarji federali u fil-qrati amministrattivi huma impjegati taċ-ċivil federali. Minbarra l-Att Kostituzzjonali Federali (Bundes-Verfassungsgesetz (B-VG)), is-sors legali ewlieni għat-taħriġ u l-istatus professjonali tal-imħallfin huwa l-Att dwar l-Imħallfin u l-Prosekuzzjoni Pubblika (Richter- und Staatsanwaltschaftsdienstgesetz (RStDG)). L-Att jistabbilixxi bosta dispożizzjonijiet (inklużi pereżempju l-liġi dixxiplinarja u d-deskrizzjonijiet tas-servizz) kemm għall-imħallfin kif ukoll għall-prosekuturi pubbliċi.

L-imħallfin maħtura fil-Qrati Reġjonali Amministrattivi (Landesverwaltungsgerichte) huma impjegati taċ-ċivil tal-provinċja rispettiva. L-istatus professjonali tagħhom huwa rregolat fl-Att Kostituzzjonali Federali u f’leġiżlazzjoni provinċjali speċifika.

L-imħallfin professjonali kollha huma maħtura għal perjodu ta’ żmien bla limitu u jirtiraw fl-aħħar tax-xahar li fih jagħlqu l-65 sena.

Skont l-Artikoli 87 u 88 tal-Att Kostituzzjonali Federali, l-imħallfin jaġixxu bħala aġenti indipendenti tal-istat fl-interpretazzjoni tad-dritt u fl-aġġudikazzjoni tal-kawżi. Din l-indipendenza hija espressa fil-libertà tal-imħallfin mill-istruzzjoni (l-indipendenza materjali) u fil-fatt li ma jistgħux jitneħħew jew jiġu ttrasferiti għal pożizzjoni oħra (l-indipendenza personali). L-imħallfin huma marbuta biss bil-liġi u jiddeċiedu abbażi tal-fehmiet legali tagħhom stess. Bl-istess mod, dawn ma jkunux marbuta b’deċiżjonijiet preċedenti ta’ qrati oħra dwar kwistjonijiet legali simili (preċedenti).

Apparti minn meta jirtiraw b’mod permanenti wara li jkunu laħqu l-età statutorja, l-imħallfin jistgħu jitneħħew mill-kariga jew jiġu ttrasferiti għal pożizzjoni oħra jew irtirati kontra r-rieda tagħhom biss fiċ-ċirkostanzi u bil-mod previst mil-liġi u abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja formali (l-Artikolu 88 tal-Att Kostituzzjonali Federali).

L-imħallfin igawdu status kostituzzjonali speċjali biss fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom (meta jwettqu l-attivitajiet ġudizzjarji kollha assenjati lilhom bil-liġi u l-allokazzjoni tal-kawżi) mhux fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-qrati, li wkoll issir mill-imħallfin. Tapplika eċċezzjoni għal kawżi amministrattivi ġudizzjarji li jridu jiġu ttrattati in camera jew f’kummissjonijiet (eż. l-allokazzjoni tal-kawżi, il-proposti għall-ħatriet). Inkella, huma marbuta bi struzzjonijiet mis-superjuri tagħhom. L-allokazzjoni fissa ta’ xogħol ġudizzjarju tiżgura li jiġi mħares id-dritt legali għal imħallef, stabbilit mill-kostituzzjoni.

Rwol u dmirijiet

L-Imħallfin huma responsabbli biex jiġġudikaw kawżi tad-dritt ċivili u kriminali. Fil-materji tad-dritt amministrattiv u kostituzzjonali, huma jaġixxu bħala kontroll fuq l-amministrazzjoni u bħala għassiesa tal-kostituzzjoni.

Ir-responsabbiltà quddiem il-liġi

Qorti Dixxiplinari: l-imħallfin li jkunu ħatja li kisru l-obbligi professjonali u etiċi tagħhom iridu jwieġbu quddiem il-qorti dixxiplinarja. Għall-imħallfin tal-qorti ordinarja, il-qorti dixxiplinarja hija stabbilita fil-Qorti Reġjonali Superjuri jew fil-Qorti Suprema u tikkonsisti biss minn imħallfin. Il-qorti dixxiplinarja hija wkoll kompetenti fi kwistjonijiet ta’ mġiba ħażina minn prosekuturi pubbliċi. L-istess regolamenti dixxiplinari, bi ftit eċċezzjonijiet, japplikaw għall-imħallfin tal-qrati amministrattivi federali. B’kuntrast, ir-regoli dixxiplinarji għall-imħallfin tal-Qorti Amministrattiva Reġjonali huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni provinċjali rilevanti.

Qorti Kriminali: l-imħallfin (u l-prosekuturi pubbliċi) li, minbarra li jkunu ħatja li kisru l-obbligi professjonali tagħhom, iwettqu wkoll reat kriminali jridu jwieġbu quddiem il-qorti kriminali (pereżempju, fil-każ ta’ abbuż ta’ poter uffiċjali).

Qorti Ċivili: il-partijiet li jkunu ġarrbu telf bħala riżultat ta’ kondotta illegali u kolpevoli minn imħallef (jew prosekutur pubbliku) jistgħu jressqu rikors għat-telf kontra l-Istat. L-Istat jista’ jirrikorri kontra l-imħallef (jew il-prosekutur pubbliku) f’każijiet ta’ atti intenzjonali jew negliġenza serja.

2. Prosekuturi pubbliċi

Struttura organizzattiva

B’mod ġenerali, l-organizzazzjoni ġerarkika tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku tikkorrispondi għall-organizzazzjoni tal-qrati.

Hemm uffiċċju tal-prosekutur pubbliku f’kull waħda mis-16-il qorti tal-prim’istanza b’ġuriżdizzjoni fuq kawżi kriminali. Barra minn hekk, hemm l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Ekonomika u l-Korruzzjoni (Wirtschafts- und Korruptionsstaatsanwaltschaft) b’kompetenza madwar l-Awstrija kollha. Hemm uffiċċju tal-prosekutur pubbliku anzjan f’kull qorti reġjonali superjuri, u Uffiċċju tal-Prokuratur Ġenerali fil-Qorti Suprema. L-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi anzjani u l-Uffiċċju tal-Prokuratur Ġenerali jwieġbu direttament lill-Ministru Federali għall-Ġustizzja.

Taħriġ u ħatra ta’ prosekuturi pubbliċi

It-taħriġ ta’ prosekutur pubbliku jikkorrispondi għal dak tal-imħallfin professjonali tal-qorti ordinarja.

Jistgħu jinħatru bħala prosekutur pubbliku biss dawk il-persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ħatra fil-kariga ta’ mħallef.

Pożizzjonijiet permanenti vakanti għal prosekuturi pubbliċi, bħal pożizzjonijiet permanenti għall-imħallfin, għandhom jixxandru pubblikament biex jimtlew. Il-President Federali għandu d-dritt li jaħtar prosekuturi pubbliċi iżda, bħal fil-każ tal-imħallfin, il-President ikun iddelega d-dritt tal-ħatra lill-Ministru Federali għall-Ġustizzja għall-biċċa l-kbira tal-karigi permanenti ta’ prosekutur pubbliku.

Status tal-prosekuturi pubbliċi

L-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi huma awtoritajiet ġudizzjarji separati, iżda mhux indipendenti. Għandhom struttura ġerarkika u huma marbuta bl-istruzzjonijiet tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku anzjan u fl-aħħar mill-aħħar mill-Ministru Federali għall-Ġustizzja.

Hemm regoli statutorji preċiżi li jirregolaw id-dritt li jinħarġu struzzjonijiet. Struzzjonijiet mingħand uffiċċju ta’ prosekutur pubbliku anzjan jew mingħand il-Ministru Federali għall-Ġustizzja jistgħu jinħarġu biss fil-forma miktuba u jridu jkunu akkumpanjati minn stqarrija ta’ raġunijiet. Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet irċevuti għandhom jiġu rreġistrati fl-atti tal-kawża kriminali. Qabel ma joħroġ struzzjoni, il-Ministru Federali jkun meħtieġ li jikkonsulta lill-kunsill konsultattiv dwar l-istruzzjonijiet (Weisungsrat ). Il-Ministru Federali għall-Ġustizzja għandu responsabbiltà ministerjali u għalhekk irid jagħti rendikont, u huwa obbligat li jipprovdi informazzjoni, lill-Parlament.

Il-membri tal-persunal tal-uffiċċji individwali tal-prosekuturi pubbliċi huma meħtieġa jikkonformaw mal-istruzzjonijiet mogħtija mid-direttur tal-uffiċċju. Madankollu, jekk jikkunsidraw li struzzjoni tmur kontra l-liġi, jistgħu jitolbu struzzjoni bil-miktub u jistgħu saħansitra jirranġaw biex jiġu meħlusa milli jittrattaw il-kawża kriminali inkwistjoni.

Rwol u dmirijiet

L-Uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi huma entitajiet speċjali separati mill-qrati. Ir-rwol tagħhom huwa li jissalvagwardjaw l-interess pubbliku fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja kriminali. Dan jinkludi li jkunu inkarigati minn proċedimenti ta’ investigazzjoni kriminali. Huma wkoll responsabbli għall-infilzar u l-preżentata tal-att ta’ akkuża fi proċedimenti kriminali. Għalhekk huma msejħa wkoll aġenziji tal-prosekuzzjoni.

Il-prosekuturi pubbliċi huma responsabbli biex iressqu u jippreżentaw l-atti ta’ akkuża, kemm quddiem il-Qorti Reġjonali kif ukoll quddiem il-qrati distrettwali tad-distrett rispettiv tal-Qorti Reġjonali. Bħala regola, il-prosekuturi distrettwali jippreżentaw l-akkuża quddiem il-qrati distrettwali. Dawn huma uffiċjali b’kompetenza speċjali, iżda mhumiex meħtieġa li jkollhom grad akkademiku.

Pożizzjoni speċjali hija okkupata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Ekonomika u l-Korruzzjoni, li l-ġuriżdizzjoni tiegħu mal-pajjiż kollu testendi primarjament għall-oqsma ta’ aġir ħażin minn impjegati taċ-ċivil u għar-reati ekonomiċi li jinvolvu ammonti li jaqbżu l-EUR 5 000 000. Il-kompetenzi tiegħu jinkludu wkoll reati finanzjarji li jinvolvu ammonti ta’ aktar minn EUR 5 000 000, każijiet aggravati ta’ frodi soċjali, reati ta’ falliment frawdolenti aggravat (kridaträchtiges Verhalten), u, fost l-oħrajn, reati taħt il-Liġi dwar il-Kumpaniji Pubbliċi b’Responsabbiltà Limitata jew il-Liġi dwar il-Kumpaniji Privati b’Responsabbiltà Limitata mwettqa f’impriżi pjuttost kbar (b’kapital azzjonarju ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 jew b’aktar minn 2 000 impjegat).

L-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi anzjani huma ġerarkikament superjuri għall-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi u huma stabbiliti fil-Qrati Reġjonali Superjuri fi Vjenna, Graz, Linz u Innsbruck. Minbarra li jippreżentaw l-atti tal-akkuża quddiem il-Qorti Reġjonali Superjuri, huma wkoll responsabbli biex jissorveljaw l-uffiċċji kollha tal-prosekuturi pubbliċi fid-distrett tagħhom u jwieġbu direttament lill-Ministru Federali għall-Ġustizzja.

L-Uffiċċju tal-Prokuratur Ġenerali, stabbilit fil-Qorti Suprema, imbagħad jokkupa pożizzjoni speċjali. Dan jirrapporta direttament lill-Ministru Federali għall-Ġustizzja u hu stess m’għandux id-dritt li joħroġ struzzjonijiet lill-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi u lill-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi anzjani. Lanqas ma jippreżenta atti ta’ akkuża; minflok, huwa inkarigat li jappoġġa lill-Qorti Suprema. Huwa awtorizzat primarjament li jressaq appelli għan-nullità biex jiġi żgurat li l-liġi tiġi rispettata f’materji kriminali li fihom il-partijiet ma jkollhom l-ebda possibbiltà (ulterjuri) ta’ appell. L-Uffiċċju tal-Prokuratur Ġenerali b’hekk jaqdi funzjoni importanti billi jippreserva l-unità tad-dritt u jiżgura ċ-ċertezza legali f’materji tad-dritt kriminali.

Ir-responsabbiltà quddiem il-liġi

Ir-responsabbiltà dixxiplinarja, kriminali u ċivili tal-prosekuturi pubbliċi hija rregolata bl-istess mod bħal dik tal-imħallfin tal-qrati ordinarji.

3. Reġistraturi

Struttura organizzattiva

Fl-Awstrija, ir-reġistraturi (Diplomrechtspfleger*innen) huma pilastru essenzjali tas-sistema ġudizzjarja. Illum, aktar minn 80 % tad-deċiżjonijiet kollha tal-qrati fil-prim’istanza f’kawżi ċivili jittieħdu minn aktar minn 700 reġistratur.

Taħriġ għar-reġistraturi

Jiġu aċċettati għat-taħriġ bħala reġistratur biss dawk il-persuni li jkunu għaddew mill-eżami għat-tluq mill-iskola jew li jkunu kisbu kwalifika professjonali. It-taħriġ jieħu 3 snin u jinkludi xogħol tal-qorti, inklużi l-preparazzjoni ta’ dispożizzjonijiet fil-qasam tax-xogħol rilevanti, parteċipazzjoni f’kors ta’ taħriġ ġenerali u ta’ taħriġ speċifiku għall-qasam tax-xogħol, u li wieħed jgħaddi mill-eżamijiet rilevanti. Wara li jgħaddi mill-eżami tar-reġistratur, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra elenkati fl-Artikolu 3 tal-Att dwar ir-Reġistraturi (Rechtspflegergesetz) ikunu ġew issodisfati, ir-reġistratur kandidat jirċievi diploma mill-Ministru Federali għall-Ġustizzja. Id-diploma trid tispeċifika l-qasam tax-xogħol. Malli jirċievi din id-diploma, ir-reġistratur kandidat ikun awtorizzat li jwettaq xogħol ġudizzjarju fil-qasam tax-xogħol tiegħu fit-territorju federali, u għalhekk jista’ jaħdem bħala reġistratur.

L-imħallef li jippresjedi l-Qorti Reġjonali Superjuri jrid jiddetermina sussegwentement il-qorti li fiha l-uffiċjal tal-qorti rilevanti għandu jiġi impjegat bħala reġistratur u, jekk applikabbli, għal liema perjodu. Fil-qorti magħżula mill-imħallef li jippresjedi, ir-reġistratur jiġi allokat mill-maniġment (il-president jew il-kap tal-qorti) lil dipartiment tal-qorti ġestit minn imħallef jew, jekk applikabbli, għal għadd ta’ dipartimenti tal-qorti.

Status tar-reġistraturi

Ir-reġistraturi huma uffiċjali tal-qorti mħarrġa apposta li t-trattament ta’ xogħol speċifikament ċirkoskritt f’materji ċivili fil-prim’istanza jista’ jiġi ttrasferit lilhom abbażi tal-Artikolu 87a tal-Att Kostituzzjonali Federali Awstrijak u l-Att dwar ir-Reġistraturi. F’din il-funzjoni huma marbuta biss bl-istruzzjonijiet tal-imħallfin responsabbli għall-kawża skont l-allokazzjoni tax-xogħol tal-qorti. L-imħallfin jistgħu fi kwalunkwe ħin jirriżervaw it-trattament tal-kawża għalihom infushom jew jieħdu konjizzjoni tagħha huma stess. Id-deċiżjonijiet meħuda mir-reġistraturi jistgħu jiġu kkontestati, bħad-deċiżjonijiet tal-imħallfin.

Fil-prattika, ir-reġistraturi jaħdmu l-aktar b’mod indipendenti. Struzzjonijiet mingħand l-imħallef mhumiex normali u jinħarġu estremament rari.

Rwol u dmirijiet

Ir-reġistraturi jinħatru fl-oqsma ta’ ħidma li ġejjin:

  • proċedura ċivili, eżekuzzjoni u kwistjonijiet ta’ insolvenza (proċedimenti ta’ saldu ta’ dejn);
  • kwistjonijiet mhux kontenzjużi;
  • kwistjonijiet ta’ reġistru tal-artijiet u ta’ reġistru tal-bastimenti;
  • kwistjonijiet ta’ reġistru tal-kumpaniji.

Kull wieħed minn dawn l-oqsma ta’ ħidma jeħtieġ taħriġ speċjali u ħatra speċjali bħala reġistratur fir-rigward tal-qasam ta’ ħidma rilevanti.

Diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-imħallfin u r-reġistraturi

L-isfera tal-attività ta’ reġistratur ma tinkludix ix-xogħol u d-deċiżjonijiet kollha fl-oqsma tax-xogħol imsemmija hawn fuq. Ix-xogħol li jaqa’ fl-isfera tal-attività tar-reġistratur huwa stabbilit speċifikament fl-Att dwar ir-Reġistraturi, u l-firxa tal-isfera tal-attività tvarja minn qasam ta’ ħidma għal ieħor.

L-Att dwar ir-Reġistraturi jistabbilixxi l-isferi ta’ attività għall-oqsma ta’ ħidma individwali li jassenjaw responsabbiltajiet speċifiċi lir-reġistraturi (pereżempju, l-isfera ta’ attività f’kawżi ta’ insolvenza tinkludi kawżi ta’ falliment quddiem il-qrati distrettwali). Naturalment, ċerti responsabbiltajiet huma riżervati għall-imħallfin.
Barra minn hekk, kull sfera tal-attività tinkludi, fost affarijiet oħra, it-twettiq ta’ proċeduri ta’ “ordni ta’ ħlas”, il-konferma tal-effett legali u l-eżegwibilità tas-sentenzi tal-qrati fil-qasam ta’ ħidma partikolari, id-deċiżjonijiet dwar rikorsi għall-għajnuna legali fil-proċedimenti tar-reġistratur, u t-twettiq ta’ funzjonijiet uffiċjali abbażi ta’ talba għall-assistenza ġudizzjarja minn qorti domestika jew awtorità domestika.

4. Avukati

Ġenerali

L-avukati huma kkwalifikati u awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-partijiet fil-proċedimenti kollha tal-qorti u barra mill-qorti fil-kwistjonijiet pubbliċi u privati kollha quddiem il-qrati u l-awtoritajiet pubbliċi kollha tal-Awstrija.

L-ebda ħatra uffiċjali ma hija meħtieġa għal dawk li jixtiequ jipprattikaw bħala avukat fl-Awstrija; madankollu, il-prattika professjonali hija kundizzjonali fuq ir-rekwiżiti stabbiliti hawn taħt.

Il-bażijiet legali ewlenin huma l-Kodiċi tal-Avukati (Rechtsanwaltsordnung (RAO)), il-Gazzetta tal-Liġi Imperjali (RGBl.) Nru 96/1896; l-Istatut Dixxiplinari għall-Avukati u l-Avukati apprendisti (Disziplinarstatut für Rechtsanwälte und Rechtsanwaltsanwärter (DSt)), il-Gazzetta tal-Liġi Federali (BGBl.) Nru 474/1990; il-Liġi Federali dwar l-Onorarji tal-Avukati (Bundesgesetz über den Rechtsanwaltstarif (RATG)), BGBl. Nru 189/1969; il-Liġi dwar l-eżami tal-avukati (Rechtsanwaltsprüfungsgesetz (RAPG)), BGBl. Nru 556/1985; u l-Att Federali dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-istabbiliment tal-avukati Ewropej u l-provvediment tas-servizzi legali minn avukati attivi internazzjonalment fl-Awstrija (Bundesgesetz über den freien Dienstleistungsverkehr und die Niederlassung von europäischen Rechtsanwältinnen und Rechtsanwälten sowie die Erbringung von Rechtsdienstleistungen durch international tätige Rechtsanwältinnen und Rechtsanwälte in Österreich (EIRAG)), BGBl. I Nru 27/2000.

Rekwiżiti għal prattika professjonali

Dawk li jixtiequ jeżerċitaw il-professjoni ta’ avukat l-ewwel iridu jkunu studjaw il-liġi Awstrijaka u mbagħad jagħtu prova li jkunu għamlu total ta’ mill-inqas 5 snin involuti f’ħidma legali professjonali, li minnhom mill-inqas 7 xhur iridu jkunu ħidma f’qorti jew f’xi uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u 3 snin fl-uffiċċju ta’ avukat Awstrijak bħala avukat kandidat.

L-eżami tal-avukati, li l-kandidati jridu jgħaddu minnu biex ikunu jistgħu jipprattikaw, jista’ jsir wara impjieg prattiku ta’ 3 snin, li minnhom mill-inqas 7 xhur iridu jkunu ħidma f’qorti u mill-inqas sentejn fl-uffiċċju ta’ avukat. Sabiex jagħmlu l-eżami, il-kandidati jridu jieħdu sehem ukoll fil-korsijiet ta’ taħriġ obbligatorji preskritti għall-avukati kandidati mill-Kamra tal-Avukati.

Dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti jistgħu jiddaħħlu fil-lista tal-avukati tal-Kamra tal-Avukati tad-distrett ġudizzjarju fejn ikunu se jiftħu l-uffiċċju tagħhom.

Taħt ċerti ċirkostanzi, l-avukati barranin li jkunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, Stat ieħor li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jew l-Iżvizzera, jistgħu wkoll:

  • iwettqu attivitajiet bħala avukati fuq bażi temporanja fl-Awstrija;
  • japplikaw biex jiddaħħlu fil-lista tal-avukati tal-Kamra tal-Avukati responsabbli (wara li jkunu għamlu eżami tal-kapaċità); jew
  • jiftħu uffiċċju fl-Awstrija immedjatament mingħajr l-ebda eżami tal-kapaċità taħt it-titlu professjonali użat fil-pajjiż ta’ oriġini u jsiru kompletament integrati fil-professjoni legali Awstrijaka wara prattika professjonali effettiva u regolari għal 3 snin fl-Awstrija.

Taħt ċerti ċirkostanzi, membru ta’ Kamra tal-Avukati ta’ Stat Membru tal-GATS jista’ wkoll iwettaq ċerti attivitajiet ta’ avukat delimitati b’mod preċiż fuq bażi temporanja fl-Awstrija.

Ir-responsabbiltà quddiem il-liġi

L-avukati li jiksru l-obbligi professjonali jew jiskreditaw il-professjoni jridu jwieġbu quddiem kunsill dixxiplinari magħżul mill-Kamra tal-Avukati lokali. Il-pieni li jistgħu jiġu imposti mill-kunsill tad-dixxiplina jinkludu t-tneħħija tal-persuna kkonċernata mil-lista tal-avukati. Id-deċiżjonijiet fit-tieni istanza jittieħdu mill-Qorti Suprema f’diviżjonijiet ta’ erba’ persuni li jikkonsistu f’żewġ imħallfin mill-Qorti Suprema u żewġ avukati.

Barra minn hekk, l-avukati huma naturalment suġġetti għar-responsabbiltà kriminali u ċivili.

Kamra tal-Avukati, Kamra tal-Avukati Nazzjonali Awstrijaka

L-avukati kollha fi provinċja partikolari li jkunu mniżżla fil-lista ta’ dik il-provinċja jiffurmaw Kamra tal-Avukati (Rechtsanwaltskammer). Il-Kmamar tal-Avukati huma korpi rregolati mid-dritt pubbliku u korpi awtonomi li jirregolaw lilhom infushom.

Fuq livell federali, l-interessi tal-avukati Awstrijaċi b’mod ġenerali huma rrappreżentati mill-Kamra tal-Avukati Nazzjonali Awstrijaka (Österreichischer Rechtsanwaltskammertag). Din tikkonsisti fid-disa’ Kmamar tal-Avukati tal-Awstrija, u l-Laqgħa tar-Rappreżentanti tagħha hija ffurmata minn delegati mill-Kmamar tal-Avukati (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtsanwaelte.at/).

5. Nutara

Ġenerali

In-nutara, bħala istituzzjoni indipendenti u imparzjali tal-ġustizzja preventiva, huma disponibbli għall-pubbliku li jfittex il-liġi għall-finijiet li jirregolaw ir-relazzjonijiet legali privati tagħhom.

L-impenn prinċipali tagħhom huwa li jipparteċipaw fil-proċessi legali u li jipprovdu għajnuna legali lill-pubbliku. In-nutara jabbozzaw atti pubbliċi, iżommu proprjetà ta’ terzi fuq bażi fiduċjarja, jabbozzaw skritturi privati u jirrappreżentaw lill-partijiet, speċjalment fi kwistjonijiet mhux kontenzjużi. In-nutara huma wkoll responsabbli għal ħidma bħala aġenti tal-qorti fi proċedimenti mhux kontenzjużi. B’mod partikolari, huma kkonsultati bħala “kummissarji tal-qorti” biex imexxu proċeduri ta’ suċċessjoni.

In-nutara jiżguraw li l-assi ta’ persuna deċeduta jkunu sikuri u mgħoddija lill-persuni li jkollhom dritt li jirċevuhom. Dan ix-xogħol jeħtieġ għarfien speċjali tal-liġi tas-suċċessjoni u tal-proċedimenti mhux kontenzjużi, li jfisser ukoll li n-nutara huma kontinwament ikkonsultati mill-pubbliku biex jassistu fl-abbozzar ta’ testmenti u b’mod ġenerali biex jagħtu pariri u jipprovdu rappreżentanza fi kwistjonijiet ta’ suċċessjoni.

In-nutara għandhom kariga pubblika, iżda ma humiex impjegati taċ-ċivil. Huma jassumu r-riskju kummerċjali li jmexxu l-uffiċċju tal-prattika, iżda ma jmexxux negozju. Huma simili għal persuni li jipprattikaw professjoni liberali, iżda bħala kummissarji tal-qorti huma uffiċjali ġudizzjarji. Ix-xogħol ta’ nutar huwa professjoni ewlenija u ma jistax jiġi kkombinat max-xogħol ta’ avukat.

It-tibdil fin-numru tal-pożizzjonijiet notarili u fil-postijiet tal-uffiċċji tagħhom isir permezz tar-regolamentazzjoni mill-Ministru Federali għall-Ġustizzja. Attwalment hemm 536 nutar fl-Awstrija (f’April tal-2023).

Il-bażijiet legali fundamentali għal din l-attività jinsabu fil-Kodiċi tan-Nutara (Notariatsordnung (NO)), RGBI. Nru 75/1871; l-Att dwar l-Atti Notarili (Notariatsaktsgesetz), RGBI. Nru 76/1871; l-Att dwar it-Tariffi tan-Nutara (Notariatstarifgesetz (NTG)), BGBI. Nru 576/1973; l-Att dwar l-Eżami tan-Nutara (Notariatsprüfungsgesetz (NPG)), BGBI. Nru 522/1987; l-Att dwar il-Kummissarji tal-Qorti (Gerichtskommissärsgesetz (GKG)), BGBI. Nru 343/1970; u l-Att dwar it-Tariffi tal-Kummissarji tal-Qorti (Gerichtskommissionstarifgesetz (GKTG)), BGBI. Nru 108/1971.

Taħriġ

Dawk li lestew l-istudji tal-liġi tagħhom (fil-liġi Awstrijaka) u li huma interessati fil-professjoni ta’ nutar iridu jfittxu nutar li jaċċettahom bħala impjegat u li jniżżilhom isimhom fil-lista ta’ nutara kandidati.

It-tniżżil fil-lista ta’ nutara kandidati miżmuma mill-Kamra tan-Nutara responsabbli huwa permissibbli biss jekk il-persuna rilevanti kellha seba’ xhur prattika fil-qorti bħala prattikant legali f’qorti jew f’uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u tkun għadha ma għalqitx il-35 sena meta tkun tniżżlet għall-ewwel darba fil-lista tal-kandidati.

Sabiex jiġi ammess għall-eżami notarili, in-nutar kandidat irid jattendi l-avvenimenti obbligatorji ta’ taħriġ preskritti mill-Kamra tan-Nutara.

L-eżami tan-nutara huwa maqsum f’żewġ partijiet:

  • In-nutar kandidat jista’ jagħmel l-ewwel parti tal-eżami wara kandidatura ta’ 18-il xahar, iżda mhux aktar tard minn tmiem il-ħames sena tal-kandidatura; inkella, ismu jitneħħa mil-lista tan-nutara kandidati.
  • It-tieni parti tista’ ssir wara aktar impjieg prattiku ta’ mill-inqas sena bħala nutar kandidat. Il-kandidat irid jgħaddi mit-tieni parti tal-eżami tan-nutara l-aktar tard qabel it-tmiem ta’ 10 snin tal-kandidatura; inkella, isem il-kandidat jitneħħa mil-lista ta’ nutara kandidati.

Ħatra

Pożizzjonijiet notarili li jkunu ġew battala jew li jkunu għadhom kif inħolqu jridu jiġu ppubblikati qabel ma jimtlew. Il-liġi (l-Artikolu 6 tal-Kodiċi tan-Nutara) teħtieġ, fost affarijiet oħrajn, li l-applikanti għal pożizzjoni notarili:

  • ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera;
  • ikunu temmew b’suċċess studji fil-liġi Awstrijaka;
  • ikunu għaddew mill-eżami tan-nutara; u
  • jkunu kapaċi jagħtu prova ta’ 7 snin ta’ impjieg fil-professjoni legali, inklużi mill-inqas 3 snin bħala nutara kandidati wara li jkunu għamlu l-eżami tan-nutara.

Dawn ir-rekwiżiti bażiċi ma jagħtux, madankollu, id-dritt li wieħed jinħatar bħala nutar. Fil-proċedura ta’ reklutaġġ, l-applikanti jiġu vvalutati u kklassifikati mill-Kamra tan-Nutara b’ġuriżdizzjoni territorjali, u sussegwentement mill-bordijiet tal-persunal tal-qorti reġjonali responsabbli u tal-Qorti Reġjonali Superjuri, u t-tul tal-impjieg prattiku jkun ta’ importanza deċiżiva. Kull Kamra tan-Nutara u kull wieħed miż-żewġ bordijiet tal-persunal jissottomettu lista qasira ta’ tliet applikanti lill-Ministru Federali għall-Ġustizzja. Għalkemm ma jkunx marbut b’dawn il-listi, fil-prattika l-Ministru jaħtar biss l-applikanti fuq il-lista l-qasira.

Nutar jista’ jipprattika sal-31 ta’ Jannar tas-sena kalendarja wara li jagħlaq 70 sena. Trasferiment uffiċjali ta’ nutar għal pożizzjoni notarili differenti mhuwiex permess.

Superviżjoni tan-nutara; responsabbiltà f’għajnejn il-liġi

Minħabba d-dmirijiet tagħhom fit-tfassil tal-atti pubbliċi u bħala kummissarji tal-qorti, in-nutara huma soġġetti għal superviżjoni partikolari. Is-superviżjoni tan-nutara hija r-responsabbiltà tal-Ministru Federali għall-Ġustizzja, l-amministrazzjoni ġudizzjarja u, direttament, il-kmamar tan-nutara.

