Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-professjonijiet legali - Danimarka

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: id-Daniż diġà ġew tradotti.

Din il-paġna tipprovdilek ħarsa ġenerali dwar il-professjonijiet legali fid-Danimarka.


Il-professjonijiet legali

Il-prosekuturi

Organizzazzjoni

Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Daniż jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jirregola lill-prosekuturi pubbliċi. Is-servizz huwa magħmul minn Direttur tal-Prosekuturi Pubbliċi, il-Prosekuturi Pubbliċi u l-Kapijiet tal-Pulizija.

Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (prosekutur ġenerali) iressaq każijiet kriminali quddiem il-Qorti Suprema u, barra minn hekk, jipparteċipa fis-smigħ quddiem il-Kummissjoni tar-Reviżjoni ta’ Każijiet Kriminali.

Il-prosekutur ġenerali jiġi fuq il-prosekuturi l-oħra u jissorvelja x-xogħol tagħhom. Hi jew hu t/jipproċessa wkoll ilmenti dwar deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-prosekuturi pubbliċi fl-ewwel istanza.

Rwol u dmirijiet

Il-kompiti u l-organizzazzjoni tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni huma deskritti fil-Parti 10 (l-artikoli 95-107) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tad-Danimarka.

Huwa d-dmir tas-servizz tal-prosekuzzjoni, flimkien mal-pulizija, li jipprosegwixxu r-reati skont dan l-Att. Il-artikolu 96(2) jipprovdi li s-servizz tal-prosekuzzjoni jipproċedi bil-każ skont il-ħeffa tan-natura tiegħu. F’dan ir-rigward, is-servizz tal-prosekuzzjoni jrid jiżgura li dawk li huma responsabbli għall-kastig jiġu mħarrka u mhux l-innoċenti (‘il-prinċipju tal-oġġettività’).

Sitt prosekuturi pubbliċi reġjonali jmexxu każijiet kriminali – każijiet t’appell u każijiet b’ġuri – quddiem il-qrati superjuri filwaqt li jissorveljaw it-trattament ta’ każijiet kriminali mill-kapijiet tal-pulizija. Barra minn hekk, il-prosekuturi pubbliċi reġjonali jipproċessaw ilmenti kontra deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-kapijiet tal-pulizija rigward il-prosekuzzjoni. Fl-aħħar nett, il-prosekuturi pubbliċi jittrattaw każijiet ta’ kumpens fir-rigward ta’ prosekuzzjoni kriminali u lmenti kontra l-pulizija.

Il-Prosekutur Pubbliku għal Reati Ekonomiċi Serji huwa responsabbli biex imexxi l-prosekuzzjoni f’każijiet ta’ reati finanzjarji serji ta’ livell nazzjonali.

Il-Prosekutur Ewlieni għal Reati Internazzjonali Serji għandu r-responsabbiltà nazzjonali biex imexxi l-prosekuzzjoni barra mill-pajjiż fir-rigward ta’ reati kriminali internazzjonali. Dan jinkludi każijiet li jikkonċernaw ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.

Il-Kapijiet tal-Pulizija jaġixxu bħala prosekuturi quddiem il-qrati tal-belt (l-ewwel istanza) u għaldaqstant – barra milli jamministraw il-forza tal-pulizija – huma responsabbli għall-inkjesti u l-investigazzjonijiet li jkunu twettqu mill-pulizija tad-distrett u mill-operat tas-servizz tal-prosekuzzjoni lokali.

L-Imħallfin

Organizzazzjoni

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Daniż għall-Ħatriet Ġudizzjarji jissottometti r-rakkomandazzjonijiet lill-Ministeru tal-Ġustizzja għall-ħatriet ġudizzjarji kollha ħlief għal dik ta’ president tal-Qorti Suprema. Fil-prattika, il-Ministru tal-Ġustizzja dejjem isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-kunsill.

