Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-professjonijiet legali - Ġermanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fil-Ġermanja.


Il-professjonijiet legali

Professjonijiet Legali

Prosekutur Pubbliku (Staatsanwalt)

Rwol u dmirijiet

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika (Staatsanwaltschaft) huwa organu indipendenti mill-ġurisdizzjoni kriminali strutturat bl-istess mod bħall-qrati nnifishom. Huwa responsabbli mit-tmexxija ta' investigazzjonijiet preliminari, mill-preżentazzjoni tal-kawżi għall-prosekuzzjoni f'każijiet kriminali, u mill-infurzar ta' kundanni. Sakemm ma jkunx hemm leġiżlazzjoni li tindika l-kuntrarju, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huwa responsabbli wkoll mit-tmexxija ta' prosekuzzjonijiet għar-reati amministrattivi.

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika għandu l-obbligu li jaġixxi kull fejn ikun hemm reat li jista’ jiġi pproċessat, jekk kemm-il darba jkun hemm raġunijiet biżżejjed. Dan ifisser li prosekutur huwa obbligat jakkuża u jħarrek kull suspett jekk il-kundizzjonijiet legali jkunu sodisfatti.

Meta jwettaq investigazzjonijiet għal proċedimenti kriminali, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jifittex l-għajnuna minn partijiet oħra. Dawn il-partijiet jinkludu uffiċjali tal-pulizija, investigaturi tat-taxxa u uffiċjali tad-dwana. Dawn tal-aħħar iridu jsegwu l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika.

Il-proċedimenti tal-qorti li fihom is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jintervjeni huma essenzjalment proċedimenti kriminali. Dan jgħodd kemm għall-ewwel Istanza kif ukoll għall-proċedimenti ta’ appell.

Qabel ma każ kriminali jkun jista’ jiġi pproċessat, trid titressaq akkuża kontra l-konvenut. Bi ftit eċċezzjonijiet li jikkonċernaw offiżi żgħar, l-akkuża trid titressaq mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Prosekutur pubbliku jipparteċipa fil-kawża sussegwenti bħala rappreżentant tal-prosekuzzjoni.

Fi proċedimenti tal-Ewwel Istanza, il-prosekutur pubbliku jrid jaqra l-akkuża. Huwa għandu d-dritt li jinterroga lill-konvenut u lil kwalunwe xhud. Fi tmiem il-ġuri, il-prosekutur pubbliku jippreżenta analiżi tal-kundanna, fejn jevalwa l-fatti legali u sostantivi, u jitlob lill-Qorti biex tikkundanna lill-konvenut jew biex tilliberaħ.

Filwaqt li jagħmel dan, il-prosekutur pubbliku jrid jaġixxi b’mod imparzjali. Irid iqis kemm l-evidenza inkriminanti kif ukoll l-evidenza favur il-konvenut. Jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jkun konvint li d-deċiżjoni tal-qorti trid tiġi riveduta fuq bażi ta’ fatt jew ta’ liġi, huwa jista’ jagħmel appell – anki favur il-konvenut.

Organizzazzjoni

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huwa organizzat b'mod ġerarkiku. Għaldaqstant, l-uffiċjali tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jridu jsegwu l-istruzzjonijiet tas-superjuri tagħhom.

Minħabba s-sistema Federali fil-Ġermanja, huwa meħtieġ li wieħed jiddistingwi bejn il-kompetenzi tal-Gvern Federali u l-kompetenzi tal-Istati Federali (Länder).

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku Federali

Il-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof) huwa l-ogħla grad ta’ awtorità ta’ prosekuzzjoni fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. Il-Prosekutur Ġenerali jaġixxi bħala avukat fil-każijiet kollha ta’ reati serji kontra l-istat li jikkompromettu b’mod sinifikanti is-sigurtà interna jew esterna tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (jiġifieri reati motivati politikament, b’mod partikolari atti ta’ terroriżmu, tradiment tal-istat, jew spjunaġġ).

Il-Prosekutur Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja huwa wkoll responsabbli għall-prosekuzzjoni ta' reati relatati mal-Kodiċi tar-Reati Kontra l-Liġi Internazzjonali (Völkerstrafgesetzbuch) u jintervjeni fi proċedimenti ta’ appell u ta’ lment quddiem id-diviżjoni kriminali tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof).