In-nutara huma suġġetti għal liġi dixxiplinarja speċjali. Ir-reati dixxiplinari jiġu kkastigati fil-prim’istanza mill-Qorti Reġjonali Superjuri bħala l-qorti dixxiplinarja għan-nutara, u fit-tieni istanza mill-Qorti Suprema bħala l-qorti dixxiplinarja għan-nutara. Kull diviżjoni li tisma’ l-kawżi jrid ikollha membri li jkunu nutara. Il-lista ta’ pieni li jistgħu jiġu imposti mill-qorti dixxiplinari testendi għat-tneħħija mill-kariga. Il-penali għal sempliċi reati amministrattivi huma imposti mill-Kamra tan-Nutara.

Minbarra r-responsabbiltà dixxiplinari tagħhom, in-nutara huma ovvjament ukoll responsabbli taħt id-dritt kriminali u ċivili.

Fejn in-nutara jaġixxu bħala kummissarji tal-qorti, huma meqjusa bħala impjegati taċ-ċivil għall-finijiet tad-dritt kriminali u għalhekk huma responsabbli għal prattika ħażina, li tinkludi b’mod partikolari l-abbuż tal-poter uffiċjali. Ir-responsabbiltà tagħhom skont id-dritt ċivili hija rregolata b’mod differenti. Meta n-nutara jaġixxu bħala kummissarji tal-qorti, huma soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet ta’ responsabbiltà bħall-imħallfin u l-prosekuturi pubbliċi. Għalhekk, ma jistgħux jitressqu talbiet direttament kontrihom mill-partijiet, li minflok iridu jidderieġu t-talbiet tagħhom għal kumpens lill-Istat. L-Istat jista’ jfittex rimedju f’każ ta’ atti intenzjonali jew negliġenza serja. Minbarra l-attività tagħhom bħala kummissarji tal-qorti, in-nutara huma direttament responsabbli fil-konfront tal-partijiet skont id-dritt ċivili.

Bordijiet tan-nutara, Kamra tan-Nutara Nazzjonali Awstrijaka

In-nutara li għandhom il-prattika tagħhom fi provinċja federali jew li huma mniżżla bħala nutara kandidati fil-lista tan-nutara kandidati ta’ dik il-provinċja federali jikkostitwixxu bord ta’ nutara. Il-provinċji federali ta’ Vjenna, l-Awstrija t’Isfel u l-Burgenland għandhom bord konġunt, bħalma għandhom il-provinċji federali ta’ Tirol u Vorarlberg.

Il-bord huwa responsabbli biex jippreserva l-unur u d-dinjità tal-professjoni u biex jirrappreżenta l-interessi tagħha.

Kull bord tan-nutara jrid jeleġġi Kamra tan-Nutara minn fost il-membri tiegħu. Kamra tan-Nutara hija magħmula minn nutar wieħed bħala president, u sitt nutara (12 fi Vjenna) u tliet nutara kandidati (sitta fi Vjenna) bħala membri.

Il-Kamra tan-Nutara Nazzjonali Awstrijaka (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaÖsterreichische Notariatskammer) hija magħmula mill-kmamar provinċjali tan-nutara. Il-Kamra tan-Nutara Nazzjonali Awstrijaka hija kkwalifikata biex tirrappreżenta lin-nutara u tiddefendi d-drittijiet u t-tħassib tagħhom fi kwistjonijiet li jikkonċernaw in-nutara Awstrijaċi kollha kemm huma jew fi kwistjonijiet li l-ambitu tagħhom imur lil hinn minn dak ta’ Kamra tan-Nutara individwali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProfessjonijiet legali – l-Awstrija

L-aħħar aġġornament: 26/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Polonja

Din il-paġna tagħti ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fil-Polonja.

Prosekuturi

Organizzazzjoni

L-istruttura msemmija hawn taħt tikkonċerna s-servizz tal-prosekutur pubbliku u dipartimenti relatati oħra abbażi tal-Att tad-9 ta' Ottubru 2009.

Is-servizz tal-prosekutur pubbliku fil-Polonja jinkludi:

  • Il-Prosekutur Ġenerali;
  • prosekuturi f'unitajiet ordinarji fis-servizz tal-prosekuzzjoni u prosekuturi tal-militar li jaqgħu taħt il-Prosekutur Ġenerali;
  • prosekuturi tal-Istitut tat-Tifkira Nazzjonali u l-Kummissjoni għall-Prosekuzzjoni tad-Delitti kontra n-Nazzjon Pollakk.

Il-Prosekutur Ġenerali huwa l-ogħla awtorità fis-servizz tal-prosekutur pubbliku u huwa maħtur mill-President tal-Polonja minn fost kandidati fuq parir tal-Kunsill Nazzjonali Ġudizzjarju u l-Kunsill Nazzjonali tal-Prosekuturi Pubbliċi. Il-Prosekutur Ġenerali jipprovdi lill-Prim Ministru b'rapporti annwali dwar l-attivitajiet tal-prosekuzzjoni. Il-prosekuturi ordinarji u tal-militar jiġu maħtura mill-Prosekutur Ġenerali minn lista ta' kandidati proposta mill-Kunsill Nazzjonali tal-Prosekuturi Pubbliċi.

L-unitajiet ordinarji tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huma maqsuma f' erba' taqsimiet:

  • L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali;
  • L-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Appell;
  • L-Uffiċċju tal-Prosekutur Reġjonali;
  • L-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali;

L-unitajiet tal-militar tas-servizz tal-prosekutur pubbliku hum maqsuma fi tliet taqsimiet:

  • L-Uffiċċju tal-Prosekutur Għoli tal-Militar;
  • l-uffiċċji distrettwali tal-prosekutur tal-militar;
  • l-uffiċċji tal-gwardjani tal-prosekutur tal-militar;

Il-prosekuturi pubbliċi tal-Istitut ta' Tifkira Nazzjonali u l-Kummissjoni għall-Prosekuzzjoni tad-Delitti kontra n-Nazzjon Pollakk jaħdmu fl-unitajiet organizzazzjonali li ġejjin:

  • il-Kummissjoni għall-Prosekuzzjoni tad-Delitti kontra n-Nazzjon Pollakk;
  • id-dipartimenti tal-Kummissjoni għall-Prosekuzzjoni tad-Delitti kontra n-Nazzjon Pollakk;
  • l-Uffiċċju tal-Ivvettjar;
  • id-dipartimenti tal-Uffiċċju tal-Ivvettjar.

Il-liġi Pollakka tagħmel distinzjoni bejn il-prosekuturi pubbliċi li jiġu maħtura mill-Prosekutur Ġenerali u l-prosekuturi privati li huma parti mill-proċedimenti kriminali u li, skont ir-regoli tal-proċedura, jistgħu jgħinu lill-prosekuturi pubbliċi fil-ħidma tagħhom.

Il-liġi Pollakka tipprovdi għal firxa ta' assoċjazzjonijiet professjonali. Dawn jinkludu l-Kunsill Nazzjonali tal-Prosekuturi Pubbliċi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali, u l-assemblej u l-bordijiet tal-prosekuturi fl-uffiċċji tal-prosekuturi tal-appell. Madankollu, dawn il-korpi għandhom natura strettament interni u organizzattiva, u ma għandhomx la siti elettroniċi u l-anqas jipprovdu servizzi elettroniċi.

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika fil-Polonja, ara s-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali.

L-irwol u d-dmirjiet tas-servizz tal-prosekutur pubbliku:

Id-dmirijiet ewlenin tal-prosekuzzjoni pubblika jinkludu l-infurzar tal-liġi u t-tmexxija tal-prosekuzzjoni f'kawżi kriminali.

B'mod partikolari, il-prosekuturi pubbliċi jwettqu dmirijiethom billi:

  • jmexxu jew jissorveljaw proċedimenti ta' qabel il-proċess f'kawżi kriminali;
  • jaġixxu bħala prosekutur pubbliku fil-qrati;
  • jagħtu bidu għall-proċedimenti f'kawżi kriminali u ċivili, jippreżentaw rikorsi u jieħdu sehem f'proċedimenti tal-qorti f'materji ċivili, industrijali u tas-sigurtà soċjali, fejn meħtieġ, sabiex jiġu mħarsa l-istat tad-dritt, l-interess pubbliku u l-propjetà jew id-drittijiet taċ-ċittadini;
  • jieħdu l-miżuri kif meħtieġa bil-liġi għal applikazzjoni korretta u uniformi tal-liġi;
  • iwettqu riċerka dwar il-kriminalità u jieħdu azzjoni biex jiġġieldu u jipprevjenu l-kriminalità;
  • jiġbru, jipproċessaw u janalizzaw dejta minn proċedimenti mmexxija jew b'superviżjoni tagħhom skont l-Att;
  • jikkooperaw mal-awtoritajiet sabiex jipprevjenu d-delitti u ksur ieħor tal-liġi;
  • jikkooperaw u jieħdu sehem fi proċedimenti ikkoordinati minn awtoritajiet internazzjonali għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u l-prevenzjoni tal-kriminalità.

Id-drittijiet u l-obbligi tal-prosekuturi pubbliċi:

Il-prosekuturi pubbliċi jridu jaġixxu fil-limiti tal-liġi, iggwidati mill-prinċipju tal-imparzjalità u t-trattament indaqs taċ-ċittadini kollha. Irrispettivament mill-organizzazzjoni ġerarkika tas-servizz tal-prosekutur pubbliku, il-prosekuturi pubbliċi jwettqu dmirijiethom f'mod indipendenti. Il-prosekturi pubbliċi ma jistgħux ikunu mdaħħla fil-politika jew jaħdmu xogħol ieħor u huma mitluba jkompli jtejjbu l-kwalifiki tagħhom.

Il-prosekuturi pubbliċi jaħdmu primarjament fuq il-każijiet kriminali. Xi drabi huma jipparteċipaw ukoll f'kawżi ċivili li jikkonċernaw b'mod partikolari ir-rikonoxximent tal-paternità, it-terminazzjoni tas-setgħa tal-ġenituri jew l-inkapaċità ġudizzjarja, u f'kawżi amministrattivi li normalment jinvolvu l-propjetà immobbli u l-liġi dwar il-kostruzzjoni. F'kull uffiċċju tal-prosekutur reġjonali hemm prosekutur pubbliku imħarreġ fil-kooperazzjoni internazzjonali f'materji kriminali.

Qrati ordinarji

Organizzazzjoni

Il-qrati ordinarji fil-Polonja huma:

  • il-qrati distrettwali;
  • il-qrati reġjonali;
  • il-qrati tal-appell.

Il-qrati ordinarji huma kompetenti (f'każijiet barra l-ġuriżdizzjoni tal-qrati amministrattivi, tal-qrati tal-militar u tal-Qorti Suprema) u jwettqu dmirijiet oħra marbuta mal-ġustizzja assenjati lilhom mil-liġi. Is-sentenzi tal-qrati jiġu sorveljati mill-Qorti Suprema skont il-liġi.

Il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni fuq waħda jew aktar muniċipalitajiet (f'każijiet ġustifikati, jista' jkun hemm aktar minn qorti distrettwali waħda f'muniċipalità waħda, pereżempju fl-ibliet il-kbar).

Il-qorti reġjonali hija l-qorti tal-appell għall-qrati distrettwali kif ukoll il-qorti tal-prim istanza f'każijiet speċifiċi. Għandha ġuriżdizzjoni fuq tal-inqas żewġ qrati distrettwali (id-distrett tal-qorti amministrattiva tagħha).

Meta każ jinstema fil-prim istanza mill-qorti reġjonali, kull appell jinstema' mill-qorti tal-appell. Il-qorti tal-appell għandha ġuriżdizzjoni fuq mill-inqas żewġ qrati reġjonali (fl-appell).

Il-qorti tiġi preseduta mill-Imħallef Presjdenti. Huwa jiġi maħtur għal terminu fiss (erba' snin fil-qrati distrettwali u sitt snin fil-reġjonali u tal-appell).

Professjonijiet legali fil-qrati

Fil-Polonja, il-qrati ordinarji huma kompetenti (f'każijiet barra l-ġuriżdizzjoni tal-qrati amministrattivi, tal-qrati tal-militar u tal-Qorti Suprema) u jwettqu dmirijiet oħra marbuta mal-ġustizzja assenjati lilhom mil-liġi. L-għoti tal-ġustizzja hija r-rwol uniku tal-imħallfin. Id-dmirijiet marbuta mal-ġustizzja minbarra l-għoti tal-ġustizzja jitwettqu mill-iskrivana ġudizzjarji u l-iskrivana ġudizzjarji anzjani (u jistgħu ukoll jitwettqu mill-imħallfin jekk l-iskrivana ma jkunux jistgħu).

Imħallfin

Il-liġi Pollakka tagħmel distinzjoni bejn imħallfin tas-sengħa u imħallfin onorarji.

L-imħallfin għandhom dmirijiet marbuta mal-għoti tal-ġustizzja. Huma jinħatru għal perjodu indefinit mill-President tar-Repubblika fuq proposta tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura.

Fit-twettiq ta' dmirijiethom l-imħallfin huma indipendenti u huma suġġetti biss għall-Kostituzzjoni u għal-liġi.

L-indipendenza tal-qrati u tal-imħallfin hija garantita mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, li huwa korp kostituzzjonali.

L-indipendenza tal-ġudikatura hija garantita bis-saħħa tal-immunità ġudizzjarja u s-sigurtà tax-xogħol kif imnaqqxa fil-Kostituzzjoni.

L-imħallfin huma suġġetti għal azzjoni dixxiplinarja għal kull ksur tad-dmirijiet professjonali. Il-kwistjonijiet dixxiplinarji dwar l-imħallfin jinstemgħu: fil-prim istanza, mill-qrati tal-appell, u fit-tieni istanza, mill-Qorti Suprema.

Imħallfin onorarji

Ir-rwol tal-imħallfin onorarji fl-għoti tal-ġustizzja huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Pollakka. L-imħallfin onorarji huma indipendenti u, bħal l-imħallfin professjonisti, huma suġġetti biss għall-Kostituzzjoni u l-liġi. L-imħallfin onorarji għandhom drittijiet daqs l-imħallfin meta jiddeċiedu dwar kawża. Madankollu, għall-kuntrarju tal-imħallfin, l-imħallfin onorarji ma jistgħux jippresjedu proċess jew sessjoni jew (fil-prinċipju) jwettqu dmirijiet barra proċess.

Kemm fil-proċedimenti ċivili u kriminali, bħala regola, is-seduti ta' smigħ isiru fil-preżenza ta' mħallef uniku, jiġifieri mingħajr l-involviment ta' mħallfin onorarji. Madankollu, kemm il-liġijiet li jkopru ż-żewġ tipi ta' proċedura jipprovdu għal kategoriji ta' kawżi li, minħabba l-importanza soċjali tagħhom, jinstemgħu bl-involviment ta' mħallfin onorarji.

L-imħallfin onorarji jiġu maħtura mill-kunsilli muniċipali li joperaw fi ħdan il-ġuriżdizjoni tal-qrati konċernati. It-tul tal-kariga tagħhom huwa erba' snin.

Skrivana ġudizzjarji

L-iskrivana ġudizzjarji jaħdmu fil-qrati distrettwali u reġjonali fejn iwettqu d-dmirijiet marbuta mal-ġustizzja assenjati liljhom mill-qrati bil-liġi. L-iskrivana ġudizzjarji jiġu maħtura għal kariga mid-data indikata fl-istrument tal-ħatra. Huma jiġu maħtura mill-imħallef presjedenti tal-qorti tal-appell.

Fil-proċedimenti ċivili, l-iskrivana ġudizzjarji jeżerċitaw is-setgħat tal-qorti fi ħdan il-qafas tad-dmirijiet assenjati lilhom, sakemm il-liġi ma tistipulax mod ieħor. Madankollu, fi proċedimenti li jinvolvu kawżi kriminali, reati minuri u tat-taxxa, l-iskrivana ġudizzjarji huma awtorizzati jagħtu rakkomandazzjonijiet u, fil-każijiet stipulati mil-liġi, deċiżjonijiet u ordnijiet.

B'hekk, l-iskrivana tal-qorti huma persunal tal-qorti awtorizzati jwettqu dmirijiet marbuta mal-ġustizzja li jaġixxu f'isem il-qrati fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilhom. Fi ħdan il-qafas tal-kompetenzi tagħhom, l-iskrivana ġudizzjarji huma indipendenti f'dak li jirrigwarda s-sustanza tad-deċiżjonijiet u l-ordnijiet tal-qrati mnaqqxa fil-liġi. Din l-indipendenza timplika illi l-attivitajiet ġudizzjarji tagħhom huma separati mil-lat organizzattiv u funzjonali minn dawk ta' korpi oħra sabiex jiżguraw illi jwettqu l-azzjonijiet imnaqqxa fil-liġi b'mod indipendenti.

Skeda informattiva dwar l-iskrivana ġudizzarji.PDF(374 Kb)en

Assistenti ġudizzjarji

L-assistenti ġudizzjarji jwettqu dmirijiethom fil-qorti bi tħejjija għas-seduti ta' smigħ u biex jassiguraw l-operat intern bla xkiel tal-qorti (rigward l-għoti tal-ġustizzja u dmirijiet oħra marbuta mal-ġustizzja). Il-kandidati jintgħażlu permezz ta' kompetizzjoni.

Skeda informattiva dwar l-assistenti ġudizzarji.PDF(374 Kb)en

Segretarji tal-qorti

Is-segretarji tal-qorti huma impjegati fil-qrati ordinarji u jwettqu dmirijiet assoċjati mal-appoġġ amministrattiv għall-qrati għajr dawk riservati għal gruppi professjonali oħra, jiġifieri jieħdu l-minuti fis-seduti, jieħdu ħsieb l-imħallfin u jorganizzaw is-segretarjat tal-qorti. Id-drittijiet u l-obbligi tagħhom u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma stabbiliti mill-Att dwar il-Persunal tal-Qorti u mill-prosekutur pubbliku. Il-kandidati jintgħażlu permezz ta' kompetizzjoni.

Skeda informattiva dwar il-persunal tal-qortiPDF(379 Kb)en

L-organizzazzjoni tal-professjonijiet ġuridiċi

Avukati

L-avukati fil-Polonja jipprovdu servizzi legali sabiex iħarsu d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini. Huma joffru assistenza legali u jippreparaw pariri legali. Jiżguraw ukoll illi l-partijiet jiġu rappreżentati fil-każijiet kriminali,ċivili, tal-familja u tal-minorenni, f'kawżi li jinvolvu l-liġi industrijali u tas-sigurtà soċjali u fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema.

L-ispeċjalizzazzjoni professjonali mhix obbligatorja fil-Polonja - l-avukati huma ħielsa jagħżlu l-qasam li fih jixtiequ jispeċjalizzaw. Madankollu, minħabba li l-liġi Pollakka tiggarantixxi konsulent maħtur mill-Istat għall-partijiet finanzjarjament żvantaġġati, l-avukati għandhom ikunu jistgħu jipprovdu servizzi legali f'każijiet li jikkonċernaw oqsma differenti tal-liġi.

Hemm 24 assoċjazzjoni reġjonali tal-avukati u l- Kunsill Pollakk tal-Avukati li joperaw fuq livell nazzjonali. Dawn l-assoċjazzjonijiet professjonali huma responsabbli għar-rappreżentazzjoni u l-protezzjoni tad-drittjiet professjonali tal-avukati, għall-iżvilupp tal-ħiliet professjonali tagħhom, sabiex jipprovdu taħriġ għall-apprendisti u jistabbilixxu, jippromwovu u jeżegwixxu r-regoli tal-kondotta professjonali.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Pollakk tal-Avukati.

Konsulenti legali

Il-konsulenti legali jipprovdu servizzi legali lill-kumpanniji, negozji oħra, unitajiet organizzattivi u lill-individwi. Huma joffru assistenza legali u jippreparaw pariri legali. Għall-kuntrarju tal-avukati, jistgħu jkunu impjegati ta' partijiet oħra. Mill-1 ta' Lulju 2015 l-avukati u l-konsulenti legali gawdew mill-istess drittijiet proċedurali - il-konsulenti legali jistgħu jaġixxu bħala konsulenti tad-difiża fil-proċedimenti kriminali sakemm ma jkunux impjegati ta' partijiet oħra. Huma jistgħu jaġixxu wkoll f'każijiet li jinvolvu reati minuri u jaġixxu bħala konsulenti għad-difiża f'proċedimenti dixxiplinari.

L-assoċjazzjoni professjonali tal-konsulenti legali tikkonsisti f'19-il assoċjazzjoni reġjonali ta' konsulenti legali u l-Kamra Nazzjonali tal-Konsulenti Legali li joperaw fuq livell nazzjonali. Dawn l-assoċjazzjonijiet professjonali huma responsabbli għar-rappreżentazzjoni u l-protezzjoni tad-drittjiet professjonali tal-konsulenti legali, għall-iżvilupp tal-ħiliet professjonali tagħhom, sabiex jipprovdu taħriġ għall-apprendisti u jistabbilixxu, jippromwovu u jeżegwixxu r-regoli tal-kondotta professjonali.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Nazzjonali tal-Konsulenti Legali.

Nutara

Organizzazzjoni

Il-Ministru għall-Ġustizzja jaħtar lin-nutara u jassenjalhom l-uffiċċju tagħhom wara talba mill-persuni konċernati wara li jkun ikkonsulta lill-kunsill tal-kamra tan-nutara rilevanti. Il-Ministru għall-Ġustizzja għandu wkoll is-setgħa li jkeċċi lin-nutara.

Il-Ministru għall-Ġustizzja jżomm reġistru tal-uffiċċji tan-nutara u jistabbilixxi r-rati massimi għat-tranżazzjonijiet nutarili.

In-nutara jiffurmaw assoċjazzjoni professjonali li tikkonsisti fi 11-il kamra nutarili u l- Kamra Nazzjonali tan-Nutara.

Ir-rwol u responsabbiltajiet

In-nutara jiġu maħtura jwettqu tranżazzjonijiet li jridu jiġu proċessati permezz ta' att nutarili (pereżempju trasferimenti ta' sjieda ta' propjetà) jew f'każijiet fejn il-partijiet imorru għal din l-għażla.

Il-professjoni nutarili hija professjoni ta' fiduċja pubblika. Bħala persuni li jgawdu mill-fiduċja pubblika u li jaġixxu f'isem l-Istat, in-nutara jridu jiggarantixxu s-sigurtà tat-tranżazzjonijiet tal-propjetà immobbli.

In-nutara jwettqu dawn id-dmirijiet nutarili li ġejjin: ifasslu l-atti nutarili, iċ-ċertifikati tal-wirt (testmenti) u ċertifikati oħra, jippreżentaw dikjarazzjonijiet, jieħdu l-minuti, jfasslu protesti dwar ċedoli u ċekkijiet, iżommu l-flus kontanti, it-titoli, id-dokumenti u d-dejta fuq apparat għall-ħżin tad-dejta, jagħmlu entrati fi u jipproduċu kopji u estratti minn dokumenti, ifasslu l-atti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra fuq talba tal-partijiet u jwettqu attivitajiet oħra taħt dispożizzjonijiet separati.

It-tranżazzjonijiet nutarili li jsiru minn nutar skont il-liġi jitqiesu dokumenti uffiċċjali.

In-nutara jridu jmexxu l-attività tagħhom f'uffiċċji individwali tan-nutara. In-nutar jista' jaħdem f'uffiċċju wieħed biss, filwaqt li diversi nutara jistgħu jaħdmu flimkien f'uffiċċju wieħed skont ir-regoli li jirregolaw l-isħubijiet tal-liġi ċivili. F'dak il-każ, madankollu, kull nutar iwettaq id-dmirijiet tiegħu f'ismu u jġorr ir-responsabbiltà għat-tranżazzjonijiet li jkunu pproċessaw.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Nazzjonali tan-Nutara (mhux disponibbli bl-Ingliż).

Professjonijiet ġuridiċi oħra

Il-liġi Pollakka tipprovdi għall-professjonijiet legali li ġejjin: bailiffs.

Bailiffs

Skont il-liġi Pollakka, il-bailiffs huma uffiċċjali ġudizzjarji tal-eżekuzzjoni. Huma għandhom ukoll l-istatus ta' impjegati taċ-ċivil, għaliex dak l-istatus biss jagħti biżżejjed leġittimità lid-dmirijiet li jkunu wettqu, li għandhom impatt konsiderevoli fuq id-drittijiet u l-libertajiet ċivili. Dawn id-dmirijiet jinkludu, l-ewwel u qabel kollox, miżuri ta' koerċizzjoni meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi tal-qorti u l-implimentazzjoni tad-dritt kostituzzjonali għal proċess ġust.

Is-setgħat tal-bailiffs jinkludu t-twettiq ta' proċedimenti ta' eżekuzzjoni f'kawżi ċivili.

Il-bailiffs jiġu maħtura mill-Ministru tal-Ġustizzja minn lista ta' kandidati li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Att dwar il-Bailiffs u l-Eżekuzzjoni. Irid ikollhom lawrija fil-liġi, jkunu lestew perjodu ta' apprendistat, ikunu għaddew mill-eżami għall-bailiffs u lestew perjodu ta' probation ta' mill-inqas sentejn bħala bailiff assessur fuq probation.

Is-superviżjoni tal-bailiffs issir mill-Ministru għall-Ġustizzja u l-imħallfin presedenti fil-qrati fejn jaħdmu l-bailiffs u mill-assoċjazzjonijiet tal-bailiffs - il-Kunsill Nazzjonali tal-Bailiffs u l-kunsilli tal-kamra tal-bailiffs.

Ara s-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-ĠustizzjaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Kunsill Nazzjonali tal-Bailiffs.

Organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta' għajnuna legali (mingħajr ħlas)

Fil-Polonja hemm għadd kbir ta' organizzazzjonijet li joffru dawn is-servizzi. Dawn jinkludu:

  • Blue Line’, li topera taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Familja, ix-Xogħol u l-Politika Soċjali biex tiġġieled kontra l-vjolenza domestika. Għal aktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBlue Line. dettalji ta' kuntatt: +48 22 668 70 00.
  • Is-servizz tal-għajnuna legali jiġi pprovdut ukoll mill-Kliniċi tal-Liġi immexxija mill-istudenti tal-assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-fakultajiet tal-liġi tal-universitajiet ewlenin tal-Polonja.
L-aħħar aġġornament: 29/11/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Portugall

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fil-Portugall.

Imħallfin tal-qorti ġudizzjarja u mħallfin tal-qorti amministrattiva u fiskali

Kif stabbilit fil-Kostituzzjoni Portugiża, l-imħallfin jifformaw parti minn korp sovran – il-Qrati.

L-imħallfin huma marbuta biss mil-liġi u jamministraw il-ġustizzja f'isem il-poplu.

L-imħallfin tal-qorti ġudizzjarja huma rregolati mill-Kostituzzjoni u mill-Istatut tal-Imħallfin tal-Qorti Ġudizzjarja (Estatuto dos Magistrados Judiciais). F’konformità mal-ġerarkija tal-qrati rispettivi, hemm tliet tipi ta’ mħallfin tal-qorti ġudizzjarja:

  • Imħallfin tal-Qorti Suprema (Supremo Tribunal de Justiça), imsejħin Conselheiros;
  • Imħallfin tal-Qrati tal-Appell (Tribunais das Relações), imsejħin Desembargadores;
  • Imħallfin tal-qrati tal-prim’istanza, imsejħin Juízes de Direito.

L-imħallfin tal-qorti amministrattiva u fiskali huma rregolati mill-Kostituzzjoni, mill-Istatut tal-Qrati Amministrattivi u Fiskali (Estatuto dos Tribunais Administrativos e Fiscais) u fuq bażi sussidjarja mill-Istatut tal-Imħallfin tal-Qorti Ġudizzjarja. F’konformità mal-ġerarkija tal-qrati rispettivi, hemm tliet tipi ta’ mħallfin tal-qorti amministrattiva u fiskali:

  • Imħallfin tal-Qorti Amministrattiva Suprema (Supremo Tribunal de Justiça), imsejħin Conselheiros;
  • Imħallfin tal-Qrati Amministrattivi Ċentrali, imsejħin Desembargadores;
  • Imħallfin tal-qorti amministrattiva distrettwali u tal-qorti fiskali, imsejħin Juízes de Direito.

L-aċċess għall-professjoni ta’ mħallef huwa proċess maqsum fi tliet stadji li jinkludi: kompetizzjoni pubblika; kors ta’ taħriġ teoretiku u prattiku li jsir fiċ-Ċentru għall-Istudji Ġudizzjarji (Centro de Estudos Judiciários); u apprendistat. Jekk itemmu b’suċċess it-tliet stadji, jinħatru Juízes de Direito.

L-imħallfin ikomplu jitħarrġu tul il-karriera tagħhom.

Il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura (Conselho Superior da Magistratura) iwettaq spezzjonijiet regolari fil-qrati tal-prim’istanza, u l-Kunsill Għoli għall-Qrati Amministrattivi u Fiskali (Conselho Superior dos Tribunais Administrativos e Fiscais) jagħmel l-istess għall-imħallfin ta’ dawn il-qrati. Wara kull spezzjoni, l-imħallfin ikunu kklassifikati skont il-mertu bħala tajbin ħafna, tajbin b’distinzjoni, tajbin, suffiċjenti u medjokri. Jekk imħallef jiġi kklassifikat bħala “medjokri”, huwa jiġi sospiż minn funzjonijiet tiegħu u ssir inkjesta biex tiġi vvalutata l-idoneità tiegħu għal dan ix-xogħol.

Il-Kunsill Għoli għall-Ġudikatura u l-Kunsill Għoli għall-Qrati Amministrattivi u Fiskali huma responsabbli għall-ħatra, il-kollokament, it-trasferiment, il-promozzjoni u t-teħid ta’ azzjonijiet dixxiplinari fir-rigward ta’ mħallfin tal-qrati ġudizzjarji u l-qrati amministrattivi u fiskali.

Biex ikunu żgurati l-indipendenza u l-imparzjalità tal-imħallfin, il-Kostituzzjoni tistipula li l-imħallfin ma jistgħux jaqdu funzjonijiet oħrajn, la pubbliċi u lanqas privati, bl-eċċezzjoni ta’ tagħlim jew riċerka xjentifika bla ħlas fil-qasam tal-liġi. L-imħallfin jistgħu jiġu ttrasferiti, sospiżi, irtirati jew imneħħija biss fil-każijiet previsti fil-liġi; huma ma jinżammux responsabbli għad-deċiżjonijiet tagħhom, ħlief fejn il-liġi tipprevedi eċċezzjonijiet.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.csm.org.pt/Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.cstaf.pt/.