Kwistjonijiet dixxiplinarji li jikkonċernaw lill-imħallfin jew lill-impjegati legali oħra li jaħdmu fil-qrati jiġu ttrattati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Speċjali għall-Akkużi u r-Reviżjonijiet.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni tal-Qorti Daniża għandha r-responsabbiltà ġenerali għat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-impjegati legali tal-qrati.

Rwol u dmirijiet

L-imħallfin professonali fid-Danimarka normalment ma jkunux speċjalizzati f’xi qasam legali wieħed. Dawn jista’ jkollhom pożizzjoni permanenti jew inkella waħda temporanja (‘konstitueret’). L-assistenti mħallfin u d-deputati mħallfin normalment jittrattaw każijiet li jkunu inqas komprensivi (bħal dawk li jitressqu mill-bailiffs).

L-imħallfin onorarji jipparteċipaw, b’xi ftit eċċezzjonijiet importanti, fil-każijiet kriminali kollha li jinstemgħu fil-qrati tal-ewwel u tat-tieni istanza. F’każijiet ċivili tal-ewwel u tat-tieni istanza, jistgħu jiġu mistiedna assessuri onorarji esperti sabiex jassistu. L-imħallfin onorarji u l-assessuri onorarji esperti jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq:

Il-paġna web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Daniża tal-Imħallfin

Il-paġna web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Assistenti Imħallfin

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-avukati

Avukati

Avukati bi prattika privata

L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Avukatura u l-Liġi ġiet stabbilita fl-1919. L-avukati Daniżi kollha (advokater) iridu jkunu membri fiha.

L-avukat impjegat u l-avukati apprendistati

FAAF hija assoċjazzjoni ta’ avukati impjegati u ta’ avukati apprendistati, liema assoċjazzjoni taqa’ taħt l-assoċjazzjoni Daniża tal-avukati u l-ekonomisti (DJØF). Id-DJØF hija l-ikbar trejdjunjin u organizzazzjoni ta’ interess fid-Danimarka kemm għall-istudenti kif ukoll għall-impjegati kollha fl-oqsma tal-liġi, l-amministrazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika, ir-riċerka, l-edukazzjoni, il-komunikazzjoni, l-ekonomija, kif ukoll ix-xjenzi politiċi u soċjali. Din għandha madwar 50 000 membru li jaħdmu f’dawn l-oqsma. Minn madwar 1500 membru tal-FAAF, 900 huma avukati bi prattika privata.

Konsulenti legali interni

Avukati interni ma jiffumawx biss parti mill-Assoċjazzjoni Daniża tal-Avukaturi u l-Liġi iżda jistgħu jagħżlu wkoll li jsiru membri tal-assoċjazzjoni tal-konsulenti legali interni (Danske Virksomhedsjurister – DVJ). Illum madwar żewġ-terzi tal-membri tal-assoċjazzjoni DVJ għandhom iċ-ċertifikat ta’ avukat prattikanti. Id-DVJ ġeneralment tirrappreżenta l-interessi professjonali tal-konsulenti legali interni. Din taħdem ukoll sabiex tippromwovi l-għarfien u l-fehma tal-pożizzjoni u tal-importanza li qed tiżdied tal-konsulent legali intern kemm lill-komunità kummerċjali, l-awtoritajiet, l-NGOs kif ukoll lis-soċjetà ġenerali. Id-DVJ hija membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Avukati tal-Kumpaniji (ECLA).

L-avukati bi prattika privata vs. l-avukati interni

Fid-Danimarka, l-avukati interni/konsulenti legali li għandhom ċertifikat ta’ prattika jaqgħu eżattament taħt l-istess regolamenti bħall-avukati li jipprattikaw b’mod privat. L-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ma jiddistingwix bejn iż-żewġ kategoriji ta’ avukati, u t-tnejn huma inklużi fl--Assoċjazzjoni Daniża tal-Avukaturi u l-Liġi.