Il-Prosekutur Ġenerali Federali jmexxi l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Huwa jissorvelja u jidderieġi l-prosekuturi pubbliċi Federali (Bundesanwälte), il-prosekuturi pubbliċi superjuri (Oberstaatsanwälte) u l-prosekuturi pubbliċi inferjuri (Staatsanwälte).

Min-naħa l-oħra, il-ħidma tal-Prosekutur Ġenerali Federali hija ssorveljata mill-Ministru Federali tal-Ġustizzja. Il-Ministru Federali ma jeżerċita l-ebda drittjiet ta’ superviżjoni fuq il-prosekuturi pubbliċi tal-Istati Federali, u ma jistax jagħtihom struzzjonijiet.

L-uffiċċji tal-Prosekuturi Pubbliċi tal-Istati Federali (Staatsanwaltschaften der Länder)

Il-każijiet l-oħra kollha (reati ordinarji) jiġu pproċessati mill-Uffiċċji tal-Prosekuturi Pubbliċi fl-Istati Federali. Il-Prosekutur Ġenerali Federali u l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi tal-Istati Federali huma distini u separati, u joperaw kull wieħed fil-livell tiegħu. Ma teżisti l-ebda rabta ġerarkika bejn il-livell nazzjonali u l-livell tal-Istati Federali.

Kull wieħed mis-16-il Stat Federali għandu s-servizz tiegħu ta' prosekuzzjoni pubblika, organizzati kif ġej:

Kull qorti reġjonali (Landgericht) għandha l-uffiċċju tagħha ta' prosekutur pubbliku, li huwa wkoll responsabbli għall-qrati lokali (Amtsgerichte) fid-distrett ġudizzjarju ta’ dik il-qorti reġjonali.

Kull wieħed mill-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku fil-qrati reġjonali jaqa’ taħt l-awtorità tal-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali fil-qorti reġjonali superjuri korrispondenti (Oberlandsgericht), li min-naħa tiegħu jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Istat Federali rispettiv.

L-Uffiċċji tal-Prosekutur-Ġenerali (Generalstaatsanwaltschaften) huma responsabbli għall-appelli u r-reviżjonijiet fil-qrati reġjonali superjuri. Jekk proċedimenti bħal dawn jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-prosekuzzjoni titmexxa mill-Prosekutur Ġenerali Federali.

Għal aktar informazzjoni dwar il-prosekuzzjoni pubblika, irreferi għat-taqsima dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati u l-prosekuzzjoni pubblika tal-websajt tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja. Ħafna mis-servizzi tal-prosekuzzjoni pubblika għandhom il-websajts tagħhom, li jistgħu jiġu aċċessati mill-portali dwar il-ġustizzja tal-Istati Federali.

Imħallef

Organizzazzjoni

Il-leġiżlazzjoni prinċipali li tirregola l-professjoni ta’ mħallef kemm fil-qrati nazzjonali kif ukoll fil-qrati reġjonali hija l-Att tal-Imħallfin Ġermaniżi (Deutsche Richtergesetz (DRiG)). Jinsabu aktar dispożizzjonijiet fil-liġi Ġermaniż dwar l-imħallfin.

Il-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Federali jissorveljaw il-ħidma tal-imħallfin fil-livell tal-Istat Federali. Il-ħidma tal-imħallfin fil-Qrati Federali, bl-eċċezzjoni tal-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali Federali, hija ssorveljata mill-Ministeru Federali rilevanti.

Rwol u dmirijiet

Imħallfin professjonisti u mħallfin lajċi (Berufsrichter und Laienrichter)

L-imħallfin professjonisti jew tal-karriera (Berufsrichter) iservu jew fil-qrati nazzjonali jew fil-qrati reġjonali. L-imħallfin fil-livell tal-Istat Federali jeżerċitaw dmirhom f’qorti lokali (Amtsgericht), qorti reġjonali (Landgericht) jew qorti reġjonali superjuri (Oberlandesgericht). Il-parti l-kbira tal-imħallfin jaħdmu fil-livell tal-Istat Federali.