Prosekuturi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Ministério Público)

Il-prosekuturi fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jirrappreżentaw l-Istat, imexxu l-prosekuzzjonijiet u jiddefendu l-istat tad-dritt demokratiku u l-interessi ddeterminati mil-liġi. Il-prosekuturi pubbliċi għandhom l-istatut u l-awtonomija tagħhom kif previst mil-liġi.

L-aċċess għall-professjoni ta’ prosekutur pubbliku huwa permezz ta’ kompetizzjoni pubblika, li jikkonsisti f’testijiet tal-għarfien, valutazzjoni tas-CV u eżami psikoloġiku, li lkoll isiru fiċ-Ċentru għall-Istudji Ġudizzjarji (Centro de Estudos Judiciários).

Il-kandidati li jgħaddu jinħatru bħala prosekuturi li qed jagħmlu l-prattika (auditores de justiça). Ladarba jlestu t-taħriġ teoretiku u prattiku fiċ-Ċentru għall-Istudji Ġudizzjarji, jinħatru deputati prosekuturi apprendisti.

Il-karriera ta’ prosekutur pubbliku tikkonsisti f’ħames livelli, elenkati f’ordni ġerarkika:

  • Prosekutur Ġenerali (Procurador-Geral da República);
  • Viċi Prosekutur Ġenerali (Vice-Procurador-Geral da República);
  • Deputat Prosekutur Ġenerali (Procurador-Geral Adjunto);
  • Prosekutur Distrettwali (Procurador da República);
  • Deputat Prosekutur Distrettwali (Procurador da República Adjunto).

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Procuradoria-Geral da República) huwa l-ogħla korp fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u huwa presedut mill-Prosekutur Ġenerali. Dan jinkludi wkoll il-Kunsill Għoli għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Conselho Superior do Ministério Público), il-Kunsill Konsultattiv, konsulenti legali uffiċjali u servizzi ta’ appoġġ.

Il-Kunsill Għoli għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa responsabbli għall-ħatra, il-kollokament, it-trasferiment u l-promozzjoni tal-prosekuturi pubbliċi u għat-teħid ta’ azzjonijiet dixxiplinari kontrihom.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ministeriopublico.pt/.

Avukati (Advogados)

L-avukati huma professjonisti legali li, ladarba jirreġistraw ruħhom mal-Kamra tal-Avukati, jipprovdu rappreżentanza ġuridika u konsulenza ġuridika, li jikkonsistu fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fuq talba ta’ parti terza.

Ir-reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Avukati (Ordem dos Advogados) fil-Portugall hija meħtieġa biex persuna tkun tista’ taħdem bħala avukat.

Biex wieħed ikollu aċċess għall-professjoni, jeħtieġ li:

  • ikollu lawrja fil-liġi Portugiża jew kwalifika fil-liġi ta’ livell universitarju minn barra l-Portugall, jekk din il-kwalifika titqies li tkun ekwivalenti għal lawrja jew tkun ġiet rikonoxxuta bħala tal-istess livell;
  • jagħmel prattika ta’ 18-il xahar, li tinkludi żewġ stadji ta’ taħriġ: l-ewwel stadju ta’ taħriġ, li jdum sitt xhur, u l-istadju ta’ taħriġ addizzjonali, li jdum 12-il xahar;
  • jgħaddi mill-eżami miktub u dak orali tal-Avukatura.

Iċ-ċittadini barranin li kisbu l-lawrja tagħhom fil-Portugall jistgħu jirreġistraw mal-Kamra tal-Avukati Portugiża bl-istess mod bħaċ-ċittadini Portugiżi, sakemm il-pajjiż tan-nazzjonalità tagħhom jagħti drittijiet identiċi liċ-ċittadini Portugiżi.

L-avukati minn Stati Membri oħrajn tal-UE li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom b’mod permanenti, bil-ħsieb li jaħdmu fil-Portugall bit-titolu professjonali tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom, iridu jirreġistraw mal-Kamra tal-Avukati. F’każijiet bħal dawn, huma jistgħu jipprovdu rappreżentanza legali fil-qorti biss taħt il-gwida ta’ avukat li jkun irreġistrat mal-Kamra tal-Avukati. Jekk iridu jaħdmu bħala avukati bl-istess drittijiet u obbligi tal-avukati Portugiżi, iridu jirreġistraw mal-Kamra tal-Avukati u jridu jagħmlu eżami bil-kitba u orali bil-Portugiż.

Il-Kamra tal-Avukati hija l-assoċjazzjoni pubblika li tirrappreżenta lill-professjonisti li jkunu avukati prattikanti li jaġixxu f’konformità mal-istatut tal-Kamra. Hija tiżgura aċċess għal-liġijiet, tirregola l-professjoni u tieħu azzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ avukati u ta’ avukati li qed jagħmlu l-prattika (l-uniku korp li jagħmel hekk), tħares ir-rwol soċjali, id-dinjità u l-prestiġju tal-professjoni u tippromwovi aċċess għall-għarfien u l-applikazzjoni tal-liġi.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://portal.oa.pt/.

Konsulenti legali (Consultores jurídicos)

Fis-sistema legali Portugiża, ma hemm l-ebda distinzjoni bejn avukati u konsulenti legali.

Prokuraturi legali (Solicitadores)

Il-prokuraturi legali huma professjonisti indipendenti li jagħtu lill-klijenti tagħhom pariri legali u jirrappreżentawhom legalment fil-qorti, fil-limiti imposti mill-istatut tagħhom u mil-leġiżlazzjoni proċedurali. Huma jistgħu jirrappreżentaw lill-partijiet fil-qorti kull meta r-rappreżentanza legali minn avukat (advogado) ma tkunx obbligatorja.

Il-prokuraturi legali jistgħu anke jirrappreżentaw legalment liċ-ċittadini u n-negozji barra mill-qorti, pereżempju, quddiem l-amministrazzjoni fiskali, fl-uffiċċji notarili, fl-uffiċċji tar-reġistraturi u quddiem il-korpi tal-amministrazzjoni pubblika.

Biex wieħed ikollu aċċess għall-professjoni, jeħtieġ li:

  • ikollu lawrja fil-liġi li tkun rikonoxxuta uffiċjalment u ma jkunx irreġistrat mal-Kamra tal-Avukati, jew ikollu lawrja rikonoxxuta uffiċjalment fl-istudji ta’ prokuratur legali. Iċ-ċittadini barranin ta’ Stat Membru ieħor tal-UE jrid ikollhom il-kwalifiki akkademiċi u professjonali meħtieġa legalment biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom fl-istat tal-oriġini rispettiv tagħhom;
  • jagħmel prattika li ddum bejn 12 u 18-il xahar;
  • jikseb referenzi xierqa waqt il-prattika, ipprovdut minn min jipprovdi l-prattika u miċ-ċentri tal-prattika, u jgħaddi minn eżami nazzjonali stabbilit f’konformità mar-regoli rilevanti.

Il-professjonisti minn Stat Membru ieħor tal-UE jew miż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jirreġistraw ruħhom mal-Kulleġġ tal-Prokuraturi Legali (Colégio dos Solicitadores) f’konformità mal-Liġi Nru 9/2009 tal-4 ta’ Marzu 2009, kif emendata.

L-Ordni tal-Prokuraturi Legali u l-Aġenti tal-Eżekuzzjoni (Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução, OSAE) hija l-assoċjazzjoni pubblika li tirrappreżenta lil dawn il-professjonisti legali. Hija responsabbli, fost l-oħrajn, biex teżerċita setgħat dixxiplinari fuq il-membri tagħha u biex tagħti opinjonijiet dwar abbozzi ta’ leġiżlazzjonijiet marbuta mal-kompetenzi tagħha.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.osae.pt/.

Aġenti tal-eżekuzzjoni (Agentes de execução)

L-aġenti tal-eżekuzzjoni huma professjonisti li jingħataw setgħat fil-livell nazzjonali biex iwettqu attivitajiet ta’ eżekuzzjoni ċivili. Dawn huma professjonisti indipendenti u imparzjali u li ma jirrappreżentaw lill-ebda parti, imma li għandhom ir-responsabbiltà biex iwettqu l-formalitajiet kollha għall-eżekuzzjoni, inklużi l-qbid, in-notifika tad-dokumenti, l-avviżi u l-bejgħ tal-assi maqbuda. F’xi każijiet il-funzjonijiet tagħhom jistgħu jsiru minn uffiċjal tal-qorti.

L-aġenti tal-eżekuzzjoni jinħatru mill-parti li tkun qed titlob l-eżekuzzjoni jew mill-qorti.

L-aġenti tal-eżekuzzjoni jrid ikollhom lawrja fl-istudji bħala prokuratur legali jew fil-liġi u:

  • iridu jkunu ċittadini Portugiżi;
  • ma jridu jkunu koperti minn ebda restrizzjoni stipulata fl-Istatuti tal-Ordni tal-Prokuraturi Legali u l-Aġenti tal-Eżekuzzjoni jew tal-Kamra tal-Avukati;
  • ma jridux ikunu inklużi fil-lista pubblika uffiċjali tad-debituri fl-aħħar għaxar snin;
  • iridu jkunu temmew b’suċċess il-prattika ta’ aġent tal-eżekuzzjoni;
  • iridu jagħmlu l-eżami għal assistenti legali wara li jkunu ħadmu għal iktar minn tliet snin bħala aġenti tal-eżekuzzjoni u jirċievu opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni għall-Assistenti Legali (Comissão para o Acompanhamento dos Auxiliares de Justiça, CAAJ);
  • iridu jirreġistraw mal-assoċjazzjoni professjonali rilevanti fi żmien tliet snin minn meta jtemmu b’suċċess il-prattika tagħhom;
  • irid ikollhom l-istrutturi u riżorsi minimi tal-IT kif stipulat minn regolament approvat mill-assemblea ġenerali.

L-Ordni tal-Prokuraturi Legali u l-Aġenti tal-Eżekuzzjoni u l-Kulleġġ Speċjalizzat tal-Aġenti tal-Eżekuzzjoni (Colégio de Especialidade dos Agentes de Execução) huma l-korpi responsabbli biex jirregolaw il-professjoni.

Is-CAAJ, li huwa indipendenti mill-Ordni tal-Prokuraturi Legali u l-Aġenti tal-Eżekuzzjoni, huwa l-korp responsabbli għas-sorveljanza u l-eżerċitar ta’ azzjonijiet dixxiplinari fuq l-aġenti tal-eżekuzzjoni.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.osae.pt/Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://caaj.justica.gov.pt/.

Nutara (Notários)

In-nutara huma professjonisti speċjalisti awtorizzati jwettqu funzjonijiet f’ċerti kuntesti legali. Dawn għandhom rwol ewlieni fil-kummerċ, kemm f’livell nazzjonali kif ukoll f’livell internazzjonali.

In-nutara għandhom is-setgħa li:

  • ifasslu kuntratti privati u jagħtu pariri lill-partijiet, filwaqt li jittrattaw lil kull parti b’mod ġust; ifasslu dokumenti uffiċjali, filwaqt li jieħdu r-responsabbiltà għal-legalità tad-dokument u għal kull parir li jingħata; jinfurmaw lill-partijiet bl-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi tal-impenji li jippjanaw li jidħlu għalihom (in-nutara huma obbligati li jagħmlu dan);
  • jeżegwixxu t-tranżazzjonijiet legali maqbula fil-preżenza tagħhom. L-att jista’ jiddaħħal direttament fir-reġistru uffiċjali jew, jekk waħda mill-partijiet tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha, issir l-eżekuzzjoni tiegħu mingħajr l-intervent ta’ mħallef;
  • jagħmluha ta’ medjaturi, b’mod imparzjali u b’konformità sħiħa mal-liġi, biex il-partijiet ikunu jistgħu jaslu għal ftehim aċċettabbli għal kulħadd;
  • ifasslu dokumenti għal proċedimenti tal-inventarju u t-termini tagħhom, ħlief f’dawk il-kwistjonijiet li ma jridux jiġu deċiżi fi proċedimenti tal-inventarju, minħabba n-natura jew il-kumplessità legali jew fattwali tal-kwistjoni; kwistjonijiet bħal dawn iridu jiġu deċiżi minn imħallef fil-qorti distrettwali (tribunal de comarca) li jkollha l-ġuriżdizzjoni għall-uffiċċju notarili fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti (il-Liġi Nru 2/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013, li approvat il-Qafas Legali għall-Proċedimenti tal-Inventarju, tat din is-setgħa lin-nutara u b’hekk ħolqot sistema ta’ setgħat konġunti).

Ir-riforma tal-professjoni ta’ nutar u l-privatizzazzjoni konsegwenti tas-settur ifissru li n-nutara għandhom rwol doppju: huma uffiċjali pubbliċi kif ukoll professjonisti liberi imma ma għadhomx impjegati taċ-ċivil.

Bħala uffiċjali pubbliċi, in-nutara jaqgħu taħt l-awspiċi tal-Ministeru għall-Ġustizzja, li għandu setgħat regolatorji, kif ukoll għandu s-setgħa li jieħu passi dixxiplinari kontra n-nutara. Minħabba l-istatus liberali l-ġdid tal-professjoni, l-Ordni tan-Nutara ilu mill-2006 jirregola l-attivitajiet tan-nutara, flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja, u b’hekk jiżgura li n-nutara jimxu mal-kodiċi tal-etika li huma obbligati josservaw u jiggarantixxi li jaħdmu fl-interess pubbliku kif inhu mitlub minnhom; dan ma jaffettwax is-setgħa tal-Ministeru li jintervjeni, li minħabba n-natura tal-professjoni, hija mogħtija lilu mil-liġi.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.notarios.pt/OrdemNotarios/pt.

Reġistraturi (Conservadores)

Ir-reġistraturi huma uffiċjali pubbliċi responsabbli għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ fatti u atti legali relatati mal-proprjetà immobbli, il-proprjetà mobbli li trid tiġi rreġistrata, l-attivitajiet tan-negozju u l-avvenimenti f’ħajjet in-nies. Ir-rwol tagħhom essenzjalment jinvolvi t-twettiq tal-verifiki legali tad-dokumenti msemmija hawn fuq u dawk relatati u l-iżgurar li d-drittijiet li jinsabu fid-dokumenti li jiċċertifikaw il-fatti li jridu jiġu rreġistrati jkunu definiti korrettament u jikkonformaw mal-ordni tar-reġistrazzjoni stipulata legalment; huma responsabbli wkoll għall-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni u jistgħu jiddeċiedu jdaħħlux il-fatt jew l-att legali fir-reġistru jew le.

Skont l-oqsma tal-funzjonijiet tagħhom, ir-reġistraturi jistgħu jkunu:

  • Reġistraturi tar-reġistru ċivili (conservadores do registo civil), li l-funżjonijiet tagħhom jinvolvu d-definizzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ fatti u atti legali marbuta mal-ħajjet il-persuni fiżiċi. Il-kompetenza tagħhom tinkludi r-reġistrazzjoni ta’ atti bħat-twelid, iż-żwieġ, il-mewt, l-adozzjoni u d-dikjarazzjoni u l-istabbiliment tal-maternità/paternità; l-organizzazzjoni tal-proċedimenti bħal dawk relatati mad-divorzju u s-separazzjoni kunsenswali; u l-ħruġ ta’ ċertifikati u kopji ta’ dokumenti reġistrati.
  • Reġistraturi tar-reġistru tal-artijiet (conservadores do registo predial), li jippubblikaw l-istatus legali tal-artijiet u tal-proprjetajiet bil-ħsieb li jiżguraw iċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet tal-proprjetajiet.
  • Reġistraturi tar-reġistru tal-vetturi (conservadores do registo de veículos), li l-funzjonijiet tagħhom huma relatati mal-pubblikazzjoni tad-drittijiet fuq il-proprjetà mobbli li trid tkun irreġistrata (vetturi bil-mutur, bastimenti u inġenji tal-ajru) u li jippubblikaw l-istatus legali ta’ vetturi bil-mutur u trailers bil-ħsieb li tkun żgurata ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet.
  • Reġistraturi tar-reġistru kummerċjali (conservadores do registo commercial), li jippubblikaw l-istatus legali ta’ kummerċjanti waħdiena, kumpaniji kummerċjali, kumpaniji tad-dritt ċivili li għandhom forma kummerċjali, stabbilimenti individwali b’responsabbiltà limitata u entitajiet oħrajn li jridu jkunu rreġistrati fir-reġistru kummerċjali bil-ħsieb li tkun żgurata ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet.

L-aċċess għall-professjoni jeħtieġ lawrja fil-liġi minn università Portugiża jew kwalifika akkademika ekwivalenti. Il-kandidati jridu jgħaddu wkoll minn testijiet tal-aptitudni u jagħmlu kors universitarju ta’ estensjoni ta’ sitt xhur li jiffoka fuq is-suġġetti legali u s-suġġetti relatati mar-reġistrazzjoni meħtieġa mir-reġistraturi. Imbagħad dawn jagħmlu sena prattika, u wara jieħdu sehem f’kompetizzjoni pubblika. Il-kandidati jkunu vvalutati f’kull stadju ta’ dan il-proċess u jistgħu jkunu eliminati jekk jeħlu fi kwalunkwe stadju. L-istadju finali huwa kompetizzjoni pubblika organizzat mill-Istitut tar-Reġistri u tan-Nutara (Instituto dos Registos e do Notariado).

L-Istitut tar-Reġistri u tan-Nutara huwa responsabbli għad-direzzjoni, il-koordinazzjoni, l-appoġġ, l-evalwazzjoni u s-sorveljanza tal-attività tal-uffiċċji tar-reġistri.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://irn.justica.gov.pt/.

Uffiċjali tal-qorti (Oficiais de Justiça)

L-uffiċjali tal-qorti huma kategorija ta’ uffiċjali ġudizzjarji (funcionário de justiça) li jipprovdu assistenza proċedurali fil-qrati jew l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Madankollu, il-kunċett tal-uffiċjal ġudizzjarju jkopri wkoll speċjalisti tal-informatika, persunal amministrattiv, tekniku u ta’ appoġġ u ħaddiema tal-manutenzjoni.

L-aċċess għall-karriera ta’ uffiċjal ġudizzjarju jibda bir-rwoli fil-livell tad-dħul ta’ skrivan awżiljarju (escrivão auxiliar) fis-servizz ġudizzjarju u skrivan tal-qorti awżiljarju (técnico de justiça auxiliar) fil-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. L-aċċess ikun miftuħ għall-persuni li jkunu temmew kors ta’ taħriġ professjonali, u li jkunu ġew approvati permezz ta’ proċedura ta’ ammissjoni.

L-uffiċjali ġudizzjarji huma rregolati minn Statut speċifiku (Estatuto dos Funcionários de Justiça), kif stabbilit fid-Digriet Amministrattiv Nru 343/1999 tas-26 ta’ Awwissu 1999, kif emendat. Dawn għandhom rwol importanti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttivi u r-Regolamenti Ewropej.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Administração da Justiça) huwa l-korp tal-Ministeru għall-Ġustizzja responsabbli għar-reklutaġġ, il-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-uffiċjali ġudizzjarji.

Il-Kunsill tal-Uffiċjali tal-Qorti (Conselho dos Oficiais de Justiça) huwa l-korp responsabbli għall-valutazzjoni tal-mertu professjonali tal-uffiċjali tal-qorti, u għall-eżerċitar ta’ awtorità dixxiplinarja fil-konfront tagħhom.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dgaj.justica.gov.pt/.

Medjaturi (Mediadores)

Fl-Artikolu 2(b) tal-Liġi 29/2013 tad-19 ta’ April 2013, medjatur huwa ddefinit bħala “(...) terza persuna imparzjali u indipendenti, mingħajr ebda setgħa li timponi x’azzjoni għandha tittieħed fuq il-partijiet li jirċievu l-medjazzjoni, u li tgħinhom jaslu għal ftehim finali dwar il-kwistjoni tat-tilwima”. Din il-liġi tipproteġi wkoll l-istatus tal-medjaturi li jaħdmu l-Portugall u tistipula d-dispożizzjonijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-listi ta’ kull servizz pubbliku ta’ medjazzjoni; dan isir permezz ta’ proċedura tal-għażla, li hija rregolata mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni (Portaria) Nru 282/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010.

Xogħol il-medjaturi huwa importanti ħafna, peress li jgħinu lill-partijiet jaslu għal ftehim u dan jgħin biex tinżamm l-armonija soċjali u, f’xi każijiet, terġa’ tinkiseb. Fil-Portugall, hemm medjaturi speċjalizzati li jittrattaw materji kriminali, industrijali u tal-familja. Ma hemm l-ebda NGO li taħdem fil-qasam tal-medjazzjoni, imma hemm assoċjazzjonijiet privati li jipprovdu servizzi tal-medjazzjoni u taħriġ għall-medjaturi.

Ma hemm l-ebda kodiċi tal-etika nazzjonali għall-medjaturi, imma l-Liġi dwar il-Medjazzjoni msemmija iktar ’il fuq tinkludi kapitolu dwar id-drittijiet u l-funzjonijiet tal-medjaturi, li jridu jaġixxu wkoll f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew għall-Medjaturi, li jagħmel parti mit-taħriġ tagħhom.

L-imġiba tal-medjaturi tkun issorveljata minn servizz pubbliku tal-medjazzjoni li huwa maqsum fi tliet partijiet li jiffukaw fuq materji ċivili, industrijali u kriminali. Kull parti tas-servizz pubbliku tal-medjazzjoni hija ġestita minn awtorità pubblika, li hija identifikata fl-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-awtorità.

Fil-Portugall, il-medjaturi ma jirċevux taħriġ mingħand korp pubbliku; minflok, jitħarrġu minn korpi privati li jkunu ċċertifikati mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direção Geral da Política de Justiça, DGPJ) f’konformità mal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Nru 345/2013 tas-27 ta’ Novembru 2013, b’enfasi partikolari fuq il-konformità mal-qafas kwalitattiv.

Id-DGPJ, permezz tal-Uffiċċju għas-Soluzzjoni Alternattiv għat-Tilwim (GRAL), jiġġestixxi s-servizzi pubbliċi tal-medjazzjoni. Għalkemm ma jipprovdix informazzjoni dwar kif issib medjatur, huwa jżomm listi ta’ medjaturi, u l-medjaturi jistgħu jżidu isimhom ma’ din il-lista billi jieħdu sehem fil-proċedura tal-għażla stipulata fir-regoli approvati bl-Ordni ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgpj.mj.pt/.

Amministraturi ġudizzjarji (Administradores Judiciais)

L-amministraturi ġudizzjarji huma responsabbli għas-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-atti li huma parti mill-proċess ta’ rkupru speċjali (processo especial de revitalização); huma jiġġestixxu jew jillikwidaw ukoll il-patrimonju tal-insolvenza f’proċedimenti ta’ insolvenza, u jwettqu l-funzjonijiet kollha konferiti lilhom mill-istatut jew mil-liġi. Jista’ jinħatar amministratur ġudizzjarju, amministratur tal-insolvenza jew trustee temporanju skont il-kompiti li se jitwettqu fil-proċedimenti.

Ir-rwol tal-amministratur ġudizzjarju huwa stabbilit fil-Liġi Nru 22/2013 tas-26 ta’ Frar 2013.

Amministratur ġudizzjarju:

  1. irid ikollu lawrja universitarja rilevanti u esperjenza professjonali xierqa;
  2. irid jagħmel sitt xhur prattika għall-amministraturi ġudizzjarji;
  3. irid jgħaddi minn test tal-ammissjoni maħsub speċifikament biex jivvaluta l-għarfien miksub waqt il-prattika;
  4. ma jridx ikun f’sitwazzjoni li tkun inkompatibbli mal-funzjonijiet professjonali tiegħu;
  5. irid ikun adattat għall-professjoni.

Il-Kummissjoni għall-Assistenti Legali (Comissão para o Acompanhamento dos Auxiliares da Justiça, CAAJ) hija responsabbli għall-proċedura ta’ ammissjoni għall-amministraturi legali u tissorvelja l-ħidma tagħhom.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://caaj.justica.gov.pt/.

Uffiċjal tal-proprjetà industrijali (Agente Oficial da Propriedade Industrial)

L-uffiċjali tal-proprjetà industrijali huma speċjalisti fil-proprjetà industrijali li jistgħu jiġu mitluba mill-kumpaniji u l-individwi biex jgħinuhom jiddefendu d-drittijiet u l-interessi tagħhom f’dan il-qasam.

L-uffiċjali tal-proprjetà industrijali huma awtorizzati mill-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali (Instituto Nacional da Propriedade Industrial) iwettqu atti tal-proprjetà industrijali f’isem il-klijenti tagħhom mingħajr ma jkollhom għalfejn jippreżentaw il-prokura tagħhom.

L-aċċess għal din l-attività fil-Portugall huwa rregolat mid-Digriet Amministrattiv Nru 15/95 tal-24 ta’ Jannar 1995 (kif emendat) u mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Nru 239/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013.

Iktar informazzjoni tinsab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://inpi.justica.gov.pt/.

Organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi legali mingħajr ħlas (pro bono)

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, f’kooperazzjoni mal-Kamra tal-Avukati u mal-awtoritajiet lokali, jiżgura l-eżistenza, fit-territorju Portugiż kollu, ta’ Uffiċċju għall-Konsulenza Ġuridika (Gabinetes de Consulta Jurídica), fejn iċ-ċittadini jistgħu jieħdu pariri legali mingħajr ħlas mingħand professjonisti legali. Tista’ ssib lista ta’ dawn l-uffiċċji, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt rilevanti, online, inkluż fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna ewlenija).

L-aħħar aġġornament: 29/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Rumanija

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fir-Rumanija.

Professjonijiet legali - Introduzzjoni

Il-professjonijiet legali li ġejjin huma pprattikati fir-Rumanija:

Prosekuturi

Organizzazzjoni

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Rumen jinkludi:

  • uffiċċji tal-prosekutur marbuta ma’ qrati tal-appell, tribunali, tribunali tat-tfal u tal-familja, u qrati distrettwali;
  • uffiċċji tal-prosekutur marbuta ma’ qrati militari.
  1. Il-korp suprem huwa l-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja, inklużi d-diviżjonijiet speċjalizzati tagħha (id-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (DNA) u d-Direttorat għall-Investigazzjoni tal-Kriminalità Organizzata u t-Terroriżmu (DIICOT)).
  2. L-ewwel livell: l-uffiċċji tal-prosekutur marbuta mal-qrati distrettwali (176)
  3. It-tieni livell: l-uffiċċji tal-prosekutur marbuta mat-tribunali (42) u mat-Tribunal tat-Tfal u l-Familja (1)
  4. It-tielet livell: l-uffiċċji tal-prosekutur marbuta mal-qrati tal-appell (15).

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Superjuri tal-Maġistrati (CSM) huwa l-korp ċentrali responsabbli fis-sistema ġudizzjarja biex jirregola l-professjoni ta’ prosekutur. Taħriġ professjonali inizjali u ulterjuri għall-imħallfin u l-prosekuturi huwa pprovdut mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut Nazzjonali tal-Maġistrati (INM), li huwa korp pubbliku b’personalità ġuridika taħt il-koordinazzjoni tas-CSM. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jwettaq il-kompiti tiegħu permezz ta’ prosekuturi li jaħdmu fl-uffiċċji tal-prosekutur. Dan tal-aħħar jinstab marbut mal-qrati kollha, bl-eċċezzjoni ta' tribunali ta’ kondotta professjonali.

Proċeduri kriminali mmexxija mill-uffiċċji tal-prosekutur marbuta ma’ qrati tal-appell, tribunali, jew tribunali tat-tfal u l-familja.

Il-ġerarkija istituzzjonali tal-uffiċċji tal-prosekutur hija kif ġej:

  1. L-ogħla korp huwa l-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali), immexxi mill-Prosekutur Ġenerali tar-Rumanija. Dan il-korp jikkoordina l-attivitajiet tal-uffiċċji tal-prosekutur marbuta mal-15-il qorti tal-appell.
  2. L-uffiċċji tal-prosekutur marbuta mal-qrati tal-appell jikkoordinaw l-attivitajiet tal-uffiċċji tal-prosekutur marbuta mat-43 tribunal (inkluż it-tribunal speċjali għat-tfal u għall-kwistjonijiet tal-familja). Kull wieħed minnhom huwa amministrat minn kap prosekutur.
  3. L-uffiċċji tal-prosekuturi marbuta mat-tribunali jikkoordinaw l-attivitajiet tal-uffiċċji marbuta mal-176 qorti distrettwali li jiffunzjonaw, li kull wieħed minnhom huwa mmexxi mill-ewwel prosekutur.
  4. L-uffiċċji tal-prosekuturi marbuta mal-176 qorti distrettwali li jiffunzjonaw jirrappreżentaw l-ewwel livell (l-iktar baxx) tal-ġerarkija u huma mmexxija mill-ewwel prosekuturi.

Żewġ strutturi speċjalizzati separati joperaw fl-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja. Dawn huma:

  • Id-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (DNA), responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni. Dan huwa mmexxi minn kap prosekutur.
  • Id-Direttorat għall-Investigazzjoni tal-Kriminalità Organizzata u t-Terroriżmu (DIICOT), responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Dan huwa mmexxi minn kap prosekutur li jaġixxi taħt il-koordinazzjoni tal-Prosekutur Ġenerali tar-Rumanija.

Proċedimenti kriminali mmexxija mill-uffiċċji tal-prosekutur marbuta ma’ qrati militari

Il-proċedimenti kriminali għal reati kriminali mwettqa minn persunal militari jitwettqu minn uffiċċji tal-prosekutur militari, li għandhom l-istatus legali ta’ entitajiet militari. Dawn huma marbuta ma’ tribunali militari, it-Tribunal Militari ta’ Bukarest jew il-Qorti Militari tal-Appell ta’ Bukarest.

Ġerarkija funzjonali tal-prosekuturi

Il-prosekuturi jaġixxu f’konformità mal-prinċipji tal-legalità, l-imparzjalità u l-kontroll ġerarkiku.

Huma jaġixxu skont il-liġi, biex josservaw u jipproteġu d-dinjità tal-bniedem, u jiddefendu d-drittijiet tal-individwi.

Il-prosekuturi f’kull uffiċċju tal-prosekutur jirrapportaw lill-kap ta’ dak l-uffiċċju, li min-naħa tiegħu jirrapporta lill-kap tal-uffiċċju tal-prosekutur li huwa ġerarkikament superjuri.

Il-kontroll li għandu jiġi eżerċitat mill-Prosekutur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja, il-kap prosekutur tad-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u l-kap prosekutur tal-uffiċċju tal-prosekutur marbut mal-qorti tal-appell fuq prosekuturi taħt l-awtorità tagħhom jista’ jitwettaq jew direttament jew permezz ta’ prosekuturi maħtura.