Dan ifisser li, b’mod ġenerali, l-avukati interni għandhom l-istess status legali bħal avukati oħra fir-rigward ta’ kodiċi ta’ mġiba, kunfidenzjalità professjonali, il-kunfidenzjalità bejn il-klijent u l-avukat, il-privileġġ legali u l-bqija. Madankollu, l-ambitu tal-kodiċi ta’ mġiba ġie miżjud sabiex jiżgura li dan ikun japplika għall-avukati interni, b’modifikazzjonijiet sabiex ikunu koperti l-kundizzjonijiet speċjali li fihom dawn jaħdmu.

Għaldaqstant, il-privileġġ legali għall-avukati interni huwa rregolat bl-istess regoli bħal dawk li japplikaw għall-avukati li jipprattikaw b’mod privat. Madankollu, jekk il-limitu applikat għall-avukati interni huwiex l-istess jew inferjuri milli għall-avukati l-oħra għad irid jiġi vverifikat fil-qorti.

L-unika eċċezzjoni għall-kwistjoni dwar l-istatus legali indaqs jikkonċerna lil min l-avukat intern jista’ jirrappreżenta taħt iċ-ċertifikat ta’ prattika tiegħu/tagħha bħala avukat. Il-possibbiltà legali li jaġixxi bħala avukat intern qed tkun ikkunsidrata bħala eċċezzjoni taċita għall-Artikolu 124 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, li jirregola għal-liema tip ta’ kumpanija l-avukat jista’ jaġixxi.

Għalhekk, sakemm l-avukat intern ikollu prattika legali separata mill-impjieg tiegħu/tagħha, hu/hi j/tista’ j/tapplika t-titolu ta’ avukat biss meta dan/din j/tirrappreżenta lill-kumpanija jew lill-organizzazzjoni li qed timpjega. Jiġifieri, jekk min iħaddem jitlob lill-avukat intern sabiex jagħti parir legali lil xi klijent jew membru, it-titolu ta’ avukat ma jkunx jista’ jiġi invokat meta jkun qed jagħmel dan, sakemm l-avukat intern ikollu prattika legali li tkun separata mill-impjieg tiegħu/tagħha, u jgħin lill-klijent jew lill-membru fil-kapaċità ta’ prattika privata tiegħu jew tagħha,

Madankollu, jekk l-avukat intern ma jkollux prattika legali separata mill-impjieg tiegħu/tagħha, u jekk dan/din i/tforni lill-klijent jew lill-membru b’parir legali, u l-klijent jew il-memebru ikun konsumatur, u l-parir legali jingħata għal finijiet kummerċjali, il-liġi dwar il-parir legali tapplika għall-attività tal-avukat intern b’eċċezzjoni waħda: din ma tapplikax għall-parir legali li jingħata mill-unjons jew minn organizzazzjoni mhux governattiva. Ir-raġuni għal din l-eċċezzjoni hija li dan il-parir ma jiġix offrut għal finijiet kummerċjali u ġeneralment jitqies bħala aċċessorju għas-servizz ta’ membru ordinarju, li jkun relatat mal-finijiet tal-unjon.

Il-parir legali mogħti lil konsumatur individwali mill-impjegat ta’ unjon (li jkollu ċeritifkat ta’ prattika legali) għalhekk huwa rregolat biss bir-regoli ġenerali tal-kumpens f’relazzjonijiet mhux kuntrattwali, u huwa rregolat biss b’mod indirett bil-Kodiċi ta’ Mġiba Daniż. Dan tal-aħħar jipprovdi li, skont l-artikolu 126 (4) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, avukat ma jistax (barra l-kompiti professjonali/legali tiegħu jew tagħha) iwettaq mġiba mhux xierqa bħala avukat f’materji ta’ natura kummerċjali jew finanzjarja.