L-imħallfin Federali (Bundesrichter) jistgħu jservu fil-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht), fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof), fil-Qorti Federali tax-Xogħol (Bundesarbeitsgericht), fil-Qorti Federali tal-Finanzi (Bundesfinanzhof), fil-Qorti Soċjali Federali (Bundessozialgericht), fil-Qorti Federali Amministrattiva (Bundesverwaltungsgericht) jew fil-Qorti Federali tal-Brevetti (Bundespatentgericht).

Fi proċedimenti kriminali, l-imħallfin professjonisti jingħaqdu mal-"imħallfin lajċi"(Laienrichter)(Schöffen). L-imħallfin laċji jissejħu minn fost iċ-ċittadini biex jeżerċitaw dan is-servizz bla ma jitħallsu. Teoretikament, persuna tista’ anki tinħatar mingħajr il-kunsens tagħha stess. Ċittadin li jinħatar bħala mħallef lajk jista’ biss jirrifjuta s-servizz f’ċirkustanzi eċċezzjonali. L-imħallfin lajċi (Schöffen) jipparteċipaw fis-seduti tal-qrati lokali u fis-seduti tal-Awla kriminali u l-Awla tal-minorenni fil-qrati reġjonali.

Fil-prinċipju, l-imħallfin lajċi għandhom l-istess drittijiet ta’ vot bħall-imħallfin professjonisti. Dan ifisser li jiddeċiedu flimkien mal-imħallfin professjonisti dwar jekk il-konvenut huwiex ħati u x’sentenza għandha tingħata.

Skont it-Taqsima 36 tal-Att dwar il-Qrati (Gerichtsverfassungsgesetz, (GVG)), l-imħallfin lajċi jiġu eletti kull ħames snin. Ċittadini Ġermaniżi biss jistgħu jagħmluha ta' mħallfin lajċi (it-Taqsima 31 GVG). Il-persuni li ġejjin huma esklużi:

  • persuni taħt is-26 sena jew 'il fuq minn 70 sena fid-data tal-bidu tal-kariga (it-Taqsima 33 GVG)
  • persuni li mhumiex residenti fid-distrett ikkonċernat
  • persuni li mhumiex adattati għall-kariga minħabba problemi ta’ saħħa
  • persuni li mhumiex adattati għall-kariga minħabba nuqqas ta’ għarfien tal-lingwa Ġermaniża
  • persuni fir-riskju ta’ insolvenza finanzjarja
  • persuni li kienu preċedentement ikkundannati jew soġġetti għal investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja (it-Taqsima 32, GVG).

L-imħallfin lajċi huma intitolati għall-kumpens ta’ telf ta’ introjtu finanzjarju, l-ammont jiġi determinat mill-Att ta’ Kumpens u Remunerazzjoni Legali ((Justizvergütungs- und –entschädigungsgesetz) (it-Taqsima 55 GVG). L-Istati Federali jipprovdu fuljetti ta’ spjegazzjoni li jinfurmaw lill-imħallfin lajċi dwar id-dmirijiet tagħhom. Dawn il-fuljetti huma ppubblikati wkoll fuq l-internet. L-Istati Federali joffru wkoll it-taħriġ għall-imħallfin lajċi

Uffiċjal ġudizzjarju (Rechtspfleger)

L-uffiċjali ġudizzjarji huma uffiċjali tal-ġudikatura Ġermaniża. Ir-rwol tagħhom – bħala “t-tieni kolonna tat-tielet setgħa” – huwa prinċipalment limitat għal kwistjonijiet mhux kontenzjużi (inklużi s-suċċessjoni, il-kustodja, kwistjonijiet varji li jikkonċernaw lit-tfal u l-adozzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-art, il-kummerċ, is-soċjetajiet kooperattivi u s-sħubiji, l-insolvenza, ir-reġistrazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet, ta' proprjetà matrimonjali, ta’ bastimenti eċċ.). Ir-responsabbiltajiet tagħhom madankollu jestendu għal għadd ta’ attivitajiet ġudizzjarji oħra, bħal pereżempju fir-rigward ta’ proċedimenti għall-ordnijiet għall-ħlas, l-għajnuna legali, ħlasijiet infurzati, bejgħ bis-subbasta sforzat u riċevituri, it-tassazzjoni tal-ispejjeż, l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, u proċedimenti quddiem il-Qorti Federali tal-Brevetti u fl-ordni legali internazzjonali.