Rwol u dmirijiet

Hemm żewġ kategoriji ta’ prosekutur fir-Rumanija:

  1. prosekuturi ċivili, responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali mwettqa minn persuni ċivili;
  2. prosekuturi militari, responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali mwettqa prinċipalment minn persunal militari.

Il-kategoriji tal-prosekutur nazzjonali huma kif ġej:

  • il-Prosekutur Ġenerali tar-Rumanija (il-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja);
  • il-Kap Prosekutur (il-kap tad-DNA u d-DIICOT);
  • il-kapijiet prosekuturi (il-kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekuturi marbuta mal-qrati tal-appell);
  • l-ewwel prosekuturi (il-kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekuturi marbuta ma’ tribunali jew qrati distrettwali);
  • il-kapijiet ta’ sezzjoni (il-kapijiet ta’ sezzjonijiet interni tal-uffiċċji tal-prosekutur);
  • il-kapijiet ta’ dipartiment (il-kapijiet ta’ dipartimenti interni tal-uffiċċji tal-prosekutur);
  • il-kapijiet ta’ uffiċċju (il-kapijiet ta’ uffiċċji interni tal-uffiċċji tal-prosekutur);
  • prosekuturi.

Kull meta jitqies li jkun meħtieġ, ex officio jew fuq talba tas-CSM, il-Ministru għall-Ġustizzja jista’ jeżerċita kontroll fuq il-prosekuturi permezz ta’ prosekuturi maħtura mill-Prosekutur Ġenerali tar-Rumanija, il-Kap Prosekutur tad-DNA, jew il-Ministru innifsu, sabiex jiġi verifikat dan li ġej:

  • l-effiċjenza maniġerjali tal-prosekuturi;
  • il-prestazzjoni u t-twettiq tal-kompiti tal-prosekuturi; u
  • il-kwalità tar-relazzjonijiet professjonali tal-prosekuturi maċ-ċittadini u ma’ persuni oħrajn involuti f’attivitajiet imwettqa mill-uffiċċji tal-prosekutur.

La l-firxa tal-miżuri li l-prosekuturi jistgħu jieħdu matul il-proċedimenti kriminali u lanqas id-deċiżjonijiet korrispondenti ma jiġu vverifikati.

Il-Ministru għall-Ġustizzja jista’ jitlob lill-Prosekutur Ġenerali tar-Rumanija jew, fejn xieraq, lill-Kap Prosekutur tad-DNA, biex jirrapporta dwar l-attivitajiet tal-uffiċċji tal-prosekutur u jista’ joħroġ struzzjonijiet dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità b’mod effettiv.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja jissottometti rapporti ta’ attività annwali lill-Kunsill Superjuri tal-Maġistrati u lill-Ministru għall-Ġustizzja, li min-naħa tagħhom jippreżentaw il-konklużjonijiet tagħhom dwar ir-rapport lill-Parlament Rumen.

Mħallfin

Organizzazzjoni

Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistrati (CSM) huwa l-korp ċentrali responsabbli fis-sistema ġudizzjarja biex jirregola l-professjoni ta’ mħallef. Taħriġ professjonali inizjali u ulterjuri għall-imħallfin u l-prosekuturi huwa pprovdut mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut Nazzjonali tal-Maġistrati (INM), li huwa korp pubbliku b’personalità ġuridika taħt il-koordinazzjoni tas-CSM.

Rwol u dmirijiet

L-imħallfin fir-Rumanija jispeċjalizzaw fit-tipi ta’ kawżi li ġejjin:

  • kawżi ċivili u ta’ eżekuzzjoni ċivili;
  • kawżi kriminali u ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali;
  • kawżi kummerċjali (imħallfin tal-falliment);
  • kawżi tal-liġi tal-familja u tat-tfal;
  • kawżi amministrattivi u fiskali/finanzjarji;
  • kawżi relatati ma’ tilwim dwar ix-xogħol u l-assigurazzjoni soċjali;
  • kawżi tal-liġi kostituzzjonali;
  • kawżi militari.

Organizzazzjoni ta’ professjonijiet legali: avukati

Avukati

Il-korp ċentrali responsabbli għall-professjoni tal-avukati huwa l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnjoni Nazzjonali Rumena tal-Kmamar tal-Avukati (UNBR), li hija persuna ġuridika ta’ interess pubbliku li tinkludi l-kmamar tal-avukati kollha fir-Rumanija. Hija tiżgura l-eżerċizzju kkwalifikat tad-dritt tad-difiża, il-kompetenza professjonali u d-dixxiplina, u l-protezzjoni tad-dinjità u l-unur tal-avukati li huma membri tal-unjoni. Il-kmamar tal-avukati kollha fir-Rumanija jappartjenu għall-UNBR.

Bażijiet tad-data legali

Informazzjoni dwar avukati Rumeni hija disponibbli fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnjoni Nazzjonali Rumena tal-Kmamar tal-Avukati.

L-aċċess għal din il-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva

Konsulenti legali

Skont il-liġi, il-konsulenti legali jistgħu jiffurmaw assoċjazzjonijiet fil-livell tal-kontea skont is-settur jew il-qasam ta’ attività u skont l-interessi professjonali tagħhom, jew, fejn applikabbli, assoċjazzjonijiet nazzjonali, soġġetti għal-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet. Waħda mill-assoċjazzjonijiet professjonali mwaqqfa skont dik il-liġi hija l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni Rumena tal-Konsulenti Legali (OCJR). Din tinkludi l-assoċjazzjonijiet kollha ta’ konsulenti legali fil-kontej kollha. Il-konsulenti legali jistgħu wkoll jiffurmaw assoċjazzjonijiet professjonali oħra. Il-listi tal-konsulenti legali skont il-kontea huma disponibbli fis-siti web individwali tal-assoċjazzjonijiet membri tal-OCJR. (il-links huma disponibbli fis-sit web tal-OCJR)

Nutara pubbliċi

Organizzazzjoni

Skont il-liġi, il-Ministeru għall-Ġustizzja Rumen iddelega l-eżerċizzju tas-servizzi notarili lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnjoni Nazzjonali tan-Nutara Pubbliċi (UNNP).L-UNNP hija l-korp professjonali li jirrappreżenta n-nutara pubbliċi, responsabbli biex jorganizza l-professjoni, jiddefendi l-interessi tal-membri tiegħu u l-pożizzjoni tal-professjoni. In-nutara kollha huma membri. Huma organizzati fi 15-il Kamra tan-Nutara Pubbliċi, kull waħda marbuta ma’ qorti tal-appell.

Rwol u dmirijiet

Fir-Rumanija, in-nutara pubbliċi jipprovdu s-servizzi legali li ġejjin:

  • it-tfassil tad-dokumenti meħtieġa għas-suċċessjoni legali u testamentarja;
  • il-konklużjoni ta’ kuntratti (kuntratti ta' bejgħ, kuntratti ta’ permuta, kuntratti ta’ manteniment, kuntratti ta’ donazzjoni, kuntratti ta’ self b’ipoteka, kuntratti ta’ pleġġ, kuntratti ta’ kiri, kuntratti ta’ lokazzjoni) u atti oħra (garanziji mitluba minn diversi istituzzjonijiet mill-amministraturi tagħhom);
  • it-tfassil ta’ statuti ta’ assoċjazzjoni għal kumpaniji, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet;
  • l-awtentikazzjoni ta’ dokumenti;
  • iċ-ċertifikazzjoni ta’ firem, kampjuni ta’ firem u siġilli;
  • kwalunkwe servizz ieħor previst mil-liġi.

Professjonijiet ġuridiċi oħra

Bailiffs

L-Unjoni Nazzjonali Rumena tal-Bailiffs (UNEJ) hija korp professjonali b’personalità ġuridika li tinkludi lill-bailiffs kollha. L-UNEJ hija responsabbli għall-preżervazzjoni tal-pożizzjoni u l-awtorità tal-professjoni, u l-missjoni ewlenija tagħha hija li tirrappreżenta u tiddefendi l-interessi professjonali tal-membri tagħha. Il-bailiffs huma organizzati fi 15-il kamra, kull waħda marbuta mal-qorti tal-appell rilevanti.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-UNEJ fih lista tal-bailiffs,

Skrivani tal-qorti

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Superjuri tal-Maġistrati (CSM) huwa l-korp ċentrali responsabbli fis-sistema ġudizzjarja biex jirregola l-iskrivani tal-qorti.

L-Iskola Nazzjonali tal-Iskrivani tal-Qorti (SNG) hija korp pubbliku b’personalità ġuridika, taħt il-koordinazzjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistrati, responsabbli biex tipprovdi taħriġ professjonali inizjali u ulterjuri għall-iskrivani tal-qorti.

Is-sistema ġudizzjarja Rumena għandha diversi kategoriji ta’ skrivani tal-qorti:

  • skrivani tas-seduti;
  • skrivani tal-istatistika;
  • skrivani tar-riċerka;
  • skrivani tal-IT;
  • skrivani tal-arkivji;
  • skrivani tar-reġistru.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar din il-professjoni f’dan id-dokument PDF(354 Kb)ro.

Assistenti ġudizzjarji

Dawn jiffurmaw parti mill-bord tal-imħallfin fl-ewwel kawżi li jinvolvu tilwim dwar ix-xogħol u l-assigurazzjoni soċjali.

Huma jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet b’vot konsultattiv u jiffirmaw is-sentenzi, l-opinjoni tagħhom hija rreġistrata fis-sentenza, u jagħtu raġunijiet għal opinjonijiet kuntrarji. Meta l-panel jinkludi assistenti ġudizzjarji, il-president jista’ jinkariga lil wieħed minnhom bl-editjar tas-sentenza.

L-assistenti ġudizzjarji huma nominati mill-Ministeru għall-Ġustizzja u proposti mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali għal perjodu ta’ ħames snin; iridu jkunu okkupaw pożizzjoni legali għal mill-inqas dak il-perjodu u jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti mil-liġi.

Matul il-mandat tagħhom l-assistenti ġudizzjarji jgawdu stabbiltà, huma soġġetti biss għal-liġi, jieħdu l-ġurament preskritt bil-liġi għall-imħallfin, u d-dispożizzjonijiet legali dwar l-obbligi, il-projbizzjonijiet, l-inkompatibilitajiet, l-eċċezzjonijiet, is-sanzjonijiet dixxiplinarji u r-raġunijiet għat-tneħħija mill-kariga li japplikaw għall-imħallfin u l-prosekuturi japplikaw għalihom ukoll.

L-għadd totali ta’ karigi ta’ assistenti ġudizzjarji u l-allokazzjoni tagħhom fil-qrati, skont il-volum ta’ xogħol, huwa stabbilit b’ordni tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

Il-kundizzjonijiet, l-għażla u l-proċedura tal-proposta mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-kandidati għan-nomina bħala assistenti ġudizzjarji mill-Ministeru għall-Ġustizzja, kif ukoll il-kundizzjonijiet għad-delegazzjoni, id-distakkament u l-trasferiment tagħhom, huma stabbiliti b’deċiżjoni tal-gvern.

Assistenti maġistrati

Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja tħaddan tim ta’ assistenti maġistrati li jieħdu sehem fis-seduti tagħha.

Id-dmirijiet tal-assistenti maġistrati jinkludu:

  • li jiżguraw li l-iskrivani tas-seduti u tal-arkivji jagħmlu dak kollu meħtieġ għat-tmexxija bla xkiel tas-seduti, billi jiggwidaw ix-xogħol tal-iskrivan tas-seduti;
  • li jippreparaw ċerti rapporti matul il-proċedimenti (dwar l-ammissibilità fil-prinċipju tal-appell u dwar l-applikazzjoni għall-appell fil-kassazzjoni);
  • li jirrekordjaw, għal kull fajl, is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u tal-prosekuzzjoni, u l-miżuri ordnati mill-qorti;
  • li jabbozzaw ir-rekords, ħlief għal dawk tas-smigħ;
  • li jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet b’vot konsultattiv;
  • li jabbozzaw is-sentenzi skont l-allokazzjoni tal-president tal-panel, il-konformità mal-iskadenzi legali, eċċ.

Għal deskrizzjoni dettaljata tax-xogħol tal-assistenti maġistrati, ikkonsulta dan id-dokument PDF(126 Kb)ro.

L-aħħar aġġornament: 10/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Slovenja

Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-professjonijiet legali fis-Slovenja.

Organizzazzjoni tal-professjonijiet legali

Il-professjonijiet legali

Fir-Repubblika tas-Slovenja persuna bi grad universitarju fil-liġi jew li tkun temmet l-istudji legali taħt l-ewwel u t-tieni ċikli ta’ Bologna tista’ tagħżel minn bosta professjonijiet fil-qasam tal-ġustizzja, inkluż imħallef, prosekutur, avukat ġenerali, avukat u nutar.

Prosekuturi

Organizzazzjoni

Skont l-Artikolu 135 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja, il-prosekuturi pubbliċi (državni tožilci) iressqu u jippreżentaw akkużi kriminali u għandhom setgħat oħrajn previsti mil-liġi. Is-setgħat u l-organizzazzjoni tagħhom huma fil-biċċa l-kbira stipulati fl-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Zakon o državnem tožilstvu) u l-Att dwar il-Proċedura Kriminali (Zakon o kazenskem postopku).

Hemm 11-il uffiċċju distrettwali tal-prosekutur pubbliku (okrožno državno tožilstvo) fis-Slovenja (Celje, Koper, Kranj, Krško, Ljubljana, Maribor, Murska Sobota, Nova Gorica, Novo Mesto, Ptuj, Slovenj Gradec), Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Speċjalizzat (Specializirano državno tožilstvo), organizzati madwar il-pajjiż kollu, u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema (Vrhovno državno tožilstvo Republike Slovenije) f’Ljubljana.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Speċjalizzat huwa responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ attivitajiet kriminali fl-oqsma tal-kriminalità tradizzjonali u ekonomika organizzata, tat-terroriżmu, tal-korruzzjoni u ta’ attivitajiet kriminali oħra li jeħtieġu l-individwazzjoni u l-prosekuzzjoni minn prosekuturi pubbliċi organizzati u mħarrġa apposta. Id-Dipartiment għall-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni ta’ Awtoritajiet Speċjali (Odelek za preiskovanje in pregon uradnih oseb s posebnimi pooblastili, magħruf bħala l-posebni oddelek jew “dipartiment tal-investigazzjoni speċjali”) jopera bħala unità organizzattiva indipendenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Speċjalizzat. Il-prosekuturi pubbliċi f’dan id-dipartiment ta’ investigazzjoni speċjali huma responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali mwettqa minn uffiċjali tal-pulizija, uffiċjali f’aġenziji tal-affarijiet interni b’setgħat tal-pulizija, uffiċjali tal-pulizija militari, uffiċjali tas-servizz tas-sigurtà u l-intelligence tal-Ministeru għad-Difiża u uffiċjali tal-Aġenzija Slovena tal-Intelligence u s-Sigurtà. Huma jipprovdu wkoll gwida lill-uffiċjali tal-pulizija li jaħdmu mad-Dipartiment.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema huwa l-uffiċċju tal-prosekutur tal-ogħla grad fil-pajjiż, li fih joperaw:

  • prosekuturi pubbliċi tal-Qorti Suprema (vrhovni državni tožilci) u prosekuturi pubbliċi tal-Qorti Superjuri (višji državni tožilci),
  • prosekuturi pubbliċi b’xogħol temporanju jew part-time.

Il-prosekuturi pubbliċi tal-Qorti Superjuri jirrappreżentaw appelli fi proċedimenti ta’ appell quddiem il-qrati superjuri (višja sodišča) fis-Slovenja. Fi proċedimenti b’rimedji straordinarji fil-qasam tad-dritt kriminali u fil-qasam tal-affarijiet ċivili u amministrattivi, il-prosekuturi pubbliċi tal-Qorti Suprema jidhru quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije).

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema huwa organizzat fi:

  • tliet dipartimenti (id-dipartiment tad-dritt kriminali (kazenski oddelek), id-dipartiment tal-affarijiet ċivili u amministrattivi (civilno-upravni oddelek) u d-dipartiment tat-taħriġ u s-sorveljanza esperta (oddelek za izobraževanje in strokovni nadzor)), u
  • ċ-Ċentru tal-Informazzjoni Esperta (Strokovno informacijski center), li l-kompiti tiegħu jinkludu l-għoti ta’ assistenza esperta fil-qasam fiskali, finanzjarju, kontabilistiku u f’dixxiplini oħrajn meħtieġa għall-prestazzjoni effiċjenti tal-prosekuturi pubbliċi u l-iżgurar tal-iżvilupp, l-unità u l-operazzjoni ta’ appoġġ bl-informazzjoni għall-funzjonament tal-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi.

Rwol u dmirijiet

Ir-rwol u d-dmir ewlieni tal-prosekuturi pubbliċi huma l-prosekuzzjoni tar-reati kriminali. F’dan il-kuntest huma responsabbli milli:

  • jieħdu kull pass meħtieġ għad-detezzjoni ta’ attivitajiet kriminali u s-sejbien tat-trażgressuri u jiggwidaw ħidmet il-pulizija fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess, fejn il-pulizija jkunu indipendenti mill-prosekutur pubbliku f’termini ta’ organizzazzjoni,
  • iressqu talbiet għal investigazzjoni,
  • iressqu u jippreżentaw kapi ta’ akkuża fil-qorti rilevanti, u
  • jressqu appelli kontra sentenzi tal-qorti li ma jkunux finali, u rimedji straordinarji kontra d-deċiżjonijiet finali tal-qorti (l-appelli kontra deċiżjonijiet tal-qorti tal-prim’istanza f'kawżi kriminali jiġu ppreżentati mill-prosekutur pubbliku li jkun ressaq il-kap ta’ akkuża fil-qorti tal-prim’istanza, filwaqt li rimedji straordinarji jitressqu mill-prosekuturi pubbliċi tal-Qorti Suprema).

Il-leġiżlazzjoni kriminali applikabbli tippermetti lill-prosekuturi pubbliċi li f’ċerti ċirkostanzi jagħżlu rimedji alternattivi għall-prosekuzzjoni kriminali biex jittrattaw forom ta’ assoċjazzjoni kriminali. Dawn jinkludu, l-ewwel nett, it-trasferiment tal-kawża għal proċedura ta’ ftehim u s-sospensjoni kondizzjonali tal-prosekuzzjoni kriminali jekk is-suspettat ikun lest iġib ruħu kif avżat mill-prosekutur u li jagħmel ċerti azzjonijiet indikati mill-prosekutur. Jekk il-ftehim jew is-sospensjoni kondizzjonali tal-prosekuzzjoni tirnexxi, il-prosekutur pubbliku jista’ jħassar ir-rapport kriminali, jiġifieri l-kawża tissolva barra mill-qorti. Il-prosekutur pubbliku jista’ jipproponi wkoll lill-qorti l-ħruġ ta’ ordni ta’ piena fejn il-qorti tikkundanna lill-akkużat għal piena jew miżura speċifika proposta mingħajr smigħ.

Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema jwettaq kompiti li jaqgħu barra mill-kopertura sostantiva tad-dritt kriminali. F’wieħed mit-tliet dipartimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema, id-dipartiment tal-affarijiet ċivili u amministrattivi, il-prosekuturi pubbliċi tal-Qorti Suprema jistgħu jippreżentaw talba għall-protezzjoni tal-legalità (zahteva za varstvo zakonitosti) kontra deċiżjonijiet tal-qorti tal-appell (pritožbeno sodišče) fi proċedimenti kontenzjużi, mhux kontenzjużi u proċedimenti oħra tal-qorti ċivili. Il-prerekwiżit għall-preżentata ta’ dan ir-rimedju ġudizzjarju straordinarju huwa l-protezzjoni tal-interess pubbliku, li jista’ jiġi ddeterminat biss mill-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema. Il-partijiet fil-proċedimenti ma jistgħux għalhekk iressqu talbiet għall-protezzjoni tal-legalità.

Imħallfin

Organizzazzjoni

Imħallfin professjonali u mħallfin onorarji

L-istatus ta’ mħallef huwa rregolat mill-Artikoli 125 sa 134 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja u mill-Att dwar is-Servizz Ġudizzjarju (Zakon o sodniški službi). L-imħallfin huma uffiċjali eletti mill-Assemblea Nazzjonali (Državni zbor) fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kunsill Ġudizzjarju (Sodni svet). Il-mandat ta’ mħallef huwa permanenti, u l-limitu tal-età u l-kundizzjonijiet għall-elezzjoni huma stipulati fil-liġi.

Biex xi ħadd jiġi elett bħala mħallef, irid jissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

  1. ikun ċittadin Sloven u jkollu ħakma tajba tal-lingwa Slovena,
  2. ikollu kapaċità ġuridika u jkun fi stat tajjeb ta’ saħħa,
  3. ikollu mill-inqas 30 sena,
  4. ikun kiseb it-titolu professjonali ta’ avukat bi grad universitarju miksub fis-Slovenja jew it-titolu professjonali ta’ baċellerat tal-liġi (NU) u ta’ masters fil-liġi jew kiseb kwalifika ekwivalenti fil-liġi barra mill-pajjiż li hija attestata b’ċertifikat ta’ kwalifika barrani b’opinjoni mehmuża dwar il-kwalifika jew b’deċiżjoni li tirrikonoxxi l-kwalifika għal finijiet ta’ impjieg jew ċertifikat li jirrikonoxxi l-lawrja minn università barranija (odločba o nostrifikaciji),
  5. ikun għadda mill-eżami pubbliku tal-liġi,
  6. ma jkunx ġie kkundannat għal reat kriminali,
  7. ma jkunx is-suġġett ta’ att ta’ akkuża finali jew, abbażi ta’ kap ta’ akkuża, is-suġġett ta’ proċedimenti relatati ma’ reat kriminali mixli ex officio.

Wara t-tmiem tal-kariga tagħhom, l-imħallfin li jkunu ddeċidew dwar proċedimenti investigattivi jew ġudizzjarji li fihom sentenza tkun kisret id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jintgħażlu bħala mħallfin.

L-imħallfin għandhom l-istatus ta’ uffiċjali pubbliċi u huma marbuta bil-Kostituzzjoni u bil-leġiżlazzjoni fit-twettiq ta’ dmirijiethom. Il-kariga ġudizzjarja ma hijiex kompatibbli mal-kariga f’korpi statali oħra, korpi awtonomi lokali u korpi ta’ partiti politiċi, u ma’ karigi u attivitajiet oħra kif previst mil-liġi. Ma hemm l-ebda speċjalizzazzjoni edukattiva formali fost l-imħallfin. Il-qasam ġuridiku li mħallef jaħdem prinċipalment fih ikun definit fl-organizzazzjoni interna tal-qorti individwali li, biex issolvi tipi individwali ta’ tilwim, għandha bosta dipartimenti ġuridiċi li l-imħallfin ikunu assenjati għalihom f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali tagħha. Il-Kunsill Ġudizzjarju tar-Repubblika tas-Slovenja jiddeċiedi dwar il-promozzjoni għal kariga ġudizzjarja ogħla u dwar il-promozzjoni fil-grad. Il-Kunsill Ġudizzjarju jagħmel proposta wkoll lill-Assemblea Nazzjonali biex imħallef jitkeċċa mill-kariga ġudizzjarja tiegħu jekk, fit-twettiq ta’ dmirijietu, jikser il-Kostituzzjoni jew jikser serjament il-liġi jew deliberatament jikkommetti reat kriminali billi jabbuża mill-kariga ġudizzjarja tiegħu. Ir-rati tal-promozzjonijiet tal-imħallfin f'kariga ġudizzjarja huma stabbiliti fl-organizzazzjoni tal-qrati fis-Slovenja. L-imħallfin jistgħu jkunu: imħallfin lokali (okrajni sodniki), imħallfin distrettwali (okrožni sodniki), imħallfin superjuri (višji sodniki) jew imħallfin supremi (vrhovni sodniki).

L-imħallfin huma rappreżentati fl-Assoċjazzjoni Slovena tal-Imħallfin, li hija membru tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Imħallfin. Is-sħubija fl-assoċjazzjoni hija volontarja.

Il-bordijiet ġudizzjarji jistgħu jinkludu kemm imħallfin professjonali (poklicni sodniki) kif ukoll imħallfin onorarji (sodniki porotniki). Meta l-liġi tkun teħtieġ deċiżjoni minn bord, il-bord ikun magħmul minn imħallef professjonali bħala President tal-bord u żewġ imħallfin onorarji bħala membri tal-bord, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mil-liġi. Meta l-liġi tirrikjedi deċiżjoni minn bord ta’ ħames membri, il-bord ikun magħmul minn imħallef professjonali bħala President tal-bord, minn imħallef professjonali ieħor, u minn tliet imħallfin onorarji bħala membri tal-bord, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mil-liġi. Kwalunkwe ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja li jkollu mill-inqas 30 sena, li ma jkunx ġie kkundannat b’sentenza finali ta’ reat kriminali mixli ex officio, u jkollu predispożizzjoni adegwata u ġeneralment f’saħħtu għall-kariga ġudizzjarja u għandu għarfien tajjeb ħafna tal-lingwa Slovena. Il-mandat tal-imħallfin onorarji huwa ta’ ħames snin u jistgħu jerġgħu jinħatru. L-imħallef li jippresjedi qorti superjuri jaħtar u jkeċċi lill-imħallfin onorarji tal-qrati distrettwali li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ dik il-qorti superjuri.

Il-Kunsill Ġudizzjarju tar-Repubblika tas-Slovenja

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju tar-Repubblika tas-Slovenja (Sodni svet RS) huwa l-korp ċentrali responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-professjoni.

Il-Kunsill Ġudizzjarju huwa magħmul minn 11-il membru.

Ħames membri jiġu eletti mill-Assemblea Nazzjonali, fuq proposta tal-President tar-Repubblika tas-Slovenja, minn fost professuri universitarji tal-liġi, avukati, u sitt membri jiġu eletti minn fost selezzjoni ssuġġerita minn imħallfin li jaħdmu full-time f’kariga ġudizzjarja. Il-membri tal-Kunsill jagħżlu wieħed mill-membri tagħhom bħala President.

Il-Kunsill Ġudizzjarju għandu s-setgħat li ġejjin:

Il-Kunsill Ġudizzjarju għandu s-setgħat li ġejjin skont ir-regoli li jirregolaw il-qrati u s-servizz ġudizzjarju:

1. fir-rigward tal-għażla, il-ħatra u t-tkeċċija tal-imħallfin, tal-presidenti u tal-viċi presidenti tal-qrati:

  • jagħti opinjoni preliminari bħala parti mill-proċedura għall-ħatra tal-president tal-Qorti Suprema,
  • jipproponi lill-Assemblea Nazzjonali kandidati għall-ħatra fil-kariga ta’ mħallef tal-Qorti Suprema,
  • jaħtar u jkeċċi presidenti u viċi presidenti tal-qrati minbarra l-president tal-Qorti Suprema
  • jagħżel kandidati għal karigi ġudizzjarji vakanti,
  • jipproponi lill-Assemblea Nazzjonali kandidati għall-ħatra fil-kariga ġudizzjarja,
  • jaħtar imħallfin għal karigi ġudizzjarji vakanti,
  • jagħti opinjoni motivata bħala parti mill-proċedura għat-tkeċċija tal-president tal-Qorti Suprema,
  • jinforma lill-Assemblea Nazzjonali b’sentenza finali li tikkundanna lil imħallef,
  • jipproponi lill-Assemblea Nazzjonali li mħallef jitkeċċa,
  • joħroġ deċiżjonijiet dikjaratorji li jitterminaw funzjonijiet ġudizzjarji jew servizz ġudizzjarju;

2. fir-rigward ta’ kwistjonijiet oħra tal-persunal relatati mal-imħallfin, meta jiddeċiedi dwar:

  • l-inkompatibbiltà tal-funzjoni ġudizzjarja,
  • il-promozzjoni għal funzjoni ġudizzjarja ogħla,
  • il-promozzjoni aktar rapida fil-grad, għall-pożizzjoni ta’ mħallef anzjan (svetnik), jew għal kariga ġudizzjarja ogħla,
  • il-promozzjoni straordinarja għal funzjoni ġudizzjarja ogħla,
  • il-konferma li mħallef mhuwiex adattat għas-servizz ġudizzjarju,
  • proposta biex jiġi rrimedjat ksur minn imħallef li jqis li l-indipendenza tiegħu ġiet affettwata b’xi mod,
  • appelli kontra deċiżjoni għat-trasferiment jew il-ħatra għal pożizzjoni ġudizzjarja, għal funzjoni ġudizzjarja jew għal pożizzjoni ta’ mħallef anzjan u kontra d-deċiżjoni għal klassifikazzjoni fi grad,
  • it-trasferiment ta’ mħallfin,
  • l-assenjazzjoni ta’ mħallef lill-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja, lill-Qorti Suprema, lill-Qorti Superjuri, lid-dipartiment speċjalizzat ta’ qorti distrettwali, lis-servizz speċjali tal-Kunsill Ġudizzjarju, liċ-Ċentru għat-Taħriġ Ġudizzjarju jew lill-Ministeru, biex jittratta xogħol tekniku aktar diffiċli,
  • l-eżenzjoni mis-servizz ġudizzjarju,
  • l-għoti ta’ boroż ta’ studju ġudizzjarji;

3. fir-rigward ta’ proċeduri dixxiplinari:

  • jaħtar korpi dixxiplinari,
  • jissottometti proposti għat-tnedija ta’ proċeduri dixxiplinari kontra mħallef,
  • jinforza penali dixxiplinari kontra mħallef jekk, skont il-liġi li tirregola s-servizz ġudizzjarju, huwa jkun soġġett għal penali dixxiplinari ta’ sospensjoni tal-promozzjoni, tnaqqis fis-salarju jew trasferiment lil qorti oħra,
  • jiddeċiedi dwar it-tneħħija temporanja mis-servizz ġudizzjarju tal-president tal-Qorti Suprema,
  • jiddeċiedi dwar appell kontra deċiżjoni tal-president tal-Qorti Suprema li tordna t-tneħħija temporanja ta’ mħallef mis-servizz ġudizzjarju;

4 kompiti oħra:

  • jadotta kriterji għall-għażla ta’ kandidati għal karigi ġudizzjarji wara opinjoni mill-ministru u kriterji għall-kwalità tal-prestazzjoni tal-imħallfin għall-valutazzjoni tas-servizz tagħhom,
  • jadotta kodiċi ta’ kondotta ġudizzjarja,
  • jaħtar membri tal-Kumitat tal-Etika u l-Integrità (Komisija za etiko in integriteto),
  • jadotta struzzjonijiet dwar il-proċedura għall-elezzjoni tal-membri tal-kunsilli tal-persunal u għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet,
  • japprova l-politika dwar id-detezzjoni u l-ġestjoni tar-riskju u l-esponiment tal-qrati għall-korruzzjoni u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħha,
  • jagħti opinjoni preliminari dwar iċ-ċarts tal-persunal tat-taqsimiet tal-qorti,
  • jagħti opinjoni preliminari bħala parti mill-proċedura għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ karigi ġudizzjarji f’kull qorti,
  • jagħti opinjoni dwar ir-rapport annwali tal-Qorti Suprema dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-qrati u dwar il-pjan finanzjarju propost għall-qrati,
  • jagħti opinjoni lill-Assemblea Nazzjonali u lill-Ministeru dwar il-liġijiet li jirregolaw il-qrati u s-servizz ġudizzjarju,
  • jitlob it-tnedija tal-proċedura għar-rieżami tal-kostituzzjonalità u l-legalità tar-regoli jekk dawn jaffettwaw l-istatus kostituzzjonali jew id-drittijiet kostituzzjonali tal-ġudikatura,
  • jagħmel talbiet motivati għal ħarsa ġenerali lejn l-operazzjonijiet f’każijiet speċifiċi,
  • jagħti opinjoni dwar ordnijiet ta’ detenzjoni jew ta’ bidu ta’ proċedimenti kriminali.