Il-liġi dwar il-parir legali

Minn Lulju tal-2006 ’il hawn, il-parir legali mogħti lil konsumaturi għal finijiet kummerċjali kien oġġett ta’ regolament separat – minkejja l-isfond edukattiv tal-konsulent legali. B’mod espliċitu l-liġi ma tapplikax għal parir legali mogħti minn avukati bħala parti mill-prattika legali indipendenti tagħhom. Dan lanqas ma japplika għal parir legali mogħti minn trejd unjons jew NGOs, peress li tali parir ma jiġix ikkunsidrat bħala wieħed ta’ natura kummerċjali (ara aktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-parir legali fornut minn operaturi finanzjarji jaqa’ barra l-ambitu tal-liġi sakemm l-operatur finanzjarju jkun soġġett għall-kodiċijiet ta’ mġiba maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Kummerċjali.

Madankollu, kif issemma diġà, dan mhuwiex l-istess bħal meta jingħad li parir legali fornut minn persuna b’ċertifikat ta’ prattika bħala avukat mhuwiex irregolat bil-liġi. Jekk konsulent intern b’ċertifikat ta’ prattika ta’ avukat jagħti parir legali lil konsumatur (u għalhekk xi ħadd ieħor għajr min iħaddmu/iħaddimha) u dan il-konsulent legali ma jkollux il-prattika legali fil-ġenb, dan is-servizz jaqa’ taħt l-ambitu tal-liġi dwar il-parir legali jekk dan jiġi kkunsidrat li jkun ingħata għal finijiet kummerċjali.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-liġi dwar il-konsulenti legali jistgħu jiġu deskritti kif ġej:

  • Konsulent legali għandu jġib ruħu/ha f’manjiera li tkun konsistenti mal-kodiċi ta’ mġiba. Dan jinkludi t-twettiq tad-dmirijiet tiegħu/tagħha sew, b’mod kuxjenzjuż u konsistenti billi jikkunsidra l-interessi tal-klijent. Il-parir irid jingħata bil-prontezza meħtieġa.
  • Il-ftehimiet dwar id-dispożizzjoni ta’ parir legali iridu jkunu bil-miktub.
  • Konsulent legali huwa obbligat sabiex iwarrab l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà professjonali, iżda kwalunkwe informazzjoni għal dan il-għan trid tiġi inkluża fil-ftehim dwar id-dispożizzjoni ta’ parir legali.
  • Konsulent legali għandu jinforma lill-klijent dwar il-prezz tal-parir legali
  • Konsulent legali jista’ ma jirċevix proprjetà ta’ trust
  • Konsulent legali jista’ ma jassistix klijent meta hu/hi jkollu/ha interess personali jew finanzjarju partikolari fl-eżitu tal-każ
  • Konsulent legali huwa soġġett għal kodiċi ta’ mġiba maħruġ mill-Ministru tal-Ġustizzja. L-osservanza tiegħu/tagħha tal-liġi u tal-kodiċi ta’ mġiba huwa soġġett għas-superviżjoni tal-Ombudsman tal-Konsumatur

Bażijiet tad-dejta legali

Din l-informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-Assoċjazzjoni Daniża tal-Avukaturi u l-Liġi .

Is-sit iforni informazzjoni bl-Ingliż dwar il-professjoni legali Daniża. Din fiha wkoll direttorju (bid-Daniż) ta’ avukati prattikanti.

Professjonijiet legali oħra

Organizzazzjonijiet li jfornu servizzi legali pro bono

Fid-Danimarka kollha jeżistu ċentri ta’ assistenza legali. Kulmin ikun qed ifittex parir legali jista’ jikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija għall-Affarijiet Ċivili, li tirreferih/ha għall-eqreb ċentru. L-indirizz huwa:

The Civil Affairs Agency

Gyldenløvesgade 11, 2.

1600 Copenhagen V

Telefon: +45 33 92 33 34,

Fax: +45 39 20 45 05

E.mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacivilstyrelsen@civilstyrelsen.dk

Tnejn-Ħamis 10 AM sat-3 PM, Ġimgħa 10 AM sas-2 PM


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 01/05/2010