Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-professjonijiet legali - L-Ingilterra u Wales

Din il-paġna tagħti ħarsa ġenerali ta' wħud mill-professjonijiet legali ewlenin fl-Ingliterra u Wales taħt il-ġuriżdizzjoni tar-Renju Unit. Tinkludi informazzjoni dwar imħallfin, prosekuturi u tipi differenti ta' avukati.


Il-professjonijiet legali

Il-Ġudikatura

Fis-sistema ġudizzjarja tal-Ingilterra u Wales, jippresjedu fid-diversi qrati u tribunali fl-Ingilterra u Wales imħallfin bi status ġudizzjarju differenti kemm f'karigi full-time u part-time . Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-ġudikatura fl-Ingilterra u Wales fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠudikatura tal-Ingilterra u Wales.

 

 

 

 

L-imħallfin full-time

  • Lord Chief Justice – il-Lord Chief Justice huwa l-Kap tal-Ġudikatura tal-Ingilterra u ta’ Wales u l-President tal-Qrati tal-Ingilterra u Wales. Ir-rwol ta’ President tal-Qrati beda fit-3 ta’ April 2006 meta l-funzjonijiet ġudizzjarji tal-Lord Chancellor ġew trasferiti lil-Lord Chief Justice skont l-Att dwar ir-Riforma Kostituzzjonali tal-2005. Il-Lord Chief Justice huwa wkoll il-Kap ta’ Ġustizzja Kriminali.
  • Il-kapijiet tad-diviżjoni – erba’ mħallfin anzjani jmexxu l-ġuriżdizzjonijiet l-oħra: il-Master of the Roles (Ċivili); il-President tal-Queen's Bench Division; il-President tat-Taqsima tal-Familja, u l-Kanċillier tal-High Court (Chancery). Għal aktar informazzjoni ara s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠudikatura tal-Ingilterra u Wales.
  • Il-Lords Justices of Appeal jippresjedu fil-Qorti tal-Appell, li tisma' kemm kawżi ċivili kif ukoll kriminali.
  • L-Imħallfin tal-High Court jippresjedu fil-High Court, fejn jinstemgħu l-aktar kawżi ċivili kumplessi. Dawn l-imħallfin jisimgħu wkoll l-aktar kawżi kriminali serji u sensittivi fil-Crown Court (pereżempju dwar qtil).
  • Is-Circuit Judges normalment jisimgħu kawżi kriminali, ċivili u tal-familja.
  • Id-District Judges jisimgħu kawżi ċivili. Il-biċċa l-kbir tax-xogħol tagħhom isir bil-bibien magħluqa (mhux fi proċessi miftuħa għall-pubbliku). Għandhom ukoll is-setgħa li jisimgħu kull kawża f'qorti tal-kontea, b'limitu li jisimgħu kawża taħt ammont speċifiku (li jiġi rivedut minn żmien għal żmien): il-kawżi li jaqbżu l-limitu normalment jinstemgħu minn imħallef tas-circuit. L-imħallfin distrettwali jisimgħu aktar minn 80 fil-mija tal-kawżi ċivili kontenzjużi fl-Ingilterra u Wales.
  • Id-District Judges (il-qrati tal-maġistrati) jippresjedu fil-qrati tal-maġistrati u jisimgħu it-tip ta' kawżi li ssoltu jisimgħu il-maġistrati (ara aktar 'l isfel). Madankollu, huma jassistu partikolarment f'kawżi li jikkonċernaw kwistjonijiet aktar kumplessi u fit-tul.
  • Il-High Court Masters u Registrars huma mħallfin tal-proċedura li jisimgħu il-maġġoranza tal-kawżi ċivili tac-Chancery u l-Queen’s Bench tal-High Court.

L-imħallfin part-time

L-imħallfin part-time normalment jinħatru għal perjodu ta' mhux inqas minn ħames snin, soġġetti għal-livell limitu tal-età rilevanti. It-tipi ewlenin ta' mħallfin part-time huma:

  • Id-Deputy High Court Judges, li jippresjedu f'waħda jew aktar taqsimiet tal-High Court.
  • Ir-Recorders li għandhom ġuriżdizzjoni simili għal dik tas-circuit judges, għalkemm ġeneralment huma jisimgħu l-kawżi inqas serji u kumplessi li jitressqu quddiemhom.
  • Id-Deputy District Judges li jippresjedu fil-qrati tal-kontea u fir-reġistri distrettwali tal-High Court. Huma jisimgħu l-inqas kawżi kumplessi li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-imħallfin distrettwali.
  • Ix-xogħol tad-Deputy District Judges (Qrati tal-Maġistrati) huwa simili għal dak tal-kontropartijiet full-time tagħhom.
  • Id-Deputy High Court Masters and Registrars għandhom xogħol simili għal dak tal-kollegi full-time tagħhom fil-High Court.

