Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-professjonijiet legali - Greċja

Din il-paġna tagħti ħarsa lejn il-professjonijiet legali fil-Greċja.

Prosekuturi

Imħallfin

Avukati

Solicitors/Konsulenti Legali

Nutara

Bailiffs

Skrivana


Il-professjonijiet legali

Il-Prosekuturi

Organizzazzjoni

Bħala awtoritajiet ġudizzjarji, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku(εισαγγελίες) jappartjenu lill-fergħa ġudizzjarja tal-gvern u jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-prosekuturi pubbliċi (εισαγγελείς) jibbenefikaw minn indipendenza operazzjonali u personali.

Kull qorti, ħlief il-qrati kriminali tal-pulizija tad-distrett (πταισματοδικεία), għandha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku li jopera bħala awtorità ġudizzjarja indipendenti, li d-dmirjiet tagħha jikkonsistu essenzjalment fil-preparazzjoni tal-proċeduri kriminali. Id-dmir ewlieni tal-prosekutur pubbliku huwa li jibda l-proċeduri ġuridiċi, jissorvelja l-investigazzjonijiet u jressaq l-appelli.

Fil-Greċja, il-prosekuturi pubbliċi mhuma speċjalizzati fl-ebda qasam.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali tas-servizz għar-regolament tal-prosekuturi pubbliċi.

Mhemmx sit elettroniku iddedikat għal din il-professjoni. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jinsabu għand il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

L-irwol u d-dmirijiet prinċipali

Il-prosekuturi pubbliċi huma responsabbli biex:

(a) jagħmlu l-investigazzjonijiet preliminari;

(b) jagħtu bidu għall-proċedimenti ġuridiċi;

(c) jinterrogaw lill-persuni involuti fil-każ;

(d) jissorveljaw l-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati;

(e) jippreżentaw proposti lill-kunsilli u l-qrati ġudizzjarji;

(f) iressqu l-appelli;

(g) jinfurzaw is-sentenzi kriminali u jgħinu fl-infurzar tal-ordnijiet ta' infurzar;

(h) jissorveljaw il-ħabsijiet;

u affarijiet relatati oħra stabbiliti bil-liġi.

Il-prosekuturi pubbliċi huma riveduti mill-imħallfin u l-prosekuturi pubbliċi anzjani tal-Qorti Suprema, kif stabbilit bil-liġi.

L-Imħallfin

Organizzazzjoni

Il-ġustizzja hija amministrata mill-qrati ffurmati minn imħallfin ordinarji (τακτικοί δικαστές) li jgawdu indipendenza operattiva u personali.

Fil-qadi tad-dmirijiethom, l-imħallfin (δικαστές) iwieġbu biss lill-Kostituzzjoni u l-liġijiet u ma għandhomx jikkonformaw ma' kwalunkwe dispożizzjoni li tikser il-Kostituzzjoni.

L-imħallfin ordinjarji huma riveduti mill-imħallfin superjuri u mill-Prosekutur Pubbliku u d-Deputati Prosekuturi Pubbliċi (Αντεισαγγελείς) tal-Qorti Suprema (Άρειος Πάγος), kif imfissra mil-liġi.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol tal-imħallfin.

Mhemmx sit elettroniku speċjali għall-imħallfin. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jinsabu għand il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-Avukati

Barristers (l-avukati li jipprattikaw il-qorti)/Avukati

Fil-Greċja, il-barristers/avukati (δικηγόροι) huma impjegati tal-gvern mingħajr ħlas u ma għandhomx għalfejn ikunu speċjalizzati f'xi kamp partikolari.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-professjoni.

Hemm 63 assoċjazzjoni tal-avukati (δικηγορικοί σύλλογοι) fil-Greċja – waħda f'kull sede tal-qorti tal-prim'istanza (πρωτοδικείο).

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem jissorvelja l-assoċjazzjonijiet tal-avukati kollha fil-pajjiż.

Bażi tad-dejta ġuridiċi

L-informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Griega, iżda l-aċċess huwa riservat għall-membri ta' kull Assoċjazzjoni.

Solicitors (avukati li ma jidhrux il-qorti)/Konsulenti Legali

Fil-Greċja, l-avukati jaġixxu wkoll bħala konsulenti legali (νομικοί σύμβουλοι).

Bażi tad-dejta ġuridiċi

L-informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjonital-Avukati Griega, iżda l-aċċess huwa ristrett għall-membri ta' kull Assoċjazzjoni.

L-informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Griega, iżda l-aċċess huwa limitat.

In-Nutara

In-Nutara (συμβολαιογράφοι) huma impjegati tal-gvern mhux imħallsa bid-dmir ewlieni li jippreparaw u jżommu rakkmandazzjonijiet ġuridiċi miktuba u atti ta' prova u dikjarazzjonijiet tal-partijiet interessati meta dawn id-dokumenti jkunu rikjesti bil-liġi jew meta l-partijiet jixtiequ li d-dokumenti jsiru uffiċjali.

Fil-Greċja, in-nutara mhuma speċjalizzati fl-ebda qasam.

B'Digriet Presidenzjali, hemm mill-inqas post għal nutar fis-sede ta' kull qorti ċivili tad-distrett (ειρηνοδικείο).

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nutara.

Hemm disa' Assoċjazzjonijiet tan-Nutara Pubbliċi (συμβολαιογραφικοί σύλλογοι) fil-Greċja, li jaħdmu fis-sede tal-qrati tal-appell (εφετεία) li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni tal-professjoni (hemm disa' assoċjazzjonijiet fil-Greċja).

L-assoċjazzjonijiet tan-nutara huwa sorveljati mill-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Informazzjoni dwar in-nutara tinsab fuq is-sit elettroniku tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Griega tan-Nutara (Συντονιστική Επιτροπή Συμβολαιογραφικών Συλλόγων Ελλάδας) u fuq is-sit elettroniku tad-Direttorju Ewropew tan-Nutara tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE).

Professjonijiet oħra legali

Bailiffs

Il-Bailiffs (δικαστικοί επιμελητές) huma impjegati tal-gvern mhux imħallsa.

Il-Bailiffs huma responsabbli:

(a) għan-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji u extra ġudizzjarji;

(b) għall-infurzar ta' ordnijiet ta' infurzar kif imsemmija fl-Artikolu 904(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, jiġifieri (a) sentenzi finali u sentenzi li għaddew in ġudikat u li ġew iddikjarati provviżorjament infurzabbli minn qorti Griega, (b) deċiżjonijiet ta' arbitraġġ, (c) rekords tal-qrati Griegi li fihom ftehim jew ftehim dwar l-ispejjeż tal-qorti, (d) dokumenti bin-nutar, (e) ordni għal pagament maħruġa minn imħallfin griegi u "ordnijiet ta' żgumbrament", (f) atti barranin iddikjarati eżegwibbli u (g) ordnijiet u atti ġuridiċi rikonoxxuti bħala eżegwibbli. u

(c) għal dmirijiet relatati oħra stabbiliti bil-liġi.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bailiffs.

Hemm tmien assoċjazzjonijiet tal-bailiffs (σύλλογοι δικαστικών επιμελητών) fil-Greċja.

Skrivana

Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Transparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati tal-qrati Griegi.

BailiffsPDF(378 Kb)en

SkrivanaPDF(379 Kb)en

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Piraeus

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Griega tan-Nutara

L-Assoċjazzjoni tan-Nutara ta' Thessaloniki


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018