Il-Kunsill Ġudizzjarju jieħu deċiżjonijiet b’vot pubbliku u b’vot ta’ maġġoranza tal-membri kollha tiegħu, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi jew mir-regoli ta’ proċedura.

Il-Kunsill Ġudizzjarju jiddeċiedi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti tal-membri kollha tiegħu fil-każijiet li ġejjin:

  • il-proposti għall-elezzjoni tal-imħallfin,
  • il-ħatriet u l-promozzjoni ta’ mħallfin,
  • il-ħatriet u t-tkeċċija tal-presidenti u tal-viċi presidenti tal-qrati,
  • il-klassifikazzjoni fi grad,
  • l-appelli kontra d-deċiżjoni għat-trasferiment jew il-ħatra għal pożizzjoni ġudizzjarja, għal funzjoni ġudizzjarja jew għall-pożizzjoni ta’ mħallef anzjan,
  • l-appelli kontra deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni fi grad,
  • il-proposti għat-tkeċċija ta’ mħallfin,
  • il-konferma li mħallef mhuwiex adattat għas-servizz ġudizzjarju,
  • l-adozzjoni ta’ kriterji għall-għażla ta’ kandidati għal karigi ġudizzjarji,
  • l-adozzjoni ta’ kriterji għall-kwalità tal-prestazzjoni tal-imħallfin,
  • kompiti oħrajn, jekk il-liġi titlob hekk.

Il-Kunsill Ġudizzjarju jista’, permezz tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiddeċiedi dwar kwistjonijiet oħra li fihom jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha tiegħu.

Avukati

L-Artikolu 137 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja jgħid li l-avukatura (odvetništvo) hija servizz indipendenti awtonomu fi ħdan is-sistema ġudizzjarja u hija rregolata mil-liġi. L-Att dwar l-Avukati (Zakon o odvetništvu) jgħid li, fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-avukati jipprovdu pariri legali, jirrappreżentaw u jiddefendu partijiet quddiem il-qrati u korpi oħra tal-Istat, ifasslu dokumenti u jirrappreżentaw partijiet fir-relazzjonijiet legali tagħhom. Avukat biss jista’ jirrappreżenta parti quddiem il-qorti u jitħallas; f’ċerti każijiet prattikant jista’ jieħu post l-avukat.

Kull min jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin jista’ jkun avukat:

  1. ikun ċittadin Sloven,
  2. ikollu kapaċità operattiva,
  3. ikun kiseb it-titolu professjonali li ġej fir-Repubblika tas-Slovenja jew ikun kiseb kwalifika ekwivalenti f'pajjiż ieħor, kif rikonoxxut f’konformità mal-liġi dwar ir-rikonoxximent u l-evalwazzjoni tal-edukazzjoni:
    • it-titolu professjonali ta’ avukat b’lawrja universitarja,
    • it-titoli professjonali tal-baċellerat tal-liġi (NU) u ta’ master fil-liġi,
    • it-titolu professjonali ta’ master fil-liġi fuq il-bażi ta’ programm ta’ master tat-tieni ċiklu ta’ Bologna,
  4. ikun għadda mill-eżami pubbliku tal-liġi,
  5. ikollu erba’ snin esperjenza ta’ xogħol bħala avukat b’lawrja universitarja fil-liġi, li, wara li jkun għadda mill-eżami pubbliku tal-liġi, mill-inqas sena minnhom trid tkun ma’ avukat jew ditta ta’ avukati, qorti, uffiċċju ta’ prosekutur pubbliku, uffiċċju ta’ avukat ġenerali jew nutar f’relazzjoni ta’ impjieg regolari konkluża permezz ta’ kuntratt ta’ impjieg full-time.
  6. ikollu ħakma tajba tal-lingwa Slovena,
  7. ikun ta’ min jafdah biex jipprattika bħala avukat,
  8. ikollu t-tagħmir u l-post neċessarji biex jipprattika bħala avukat,
  9. ikun għadda minn eżami biex jittestja l-għarfien tal-liġi dwar l-avukatura, it-tariffa uffiċjali għall-onorarji tal-avukati u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati fil-Kamra tal-Avukati tas-Slovenja (Odvetniška zbornica Slovenije).

Avukat biss jista’ jagħti pariri lill-akkużat fi proċedimenti kriminali.

F’kawżi ċivili l-parti tista’ tkun rappreżentata quddiem qorti lokali minn kwalunkwe persuna li jkollha kapaċità operattiva sħiħa, filwaqt li avukat jew persuna oħra biss li tkun għaddiet minn eżami pubbliku għall-avukati tista’ tkun rappreżentant awtorizzat quddiem qorti distrettwali, qorti superjuri jew il-Qorti Suprema. Fi proċedimenti b’rimedji straordinarji, madankollu, parti trid tkun rappreżentata bilfors minn avukat (bl-eċċezzjoni tal-kawżi fejn il-parti jew ir-rappreżentant statutorju tagħha jkun għadda minn eżami pubbliku tal-liġi).

Ir-rappreżentanza minn avukat hija obbligatorja wkoll fil-proċedimenti kollha quddiem il-qrati skont l-Att dwar is-Saħħa Mentali (Zakon o duševnem zdravju).

Avukat barrani li jkun ingħata d-dritt li jipprattika bħala avukat fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu jista’ jagħmel dan li ġej fir-Repubblika tas-Slovenja bil-kundizzjonijiet stipulati mill-Att dwar l-Avukati:

  • jipprovdu servizzi ta’ avukat speċifiċi relatati mal-prattika ta’ avukat,
  • jipprattika ta’ avukat bit-titolu professjonali tal-pajjiż tal-oriġini tiegħu,
  • jipprattika bħala avukat bit-titolu professjonali ta’ “avukat” (odvetnik).

Il-pajjiż ta’ oriġini ta’ avukat huwa l-pajjiż li fih huwa intitolat li jipprattika bħala avukat bit-titolu professjonali miksub skont ir-regolamenti ta’ dak il-pajjiż.

Skont dan l-Att, avukat minn pajjiż ieħor li huwa Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huwa avukat intitolat li jipprattika bħala avukat fi kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea bit-titolu professjonali miksub skont ir-regolamenti ta’ dak il-pajjiż. Avukat minn pajjiż ieħor li jkun Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jiddaħħal fid-direttorju tal-avukati barranin li jistgħu jipprattikaw bħala avukati fir-Repubblika tas-Slovenja bit-titolu professjonali ta’ “avukat” bid-drittijiet u d-dmirijiet applikabbli għal avukat prattikanti jekk dik il-persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet statutorji u tgħaddi mill-eżami li jittestja l-għarfien tad-dritt nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja. Iktar dettalji dwar l-eżami u l-proċedura biex wieħed ikun jista’ jagħmlu huma stipulati fid-Digriet dwar l-eżami għall-avukati minn pajjiżi oħrajn (Uredba o preizkusnem izpitu za odvetnike iz drugih držav).

L-avukati jistgħu jirreklamaw is-servizzi tagħhom taħt ċerti kundizzjonijiet, peress li l-Att jistabbilixxi forom permessi ta’ reklamar. Huma jistgħu jipprattikaw individwalment jew f’ditta ta’ avukati. L-organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-avukati hija l-Kamra tal-Avukati Slovena (Odvetniška zbornica Slovenije), li għandha r-regoli u l-istatut tagħha. Id-dritt li wieħed jipprattika bħala avukat jinkiseb billi jiddaħħal fid-direttorju tal-avukati li jinżamm mill-Kamra tal-Avukati Slovena. Avukati li jtemmu livell partikolari jew speċjalizzazzjoni fl-edukazzjoni professjonali jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitolbu lill-Kamra tal-Avukati Slovena tirrikonoxxi l-istatus tagħhom ta’ avukat speċjalizzat. Il-ħlas għas-servizzi tal-avukati huwa stipulat fit-tariffa uffiċjali għall-onorarji tal-avukati li tiġi adottata mill-Kamra tal-Avukati Slovena wara l-approvazzjoni mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Bażijiet tad-data legali

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolamenti bażiċi dwar l-avukati huma disponibbli bl-Ingliż fis-sit web tal-Kamra tal-Avukati.

Il-Kamra tal-Avukati tħaddem Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamagna tat-tiftix (bis-Sloven u bl-Ingliż) li tista’ tintuża biex tfittex avukati permezz ta’:

  • l-isem,
  • ir-reġjun,
  • l-għarfien tal-lingwi barranin u
  • l-oqsma ta’ attività.

Nutara

Organizzazzjoni

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 137 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja jgħid li n-nutara (notarji) iwettqu servizz pubbliku regolat mil-liġi. L-Att dwar in-Nutara (Zakon o notariatu) jipprevedi li: bħala persuni li jgawdu mill-fiduċja pubblika, ifasslu, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Att, dokumenti pubbliċi dwar tranżazzjonijiet legali, dikjarazzjonijiet ta’ testmenti jew fatti li joħolqu drittijiet; jieħdu dokumenti, flus u titoli f’kustodja għall-konsenja lil terzi jew lil korpi tal-Istat; fuq talba tal-qrati, iwettqu l-kompiti li jistgħu jiġu delegati lilhom f’konformità mal-liġi.

Biex xi ħadd jinħatar nutar irid jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  1. irid ikun ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja, ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea jew ċittadin tal-Konfederazzjoni Żvizzera jew ta’ Stat Membru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi,
  2. ikollu kapaċità ġuridika u jkun fi stat tajjeb ta’ saħħa,
  3. ikun kiseb it-titolu professjonali ta’ avukat bi grad universitarju miksub fis-Slovenja jew it-titolu professjonali ta’ baċellerat tal-liġi (NU) u ta’ masters fil-liġi jew kiseb kwalifika ekwivalenti fil-liġi barra mill-pajjiż li hija attestata b’ċertifikat ta’ kwalifika barrani b’opinjoni mehmuża dwar il-kwalifika jew b’deċiżjoni li tirrikonoxxi l-kwalifika għal finijiet ta’ impjieg jew ċertifikat li jirrikonoxxi l-lawrja minn università barranija (odločba o nostrifikaciji),
  4. ikun għadda mill-eżami pubbliku tal-liġi,
  5. irid ikollu ħames snin esperjenza ta’ xogħol bħala avukat bi grad universitarju fil-liġi, li mill-inqas sena minnhom ma’ nutar u sena ma’ qorti, avukat jew avukat ġenerali,
  6. irid jitqies affidabbli għat-twettiq tad-dmirijiet ta’ nutar,
  7. ikollu ħakma tajba tal-lingwa Slovena,
  8. irid ikollu t-tagħmir u l-bini xierqa meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet ta’ nutar,
  9. irid ikollu inqas minn 64 sena.

Minkejja l-punt 1 tal-paragrafu preċedenti, iċ-ċittadini ta’ pajjiż ieħor li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, Il-Konfederazzjoni Żvizzera jew Stat Membru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jistgħu jinħatru wkoll bħala nutara soġġett għal reċiproċità legali u attwali.

Id-dmirijiet ta’ nutar huma inkompatibbli ma’ dawk ta' avukat jew ma’ kwalunkwe kariga jew funzjoni bi ħlas.

Nutar ma huwiex awtorizzat iwettaq kompiti li huma inkompatibbli mar-rispettabbiltà u l-integrità meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet ta’ nutar jew li jistgħu jimminaw il-fiduċja fl-imparzjalità tan-nutar jew fil-kredibbiltà tad-dokumenti mfassla minnu.

Nutar jinħatar f’post battal mill-Ministru tal-Ġustizzja. Qabel il-ħatra ta’ nutar il-Ministru jikseb l-opinjoni tal-Kamra tan-Nutara Slovena (Notarska zbornica Slovenije) dwar il-kandidati ssuġġeriti. L-għadd ta’ nutara huwa limitat u ddeterminat fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti mill-Ministeru għall-Ġustizzja. Fil-każ ta’ kwalunkwe irregolarità definita mil-liġi, in-nutar jitkeċċa mill-Ministru tal-Ġustizzja. Il-Kamra tan-Nutara hija l-għaqda li taħt il-kappa tagħha jaqgħu n-nutara.

In-nutara huma meħtieġa bil-liġi li jsiru membri tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-Nutara Slovena.

Rwol u dmirijiet

In-nutara jwettqu servizz pubbliku l-aktar fit-tħejjija ta’ dokumenti pubbliċi u privati, li huwa importanti ħafna għas-sigurtà tat-tranżazzjonijiet legali.

Id-dokumenti pubbliċi li jinħarġu ġeneralment min-nutara huma rekords notarili u minuti notarili. Filwaqt li nutar jista’ jħejji kwalunkwe tip ta’ kuntratt bil-miktub għall-partijiet, hemm ċerti tipi ta’ kuntratti u statuti ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata pubbliċi u privati li huma validi biss skont id-dritt Sloven jekk jinħarġu bħala rekords notarili. Nutar jista’ jirreġistra wkoll l-aħħar testment. Barra minn hekk, dokumenti u firem ikkupjati xi drabi jridu jiġu awtentikati minn nutar biex tiġi żgurata l-validità tagħhom quddiem qorti ġudizzjarja. Dokumenti u titoli jistgħu jiġu ddepożitati għand nutar.

Bażijiet tad-data legali

Is-sit web tal-Kamra tan-Nutara jipprovdi aċċess għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista tan-nutara kollha fis-Slovenja bl-informazzjoni ta’ kuntatt u magna tat-tiftix bażika.

It-tliet reġistri ġestiti mill-Kamra tan-Nutara jistgħu jiġu aċċessati mis-sit web tagħha:

Professjonijiet legali oħra

Assistent Ġudizzjarju (Sodniški pomočnik)(372Kb) PDF(372 Kb)en

Avukati Ġenerali

Ir-rwol tal-avukat ġenerali huwa stabbilit fl-Att il-ġdid dwar l-Avukati Ġenerali, li daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Novembru 2017 u emenda b’mod komprensiv l-istituzzjoni ta’ avukat ġenerali.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jwettaq kompiti professjonali fil-qasam tal-protezzjoni tal-proprjetà u drittijiet u interessi oħra tal-Istat permezz ta’ rappreżentanza legali quddiem il-qrati u l-korpi amministrattivi fir-Repubblika tas-Slovenja, quddiem il-qrati u l-bordijiet tal-arbitraġġ barranin, kif ukoll quddiem il-qrati u l-bordijiet tal-arbitraġġ internazzjonali, u jagħti pariri legali, jipprovdi soluzzjoni paċifika ta’ tilwim fi proċeduri ta’ qabel il-proċess u kompiti oħra stabbiliti minn din il-liġi jew liġijiet oħra.

Il-kompiti tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jitwettqu mill-Avukat Ġenerali u mill-Viċi Avukat Ġenerali bħala uffiċjali u minn avukati ġenerali anzjani, avukati ġenerali u kandidati għal avukat ġenerali, li issa għandhom l-istatus ta’ impjegati taċ-ċivil. Sabiex jiġu evitati ħatriet politiċi, il-proċedura għall-għażla tal-Avukat Ġenerali u tal-avukati ġenerali anzjani tipprevedi opinjoni minn kumitat ta’ esperti indipendenti fdati bil-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kandidati.

L-Avukat Ġenerali jinħatar mill-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja fuq proposta motivata tal-Ministru tal-Ġustizzja wara li jikseb l-opinjoni tal-kumitat fdat bil-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kandidati. Il-Viċi Avukat Ġenerali tal-Istat jinħatar mill-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja fuq proposta tal-Avukat Ġenerali, bil-qbil tal-Ministru tal-Ġustizzja, u jrid jinħatar minn fost l-avukati ġenerali anzjani. Il-mandat kemm tal-Avukat Ġenerali kif ukoll tal-viċi tiegħu huwa ta’ sitt snin bil-possibbiltà ta’ tiġdid. Sabiex jitwettqu d-dmirijiet ta’ avukat ġenerali anzjan, avukat ġenerali jew kandidat għal avukat ġenerali, irid jiġi ffirmat kuntratt ta’ impjieg li fih, minbarra l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Att dwar l-Avukati Ġenerali, iridu jiġu ssodisfati wkoll il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi li tirregola s-sistema tas-servizz ċivili.

L-avukat ġenerali huwa indipendenti fl-eżerċitar tad-dmirijiet ta’ rappreżentanza legali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-professjonijiet legali mis-sit web tal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tas-Slovenja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-professjonijiet legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-professjonijiet legali mis-sit web tal-Ġudikatura Slovena

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar professjonijiet legali mis-sit web tal-Kamra tal-Avukati Slovena

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-professjonijiet legali mis-sit web tal-Kamra tan-Nutara Slovena

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-professjonijiet legali mis-sit web tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

L-aħħar aġġornament: 07/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Slovakkja

Din il-paġna tagħtik ħarsa ġenerali tal-professjonijiet legali fis-Slovakkja.

Professjonisti legali - introduzzjoni

Prosekuturi

Organizzazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Slovakka huwa awtorità Statali indipendenti mmexxija mill-Prosekutur Ġenerali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jħares id-drittijiet u l-interessi protetti mil-liġi ta’ individwi, entitajiet ġuridiċi u l-Istat fl-ambitu tas-setgħat tiegħu.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Slovakka għandu kapitolu baġitarju separat għalih fil-baġit Statali.

L-istatus u r-rwol tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u l-Prosekutur Ġenerali huma rregolati mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka (l-Artikolu 149) u mill-Att Nru 153/2001 dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, li jirregolaw ukoll is-setgħat tal-Prosekutur Ġenerali u l-prosekuturi l-oħrajn. L-Att jirregola wkoll l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku. L-istatus, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-prosekuturi huma stabbiliti fl-Att Nru 154/2001 dwar il-Prosekuturi u l-Prosekuturi Apprendisti.

Struttura ġerarkika

Fid-dawl tar-rwol tiegħu bħala awtorità li tħares il-liġi, l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jeħtieġ li jkun organizzat b’mod ġerarkiku. Dan jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-liġijiet u ta’ kull leġiżlazzjoni oħra ta’ applikazzjoni ġenerali, u l-applikazzjoni uniformi tal-politika penali.

Fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku hemm ġerarkija ta’ prosekuturi, li huma kollha subordinati għall-Prosekutur Ġenerali.

Setgħat

Is-setgħat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jinkludu dan li ġej:

  • li jkun hemm il-prosekuzzjoni kriminali ta’ individwi suspettati li kkommettew reati kriminali, u l-monitoraġġ tal-konformità mal-liġi kemm qabel ma tibda l-prosekuzzjoni kriminali skont il-liġi rilevanti kif ukoll waqt il-proċedimenti preliminari;
  • li jiżgura li l-persuni li ġew imċaħħda mil-libertà tagħhom jew li l-libertà tagħhom kienet ġiet ristretta b’deċiżjoni ta’ qorti jew kwalunkwe korp statali awtorizzat ieħor jinżammu f’postijiet u b’kundizzjonijiet legalment konformi;
  • li jeżerċita s-setgħat tiegħu fi proċedimenti ġudizzjarji;
  • li jirrappreżenta lill-Istat fi proċedimenti tal-qorti skont il-leġiżlazzjoni rilevanti;
  • li jara li kwalunkwe awtorità amministrattiva pubblika timxi b’mod konformi sa fejn iddefinit mil-liġi;
  • li jeżerċita s-setgħat tiegħu fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali sa fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni rilevanti, fi trattati internazzjonali promulgati bil-mod stabbilit mil-liġi u f’atti tal-UE legalment vinkolanti;
  • li jieħu sehem fl-abbozzar u l-implimentazzjoni ta’ miżuri mfassla biex jipprevjenu l-ksur tal-liġi u ta’ kull leġiżlazzjoni oħra ta’ applikazzjoni ġenerali;
  • li jgħin fl-eliminazzjoni tal-kawżi u l-kundizzjonijiet tal-attivitajiet kriminali, u fil-prevenzjoni u t-trażżin tal-kriminalità;
  • li jgħin fit-tħejjija tal-leġiżlazzjoni (involviment fil-proċess leġiżlattiv);
  • li jwettaq kompiti oħrajn stipulati minn liġi jew att speċifiku jew minn trattat internazzjonali promulgat legalment.

Dmirijiet

Il-Prosekutur Ġenerali u l-prosekuturi individwali jwettqu d-dmirijiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-missjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, u jużaw il-mezzi statutorji kollha li jistgħu meta jwettqu d-dmirijiet u l-obbligi tagħhom. Huma jridu:

  • jimplimentaw (sa fejn jafu u b’bona fide) il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka, il-liġijiet kostituzzjonali u liġijiet oħrajn, it-trattati internazzjonali promulgati legalment, u kull leġiżlazzjoni oħra ta’ applikazzjoni ġenerali;
  • jirrispettaw u jipproteġu d-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem, u joqogħdu lura minn kull forma ta’ diskriminazzjoni;
  • jipproteġu l-interess pubbliku;
  • jaġixxu dejjem b’inizjattiva, b’ġustizzja, b’imparzjalità, u mingħajr dewmien żejjed.

Ġerarkija

Is-sistema organizzattiva tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Slovakka hija magħmula mill-korpi li ġejjin:

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali huwa l-ogħla awtorità u jinsab fil-quċċata tas-sistema tal-prosekuzzjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jinkludi:

  • l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali stabbilit sabiex jiskopri u jieħu passi kriminali kontra każijiet ta’ korruzzjoni u ta’ kriminalità organizzata;
  • l-Uffiċċji Reġjonali tal-Prosekuzzjoni (8), li huma superjuri għall-Uffiċċji Distrettwali tal-Prosekuzzjoni fir-reġjun tagħhom; u
  • l-Uffiċċji tal-Prosekutur Distrettwali (55).

Il-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jinsabu fi Bratislava.

Il-kwartieri ġenerali u d-distretti territorjali tal-uffiċċji tal-prosekuzzjoni subordinati jikkorrispondu għall-kwartieri ġenerali u għad-distretti tal-qrati rilevanti. Madankollu, il-kwartieri ġenerali u l-ġuriżdizzjoni territorjali ma jikkorrispondux għat-tqassim territorjali amministrattiv tal-pajjiż.

Il-prosekuturi jwettqu dmirijiethom bħala parti minn relazzjoni ta’ servizz, li tiġi stabbilita meta jinħatru. Il-prosekuturi jinħatru mill-Prosekutur Ġenerali f’karigi ta’ prosekuzzjoni għal perjodu indefinit. Il-prosekuturi jridu jieħdu ġurament mingħajr kundizzjonijiet meta jieħdu l-karigi tagħhom.

Kwalifiki

Il-prosekuturi jridu jkunu ċittadini Slovakki u jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin. Huma:

  • irid ikollhom tal-inqas 25 sena dakinhar tal-ħatra tagħhom;
  • ikollhom il-lawrja ta’ master fil-liġi minn fakultà tal-liġi ta’ università fir-Repubblika Slovakka jew ċertifikat rikonoxxut maħruġ minn università barranija u li jiċċertifika l-lawrja ta’ master fil-liġi; jekk prosekutur l-ewwel jikseb grad ta’ baċellerat u mbagħad lawrja ta’ master, iż-żewġ lawrji jridu jinkisbu fil-qasam tal-liġi;
  • igawdu kapaċità ġuridika sħiħa u jkunu fiżikament f’saħħithom biex iwettqu l-kompiti ta’ prosekutur;
  • irid ikollhom fedina penali nadifa, u jkollhom kwalitajiet morali li jiggarantixxu li se jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod xieraq;
  • iridu jkunu jafu sew is-Slovakk;
  • irid ikollhom residenza permanenti fir-Repubblika Slovakka;
  • ma jridu jkunu membri tal-ebda partit politiku jew moviment politiku;
  • iridu jkunu għaddew mill-eżami għal prosekutur;
  • iridu jkunu għaddew b’suċċess mill-proċedura tal-għażla, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi;
  • iridu jagħtu l-kunsens tagħhom bil-miktub għall-ħatra bħala prosekutur f’uffiċċju partikolari tal-prosekuzzjoni.

Prosekutur apprendist biss jista’ jirreġistra għall-eżami għal prosekutur. Il-postijiet battala għall-prosekuturi apprendisti jimtlew permezz ta’ eżami selettiv.

L-eżami ġudizzjarju tal-esperti u l-eżamijiet sabiex wieħed isir avukat jew nutar jikkwalifikaw ukoll bħala eżamijiet għal prosekutur skont l-Att.

Il-promozzjoni għall-kariga tal-Kap Prosekutur jew għal kariga ogħla tkun possibbli biss abbażi ta’ proċedura ta’ għażla u wara konsultazzjoni mal-Kunsill tal-Prosekuturi.

Il-kollokament temporanju ta’ prosekutur biex iwettaq kompiti f’uffiċċju tal-prosekuzzjoni ieħor irid isir bil-kunsens tiegħu. Mingħajr tali kunsens, il-prosekuturi jistgħu jiġu ssekondati temporanjament biex iwettqu kompiti f’uffiċċju ta’ prosekutur ieħor għal massimu ta’ 60 jum ta’ xogħol kull sena kalendarja jekk dan ikun meħtieġ sabiex l-uffiċċju tal-prosekutur inkwistjoni jkun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu kif suppost.

Il-prosekuturi jistgħu jkunu ttrasferiti lejn uffiċċju tal-prosekuzzjoni ieħor bil-kunsens tagħhom biss, jekk japplikaw għat-trasferiment jew jiġu ttrasferiti għal raġunijiet dixxiplinari.

Il-Prosekutur Ġenerali jista’ jissospendi prosekutur li jkun hemm kawża kontrih li tinvolvi reat kriminali intenzjonat jew reat kriminali mwettaq b’negliġenza fit-twettiq tal-kompiti ta’ prosekutur, jew li jkun suġġett għal proċediment dixxiplinari għal att li jista’ jirriżulta fit-tkeċċija tiegħu minn prosekutur.

Ir-relazzjoni ta’ servizz ta’ prosekutur tista’ tiġi tterminata biss għar-raġunijiet iddefiniti mil-liġi.

Rwoli u responsabbiltajiet

Prosekutur jissorvelja l-konformità mal-liġi kemm qabel il-prosekuzzjoni u kemm waqt il-proċedimenti preliminari. Filwaqt li jwettqu s-setgħat ta’ sorveljanza tagħhom, il-prosekuturi jkollhom is-setgħa li:

  • jagħtu struzzjonijiet vinkolanti lil membri tal-forza tal-pulizija, qabel ma jibdew il-proċedimenti kriminali u waqt l-investigazzjoni u l-investigazzjoni sommarja ta’ atti kriminali, u li jimponu limiti ta’ żmien għall-ġestjoni ta’ kawża; kwalunkwe struzzjoni trid tiġi inkluża fl-atti rispettivi tal-kawża;
  • jitolbu fajls, dokumenti, materjali u rapporti dwar l-istatus ta’ investigazzjoni tal-pulizija, ladarba l-prosekuzzjoni tkun bdiet, sabiex jistabbilixxu jekk il-pulizija bdietx il-prosekuzzjoni fil-ħin u hix qed timxi kif xieraq;
  • jieħdu sehem fl-operazzjonijiet tal-pulizija, iwettqu attivitajiet investigattivi individwali jew imexxu investigazzjoni sħiħa jew investigazzjoni sommarja, u joħorġu deċiżjoni relatata ma’ kwalunkwe każ; meta jagħmel dan, il-prosekutur irid jimxi skont il-liġi; jistgħu jitressqu lmenti kontra d-deċiżjonijiet tal-prosekuturi bl-istess mod kif jitressqu kontra d-deċiżjonijiet tal-pulizija;
  • jirreferu kawża lura lill-pulizija bi struzzjonijiet biex jissupplimentaw investigazzjoni jew investigazzjoni sommarja, u jiddeterminaw limitu ta’ żmien biex il-pulizija tagħmel dan; il-prosekutur jinnotifika kemm lill-akkużat kif ukoll lill-vittma li l-kawża reġgħet intbagħtet għand il-pulizija;
  • iħassru deċiżjonijiet illegali jew inġustifikati tal-pulizija u jissostitwuhom bid-deċiżjonijiet tagħhom; prosekutur jista’ jiddeċiedi li ma jkomplix bi prosekuzzjoni kriminali jew jittrasferixxi kawża banda oħra fi żmien 30 jum, jekk il-prosekutur jissostitwixxi riżoluzzjoni tal-pulizija b’deċiżjoni tiegħu għal raġuni għajr fuq il-bażi ta’ lment imressaq minn persuna intitolata; jista’ jsir ilment kontra d-deċiżjoni tal-prosekutur u kontra r-riżoluzzjoni tal-pulizija; prosekutur jista’ anki jagħti struzzjonijiet vinkolanti sabiex tinbeda investigazzjoni u investigazzjoni sommarja.
  • jirtiraw każ minn uffiċjal tal-pulizija u jieħdu azzjoni sabiex jittrasferuh lil uffiċjal(i) tal-pulizija ieħor(oħra);
  • jieħdu azzjoni biex jiżguraw li investigatur tal-pulizija jagħmel investigazzjoni jew investigazzjoni sommarja ta’ reat kriminali mwettaq minn membru tal-forza tas-sigurtà armata; qabel tali azzjoni, il-prosekuturi għandhom jitolbu l-opinjoni tal-Kap tal-Uffiċċju tas-Servizz ta’ Spezzjoni; f’investigazzjonijiet jew investigazzjonijiet sommarji dwar reati kriminali mwettqa minn uffiċjali tad-dwana, il-prosekuturi jistgħu jipproċedu b’mod simili.