Il-ġudikanti tat-Tribunali

It-tribunali jisimgħu kważi 800 000 kawża fis-sena dwar varjetà kbira ta' kwistjonijiet, bħal pereżempju t-taxxa, il-pensjonijiet jew l-immigrazzjoni.

It-tribunali normalment huma f’forma ta’ bord, li jinkludi chairperson tat-tribunal ikkwalifikat fil-liġi jew imħallef, megħjun minn membri lajċi tal-bord b'oqsma speċifika ta' esperjenza. Ma hemmx ġurija u l-ġudikant tat-tribunal ma għandux is-setgħa jibgħat lill-parti t-telliefa l-ħabs. Ir-rwol prinċipali tagħhom huwa li jippruvaw jiksbu b'suċċess soluzzjoni għad-diffikultajiet u, f'ċerti każijiet, jieħdu deċiżjoni fuq l-ammont ta' kumpens jew rimedju li għandu jingħata lill-parti rebbieħa.

Il-Maġistrati

Il-maġistrati, magħrufa wkoll bħala "kummissarji tal-ġustizzja" jew "JPs", jisimgħu 95 fil-mija tal-kawżi kriminali fl-Ingilterra u Wales. Aktar minn 30 000 maġistrat jaqdu dmirijiethom f'żoni lokali u normalment jippresedu mill-inqas 26 nofstanhari fis-sena. Ma hemmx għalfejn ikunu kwalifikati fil-liġi u ma jitħallsux.

Normalment jippresedu bħala ħaġa waħda fuq "bord" ta' tlieta, fejn wieħed minnhom huwa mħarreġ biex jaġixxi bħala chairperson, billi jgħin jiggwida l-bord fix-xogħol tiegħu u billi jitkellem f'ismu. "Bord" dejjem jiġi assistit minn skrivan bi kwalifiki fil-liġi sabiex jagħti pariri dwar il-liġi u l-proċedura.

Il-maġistrati jisimgħu l-kawżi kriminali relattivament inqas serji. Dawn jinkludu s-serq sempliċi, dannu kriminali, id-diżordni pubbliku u r-reati bil-karozzi. Jisimgħu wkoll firxa ta' kwistjonijiet li jaffettwaw lill-familji u t-tfal u l-applikazzjonijiet għal-liċenzji.

Il-Prosekuturi

Organizzazzjoni

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service (CPS) huwa awtorità indipendenti responsabbli mill-prosekuzzjoni tal-kawżi kriminali li ġew investigati mill-pulizija fl-Ingilterra u Wales. L-awtorità hija mmexxija wkoll mill-Avukat Ġenerali, li huwa responsabbli lejn il-Parlament għas-CPS. L-Ingilterra u Wales huma maqsuma fi 42 qasam ta' prosekuzzjoni, kull waħda minnhom immexxija minn kap prosekutur tal-kuruna. Barra minn hekk, hemm erba’ taqsimiet nazzjonali speċjalizzati: għall-kriminalità organizzata, għar-reati speċjali, għal kontra t-terroriżmu u s-servizz tal-prosekuzzjoni kontra l-frodi. Servizz tat-telefown imsejjaħ CPS Direct jipprovdi pariri u deċiżjonijiet barra l-ħinijiet tax-xogħol lill-uffiċjali tal-pulizija fl-Ingilterra u Wales.

Is-CPS huwa mmexxi mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (DPP) li jieħu deċiżjonijiet dwar l-aktar kawżi kumplessi u sensittivi u jagħti pariri lill-pulizija dwar kwistjonijiet kriminali. Id-DPP għandu r-responsabbiltà ġenerali għall-akkużi u l-prosekuzzjonijiet imressqa mis-CPS u jirraporta lill-Avukat Ġenerali.