Attwalment l-għadd ta’ uffiċjali ġudizzjarji huwa akbar mill-għadd ta’ mħallfin fil-qrati lokali. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom huma stabbiliti fl-Att tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Rechtspflegergesetz, RPflG). Fit-twettiq tad-dmirijiet u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom, l-uffiċċjali ġudizzjarji, bħall-imħallfin, huma imparzjali u indipendenti u marbuta biss bil-liġi u bl-istatut. Bħala kwistjoni ta' prinċipju, jistgħu jinġiebu l-appelli kontra d-deċiżjonijet tagħhom skont il-liġijiet proċedurali ġenerali fis-seħħ.

Bażijiet ta’ dejta legali

Bażijiet ta’ dejta fuq l-internet dedikati lill-professjonijist ġudizzjarji u li huma aċċessibbli għall-pubblika huma:

L-informazzjoni tista’ tinstab ukoll fil-paġni web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ġermaniża tal-Imħallfin (Deutscher Richterbund) u tal-(Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ġermaniża tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Bundes Deutscher Rechtspfleger).

Avukat (Rechtsanwalt)

Fil-Ġermanja hemm madwar 160 000 avukat. Dawn isegwu l-istess taħriġ legali bħall-imħallfin u jistgħu jagħtu pariri u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi kwalunkwe forma ta’ kwistjoni legali. Huma jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom kemm fl-Awla tal-Qorti kif ukoll barra mill-Qorti; skont il-liġi Ġermaniża ma teżisti l-ebda kategorija ta’ avukati li huma dedikati speċifikament għar-rappreżentanzi fil-qrati. L-intitolament tagħhom li jaġixxu fil-qorti huwa validu fil-forom tal-qrati kollha fil-Ġermanja. L-unika eċċezzjoni hija meta l-avukati jkunu jixtiequ jirrappreżentaw il-klijent tagħhom f’kawża ċivili quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, fejn jeżistu prerekwiżiti ta’ ammissjoni speċifiċi.

L-avukati huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet statutorji tal-Att Federali tal-Avukati (Bundesrechtsanwaltsordnung, BRAO). Il-professjoni legali hija wkoll awtoregolata b'aktar regoli marbutin mal-professjoni, jew b’mod aktar speċifiku, bil-Kodiċi ta’ Kondotta Professjonali tal-Avukati (Berufsordnung fur Rechtsanwälte, BORA) u bil-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati Speċjalisti (Fachanwaltsordnung, FAO). Ir-rimunerazzjoni tal-avukati hija ddeterminata permezz tal-Att ta’ Remunerazzjoni tal-Avukati (Rechtsanwaltsvergütungsgesetz, RVG).

L-avukati huma mqassma f'27 Kamra reġjonali tal-Avukati (Rechtsanwaltskammern) kif ukoll fil-Kamra tal-Avukati tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Il-Kmamar huma responsabbli għall-ammissjoni fil-professjoni legali. Barra minn hekk, huma responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-avukati biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mal-obbligi professjonali tagħhom.

Bażijiet ta’ dejta legali

Informazzjoni komprensiva dwar il-professjoni legali tinstab fuq il-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Federali tal-Avukati (Bundesrechtsanwaltskammer, BRAK). Barra minn hekk, l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni ta’ Avukati Ġermaniżi (Deutsche Anwaltverein, DAV), l-ikbar assoċjazzjoni indipendenti ta’ avukati Ġermaniżi, tipprovdi firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dwar il-professjoni legali, li tista’ tinkiseb ukoll bl-Ingliż u bil-Franċiż.

Il-websajts li ġejjin joffru wkoll l-għajnuna biex wieħed isib avukat: id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju Uffiċjali tal-Avukati Ġermaniżi (Bundesweites Amtliches Anwaltsverzeichnis), li jelenka l-avukati kollha (il-kontenut huwa bil-Ġermaniż u bl-Ingliż), u s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Federali ta' Informazzjoni dwar l-Avukati (Deutsche Anwaltauskunft).