Prosekutur biss għandu s-setgħa li:

  • jakkuża lil xi ħadd;
  • jikkonkludi ftehim ta’ ħtija u kastig ma’ persuna akkużata u jressaq proposta quddiem il-qorti biex dan il-ftehim jiġi approvat;
  • jissospendi prosekuzzjoni kriminali;
  • iwaqqaf, provviżorjament jew le, prosekuzzjoni kriminali;
  • japprova l-konċiljazzjoni jew soluzzjoni ekstraġudizzjarja u jwaqqaf il-prosekuzzjoni kriminali;
  • jagħti ordni biex tiġi ssekwestrata l-proprjetà tal-akkużat u jiddetermina liema beni m’għandhomx jiġu ssekwestrati, jew jikkanċella tali sekwestru;
  • jiżgura t-talba ta’ persuna leża, jikkanċellaha, parzjalment jew le, jew jeskludi xi ħaġa minnha;
  • jordna li katavru jiġi eżumat;
  • jitlob kunsens għal prosekuzzjoni kriminali jew l-arrest ta’ persuna f’kawża li teħtieġ il-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, tal-Kunsill Ġudizzjarju tar-Repubblika Slovakka, tal-Qorti Kostituzzjonali jew tal-Parlament Ewropew;
  • jitlob ordni tal-qorti biex akkużat jiġi arrestat jew biex jiġi estiż il-perjodu li fih jinżamm taħt arrest;
  • jitlob ordni li titlob ir-ritorn ta’ imputat minn barra l-pajjiż;
  • iwettaq investigazzjoni preliminari fi proċedimenti ta’ estradizzjoni, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi;
  • fuq il-bażi ta’ talba minn awtorità barranija kompetenti, jitlob ordni lill-qorti bil-għan li jissekwestra b’mod preliminari l-proprjetà ta’ individwu li fil-konfront tiegħu għaddejja prosekuzzjoni kriminali barra mill-pajjiż, jew il-parti minn dik il-proprjetà li tkun tinsab fit-territorju tar-Repubblika Slovakka.

Fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ sorveljanza tagħhom bil-għan li jiġi żgurat li ċ-ċentri ta’ detenzjoni għal persuni li jkunu ġew imċaħħda mil-libertà tagħhom jew li l-libertà tagħhom tkun ġiet ristretta jkunu legalment konformi, il-prosekuturi jridu jiżguraw li dawn il-persuni jinżammu f’ċentri bħal dawn biss fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-qorti jew ta’ deċiżjoni ta’ xi korp Statali ieħor awtorizzat, u li l-liġijiet u atti oħrajn ta’ applikazzjoni ġenerali jiġu osservati fil-postijiet ikkonċernati.

Fi proċedimenti ċivili, prosekutur għandu s-setgħa li:

  1. jitlob il-ftuħ ta’ proċedimenti ċivili sabiex:
  • jimponi r-riabilitazzjoni protettiva ta’ persuna li jkollha bejn 12 u 14-il sena, jekk tkun wettqet att kriminali li, skont il-Kodiċi Kriminali, jista’ jiġi kkastigat b’sentenza ta’ priġunerija għal għomorha;
  • jiddikjara strajk jew lock-out illegali;
  • jiddikjara invalidu t-trasferiment ta’ proprjetà tal-Istat skont l-Att dwar l-ippruvar tal-oriġini tal-fondi fil-każ ta’ privatizzazzjoni, l-Att li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-trasferiment ta’ proprjetà tal-Istat lil persuni oħrajn jew l-Att dwar l-amministrazzjoni ta’ proprjetà tal-Istat;
  • jistħarreġ il-legalità ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed minn awtorità amministrattiva f’każijiet fejn l-oġġezzjoni mressqa minn prosekutur ma tkunx ġiet aċċettata;
  • jirrevoka deċiżjoni illegali adottata minn muniċipalità jekk din tal-aħħar tkun naqset milli tirrevoka d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi ta’ oġġezzjoni mill-prosekutur;
  1. jintervjeni fi kwalunkwe proċediment ċivili mhux kontenzjuż ħlief għal proċedimenti ta’ divorzju. Jekk il-proċedimenti tad-divorzju jingħaqdu ma’ proċedimenti li jiddeterminaw ir-relazzjonijiet ta’ wara d-divorzju tal-konjuġi mat-tfal minuri tagħhom, il-prosekuturi jistgħu jintervjenu f’din il-parti tal-proċedimenti.
  2. Fi proċedimenti ċivili kontenzjużi, il-prosekuturi jistgħu:
    1. jippreżentaw azzjoni f’kawżi fejn l-Istat jitlob l-irkupru ta’ arrikkiment indebitu, fejn tkun qed tintalab id-determinazzjoni tas-sjieda, fejn id-dispożizzjonijiet ta’ att ta’ applikazzjoni ġenerali jkunu nkisru, jew fejn previst f’att speċifiku;
    2. jintervjenu fi proċedimenti miftuħa f’kawżi fejn l-Istat, persuna ġuridika stabbilita mill-Istat, intrapriża tal-Istat, persuna ġuridika li fiha l-Istat għandu interess ta’ sjieda, awtorità muniċipali jew unità territorjali ogħla tkun waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew f’kawżi li jikkonċernaw ir-responsabbiltà għal dannu kkawżat permezz tal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika.

Filwaqt li jissorvelja l-konformità mal-liġijiet u ma’ kull leġiżlazzjoni oħra ta’ applikazzjoni ġenerali, min-naħa tal-awtoritajiet amministrattivi, il-prosekutur għandu d-dritt jistħarreġ il-legalità ta’:

  • il-leġiżlazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali maħruġa mill-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi;
  • regoli amministrattivi interni maħruġa mill-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi bl-għan li jkun żgurat li jitwettqu l-kompiti amministrattivi pubbliċi;
  • deċiżjonijiet li jittieħdu f’kawżi individwali fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika;
  • azzjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi meta joħorġu regoli u deċiżjonijiet amministrattivi interni fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika.

Imħallfin

Organizzazzjoni

Persunal tal-qorti

  1. Assistent amministratur prinċipali PDF(382 Kb)sk
  2. Reġistratur tal-Qorti PDF(295 Kb)sk
  3. Uffiċjal ġudizzjarju anzjan PDF(460 Kb)sk
  4. Assistent ta’ mħallef tal-Qorti Suprema PDF(291 Kb)sk

Avukati

Bażijiet tad-data legali

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra tal-Avukati Slovakka.

Konsulenti legali

Bażijiet tad-data legali

Għal aktar informazzjoni, irreferi għas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web taċ-Ċentru Slovakk għall-Għajnuna Legali.

Nutara

In-nutara fir-Repubblika Slovakka jridu jkunu gradwati fil-liġi.

Il-kompitu ta’ nutar huwa li jeżegwixxi l-ġustizzja preventiva u joħroġ atti uffiċjali awtentikati.

In-nutara jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

In-nutara jridu jkunu membri tal-Kamra tan-Nutara tar-Repubblika Slovakka.

Bażijiet tad-data legali

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra tan-Nutara jipprovdi appoġġ permezz ta’ intranet biss għan-nutara. L-aċċess huwa mingħajr ħlas imma l-informazzjoni li tista’ tiġi aċċessata hija limitata.

Il-bażi ta’ data tipprovdi aċċess:

  • għar-reġistri pubbliċi
  • għal lista ta’ nutara (dettalji ta’ kuntatt, lingwa/i magħrufa, ħinijiet tal-ftuħ)
  • għal-leġiżlazzjoni
L-aħħar aġġornament: 16/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Finlandja

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fil-Finlandja.

Il-professjonijiet legali – Introduzzjoni

Il-professjonijiet legali fil-Finlandja jinkludu mħallfin tal-qorti, prosekuturi pubbliċi, avukati tal-għajnuna legali pubblika, avukati, konsulenti legali liċenzjati, nutara pubbliċi u uffiċjali ġudizzjarji.

Prosekuturi

Organizzazzjoni

L-Awtorità Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni timpjega madwar 550 persuna. Xi 400 minnhom huma prosekuturi. Barra minn hekk, l-Awtorità timpjega madwar 150 persuna f’diversi karigi ta’ sostenn u esperti.

L-Awtorità Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni tikkonsisti mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali li jaġixxi bħala l-unità amministrattiva ċentrali, u ħames Distretti tal-Prosekuzzjoni: il-Finlandja tan-Nofsinhar, il-Finlandja tal-Punent, il-Finlandja tat-Tramuntana, il-Finlandja tal-Lvant u Åland. Hija għandha 34 sit madwar il-Finlandja.

L-Awtorità Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni titmexxa mill-Prosekutur Ġenerali bħala l-ogħla prosekutur fil-pajjiż.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali huwa responsabbli għall-amministrazzjoni ċentrali, id-direzzjoni u s-superviżjoni tal-Awtorità Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni u l-operat tagħha b’mod ġenerali. Id-Distretti tal-Prosekuzzjoni jagħmlu x-xogħol tal-prosekuzzjoni proprja.

L-Awtorità Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni taqa’ taħt il-mandat amministrattiv tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

Kompiti

L-Awtorità Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni hija awtorità indipendenti tal-istat u parti mill-ġudikatura. Il-kompitu tiegħu huwa li jiżgura li jkun hemm responsabbiltà kriminali, jiġifieri li reat ikun punibbli b’piena skont il-liġi. Il-prosekuturi jieħdu d-deċiżjonijiet ta’ prosekuzzjoni tagħhom b’mod indipendenti u huma korpi ġudizzjarji indipendenti.

Fi proċedimenti kriminali, il-prosekutur pubbliku għandu l-aktar rwol sostanzjali x’jaqdi fost l-awtoritajiet pubbliċi, li fil-katina tal-proċedimenti jestendi mill-investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess sal-proċedimenti tal-qorti. Prosekutur jista’ jimponi wkoll multa għal reati minuri.

Id-dmirijiet tal-prosekutur jiffukaw prinċipalment fuq il-prosekuzzjoni u l-proċedimenti tal-qorti. Matul il-prosekuzzjoni, il-prosekuturi pubbliċi jiddeċiedu liema każijiet iressqu l-qorti abbażi tal-akkużi mressqa. Hija r-responsabbiltà tal-prosekutur pubbliku fi proċess li jipprova li r-reat li l-akkużat ikun akkużat bih ikun twettaq.

Il-prosekutur pubbliku jiżgura wkoll li l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess titwettaq biżżejjed fil-fond. Il-prosekutur isir jaf b’każijiet kriminali aktar kumplessi diġà fil-bidu tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess u jista’ wkoll, fuq proposta tal-kap tal-investigazzjoni, itemm l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess qabel l-istadju tal-akkuża.

Ir-rwol tal-prosekutur fl-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess huwa partikolarment importanti meta uffiċjal tal-pulizija jkun issuspettat li wettaq reat. F’każ bħal dan, il-prosekutur imexxi wkoll l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess.

Bażijiet ta’ data ġuridiċi

Aktar informazzjoni tinsab fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Awtorità Nazzjonali tal-Prosekuzzjoni.

Imħallfin

Organizzazzjoni

Fil-Finlandja, il-parti l-kbira tas-sentenzi tal-qrati jingħataw minn imħallfin professjonali. Fil-qrati distrettwali, hemm ukoll imħallfin onorarji. L-imħallfin huma membri ta’ ġudikatura indipendenti. Huma jaqdu dmirijiethom fil-Qorti Suprema, fil-qrati tal-appell u fil-qrati distrettwali, fil-Qorti Amministrattiva Suprema u fil-qrati amministrattivi, fil-Qorti tal-Assigurazzjoni, fil-Qorti Industrijali u fil-Qorti tas-Swieq. L-imħallfin huma uffiċjali statali u ma jistgħux jitneħħew mill-kariga tagħhom. Imħallef ma jistax jiġi sospiż mill-kariga tiegħu, ħlief b’sentenza ta’ qorti tal-ġustizzja. Barra minn hekk, imħallef ma jistax jiġi ttrasferit f’kariga oħra mingħajr il-kunsens tiegħu.

Il-Kapitolu 12 tal-Att dwar l-Uffiċjali Pubbliċi fil-Gvern Ċentrali jinkludi dispożizzjonijiet ġuridiċi separati għall-imħallfin bħala impjegati taċ-ċivil. Skont il-liġi, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-liv, it-twiddib, l-impjieg temporanju u s-sensja tal-impjegati taċ-ċivil l-oħrajn ma japplikawx għall-imħallfin. Skont l-Att dwar l-Impjegati Pubbliċi fil-Gvern Ċentrali, imħallef huwa obbligat jirreżenja mill-kariga hekk kif jagħlaq l-età statutorja tal-irtirar (għall-imħallfin din hija 68 sena), jew meta jitlef ħiltu għax-xogħol b’mod permanenti.

Kompiti

Imħallfin

Persuna li tixtieq tikkwalifika bħala mħallef irid ikollha lawrja universitarja superjuri fil-liġi u trid tkun temmet taħriġ ta’ sena bħala mħallef f’qorti tal-prim’istanza. Ir-rotta normali għall-professjoni ta’ mħallef hija permezz ta’ ħidma bħala skrivan arbitrali (segretarju anzjan) fil-qorti tal-appell, segwit minn ħatra bħala mħallef f’qorti distrettwali jew f’qorti tal-appell. Fil-ġejjieni, il-kandidati se jingħataw taħriġ speċjali. Il-qorti tal-appell tħabbar il-postijiet battala u l-Bord tal-Ħatriet Ġudizzjarji jevalwa kemm ikunu adattati l-applikanti. L-imħallfin jinħatru mill-President tar-Repubblika.

Imħallfin onorarji

Il-qrati distrettwali għandhom membri onorarji jew “imħallfin onorarji” li jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet f’ċerti kawżi. Fil-parti l-kbira, l-imħallfin onorarji jintużaw fil-kawżi kriminali, imma jistgħu jaqdu dmirijiethom anki fi kwistjonijiet ċivili u f’tilwim dwar kiri ta’ proprjetà. F’qorti distrettwali, kawża tinstema’ minn imħallef permanenti wieħed, li jagħmilha ta’ president, u minn tliet imħallfin onorarji. L-imħallfin onorarji jingħataw setgħat indipendenti u, meta jkun meħtieġ, tintlaħaq deċiżjoni permezz ta’ votazzjoni; l-opinjoni tal-maġġoranza tiddeċiedi l-verdett. F’kawża kriminali, jekk ma tintlaħaqx maġġoranza, tipprevali l-opinjoni l-iktar vantaġġuża għall-akkużat; f’kawża ċivili, il-president ikollu l-vot deċiżiv.

Il-kunsilli muniċipali jaħtru mħallfin onorarji għal termini ta’ erba’ snin. Kull muniċipalità jrid ikollha mill-inqas żewġ imħallfin onorarji; il-muniċipalitajiet il-kbar għandhom għadd ferm ikbar. L-imħallfin onorarji għandhom jirrappreżentaw kemm jista’ jkun mill-qrib l-istruttura tal-etajiet, tas-sessi, tal-lingwi u tax-xogħlijiet tal-muniċipalità.

Imħallef onorarju jrid ikun ċittadin Finlandiż. Persuni li għandhom inqas minn 25 sena jew li għandhom iktar minn 63 ma jistgħux jinħatru mħallfin onorarji. Persuni li għandhom karigi uffiċjali fil-qrati jew fl-istituzzjonijiet penali ma jistgħux iservu bħala mħallfin onorarji, u lanqas dawk li jaħdmu bħala prosekuturi, avukati jew uffiċjali tal-pulizija. Imħallef onorarju jieħu l-ġurament ta’ mħallef jew jagħmel dikjarazzjoni solenni qabel ma jieħu postu.

L-għan huwa li kull imħallef onorarju jipparteċipa f’seduta madwar bejn wieħed u ieħor darba fix-xahar jew 12-il darba fis-sena. Il-qorti distrettwali tħallas tariffa għas-seduta lill-imħallfin onorarji u tirrifondihom għat-telf fl-introjtu.

Avukati tal-għajnuna legali pubblika

Organizzazzjoni

L-avukati tal-għajnuna legali pubblika huma avukati impjegati mill-Uffiċċji tal-Għajnuna Legali tal-Istat. Huma uffiċjali tal-Istat, maħtura fil-kariga mill-Ministru għall-Ġustizzja. L-uffiċċji tal-għajnuna legali huma ġestiti mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Ir-rekwiżiti għal eliġibbiltà għall-kariga ta’ avukat tal-għajnuna legali pubblika huma lawrja fil-liġi fuq il-livell ta’ Master (oikeustieteen kandidaatti jew oikeustieteen maisteri) u esperjenza adegwata fl-avukatura jew fl-aġġudikazzjoni. Bosta avukati tal-għajnuna legali pubblika jkollhom ukoll t-titlu onorarju ta’ varatuomari (Master tal-liġijiet b’taħriġ fil-qrati).

L-avukati tal-għajnuna legali pubblika jinħatru biex jidhru quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Huma obbligati josservaw ir-regoli tal-kondotta professjonali xierqa għall-avukati fl-attivitajiet tagħhom. F’dan ir-rigward, huma suġġetti għas-setgħat dixxiplinari tal-Kamra tal-Avukati Finlandiża. Iktar minn nofs l-avukati tal-għajnuna legali pubblika fil-Finlandja huma membri tal-Kamra tal-Avukati. L-avukati tal-għajnuna legali pubblika huma indipendenti minn kwalunkwe attur ieħor fit-twettiq ta’ dmirijiethom.

Avukati

Il-membri tal-Kamra tal-Avukati Finlandiża biss għandhom id-dritt li jużaw it-titli professjonali “asianajaja”, (bl-Iżvediż) “advokat”. Kull min japplika għas-sħubija fil-Kamra tal-Avukati Finlandiża jrid:

  • ikun temm lawrja fil-Liġi fil-livell ta’ Master (LL.M.), li tagħtih id-dritt li jokkupa kariga ġudizzjarja
  • ikun magħruf bħala persuna ta’ integrità
  • ikollu bosta snin esperjenza fil-professjoni legali u f’attivitajiet ġudizzjarji oħrajn
  • jgħaddi minn eżami speċjali li jkopri l-elementi bażiċi tal-professjoni legali u tal-etika professjonali
  • ikun awtonomu u indipendenti minn kull influwenza min-naħa tal-gvern jew minn kull influwenza oħra, u jaqdi biss l-interessi tal-klijent tiegħu
  • ikollu diversi kwalifiki oħrajn, kif xieraq.

Ir-responsabbiltajiet tal-avukati u s-superviżjoni tal-prattika tagħhom

F’termini ta’ responsabbiltà penali jew ta’ delitt, fil-prinċipju, ir-responsabbiltà ta’ avukat ma tvarjax mir-responsabbiltà ta’ ċittadini oħrajn. Madankollu, kull avukat irid ikollu assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili li tkopri d-danni li jirriżultaw minn kwalunkwe ħaġa għajr premeditazzjoni jew negliġenza serja. Il-Kamra tal-Avukati stabbiliet fond ta’ kumpens, biex tkopri d-danni li jirriżultaw mill-kondotta kriminali ta’ avukat.

Barra minn hekk, avukat għandu responsabbiltà professjonali. Il-bord tal-Kamra tal-Avukati jrid jiżgura li l-avukati jaqdu dmirijiethom skont l-etika professjonali. Meta ma jagħmlux hekk, il-Kamra tal-Avukati tibda proċeduri dixxiplinari, li ħafna drabi jibdew bi lment jew twissija bil-miktub. Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jiġi informat bid-deċiżjonijiet li tkun ħadet il-Kamra tal-Avukati, u jkun jista’ jippreżenta appelli minn dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki.

Il-Kamra tal-Avukati Finlandiża hija organizzazzjoni rregolata mid-dritt pubbliku, u mill-Att dwar l-Avukati tal-1958. Qabel din l-organizzazzjoni kien hemm assoċjazzjoni rreġistrata bl-istess isem. Il-membri kollha taż-żewġ organizzazzjonijiet huma, u minn dejjem kienu, avukati.

Il-Kamra tal-Avukati għandha madwar 1 850 membru, li jissejħu “avukati” (bil-Finlandiż: asianajaja bl-Iżvediż: advokat). Id-ditti legali jimpjegaw madwar 600 avukat assoċjat. Madwar 120 avukat huma avukati tal-għajnuna legali pubblika. L-uffiċċji tal-għajnuna legali jimpjegaw ukoll iktar minn 100 avukat tal-għajnuna legali li mhumiex membri tal-Kamra tal-Avukati.

Avukati li jitkeċċew mill-Kamra tal-Avukati wara miżuri dixxiplinari xorta jistgħu jkomplu jeżerċitaw il-professjoni tiegħu b’titlu professjonali ieħor. Madankollu, f’tali każ, l-avukat jeżerċita mingħajr l-obbligi ta’ avukat u mhux taħt is-superviżjoni tal-Kamra tal-Avukati.

Ċittadin tal-Finlandja jew ta’ kwalunkwe Stat ieħor fiż-Żona Ekonomika Ewropea li għalaq il-25 sena, jista’ jiġi aċċettat bħala avukat, jew ikun magħruf li jkun onest u, jkun magħruf ukoll li l-karatteristiċi u l-istil ta’ ħajja tiegħu jkunu adattati għall-professjoni tal-avukat. Huwa jrid jissodisfa r-rekwiżiti akkademiċi stipulati fil-Finlandja għal kariga ġudizzjarja, ikun kiseb il-ħiliet meħtieġa sabiex jeżerċita bħala avukat u jkollu esperjenza tax-xogħol fl-avukatura. Barra minn hekk, ma jridx ikun fallut u jrid ikollu kapaċità ġuridika sħiħa.

F’konformità mal-impenji internazzjonali li daħlu fis-seħħ fil-Finlandja, persuna li ma tissodisfax ir-rekwiżiti akkademiċi u lanqas ma tkun kisbet l-esperjenza tax-xogħol meħtieġa fil-Finlandja — imma li jkollha l-kwalifiki professjonali ta’ avukat f’wieħed mill-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea — tista’ tiġi aċċettata bħala avukat. F’każijiet bħal dawn, l-applikant irid juri, f’eżami tal-Kamra tal-Avukati, li għandu biżżejjed għarfien tal-liġi Finlandiża u tal-prattika tal-liġi fil-Finlandja.

Barra minn hekk, persuna li jkollha l-kwalifiki professjonali ta’ avukat minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi aċċettata bħala avukat mingħajr ma tagħmel l-ebda eżami. L-aċċettazzjoni ta’ avukat li ma għamilx l-eżami hija bil-kundizzjoni li l-applikant ikun imdaħħal għal mill-inqas tliet snin fir-reġistru tal-avukati miżmum mill-Kamra tal-Avukati, bl-użu tat-titlu professjonali oriġinali tiegħu u li jkun ikkwalifikat biex jeżerċita l-professjoni ta’ avukat fi Stat Membru ieħor (ir-reġistru tal-UE). Barra minn hekk, irid juri li jeżerċita b’mod regolari l-professjoni ta’ avukat fil-Finlandja għal mill-inqas dak il-perjodu.

Bażijiet ta’ data ġuridiċi

Aktar informazzjoni tinsab fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Finlandiża.

Konsulent legali liċenzjat

Konsulent legali liċenzjat huwa avukat li jkun kiseb liċenzja mill-Bord tal-Konsulenti Legali biex jaġixxi bħala konsulent legali. Il-konsulenti legali liċenzjati huma meħtieġa jikkonformaw mar-regoli ta’ kondotta professjonali ekwivalenti għal dawk tal-Kodiċi ta’ Kondotta meta jeżerċitaw ir-rwol ta’ konsulent jew avukat fil-qorti. F’dan ir-rigward, il-konsulenti legali liċenzjati huma soġġetti għas-superviżjoni mill-Bord Superviżorju tal-Kamra tal-Avukati Finlandiża, il-Bord tal-Konsulenti Legali u l-Kanċillier tal-Ġustizzja.

Bażijiet ta’ data ġuridiċi

Aktar informazzjoni dwar il-lista ta’ konsulenti legali tinsab fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja Finlandiż.

Nutara pubbliċi

Fil-Finlandja, il-kompiti tan-nutara pubbliċi huma rregolati mil-liġi. In-nutara pubbliċi huma impjegati fl-uffiċċji lokali tar-reġistri u fl-uffiċċji distrettwali ġuriżdizzjonali. Ir-rekwiżit sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-kariga ta’ nutar pubbliku huwa lawrja fil-liġi fil-livell ta’ Master (oikeustieteen kandidaatti jew oikeustieteen maisteri).

Minkejja bosta elementi simili, id-dmirijiet tan-nutara pubbliċi fil-Finlandja jvarjaw ferm mid-dmirijiet tan-nutara fil-bqija tal-Ewropa u fl-Istati Uniti. Fil-Finlandja, nutar pubbliku jkun dejjem uffiċjal statali. Madankollu, in-nutara pubbliċi mhumiex karigi full-time; il-parti l-kbira tal-uffiċjali li jwettqu l-kompiti ta’ nutara pubbliċi huma reġistraturi distrettwali f’uffiċċji lokali tar-reġistri. Minħabba d-duttrina tal-libertà kuntrattwali fil-kwistjonijiet ċivili, fil-Finlandja, il-konferma minn nutar pubbliku mhix prerekwiżit għall-validità tal-kuntratti. L-uniku kuntratt skont id-dritt ċivili li jeħtieġ ċertifikazzjoni notarili fil-Finlandja huwa t-trasferiment ta’ titlu.

In-nutara pubbliċi jittrattaw iċ-ċertifikazzjoni ta’, fost l-oħrajn, firem, kopji ta’ ċertifikati u curricula vitae. In-nutara pubbliċi jistgħu jiċċertifikaw ukoll id-dokumenti b’postilla, ċertifikat li jikkonferma li l-firmatarju ta’ dokument partikolari għandu l-pożizzjoni murija fid-dokument u li huwa awtorizzat joħroġ id-dokument.

Professjonijiet legali oħrajn

Awtoritajiet tal-eżekuzzjoni

L-Awtorità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni tal-Finlandja hija aġenzija taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, li hija responsabbli għall-prestazzjoni indipendenti tal-kompiti tal-eżekuzzjoni statutorja. L-eżekuzzjoni hija parti mis-sistema ġudizzjarja u hija bbażat fuq il-liġi. Il-kompiti ta’ eżekuzzjoni jinkludu l-irkupru tal-pretensjonijiet, l-iżgumbramenti u l-miżuri ta’ garanzija. L-awtorità tal-eżekuzzjoni taġixxi b’mod imparzjali u tqis id-drittijiet kemm tal-kreditur kif ukoll tad-debitur. In-network ta’ 64 uffiċċju tal-Awtorità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni jkopri l-Finlandja kollha.

Uffiċjal ġudizzjarju, jew uffiċjal tal-eżekuzzjoni, huwa terminu ġeneriku għall-uffiċjali tal-gvern li jwettqu l-kompiti tal-eżekuzzjoni. L-uffiċjali ġudizzjarji għandhom setgħat ta’ eżekuzzjoni indipendenti.

Skont il-liġi, l-uffiċjali ġudizzjarji huma:

  • L-ispetturi tal-eżekuzzjoni tal-Unità tal-Eżekuzzjoni Bażika;
  • L-Ispetturi tal-Eżekuzzjoni Anzjani tal-Unitajiet tal-Eżekuzzjoni Estensiva u Speċjali
  • huma jaħdmu taħt it-tmexxija tal-Uffiċjali tal-Eżekuzzjoni Anzjani u
  • l-Kapijiet Uffiċjali tal-Eżekuzzjoni
  • f’Åland, it-titoli ekwivalenti huma l-Ispettur tal-Eżekuzzjoni Anzjan u l-Uffiċjal Anzjan Provinċjali tal-Eżekuzzjoni.
  • L-uffiċjali ġudizzjarji skont il-liġi jinkludu wkoll id-Direttur Ġenerali tal-Awtorità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni tal-Finlandja u l-Viċi Direttur.

Hemm ukoll titli legali oħrajn fl-Awtorità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni, bħal konsulent ekonomiku, speċjalista, uffiċjal ġudizzjarju amministrattiv u uffiċjal ġudizzjarju amministrattiv anzjan.

Il-maġġoranza tat-talbiet għal eżekuzzjoni jiġu ttrattati bl-użu ta’ għodod elettroniċi ta’ rkupru fl-Unità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni Bażika, u dan ma jirrikjedix kuntatt wiċċ imb wiċċ mad-debitur.

Fit-territorji rispettivi tagħhom, il-ħames unitajiet ta’ eżekuzzjoni reġjonali għal eżekuzzjoni estensiva huma responsabbli, pereżempju, għall-bejgħ ta’ proprjetà maqbuda (mandat ta’ qbid) u kompiti oħra ta’ eżekuzzjoni aktar esiġenti.

L-Unità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni Speċjali twettaq ħafna kompiti ta’ eżekuzzjoni investigattivi u li jieħdu ħafna ħin, u hija involuta fil-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u fil-ġlieda kontra l-ekonomija klandestina u l-kriminalità ekonomika.

L-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Awtorità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni hija responsabbli għas-superviżjoni amministrattiva, l-iżvilupp u l-kontroll tas-servizz tal-eżekuzzjoni. L-Amministrazzjoni Ċentrali hija responsabbli wkoll għall-prestazzjoni u l-effettività tal-Awtorità kollha kemm hi.

L-Amministrazzjoni Ċentrali tal-Awtorità mhijiex involuta f’kompiti ta’ eżekuzzjoni individwali; l-unitajiet tal-eżekuzzjoni kollha jaġixxu b’mod indipendenti. Każijiet individwali ta’ eżekuzzjoni dejjem jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju/tal-uffiċjal tal-eżekuzzjoni inkarigat mill-każ, u d-deċiżjonijiet meħuda f’każijiet ta’ eżekuzzjoni individwali ma jistgħux, pereżempju, jiġu riveduti mill-Amministrazzjoni Ċentrali.

Aktar informazzjoni tinsab fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Awtorità Nazzjonali tal-Eżekuzzjoni tal-Finlandja.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Svezja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fl-Isvezja

Prosekuturi
Imħallfin
Avukati
Nutara
Professjonijiet legali oħrajn

Professjonijiet legali — introduzzjoni

Prosekuturi

Organizzazzjoni

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika hu magħmul Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Awtorità tal-Prosekuzzjoni (Åklagarmyndigheten) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Awtorità tar-Reati Ekonomiċi (Ekobrottsmyndigheten). Iż-żewġ awtoritajiet jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta tal-Gvern (il-Ministeru tal-Ġustizzja). L-Awtorità tal-Prosekuzzjoni hija mmexxija mill-Prosekutur Ġenerali u l-Awtorità tar-Reati Kriminali minn Direttur Ġenerali. Il-Prosekutur Ġenerali (Riksåklagare) huwa l-ogħla prosekutur fil-pajjiż u huwa responsabbli mis-servizz tal-prosekuzzjoni li huwa jmexxi wkoll.