Konsultenti għall-Brevetti (Patentanwalt

Jeżistu madwar 3 000 konsultent prattikanti fi kwistjonijet dwar il-brevetti fil-Ġermanja. Il-konsulenti f’dan il-qasam ikunu ġeneralment temmew l-istudji f’livell universitarju fix-xjenzi jew fl-affarijiet tekniċi, flimkien ma’ taħriġ legali sussidjarju. L-ambitu tal-attività tagħhom huwa llimitat għall-konsulenza u r-rappreżentanza tal-klijenti tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali (b'mod partikolari fir-rigward ta’: Brevetti, mudelli ta’ utilità, disinni industrijali u marki kummerċjali (trejdmarks), b’attenzjoni speċifika fuq il-proċeduri ta’ applikazzjoni ta’ monitoraġġ. Dawn il-konsulenti huma intitolati li jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom quddiem l-Uffiċċju Ġermaniż tat-Trejdmarks u l-Brevetti, il-Qorti Federali tal-Brevetti, u, f’ċirkostanzi speċifiċi, quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Madankollu, fil-Qrati reġjonali u l-qrati reġjonali superjuri, jistgħu biss jagħtu opinjonijiet dwar il-kawżi tal-klijenti tagħhom, u mhux jifformulaw il-konklużjonijiet

Il-konsultenti fi kwistjonijiet dwar il-brevetti huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet statutorji tal-Att tal-Konsulenti għall-Brevetti (Patentanwaltsordnung, PAO). Huma jagħmlu parti mill-Kamra tal-Konsulenti għall-Brevetti (Patentanwaltskammer).

Bażijiet ta’ dejta legali

Il-websajt dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Konsulenti għall-Brevetti (Patentanwaltskammer) tipprovdi informazzjoni dwar il-professjoni ta’ dawn il-konsulenti. Il-websajt jipprovdi wkoll direttorju tal-Konsulenti għall-Brevetti.

Nutar

Fil-Ġermanja attwalment jeżistu madwar 8 000 nutar prattikanti, li ġeneralment iridu jkunu temmew l-istess taħriġ legali bħall-imħallfin. Huma jipprovdu pariri u appoġġ indipendenti, imparzjali u oġġettivi għal tranżazzjonijiet legali importanti kif ukoll it-trattament ta' kwistjonijiet legali fil-qasam tal-ġustizzja preventiva. L-aktar kompitu importanti tagħhom huwa ċ-ċertifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet legali.

Minħabba l-istruttura Federali tal-Ġermanja, jeżistu diversi tipi ta’ nutara: Fil-parti l-kbira tal-Istati Federali, in-nutara jeżerċitaw il-kompiti tagħhom bħala l-impjieg professjonali ewlieni tagħhom (Nutara li jeżerċitaw professjoni unika) (Nurnotariat). Madankollu, f’xi Stati Federali, il-kompiti ta’ nutara jitwettqu flimkien mal-ħidma ta’ avukat (Nutara li jagħmluha ta’ avukati wkoll) (Anwaltsnotariat). Fl-Istat Federali ta’ Baden-Württemberg jeżistu wkoll nutara li huma ħaddiema taċ-ċivil (Amtsnotare; dan japplika sal-2017). In-nutara kollha jinħatru u huma ssorveljati mill-Awtorità Ġudizzjarja Reġjonali rispettiva tagħhom (Landesjustizverwaltung).

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-professjoni tan-nutara jinstabu fl-Att Federali tal-Nutara (Bundesnotarordnung, BNotO). Ir-remunerazzjoni tan-nutara hija ddeterminata mill-Att dwar l-Miżati (Kostenordnung, KostO).

In-nutara huma membri tal-Kamra tan-Nutara reġjonali rispettiva tagħhom.

Bażijiet ta’ dejta legali

Informazzjoni komprensiva dwar diversi suġġetti relatati mal-professjoni tan-nutara tista’ tinstab fil-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra Federali tan-Nutara (Bundesnotarkammer). Fuq dan il-websajt, id-Direttorju tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNutara huwa wkoll ta' għajnuna meta wieħed ikollu bżonn ifittex nutar. L-informazzjoni tista’ tinkiseb bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Ispanjol.