Il-Prosekutur Ġenerali huwa responsabbli għall-iżvilupp legali, l-operat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Qorti Suprema u l-kompiti amministrattivi. Il-Prosekuturi Anzjani huma responsabbli għal oqsma partikolari tas-servizz tal-prosekuzzjoni. Il-prosekuturi pubbliċi jinħatru mill-Prosekutur Ġenerali, u l-organizzazzjoni tagħhom tinqasam f’distretti tal-prosekuzzjoni u magħmula minn Prosekuturi Distrettwali. Uħud mill-prosekuturi distrettwali huma speċjalizzati f’qasam partikolari. Hemm 32 uffiċċju distrettwali tal-prosekuzzjoni. Hemm ukoll tliet uffiċċji internazzjonali tal-prosekuzzjoni u erbgħa nazzjonali, li jittrattaw tipi speċjali ta’ każijiet. Kull uffiċċju distrettwali tal-prosekuzzjoni jitmexxa minn Kap Prosekutur.

Il-prosekuturi kollha fis-Servizz tal-Prosekuzzjoni jieħdu d-deċiżjonijiet b’indipendenza totali, jiġifieri prosekutur anzjan ma jistax jiddeċiedi dwar x'deċiżjonijiet jittieħdu minn prosekuturi subordinati tiegħu f'każ li jkun f'idejn dan il-prosekutur subordinat. Biex issir prosekutur irid ikollok iċ-ċittadinanza Svediża. Qabel ma tkun tista’ tiġi aċċettat bħala prosekutur irid ikollok ukoll lawrja fil-liġi Svediża u lestejt perjodu ta’ taħriġ legali prattiku, ħdimt għal sentejn bħala skrivan f’qorti distrettwali jew f’qorti amministrattiva. F’ċerti ċirkostanzi, it-taħriġ legali f’pajjiż Skandinavu ieħor jista’ jitqies bħala ekwivalenti għal lawrja fil-liġi. Il-prosekuturi jibdew bħala prosekuturi apprendisti għal disa' xhur, li waqthom ikollhom mentor li jiggwidahom f’xogħlhom. Wara dan, u qabel ma jinħatar Prosekutur Distrettwali, il-prosekutur jitħarreġ permezz ta' kors ta' sentejn, filwaqt li jagħmel ix-xogħol ta' prosekutur.

Hemm tliet ċentri għall-iżvilupp tal-prosekuzzjoni li jinsabu fi Stokkolma, f'Gothenburg u f’Malmö, li huma mmexxija minn Prosekutur Anzjan. Il-kompitu taċ-ċentri tal-iżvilupp huwa li jwettqu ħidma ta' metodoloġija u żvilupp legali fl-oqsma kriminali rispettivi tagħhom u jaġixxu ta' ċentri ta' għarfien fl-oqsma ta' responsabilità tagħhom. Iwettqu wkoll xogħol ta’ approfondiment legali u superviżjoni; eżempju ta’ dan huwa li l-appelli kollha kontra deċiżjonijiet tal-prosekutur jiġu trattati miċ-ċentri tal-iżvilupp.

Rwol u dmirijiet

Prosekutur għandu tliet dmirijiet prinċipali:

  • li jmexxi l-investigazzjonijiet tar-reati;
  • li jiddeċiedi jekk għandux jitressaq att ta' akkuża;
  • li jidher fil-qorti.

Il-prosekutur imexxi l-investigazzjoni preliminari fir-rigward ta’ reati li ma jkunux meqjusa minuri, fejn ikun hemm suspett raġjonevoli li r-reat twettaq minn persuna partikolari. Jekk ikun hemm raġunijiet speċjali, il-prosekutur jista’ jmexxi investigazzjoni f’każijiet oħrajn ukoll. Meta jmexxi l-investigazzjoni preliminari, il-prosekutur ikun responsabbli li jiżgura li r-reat jiġi investigat bl-aħjar mod possibbli. Fir-rigward ta’ reati inqas serji, l-investigazzjoni tkun kompletament f’idejn il-pulizija.

Meta l-investigazzjoni preliminari titmexxa minn prosekutur, huwa jew hija jkun/tkun assistit(a) mill-pulizija waqt l-investigazzjoni. Il-prosekutur jimmonitorja l-investigazzjoni b’mod kontinwu u jieħu deċiżjonijiet dwar il-miżuri u d-deċiżjonijiet investigattivi meħtieġa. Meta titlesta l-investigazzjoni preliminari, il-prosekutur jiddeċiedi jekk għandhomx jinfetħu proċedimenti legali. (Dan japplika wkoll fil-każ li l-pulizija tkun responsabbli għall-investigazzjoni preliminari.)

Aspett ieħor importanti fix-xogħol tal-prosekutur huwa t-tħejjija tal-każijiet u d-dehra tiegħu fil-qorti. Permezz tad-deċiżjonijiet li jressaq att ta’ akkuza u d-deskrizzjoni tar-reat li jagħti l-prosekutur, huwa jistabbilixxi l-qafas għall-proċedimenti kriminali fil-qorti. Ħafna mill-prosekuturi jqattgħu mill-inqas jum jew tnejn fil-ġimgħa fil-qorti.

Il-Prosekutur Ġenerali huwa l-uniku prosekutur li jista’ jibda jew ikompli l-proċedimenti fil-Qorti Suprema. Madankollu, huwa jista' jaħtar assistent prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jew jaħtar prosekutur pubbliku ieħor biex jirrappreżenta lill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti Suprema.

Il-bażijiet ta’ dejta ġuridiċi

Iktar informazzjoni dwar il-prosekuturi hija aċċessibbli għall-pubbliku fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-Awtorità tal-Prosekuzzjoni.

Imħallfin

Organizzazzjoni

L-imħallfin permanenti (ordinarie domare) jinħatru mill-Gvern fuq rakkomandazzjoni minn korp konsultattiv indipendenti tal-istat, il-Bord tal-Proposti tal-Imħallfin (Domarnämnden). Fil-prinċipju, imħallef ma jistax jitkeċċa ħlief fiċ-ċirkostanzi stipulati fid-dokument kostituzzjonali magħruf bħala l-Istrument tal-Gvern (regeringsformen).

Biex issir imħallef irid ikollok ċittadinanza Svediża. Sabiex tkun tista' sservi bħala mħallef irid ikollok lawrja fil-liġi Svediża. F’ċerti ċirkostanzi, it-taħriġ legali f’pajjiż Skandinavu ieħor jista’ jitqies bħala ekwivalenti għal lawrja fil-liġi. Ħafna mill-imħallfin permanenti jaħdmu bħala mħallfin fi qrati distrettwali jew amministrattivi, jew bħala mħallfin fi qrati tal-appell jew fi qrati amministrattivi tal-appell. Il-president tal-qorti tal-appell jew ta’ qorti amministrattiva tal-appell jissejjaħ il-president u l-president ta' qorti distrettwali jew ta’ qorti amministrattiva jissejjaħ il-lagman. L-Imħallfin tal-Qorti Suprema u tal-Qorti Amministrattiva Suprema jissejħu mħallfin (justitieråd).

Ħafna minn dawk li jinħatru mħallfin permanenti jkunu segwew il-perkors tradizzjonali fil-karriera tagħhom fejn ikunu għamlu sentejn bħala skrivana f'qorti distrettwaliPDF(329 Kb)sv jew f'qorti amministrattivaPDF(281 Kb)sv u wara jkunu applikaw biex isiru skrivana (fiskal) f’qorti tal-appell jew f’qorti amministrattiva tal-appell. Wara li jkun għamel mill-inqas sena f’qorti bħal din, l-imħallef apprendist irid iservi ta' skrivan relatur f'qorti distrettwali jew f'qorti amministrattiva għal mill-inqas sentejn. Dan jiġi segwit b'mill-inqas sena servizz bħala aġent imħallef assoċjat f’qorti tal-appell jew f’qorti amministrattiva tal-appell. Wara li jtemm b’suċċess il-kors u jgħaddi minnu, l-apprendist imħallef jinħatar imħallef tal-appell assoċjat f'qorti tal-appell jew f'qorti amministrattiva tal-appell. L-iskrivani relaturi u l-imħallfin assoċjati huma eżempji ta' mħallfin mingħajr pożizzjoni permanenti li jistgħu jidhru fil-qrati. Il-qrati jħaddmu wkoll għadd ta’ avukati abbozzaturiPDF(280 Kb)sv u r-rapporteursPDF(281 Kb)sv.

Il-qrati distrettwali, il-qrati tal-appell, il-qrati amministrattivi u l-qrati amministrattivi tal-appell kollha għandhom għadd ta’ mħallfin onorarji (nämndemän). L-imħallfin onorarji jinħatru għal terminu ta' erba’ snin minn

  • il-kunsill muniċipali fil-muniċipalitajiet fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti distrettwali;
  • il-kunsill tal-kontea fil-kontej fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti amministrattiva, tal-qorti amministrattiva tal-appell jew fil-qorti tal-appell.
    Matul il-votazzjonijiet konnessi mad-deliberazzjonijiet tal-qorti, kull imħallef onorarju jkollu vot wieħed.

Il-bażijiet ta’ dejta ġuridiċi

Għal aktar informazzjoni dwar l-imħallfin u l-imħallfin onorarji, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-websajt tal-qrati Svediżi. Għal imħallfin partikolari ara l-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Imħallfin Svediżi.

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: Avukati

Avukati

Skont il-liġi Svediża, il-membri tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Svediża (Sveriges Advokatsamfund) biss jistgħu jużaw it-titolu ta’ advokat. Biex issir membru tal-Assoċjazzjoni, persuna trid:

  • tkun residenti fl-Isvezja jew f’pajjiż ieħor fl-UE jew fiż-ŻEE, jew fl-Isvizzera;
  • tkun għaddiet mill-eżamijiet li jikkwalifikawha biex issir imħallef – fl-Isvezja l-lawrija LL.M;
  • ikollha tliet snin esperjenza prattika ta' ħidma legali kwalifikata, u fiż-żmien tal-applikazzjoni għas-sħubija tkun tipprattika;
  • tkun temmet it-taħriġ tal-Kamra tal-Avukati u tkun għaddiet mill-eżami;
  • tkun persuna ta’ karattru tajjeb u f’aspetti oħrajn adattata biex tippratika ta’ avukat.
  • Fil-każ ta’ applikanti minn pajjiżi oħrajn tal-UE u taż-ŻEE jew mill-Isvizzera li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-taħriġ biex isiru avukati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, japplikaw regoli speċjali.
  • Id-deċiżjonijiet biex jiġu aċċettati membri ġodda jittieħdu mill-Bord tal-Kamra tal-Avukati.
  • Il-Kamra tal-Avukati Svediża twaqqfet b’inizjattiva privata fl-1887 u ngħatat status uffiċjali fl-1948 meta daħal fis-seħħ il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja attwali. Illum il-Kamra tal-Avukati għandha iktar minn 4 700 membru.
  • Il-Kamra tal-Avukati hija rregolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja u mill-karta tal-Kamra tal-Avukati stess, li hija soġġetta għall-approvazzjoni tal-Gvern. Il-Kamra tal-Avukati, li hija rregolata b'liġi privata, għandha l-għanijiet li ġejjin:
  • li żżomm standards etiċi u professjonali għoljin fil-professjoni ġuridika;
  • li timmonitorja l-iżviluppi legali u tiżgura li l-għarfien espert tal-Kamra tal-Avukati jagħti l-frott f’dak il-kuntest;
  • li tħares l-interessi professjonali ġenerali tal-membri tagħha u tippromwovi l-kooperazzjoni u l-kunsens bejniethom.
    Il-Kamra tal-Avukati għandha wkoll xi dmirijiet pubbliċi. Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja jagħti lill-Kamra tal-Avukati kompiti amministrattivi, li permezz tagħhom tista’ tiffunzjona bħala awtorità pubblika, prinċipalment fi kwistjonijiet dixxiplinari.
    L-għanijiet tal-governanza tal-Kamra tal-Avukati huma li tiżgura li l-membri tal-pubbliku li jfittxu konsulenza u pariri legali, jirċievu assistenza kwalifikata. Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja, il-membri għandhom id-dmir jobdu l-kodiċi tal-etika professjonali, u huma soġġetti għall-awtorità regolatorja u superviżorja tal-Kamra tal-Avukati u tal-Kanċillier tal-Ġustizzja. L-avukati huma taħt is-superviżjoni tal-Kumitat tad-Dixxiplina tal-Kamra tal-Avukati. Jekk il-Kumitat tad-Dixxiplina jqis li avukat ikun kiser il-Kodiċi tal-kondotta tal-Kamra tal-Avukati, il-Kumitat jista’ jimponi sanzjoni dixxiplinarja fuq il-membru konċernat.

Il-bażijiet ta’ dejta ġuridiċi

Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-websajtIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida tal-Kamra tal-Avukati Svediża.

Konsulenza legali/konsulenti legali

Ma hemmx rekwiżit li l-konsulent legali fil-proċedimenti tal-qorti jkun avukat, iżda l-qorti trid tqis li l-konsulent legali jkun adattat. Fil-prinċipju, madankollu, l-avukati biss jinħatru bħala konsulenti difensuri pubbliċi.

Nutara

Organizzazzjoni

Barra min-Nutar pubbliku (ara hawn taħt), ma hemmx nutara speċjali fl-Isvezja.

Nutar pubbliku jinħatar mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord Amministrattiv tal-Kontea (länsstyrelsen). Nutar pubbliku jrid ikun kwalifikat fil-liġi, ikun jaf il-lingwa Svediża u jkun adattat.

Rwol u dmirijiet

Il-bażijiet ta’ dejta ġuridiċi

Ma hemmx direttorju u/jew websajt dwar din il-professjoni li huwa disponibbli għall-pubbliku.

Madankollu f'xi websajts tal-Bordijiet Amministrattivi tal-Kontea hemm iktar informazzjoni dwar in-nutara pubbliċi.

Il-funzjoni tan-nutar pubbliku hija li jassisti lill-pubbliku f’diversi kwistjonijiet, bħal:

  • il-verifika ta’ firem, kopji, traduzzjonijiet u informazzjoni oħra li tirrigwarda l-kontenut ta’ dokumenti;
  • jidher fil-qorti biex jixhed f’ċerti każijiet;
  • is-superviżjoni tat-tlugħ tal-lotteriji;
  • wara spezzjonijiet jew eżamijiet oħrajn, jippreżenta rapport dwar il-kummenti tiegħu;
  • jilqa’ dikjarazzjonijiet dwar ċirkostanzi ta’ natura legali jew ekonomika u jwassal dawk id-dikjarazzjonijiet għand parti terza;
  • jikkonferma li awtorità jew persuna tkun awtorizzata biex twettaq ċerti miżuri;
  • jirrilaxxa ċertifikati skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta’ Ottubru 1961 li Tneħħi l-Ħtieġa tal-Legalizzazzjoni għal Atti Pubbliċi Barranin (apostille).

Il-bażijiet ta’ dejta ġuridiċi

Ma hemmx direttorju u/jew websajt dwar din il-professjoni li huwa disponibbli għall-pubbliku.

Madankollu f'xi websajts tal-Bordijiet Amministrattivi tal-Kontea hemm iktar informazzjoni dwar in-nutara pubbliċi.

Professjonijiet legali oħrajn

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Awtorità tal-Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten) hija responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-irkupru ta’ dejn u ta’ obbligazzjonijiet oħrajn. Uffiċjali tal-eżekuzzjoni (kronofogde) huwa impjegat tal-Awtorità u huwa responsabbli biex jiżgura li l-irkupru jsir b’mod legali. Huwa possibbli titħarreġ bħala uffiċjal tal-eżekuzzjoni fl-Isvezja. Biex tiġi aċċettat għat-taħriġ trid tkun ċittadin Svediż, tkun ksibt lawrja fil-liġi jew kwalifika komparabbli u tkun skrivan kwalifikat tal-qorti (notarie). Huwa wkoll possibbli li minflok tkun skrivan tal-qorti tagħmel perjodu speċifiku ta’ taħriġ fuq ix-xogħol jew proċedura ta' dispensa.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - L-Ingilterra u Wales

Din il-paġna tagħti ħarsa ġenerali ta' wħud mill-professjonijiet legali ewlenin fl-Ingliterra u Wales taħt il-ġuriżdizzjoni tar-Renju Unit. Tinkludi informazzjoni dwar imħallfin, prosekuturi u tipi differenti ta' avukati.

Il-Ġudikatura

Fis-sistema ġudizzjarja tal-Ingilterra u Wales, jippresjedu fid-diversi qrati u tribunali fl-Ingilterra u Wales imħallfin bi status ġudizzjarju differenti kemm f'karigi full-time u part-time . Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-ġudikatura fl-Ingilterra u Wales fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠudikatura tal-Ingilterra u Wales.

 

 

 

 

L-imħallfin full-time

  • Lord Chief Justice – il-Lord Chief Justice huwa l-Kap tal-Ġudikatura tal-Ingilterra u ta’ Wales u l-President tal-Qrati tal-Ingilterra u Wales. Ir-rwol ta’ President tal-Qrati beda fit-3 ta’ April 2006 meta l-funzjonijiet ġudizzjarji tal-Lord Chancellor ġew trasferiti lil-Lord Chief Justice skont l-Att dwar ir-Riforma Kostituzzjonali tal-2005. Il-Lord Chief Justice huwa wkoll il-Kap ta’ Ġustizzja Kriminali.
  • Il-kapijiet tad-diviżjoni – erba’ mħallfin anzjani jmexxu l-ġuriżdizzjonijiet l-oħra: il-Master of the Roles (Ċivili); il-President tal-Queen's Bench Division; il-President tat-Taqsima tal-Familja, u l-Kanċillier tal-High Court (Chancery). Għal aktar informazzjoni ara s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠudikatura tal-Ingilterra u Wales.
  • Il-Lords Justices of Appeal jippresjedu fil-Qorti tal-Appell, li tisma' kemm kawżi ċivili kif ukoll kriminali.
  • L-Imħallfin tal-High Court jippresjedu fil-High Court, fejn jinstemgħu l-aktar kawżi ċivili kumplessi. Dawn l-imħallfin jisimgħu wkoll l-aktar kawżi kriminali serji u sensittivi fil-Crown Court (pereżempju dwar qtil).
  • Is-Circuit Judges normalment jisimgħu kawżi kriminali, ċivili u tal-familja.
  • Id-District Judges jisimgħu kawżi ċivili. Il-biċċa l-kbir tax-xogħol tagħhom isir bil-bibien magħluqa (mhux fi proċessi miftuħa għall-pubbliku). Għandhom ukoll is-setgħa li jisimgħu kull kawża f'qorti tal-kontea, b'limitu li jisimgħu kawża taħt ammont speċifiku (li jiġi rivedut minn żmien għal żmien): il-kawżi li jaqbżu l-limitu normalment jinstemgħu minn imħallef tas-circuit. L-imħallfin distrettwali jisimgħu aktar minn 80 fil-mija tal-kawżi ċivili kontenzjużi fl-Ingilterra u Wales.
  • Id-District Judges (il-qrati tal-maġistrati) jippresjedu fil-qrati tal-maġistrati u jisimgħu it-tip ta' kawżi li ssoltu jisimgħu il-maġistrati (ara aktar 'l isfel). Madankollu, huma jassistu partikolarment f'kawżi li jikkonċernaw kwistjonijiet aktar kumplessi u fit-tul.
  • Il-High Court Masters u Registrars huma mħallfin tal-proċedura li jisimgħu il-maġġoranza tal-kawżi ċivili tac-Chancery u l-Queen’s Bench tal-High Court.

L-imħallfin part-time

L-imħallfin part-time normalment jinħatru għal perjodu ta' mhux inqas minn ħames snin, soġġetti għal-livell limitu tal-età rilevanti. It-tipi ewlenin ta' mħallfin part-time huma:

  • Id-Deputy High Court Judges, li jippresjedu f'waħda jew aktar taqsimiet tal-High Court.
  • Ir-Recorders li għandhom ġuriżdizzjoni simili għal dik tas-circuit judges, għalkemm ġeneralment huma jisimgħu l-kawżi inqas serji u kumplessi li jitressqu quddiemhom.
  • Id-Deputy District Judges li jippresjedu fil-qrati tal-kontea u fir-reġistri distrettwali tal-High Court. Huma jisimgħu l-inqas kawżi kumplessi li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-imħallfin distrettwali.
  • Ix-xogħol tad-Deputy District Judges (Qrati tal-Maġistrati) huwa simili għal dak tal-kontropartijiet full-time tagħhom.
  • Id-Deputy High Court Masters and Registrars għandhom xogħol simili għal dak tal-kollegi full-time tagħhom fil-High Court.

Il-ġudikanti tat-Tribunali

It-tribunali jisimgħu kważi 800 000 kawża fis-sena dwar varjetà kbira ta' kwistjonijiet, bħal pereżempju t-taxxa, il-pensjonijiet jew l-immigrazzjoni.

It-tribunali normalment huma f’forma ta’ bord, li jinkludi chairperson tat-tribunal ikkwalifikat fil-liġi jew imħallef, megħjun minn membri lajċi tal-bord b'oqsma speċifika ta' esperjenza. Ma hemmx ġurija u l-ġudikant tat-tribunal ma għandux is-setgħa jibgħat lill-parti t-telliefa l-ħabs. Ir-rwol prinċipali tagħhom huwa li jippruvaw jiksbu b'suċċess soluzzjoni għad-diffikultajiet u, f'ċerti każijiet, jieħdu deċiżjoni fuq l-ammont ta' kumpens jew rimedju li għandu jingħata lill-parti rebbieħa.

Il-Maġistrati

Il-maġistrati, magħrufa wkoll bħala "kummissarji tal-ġustizzja" jew "JPs", jisimgħu 95 fil-mija tal-kawżi kriminali fl-Ingilterra u Wales. Aktar minn 30 000 maġistrat jaqdu dmirijiethom f'żoni lokali u normalment jippresedu mill-inqas 26 nofstanhari fis-sena. Ma hemmx għalfejn ikunu kwalifikati fil-liġi u ma jitħallsux.

Normalment jippresedu bħala ħaġa waħda fuq "bord" ta' tlieta, fejn wieħed minnhom huwa mħarreġ biex jaġixxi bħala chairperson, billi jgħin jiggwida l-bord fix-xogħol tiegħu u billi jitkellem f'ismu. "Bord" dejjem jiġi assistit minn skrivan bi kwalifiki fil-liġi sabiex jagħti pariri dwar il-liġi u l-proċedura.

Il-maġistrati jisimgħu l-kawżi kriminali relattivament inqas serji. Dawn jinkludu s-serq sempliċi, dannu kriminali, id-diżordni pubbliku u r-reati bil-karozzi. Jisimgħu wkoll firxa ta' kwistjonijiet li jaffettwaw lill-familji u t-tfal u l-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

Il-Prosekuturi

Organizzazzjoni

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service (CPS) huwa awtorità indipendenti responsabbli mill-prosekuzzjoni tal-kawżi kriminali li ġew investigati mill-pulizija fl-Ingilterra u Wales. L-awtorità hija mmexxija wkoll mill-Avukat Ġenerali, li huwa responsabbli lejn il-Parlament għas-CPS. L-Ingilterra u Wales huma maqsuma fi 42 qasam ta' prosekuzzjoni, kull waħda minnhom immexxija minn kap prosekutur tal-kuruna. Barra minn hekk, hemm erba’ taqsimiet nazzjonali speċjalizzati: għall-kriminalità organizzata, għar-reati speċjali, għal kontra t-terroriżmu u s-servizz tal-prosekuzzjoni kontra l-frodi. Servizz tat-telefown imsejjaħ CPS Direct jipprovdi pariri u deċiżjonijiet barra l-ħinijiet tax-xogħol lill-uffiċjali tal-pulizija fl-Ingilterra u Wales.

Is-CPS huwa mmexxi mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (DPP) li jieħu deċiżjonijiet dwar l-aktar kawżi kumplessi u sensittivi u jagħti pariri lill-pulizija dwar kwistjonijiet kriminali. Id-DPP għandu r-responsabbiltà ġenerali għall-akkużi u l-prosekuzzjonijiet imressqa mis-CPS u jirraporta lill-Avukat Ġenerali.

Is-CPS iħaddem prosekuturi u prosekuturi assoċjati, kif ukoll ħaddiema soċjali u amministraturi. Il-prosekuturi tal-Kuruna huma barristers jew avukati tal-esperjenza, responsabbli mill-prosekuzzjoni tal-kawżi kriminali f'isem il-Kuruna. Il-prosekuturi assoċjati jirrevedu u jippreżentaw firxa qasira ta' kawżi fil-qorti tal-maġistrati.

Rwol u dmirijiet

Il-persunal tas-CPS:

  • Jagħti pariri lill-pulizija u jirrevedi l-provi tal-każijiet għall-possibiltà ta' prosekuzzjoni
  • Jiddeċiedi dwar l-akkuża (fil-każijiet kollha ħlief dawk minuri) fejn jiġi deċiż li ssir il-prosekuzzjoni
  • Jipprepara l-kawżi u jressaqhom quddiem il-qorti.

Il-prosekuturi tal-Kuruna huma kklassifikati bħala uffiċjali pubbliċi u jiġu ingaġġati permezz ta' kompetizzjonijiet miftuħa. Biex ikun eliġibbli għall-post tax-xogħol, l-applikant irid ikun:

  • Solicitor (avukat li ma jitlax il-qorti) ammess fl-Ingilterra u Wales b'ċertifikat li juri li qed jipprattika l-professjoni
  • Barrister bil-warrant Ingliż li lesta perjodu ta' apprentistat
  • Ċittadin taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Commonwealth. L-avukati li jkunu kisbu l-kwalifiki tagħhom barra l-Ingilterra u Wales iridu joqogħdu għal u jgħaddu minn test ta' trasferiment tal-avukati qabel ma jibdew jaħdmu.

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-Avukati

Barristers (Avukati)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati huwa l-korp li jirregola l-barristers kollha fl-Ingilterra u Wales. Ġiet stabbilita sabiex tirrapreżenta l-aħjar interessi tal-professjoni, biex tfassal u timplimenta inizjattivi ta’ politiki ewlenin u biex iżżomm l-istandards, l-unur u l-indipendenza tal-Kamra. F'konformità mal-Att dwar is-Servizzi Legali tal-2007, iddelegat l-obbligu tar-regolazzjoni tal-professjoni lill-Bord dwar l-Istandards tal-Kamra tal-Avukati li huma indipendenti u mħares sew. Il-barristers huma konsulenti legali individwali u speċjalizzati u avukati fl-awli tal-qorti. Ġeneralment, jaħdmu għal rashom u fi grupp f’uffiċċji magħrufa bħala "awli", fejn huma magħrufa bħala "kerrejja". Il-barristers jitħarrġu l-aktar fl-avukatura; fi kliem ieħor, huma mħarrġa biex jidhru għall-klijenti tagħhom quddiem il-qrati superjuri. Il-barristers iqattgħu wkoll ħafna mill-ħin tagħhom jagħtu pariri lill-klijenti tagħhom u jwettqu riċerki dwar il-każijiet, kif ukoll riċerki fil-qasam ta' speċjalizzazzjoni tagħhom. Madwar 10 fil-mija tal-barristers prattikanti jaħdmu fil-Queen's Counsel (jew QCs) fejn jittrattaw l-aktar każijiet importanti u sensittivi.

Solicitors (konsulenti legali)

Xogħol solicitor huwa li jipprovdi lill-klijenti tiegħu (membri tal-pubbliku, negozji, għaqdiet volontarji, għaqdiet tal-karità, eċċ.) b'pariri legali u bir-rappreżentazzjoni, inkluż li jidher f'isimhom quddiem il-qorti. Ix-xogħol tagħhom ivarja immens. Ħafna solicitors jaħdmu f'uffiċċju privat, li huwa sħubija ta' solicitors li joffru s-servizzi tagħhom lill-klijenti. Jistgħu jipprattikaw b'mod ġenerali fejn ikopru ħafna oqsma tal-liġi jew jispeċjalizzaw f'qasam partikolari. Oħrajn jaħdmu bħala solicitors impjegati mal-gvern ċentrali u lokali, mas-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna, mal-qrati tal-maġistrati, ma' organizzazzjoni kummerċjali jew industrijali jew ma' korpi oħra. Is-solicitors jistgħu jagħżlu t-tip ta' ambjent fil-post tax-xogħol l-aktar adatt għalihom.

Ġeneralment is-solicitors jagħtu pariri legali lill-klijenti tagħhom. Jekk dawk il-klijenti wara jkollhom bżonn rappreżentazzjoni quddiem il-qrati superjuri fl-Ingilterra u Wales, is-solicitor ġeneralment iqabbad barrister biex imexxi l-kawża l-qorti. Barrister mhux dejjem ikun hemm bżonnu, madankollu, għaliex solicitors bil-kwalifiki xierqa għandhom dritt jidhru quddiem il-qorti (jiġifieri għandhom dritt jidhru għall-klijenti) fil-qrati superjuri.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Liġi tirrappreżenta lis-solicitors fl-Ingilterra u Wales. Id-dmirijiet tagħha jistgħu jvarjaw minn neguzjar u l-lobbying mar-regolaturi tal-professjoni, mal-gvern u oħrajn sa joffru taħriġ u pariri. L-Assoċjazzjoni tal-Liġi teżisti biex tgħin, tħares u tippromwovi lis-solicitors fl-Ingilterra u Wales.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità ta' Regolamentazzjoni tas-Solicitors (Solicitors Regulation Authority, SRA) ikollha x'taqsam mal-kwistjonijiet kollha marbuta mar-regolamentazzjoni u d-dixxiplina, u tistabbilixxi, tissorvelja u tinforza l-istandards għas-solicitors fl-Ingilterra u Wales. Fl-imgħoddi magħrufa bħala l-Bord ta' Regolamentazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Liġi, taġixxi biss fl-interess pubbliku.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju għall-Ilmenti Legali huwa disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jagħmlu lment dwar solicitor. Dan il-korp indipendenti u imparzjali, li qabel kien magħruf bħala s-Servizz għall-Ilmenti Legali, jaħdem biex isolvi kwalunkwe kwistjoni malajr u b'mod effiċjenti.

Nutara

In-nutara huma t-tielet u l-eqdem fergħa tal-professjoni legali fl-Ingilterra u Wales. In-nutara jistgħu jipprattikaw u jingħataw din il-fakultà tagħhom (l-awtorità biex jipprattikaw) mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Fakultà (li waqqfu l-Arċisqof ta' Canterbury għall-ewwel darba fl-1279) u r-regolatur hija l-Qorti tal-Fakultajiet. In-nutara jipprovdu pont bejn il-liġi ċivili u l-common law.

In-nutara kollha jirċievu taħriġ legali u, għalkemm ħafna minnhom jistgħu jkunu wkoll solicitors, il-kwalifiki ta' nutar jinkisbu permezz ta' eżamijiet indipendenti u separati. In-nutara kollha jridu jsegwu l-ewwel kors inizjali sabiex jikkwalifikaw għall-professjoni: Hija meħtieġa t-tlestija b’suċċess Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida tal-kors tal-prattika notarili mogħti mill-University College ta’ Londra Ladarba kwalifikati, in-nutara jistgħu jipprattikaw kullimkien fl-Ingilterra u Wales u kollha għandhom l-istess setgħat. In-nutara, minbarra li jħejju u jippubblikaw atti u strumenti notarili, jistgħu wkoll jagħtu pariri fuq it-tħejjija tat-testmenti, kwistjonijiet ta' suċċessjoni, l-amministrazzjoni tal-patrimonji u t-trasferiment tal-propjetà.

L-attivitajiet notarili ġew rikonoxxuti mad-dinja kollha għal għexieren ta' snin u dan ippermetta ċ-ċirkolazzjoni ħielsa taċ-ċittadini u tan-negozji. B'hekk, in-nutara jiffaċilitaw il-kummerċ u l-ħajja taċ-ċittadini ordinarji, billi jippermettulhom jgħixu ħajjithom u jinnegozjaw b'mod liberu bi prezz raġonevoli u mingħajr dewmien żejjed.

In-nutar għandu siġill uffiċjali u l-atti nutarili fl-Ingilterra u Wales għandhom forza probatorja. L-atti notarili jiġu preparati fil-privat u b'att pubbliku; dawn tal-aħħar huma magħrufa wkoll bħala "atti notarili f'forma awtentika". L-atti notarili bil-firma u s-siġill ta' nutar huma rikonoxxuti bħala prova ta' uffiċjal legali responsabbli fil-pajjiżi kollha madwar id-dinja.

In-nutara huma soġġetti għar-regoli professjonali simili għal dawk tas-solicitors u huma mitluba jġeddu ċ-ċertifikati tal-prattika notarili tagħhom kull sena u jkunu koperti minn assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u assigurazzjoni kontra atti frawdolenti. It-tiġdid huwa soġġett għall-konformità mar-regoli. Appuntament notarili huwa appuntament personali mogħti minn nutar individwali. L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tan-Nutara hija l-organizzazzjoni li tirrapreżenta madwar 800 nutar pubbliku. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Society of Scrivener Notaries tirrapreżenta mawdwar 30 nutar scrivener li jipprattikaw prinċipalment fiċ-ċentru ta’ Londra, maħtura mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIscriveners Company, xirka antika.

L-avukati li jipprattikaw fil-qasam tal-privattivi u tat-trade marks

L-avukati li jipprattikaw fil-qasam tal-privattivi u tat-trade marks huwa konsulenti speċjalizzati fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. Huma jagħtu pariri legali lill-klijenti tagħhom f'dan il-qasam, partikolarment b'rabta mal-privattivi, il-marki kummerċjali, id-disinji u d-drittijiet tal-awtur. Huma jidhru wkoll għall-klijenti tagħhom fil-qrati speċjalizzati tal-IP (proprjetà intellettwali) (uħud jiksbu aktar drittijiet wara li jkunu ġabu kwalifika addizzjonali biex jipprattikaw fil-litigazzjoni). Il-maġġoranza tal-avukati fil-qasam tal-privattivi u t-trade marks jaħdmu f'uffiċċju privat. Ħafna jaħdmu fi prattika speċjalizzata, iżda wħud jaħdmu wkoll flimkien ma' solicitors. Barra minn hekk, proporzjon mhux ħażin tal-professjoni taħdem fl-industrija. L-avukati li jaċċettaw litigazzjoni fil-qasam tal-privattivi u tat-trade marks jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fil-qorti, bl-istess mod li jagħmlu s-solicitors, f’kawżi dwar proprjetà intellettwali, u jistgħu jagħtu struzzjonijiet biex il-kawża titmexxa minn avukat li jipprattika fil-qrati superjuri (barrister). L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut tal-Avukati Kwalifikati fil-qasam tal-Privattivi(Chartered Institute of Patent Attorneys, CIPA) jirrappreżenta lill-avukati fil-qasam tal-Privattivi fir-Renju Unit kollu. Ir-rwol tiegħu jinkludi d-diskussjoni mal-Gvern dwar il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-avukati u tal-apprendisti fil-qasam tal-privattivi u l-konsultazzjonijiet mar-regolaturi tal-professjoni. CIPA tara li tippromwovi l-liġi tal-PI u l-professjonijiet fil-qasam tal-PI. L- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut tal-Avukati Kwalifikati fil-qasam tat-Trade Marks (Institute of Trade Mark Attorneys, ITMA) jirrapreżenta lill-Avukati kwalifikati fil-qasam tat-Trade Marks u l-professjoni fir-Renju Unit kollu. Fost id-dmirijiet tiegħu hemm in-negozjati mal-gvern u lobbying biex jinfluwenza l-gvern, il-fergħa regolatorja indipendenti tiegħu (Intellectual Property Regulation Board, IPReg) u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn. Huwa jipprovdi l-edukazzjoni, taħriġ u pariri għall-professjoni ta’ Avukat ikkwalifikat fil-qasam tat-Trade Marks u jieħu ħsieb jippromwovi l-professoni u l-PI. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Propjetà Intellettwali (IPReg) jieħu ħsieb il-kwistjonijiet regolatorji u ta’ dixxiplina, u jistabbilixxi, jimmonitorja u jeżegwixxi standards għall-avukati kkwalifikati fil-qasam tat-trade marks fir-Renju Unit kollhu. Huwa jaġixxi fl-interess pubbliku u jżomm Reġistri statutorji tal-avukati kwalifikati fil-qasam tal-privattivi u dawk kwalifikati fil-qasam tat-trade marks, kemm individwalment u bħala entitajiet

Professjonijiet legali oħrajn

Minbarra dawk li jaħdmu fil-qrati tal-maġistrati, l-iskrivana u l-persunal ieħor fil-maġġoranza tal-qrati fl-Ingilterra u Wales ma għandhomx bżonn ikollhom taħriġ legali. Huma ufiċjali pubbliċi li jieħdu ħsieb il-kwistjonijiet amministrattivi u jassistu lill-imħallfin. Ma jistgħux jagħtu parir legali. Bħala uffiċjali pubbliċi, il-persunal tal-qorti jiġi impjegat mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kategoriji tal-persunal tal-qrati ara hawnhekkPDF(456 Kb)MT.

Ir-rwol tal-iskrivana huwa differenti fil-qrati tal-maġistrati. Il-maġistrati lajċi ma għandhomx kwalifiki legali u joqogħdu fuq il-parir tal-iskrivana b'taħriġ legali, li minnhom hemm żewġ tipi: l-iskrivana tal-ġustizzja u konsulenti legalikonsulenti (jew skrivana tal-qorti).

  • L-iskrivana tal-ġustizzja huma l-konsulenti legali ewlenin tal-maġistrati. Huma avukati (jew barristers jew solicitors) bi kwalifika rilevanti ta' mill-inqas ħames snin. Huma jagħtu parir lill-maġistrati dwar il-liġi u l-proċedura kemm ġewwa u barra l-qorti. Huma responsabbli wkoll għall-ġestjoni u t-taħriġ tal-konsulenti legali, tal-kwalità tas-servizzi legali provvduti u l-forniment ta' pariri legali konsistenti fil-qasam amministrattiv tagħhom.

  • Il-konsulenti legali jaħdmu l-qorti u jagħtu pariri lill-maġistrati dwar il-liġi, il-prattika legali u l-proċedura. Huma għandhom ukoll kwalifiki legali (normalment bħala solicitors jew barristers).

Ir-rikorsi tal-High Court issa jiġu eżegwiti mill-uffiċjali ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni tal-high court li jiġu maħtura u assenjati mil-Lord Chancellor jew mid-delegat tiegħu. Huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-qorti għall-irkupru ta' flus dovuti skont sentenza tal-high court jew sentenza tal-qorti tal-kontea li ġiet trasferita lill-High Court. Huma jistgħu jissekwestraw u jbiegħu l-oġġetti maqbuda biex ikopru l-ammont tad-dejn. Jistgħu wkoll jissorveljaw il-pussess tal-proprjetà u r-ritorn tal-oġġetti.

Il-bailiffs tal-qorti tal-kontea huma uffiċjali pubbliċi impjegati mis-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha biex jieħdu ħsieb l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u / jew l-ordnijiet magħmula u rreġistrati fil-qrati tal-kontea. Huma uffiċjali pubbliċi li jeżegwixxu mandati eżekuttivi, jagħtu lura l-artijiet permezz ta' mandati ta' pussess u jirkupraw l-oġġetti permezz ta' mandati għar-ritorn tal-oġġetti. Ir-regoli dwar il-bailiffs li jeżegwixxu mandati huma stabbiliti fit-Taqsimiet 85-111 tal-Att tal-1984 dwar il-Qrati tal-Kontea. Il-proċeduri għall-eżekuzzjoni huma stabbiliti fir-regoli tal-proċedura ċivili. Barra minn hekk, il-bailiffs tal-qorti tal-kontea għandhom iktar dmirijiet, inkluża n-notifika tad-dokumenti u mandati minħabba nuqqas ta' konformità mat-termini ta' sentenza eżekuttiva. Ir-regoli dwar dawn tal-aħħar huma stabbiliti fit-Taqsima 118-122 tal-Att dwar il-Qrati tal-Kontea.

Il-bailiffs ċertifikati huma bailiffs ċertifikati privati biex jissekwestraw il-proprjetà tal-kerrej (distress for rent), u għandhom l-awtorizzazzjoni minn imħallef tas-circuit li jippresjedi qorti tal-kontea. Id-distress for rent tirreferi għas-sekwestru tal-oġġetti tal-kerrej mis-sid biex jiżgura l-ħlas tal-kera li għadu dovut mingħajr l-intervent tal-qorti. Skont numru ta' Atti oħra, il-bailiffs ċertifikati jistgħu jeżegwixxu wkoll dejn speċifiku ieħor, bħat-taxxa tal-kunsill u rati mhux domestiċi.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFaculty Office,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNotaries Society,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJudiciary of England and Wales,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Law Society,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSolicitors Regulation Authority,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOffice for Legal Complaints,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLegal Services Commission,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaChartered Institute of Patent Attorneys;
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInstitute of Trade Mark Attorneys,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntellectual Property Regulation Board,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHer Majesty's Courts and Tribunals Service.

L-aħħar aġġornament: 30/06/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Tipi ta’ professjonijiet legali - L-Irlanda ta’ fuq

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fil-ġuriżdizzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq tar-Renju Unit.

Professjonijiet legali – introduzzjoni

Il-professjonijiet legali fl-Irlanda ta’ Fuq jinkludu:

  • Il-ġudikatura
  • Il-prosekuturi
  • Il-barristers (l-avukati li jipprattikaw il-qorti)
  • Is-solicitors (l-avukati li ma jidhrux il-qorti)

 

 

 

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-imħallfin

Il-ġuriżdizzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq għandha dawn il-pożizzjonijiet ġudizzjarji li ġejjin:

  • Lord Chief Justice – kap tal-ġudikatura
  • Lord Justices of Appeal
  • Imħallfin tal-Qorti l-Għolja (High Court Judges)
  • Masters of the Supreme Court
  • Imħallfin tal-Qorti tal-Kontea (County Court)
  • Imħallfin Distrettwali (qorti tal-kontea)
  • Imħallfin Distrettwali (qorti tal-maġistrati)
  • Maġistrati popolari
  • Coroners

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: Il-prosekuturi

Organizzazzjoni

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Irlanda ta’ Fuq (PPS) huwa l-awtorità ta' prosekuzzjoni ewlenija fl-Irlanda ta' Fuq. Minbarra li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-prosekuzzjoni f'kawżi investigati mill-pulizija fl-Irlanda ta' Fuq, huwa jittratta wkoll kawżi investigati minn awtoritajiet statutorji oħrajn, bħall-HM Revenue and Customs (Amministrazzjoni Fiskali u tad-Dwana tal-Maestà tagħha r-Reġina).

Il-PPS huwa mmexxi mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi tal-Irlanda ta' Fuq. Hemm ukoll Deputat Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi. Id-Deputat Direttur għandu s-setgħat kollha tad-Direttur iżda għandu jeżerċitahom taħt id-direzzjoni u l-kontroll tiegħu. Iż-żewġ pożizzjonijiet huma ħatriet pubbliċi magħmula mill-Avukat Ġenerali tal-Irlanda ta' Fuq.

Il-PPS huwa nnominat bħala dipartiment governattiv mhux ministerjali. F'konformità mal-Att dwar il-Ġustizzja (tal-Irlanda ta' Fuq) tal-2002, id-dmirijiet tad-Direttur jiġu eżerċitati indipendentement minn kwalunkwe persuna oħra. L-Att tal-2002 jipprevedi li d-Direttur u l-Avukat Ġenerali jikkonsultaw lil xulxin kultant żmien fuq kwalunkwe kwistjoni li l-Avukat Ġenerali jkun responsabbli għaliha quddiem l-Assemblea tal-Irlanda ta' Fuq. Attwalment għadd ta' kwistjonijiet fil-qasam tal-prosekuzzjoni huma riżervati għall-Parlament f'Westminster. Id-doveri marbuta ma' dawn il-kwistjonijiet jitwettqu mill-Avukat Ġenerali tal-Irlanda ta' Fuq.

Rwol u dmirijiet

Ir-rwol ewlieni tal-PPS huwa li jiddeċiedi jekk persuni għandhomx jiġu mressqa l-qorti għat-twettiq ta’ atti kriminali jew le u x'għandhom ikunu l-akkużi korretti.

Dan l-Uffiċċju huwa responsabbli wkoll mill-prosekuzzjoni ta’ kawżi fil-qorti. Il-prosekutur jippreżenta l-provi lill-qorti f’isem il-Kuruna. Il-prosekuturi jsejħu u jeżaminaw lix-xhieda tal-Kuruna u jagħmlu kontroeżami tax-xhieda tad-difiża. Hekk kif tiġi konkluża kawża, huma jipprovdu taqsira tal-provi għall-qorti f’isem il-Kuruna.

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-Avukati

Il-Barristers (l-avukati li jipprattikaw il-qorti)

Fl-Irlanda ta’ Fuq, il-barristers huma mqassma f’konsulenti anzjani (magħrufa bħala Konsulenti tar-Reġina) u assistenti konsulenti. Il-Kamra tal-Avukati hija korp ta’ avukati speċjalisti b’esperjenza fil-litigazzjoni, li għandu aċċess għalih il-pubbliku permezz tas-solicitors u, f’ċirkostanzi limitati, permezz ta’ aċċess professjonali dirett.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq hija assoċjazzjoni ta’ barristers indipendenti bbażata fil-Librerija tal-Avukatura f’Belfast. Fl-1 ta’ Settembru 2012, kien hemm kważi 600 barrister jipprattikaw privatament.

Is-Solicitors (avukati li ma jidhrux il-qorti)

Fl-Irlanda ta’ Fuq, l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Liġi hija l-awtorità regolatorja li tirregola l-edukazzjoni, il-kontabbiltà, id-dixxiplina u l-kondotta professjonali tas-solicitors. Ir-rwol tagħha huwa li żżomm l-indipendenza, l-istandards etiċi, il-kompetenza professjonali u l-kwalità tas-servizzi offruti lill-pubbliku. Is-solicitors jistgħu jispeċjalizzaw f’qasam partikolari jew jistgħu jkunu prattikanti ġenerali.

In-Nutara

Fl-Irlanda ta’ Fuq, is-solicitors kollha huma kummissarji tal-ġuramenti. Dan ifisser li jistgħu jawtentikaw id-dokumenti uffiċjali (minbarra dawk ippreparati minnhom stess jew mill-avversarji tagħhom f’kawża).

Barra minn dan, ċerti solicitors huma nutara pubbliċi, li jfisser li jistgħu jawtentikaw id-dokumenti għall-użu barra mill-pajjiż. L-informazzjoni dwar dawn hija disponibbli fuq il-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Liġi, L-Irlanda ta' Fuq.

L-Avukati fil-qasam tal-Privattivi u l-Marki Kummerċjali

L-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali huma konsulenti speċjalisti fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. Huma jagħtu pariri legali lill-klijenti tagħhom f'dan il-qasam, partikolarment b'rabta mal-privattivi, il-marki kummerċjali, id-disinji u d-drittijiet tal-awtur. Huma jirrappreżentaw ukoll lill-klijenti tagħhom fil-qrati speċjalizzati tal-proprjetà intellettwali (uħud jiksbu drittijiet oħrajn wara li jiksbu kwalifika addizzjonali biex jipprattikaw fil-litigazzjoni).

Ħafna mill-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali jaħdmu f’uffiċċji legali privati (ditti privati tal-avukati). Ħafna jaħdmu fi prattika (ditta) speċjalizzata, iżda wħud jaħdmu wkoll flimkien ma' solicitors. Barra minn hekk, proporzjon mhux ħażin ta' dawk involuti f'din il-professjoni jaħdmu fil-qasam tal-industrija.

L-avukati li jaċċettaw litigazzjoni fil-qasam tal-privattivi u tal-marki kummerċjali jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fil-qorti, bl-istess mod li jagħmlu s-solicitors, f’kawżi dwar proprjetà intellettwali, u jistgħu jagħtu istruzzjonijiet biex il-kawża titmexxa minn barrister.

Iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaChartered Institute of Patent Attorneys (CIPA - Istitut tal-Avukati Kwalifikati fil-qasam tal-Privattivi) jirrappreżenta lill-avukati fil-qasam tal-privattivi mar-Renju Unit kollu. Ir-rwol tiegħu jinkludi diskussjonijiet mal-Gvern dwar il-leġiżlazzjoni tal-proprjetà intellettwali, l-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ għall-avukati u l-apprentisti fil-qasam tal-privattivi u diskussjonijiet mar-regolaturi tal-professjoni. Iċ-CIPA jara li jippromwovi l-liġi tal-proprjetà intellettwali u l-professjonijiet fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInstitute of Trade Mark Attorneys (ITMA - Istitut tal-Avukati fil-qasam tal-Marki Kummerċjali) jirrappreżenta lill-avukati fil-qasam tal-marki kummerċjali u lill-professjoni mar-Renju Unit kollu. Fost id-dmirijiet tiegħu hemm in-negozjati mal-gvern u l-ħidma biex jinfluwenza l-gvern, il-fergħa regolatorja indipendenti tiegħu (IPReg) u organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti. Huwa jipprovdi edukazzjoni, taħriġ u pariri rilevanti għall-professjoni ta’ Avukat fil-qasam tal-Marki Kummerċjali u huwa responsabbli biex jippromwovi l-professjoni u l-proprjetà intellettwali.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntellectual Property Regulation Board (IPReg - Bord għar-Regolamentazzjoni tal-Proprjetà Intellettwali) jieħu ħsieb il-kwistjonijiet regolatorji u ta' dixxiplina u jistabbilixxi, jimmonitorja u jeżegwixxi l-istandards għall-avukati kkwalifikati fil-qasam tal-marki kummerċjali mar-Renju Unit kollu. Huwa jaġixxi fl-interess pubbliku u jżomm Reġistri statutorji tal-avukati fil-qasam tal-privattivi u fil-qasam tal-marki kummerċjali, kemm fuq bażi individwali u kif ukoll bħala entitajiet.

Professjonijiet legali oħra

Skrivani tal-Qorti

L-iskrivani tal-Qorti u persunal ieħor fil-qrati tal-Irlanda ta’ Fuq huma impjegati tal-gvern li ma għandhomx taħriġ legali u li jieħdu ħsieb kwistjonijiet amministrattivi.

L-iskrivani tal-Qorti jiżguraw li l-imħallfin ikollhom il-karti li jeħtieġu biex jippresjiedu fuq il-kawżi mressqa quddiem il-qorti; huma jirreġistraw id-deċiżjonijiet tal-imħallfin fil-kawżi u jipprovdu kwalunkwe appoġġ amministrattiv ieħor li jistgħu jeħtieġu l-imħallfin. Filwaqt li l-membri tal-persunal tal-qorti jistgħu jagħtuk parir dwar il-proċeduri tal-qorti, huma ma jistgħux jagħtu pariri legali, u lanqas ma jistgħu jirrakkomandaw x'azzjoni għandhom jieħdu l-partijiet. Il-membri kollha tal-persunal tal-qorti huma ħaddiema tal-gvern impjegati mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq, aġenzija li tagħmel parti mid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Irlanda ta' Fuq.

L-Uffiċjali tal-Eżekuzzjoni

L-uffiċjali tal-eżekuzzjoni ħaddiema tal-gvern impjegati mis-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq. Huma jieħdu ħsieb l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ċivili permezz tal-Uffiċċju tal-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi. Dan l-uffiċċju jeżegwixxi s-sentenzi ċivili tal-qrati tal-maġistrati u tal-qrati tal-kontej (inklużi l-qrati tat-talbiet żgħar) kif ukoll dawk tal-Qorti l-Għolja (High Court). Il-liġi li tirregola l-eżekuzzjoni hija stabbilita fl-Ordni dwar l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1981 u fir-Regoli dwar l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1981, kif emendati.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati tal-Irlanda ta' Fuq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Liġi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq

L-aħħar aġġornament: 03/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tipi ta’ professjonijiet legali - Skozja

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fil-ġuriżdizzjoni tal-Iskozja tar-Renju Unit. Tinkludi informazzjoni dwar imħallfin, prosekuturi u avukati.

Imħallfin

Fl-Iskozja proprjament ma hemm ebda professjoni separata ta' mħallef. Avukati (solicitors u advocates) ta' esperjenza biss jistgħu jsiru mħallfin. Il-karigi ġudizzjarji fil-ġuriżdizzjoni Skoċċiża jinkludu:

  • Il-Lord President tal-Court of Session
  • Il-Lord Justice Clerk
  • Ix-Sheriff Principals li jippresedu fuq wieħed mis-sitt sheriffdoms tal-Iskozja
  • Meta jippresedu fil-Court of Session, l-imħallfin ikunu magħrufa bħala Senators of the College of Justice
  • Meta jippresjedu fil-High Court of Justiciary, l-imħallfin ikunu magħrufa bħala Lords Commissioners of Justiciary
  • Sheriffs
  • Ix-sheriffs part-time spiss jintużaw biex jissostitwixxu x-sheriffs permanenti
  • Il-Kummissarji tal-Ġustizzja huma nies mhux professjonali li jippresedu waħedhom jew fi tlitiet, flimkien ma' skrivan ikkwalifikat fil-liġi jew assessur ġuridiku fil-qrati tal-Kummissarji tal-Ġustizzja.

Prosekuturi

Organizzazzjoni

Fl-Iskozja, l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali huwa responsabbli għall-prosekuzzjonijiet kollha. Il-kap tas-servizz huwa l-Lord Advocate, li huwa wkoll Ministru tal-Gvern Skoċċiż, u d-deputat tiegħu, is-Solicitor General.

L-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali (COPFS) huwa unikament responsabbli għall-prosekuzzjoni tal-atti kriminali, l-investigazzjoni ta’ mwiet f’daqqa jew suspettużi, u kwereli kontra l-pulizija.

L-Att dwar l-Iskozja 1998 (l-Artikolu 48) jistipula li kull deċiżjoni tal-Lord Advocate (fil-kapaċità tiegħu bħala kap tas-Sistemi ta' Prosekuzzjoni Kriminali u Investigazzjoni tal-Imwiet fl-Iskozja) tittieħed minnu, indipendentement minn kull persuna oħra.

Avukati (lawyers jew advocates) ikkwalifikati biss jistgħu jsiru prosekuturi.

Rwol u dmirijiet

Il-pulizija (jew aġenziji speċjalisti ta' rapportar oħrajn, bħal HM Revenue and Customs) iwettqu investigazzjoni inizjali f’att kriminali u jissottomettu rapport lill-Prokuratur Fiskali lokali. Il-Prokuratur Fiskali jikkunsidra r-rapport u jiddeċiedi għandux jieħu azzjoni fl-interess pubbliku. Meta jieħu deċiżjoni, il-Prokuratur Fiskali jikkunsidra jekk hemmx biżżejjed evidenza u, jekk iva, liema azzjoni tkun xierqa: jiġifieri jmexxix, jużax miżura diretta (bħal multa fiskali) jew jiqafx minn kull azzjoni. F'kawżi li jiġu kkunsidrati minn ġurija, il-Prokuratur Fiskali jintervista lix-xhieda u jiġbor u jistħarreġ l-evidenza forensika u evidenza oħra qabel ma jiddeċiedi li jmexxi. Imbagħad huwa jirrapporta quddiem l-Avukat tal-Kuruna, li jiddeċiedi għandux imexxi.

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-Avukati

Advocates (Barristers)

L-advocates huma membri tal-Kamra tal-Avukati Skoċċiża. Huma għandhom id-dritt li jidhru fil-qrati Skoċċiżi kollha, għalkemm il-parti l-kbira ta' xogħolhom jinvolvi dehriet fil-qrati superjuri (il-Court of Session u l-High Court of Justiciary) u li jagħtu opinjonijiet speċjalisti dwar kwistjonijiet legali. L-advocates anzjani huma magħrufa bħala Queen's Counsel. L-advocates kollha huma membri tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFaculty of Advocates.

Solicitors (Konsulenti Legali)

Is-Solicitors huma l-aktar komuni fost il-professjonisti legali. Huma jistgħu jagħtu pariri dwar il-kwistjonijiet legali kollha u jirrappreżentaw lill-klijenti fil-qorti. Is-solicitors huma kollha membri tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society tal-Iskozja, li tippromwovi l-interessi tal-professjoni tas-solicitors u tal-pubbliku fir-rigward tal-professjoni.

Hemm ukoll solicitor-advocates, li huma wkoll membri tal-Law Society tal-Iskozja. Bħall-advocates (ara fuq) dawn jistgħu jidhru quddiem il-Court of Session u l-High Court of Justiciary.

Nutara

In-Nutara Pubbliċi huma solicitors li jirreġistraw ċerti tranżazzjonijiet u jiffirmaw dokumenti legali speċifiċi. Huma mhumiex professjoni legali separata fiha nfisha.

Avukati (attorneys) fil-qasam tal-Privattivi u l-Marki Kummerċjali

L-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali huma konsulenti speċjaliisti fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.  Huma jagħtu pariri legali f'dan il-qasam lill-klijenti, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġistrazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' privattivi, marki u disinji kummerċjali kif ukoll dwar aspetti oħra tal-PI fosthom id-drittijiet tal-awtur.  B’differenza mid-dritt ċivili u kriminali li huma iktar ġenerali, il-liġi dwar il-proprjetà intellettwali tapplika fir-Renju Unit kollu.  Litiġju dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fl-Iskozja normalment irid isir quddiem il-Court of Session peress li għandha ġuriżdizzjoni esklużiva fil-każ ta' privattivi u l-parti l-kbira tad-drittijiet l-oħrajn irreġistrati tal-IP (b'mod partikolari Marki Kummerċjali Komunitarji u Disinji Rreġistrati fil-Komunità). Hija għandha wkoll għadd ta' mħallfin speċjalizzati fil-PI u regoli speċifiċi għall-ġestjoni ta' kawża dwar PI.  L-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali jistgħu jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom quddiem il-Qorti tal-Kontea għall-Privattivi u f'appell mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tar-Renju Unit quddiem il-Qorti tal-Privattivi tal-Qorti Superjuri fl-Ingilterra u Wales.  L-avukati fil-qasam tal-privattivi bi kwalifiki għal-litiġji jista' jieħu sehem f'litiġju quddiem il-Qorti Superjuri f'Londra, imma avukati fil-qasam tal-privattivi u avukati fil-qasam tal-marki kummerċjali fil-mument ma għandhomx drittijiet biex jirrappreżentaw lill-klijenti f'litiġji dwar PI quddiem il-qrati Skoċċiżi.  Għalhekk fl-Iskozja l-litiġju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bħalissa jsir minn avukati speċjalisti fil-proprjetà intellettwali spiss b'ħidma konġunta mal-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali.

Ħafna mill-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali fl-Iskozja jaħdmu f’uffiċċji legali privati speċjalizzati, iżda wħud jaħdmu fl-industrija.

Iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaChartered Institute of Patent Attorneys (CIPA) jirrappreżenta lill-avukati fil-qasam tal-Privattivi fir-Renju Unit kollu. Ir-rwol tiegħu jinkludi d-diskussjoni mal-Gvern dwar il-leġiżlazzjoni dwar il-PI, u l-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ għall-avukati u l-apprendisti u d-diskussjoni mar-regolaturi tal-professjoni.  CIPA tara li tippromwovi l-liġi tal-PI u l-professjonijiet fil-qasam tal-PI.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInstitute of Trade Mark Attorneys (ITMA) jirrappreżenta lill-avukati fil-qasam tal-marki kummerċjali u lill-professjoni fir-Renju Unit kollu. Fost id-dmirijiet tiegħu hemm in-negozjati mal-gvern u l-ħidma biex jinfluwenza l-gvern, il-fergħa regolatorja indipendenti tiegħu (IPReg) u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn. Huwa jipprovdi edukazzjoni, taħriġ u pariri rilevanti għall-professjoni ta’ Avukat fil-qasam tal-marki kummerċjali u huwa responsabbli biex jippromwovi l-professjoni u l-PI.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntellectual Property Regulation Board (IPReg) jittratta l-materji regolatorji u dixxiplinari kollha, u jistipula, jissorvelja u jinforza l-istandards għall-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali fir-Renju Unit kollu.  Huwa jaġixxi fl-interess pubbliku u jżomm Reġistri statutorji tal-avukati fil-qasam tal-privattivi u l-marki kummerċjali, kemm jekk huma individwi kif ukoll jekk entitajiet.

Professjonijiet legali oħrajn

L-uffiċjali tax-Sheriff u l-Messaġġiera huma uffiċjali tal-qorti, responsabbli biex jinnotifikaw id-dokumenti u jeżegwixxu l-ordnijiet tal-qorti fl-Iskozja. Kemm il-messaġġiera kif ukoll l-uffiċjali tax-sheriff huma impjegati minn negozji privati u jitolbu ħlasijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni sekondarja.

L-Artikolu 60 tal-Att dwar il-Falliment u d-Diliġenza (l-Iskozja) 2007 se jħassar il-karigi tal-messaġġiera u tal-uffiċjal tax-sheriff u jissostitwihom bil-kariga ġdida ta’ Uffiċjal ġudizzjarju. L-uffiċjali ġudizzjarji jinħatru mil-Lord President tal-Court of Session, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Skoċċiża tal-Eżekuzzjoni Ċivili l-ġdida.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFaculty of Advocates, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society of Scotland, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaScottish Association of Law Centres; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaChartered Institute of Patent Attorneys, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInstitute of Trade Mark Attorneys, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntellectual Property Regulation Board

L-aħħar aġġornament: 07/10/2014

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.