Professjonijiet Legali Oħra

Professjonijiet legali ddefiniti fl-Att tas-Servizzi Legali (Rechtsdienstleistungsgesetz)

L-Att tas-Servizzi Legali jagħmilha possibbli għall persuni li jiġbru d-djun, għall-konsulenti tal-pensjonijiet u għall-fornituri tas-servizz legali bi speċjalizzazzjoni fil-liġi barranija li jipprovdu servizzi legali ekstraġudizzjarji. F'ċerti każijiet, il-persuni li jiġbru d-djun u l-konsulenti tal-pensjonijiet jistgħu wkoll jirrappreżentaw il-klijenti tagħhom quddiem il-qorti. Il-prerekwiżit għat-twettiq ta’ din l-attività huwa reġistrazzjoni, li l-approvazzjoni għaliha tinkiseb mill-qorti jekk issir talba għaliha. L-ismijiet tal-persuni rreġistrati huma elenkati fir-Reġistru tas-Servizzi Legali.

Ma hemm l-eba rekwiżit legali għal dawn il-fornituri reġistrati tas-servizzi li jridu jappartjenu lil Kamra jew assoċjazzjoni professjonali speċifika. Il-professjonijiet ta’ ġbir ta’ dejn u konsultazzjoni tal-pensjonijiet huma parzjalment koordinati minn firxa ta’ entitajiet professjonali. L-akbar entitiajiet huma l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Aġenziji għall-Ġbir ta’ Dejn (Bundesverband Deutscher Inkassounternehmen), l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Eżekuttivi Legali/Fornituri tas-Servizzi Legali (Bundesverband Deutscher Rechtsbeistände/Rechtsdienstleister) u l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-konsulenti tal-pensjonijet (Bundesverband der Rentenberater).

Bażijiet ta’ dejta legali

Huwa possibbli li wieħed jikkonsulta r-Reġistru tas-Servizzi Legali, li jinkludi lista tal-fornituri tas-servizzi legali u l-qorti responsabbli għall-reġistrazzjoni, permezz tal-portal ġudizzjarju Ġermaniż. Tista’ tinkiseb firxa wiesgħa ta’ aktar informazzjoni mis-siti tal-internet tal-organizzazzjonijiet li ġejjin: (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Aġenziji tal-Ġbir tad-Djun (Bundesverband Deutscher Inkassounternehmen), l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ġermaniża tal-Eżekuttivi Legali/Fornituri tas-Servizz Legali (Bundesverband Deutscher Rechtsbeistände/Rechtsdienstleister), (l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ġermaniża tal-Konsulenti tal-Pensjonijiet (Bundesverband der Rentenberater).

Organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi legali mingħajr ħlas

Fil-Ġermanja, għadd ta’ organizzazjonijiet karitattivi jipprovdu pariri legali mingħajr ħlas (f’konformità mat-Taqsimiet 6 u 8 tal-Att dwar is-Servizzi Legali). Uħud minn dawn l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti huma:

Ħoloq Relatati mas-Suġġett

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Portal Konġunt dwar il-Ġustizzja tal-Gvern Federali u tal-Länder

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium der Justiz)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Ġermaniż (Deutsches Bundesministerium der Justiz)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Hamburg (Justizministerium Hamburg)<0}

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Berlin (Justizministerium Berlin)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Bavarja (Justizministerium Bayern)<0}

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Imħallfin (Deutscher Richterbund)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Avukati (Deutsche Rechtsanwaltskammer)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Direttorju Uffiċjali tal-Avukati li jkopri l-Ġermanja kollha (Bundesweites Amtliches Anwaltsverzeichnis)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniżi (Deutscher Anwaltverein)<0}

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi ta’ informazzjoni dwar l-Avukati fil-Ġermanja (Deutsche Anwaltsauskunft)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kamra tal-Avukatura tal-Brevetti (Patentanwaltskammer)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ Nutara

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kamra Federali tan-Nutara (Bundesnotarkammer)

Punt ta’ Informazzjoni għall-Fornituri tas-Servizz Legali Reġistrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali tal-Ħaddiema Ġermaniżi (Arbeiterwohlfahrt Bundesverband)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCaritas

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDiakonie

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ċentrali tal-Lhud dwar il-Protezzjoni Soċjali (Zentralwohlfahrtstelle der Juden in Deutschland)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Assoċjazzjoni Ġermaniża tas-Salib l-Aħmar (Deutsches Rotes Kreuz)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni ta’ Protezzjoni Soċjali Mhux Denominattiva (Paritätischer Wohlfahrtsverband)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/04/2013