Is-CPS iħaddem prosekuturi u prosekuturi assoċjati, kif ukoll ħaddiema soċjali u amministraturi. Il-prosekuturi tal-Kuruna huma barristers jew avukati tal-esperjenza, responsabbli mill-prosekuzzjoni tal-kawżi kriminali f'isem il-Kuruna. Il-prosekuturi assoċjati jirrevedu u jippreżentaw firxa qasira ta' kawżi fil-qorti tal-maġistrati.

Rwol u dmirijiet

Il-persunal tas-CPS:

  • Jagħti pariri lill-pulizija u jirrevedi l-provi tal-każijiet għall-possibiltà ta' prosekuzzjoni
  • Jiddeċiedi dwar l-akkuża (fil-każijiet kollha ħlief dawk minuri) fejn jiġi deċiż li ssir il-prosekuzzjoni
  • Jipprepara l-kawżi u jressaqhom quddiem il-qorti.

Il-prosekuturi tal-Kuruna huma kklassifikati bħala uffiċjali pubbliċi u jiġu ingaġġati permezz ta' kompetizzjonijiet miftuħa. Biex ikun eliġibbli għall-post tax-xogħol, l-applikant irid ikun:

  • Solicitor (avukat li ma jitlax il-qorti) ammess fl-Ingilterra u Wales b'ċertifikat li juri li qed jipprattika l-professjoni
  • Barrister bil-warrant Ingliż li lesta perjodu ta' apprentistat
  • Ċittadin taż-Żona Ekonomika Ewropea jew tal-Commonwealth. L-avukati li jkunu kisbu l-kwalifiki tagħhom barra l-Ingilterra u Wales iridu joqogħdu għal u jgħaddu minn test ta' trasferiment tal-avukati qabel ma jibdew jaħdmu.

L-organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-Avukati

Barristers (Avukati)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati huwa l-korp li jirregola l-barristers kollha fl-Ingilterra u Wales. Ġiet stabbilita sabiex tirrapreżenta l-aħjar interessi tal-professjoni, biex tfassal u timplimenta inizjattivi ta’ politiki ewlenin u biex iżżomm l-istandards, l-unur u l-indipendenza tal-Kamra. F'konformità mal-Att dwar is-Servizzi Legali tal-2007, iddelegat l-obbligu tar-regolazzjoni tal-professjoni lill-Bord dwar l-Istandards tal-Kamra tal-Avukati li huma indipendenti u mħares sew. Il-barristers huma konsulenti legali individwali u speċjalizzati u avukati fl-awli tal-qorti. Ġeneralment, jaħdmu għal rashom u fi grupp f’uffiċċji magħrufa bħala "awli", fejn huma magħrufa bħala "kerrejja". Il-barristers jitħarrġu l-aktar fl-avukatura; fi kliem ieħor, huma mħarrġa biex jidhru għall-klijenti tagħhom quddiem il-qrati superjuri. Il-barristers iqattgħu wkoll ħafna mill-ħin tagħhom jagħtu pariri lill-klijenti tagħhom u jwettqu riċerki dwar il-każijiet, kif ukoll riċerki fil-qasam ta' speċjalizzazzjoni tagħhom. Madwar 10 fil-mija tal-barristers prattikanti jaħdmu fil-Queen's Counsel (jew QCs) fejn jittrattaw l-aktar każijiet importanti u sensittivi.

Solicitors (konsulenti legali)

Xogħol solicitor huwa li jipprovdi lill-klijenti tiegħu (membri tal-pubbliku, negozji, għaqdiet volontarji, għaqdiet tal-karità, eċċ.) b'pariri legali u bir-rappreżentazzjoni, inkluż li jidher f'isimhom quddiem il-qorti. Ix-xogħol tagħhom ivarja immens. Ħafna solicitors jaħdmu f'uffiċċju privat, li huwa sħubija ta' solicitors li joffru s-servizzi tagħhom lill-klijenti. Jistgħu jipprattikaw b'mod ġenerali fejn ikopru ħafna oqsma tal-liġi jew jispeċjalizzaw f'qasam partikolari. Oħrajn jaħdmu bħala solicitors impjegati mal-gvern ċentrali u lokali, mas-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna, mal-qrati tal-maġistrati, ma' organizzazzjoni kummerċjali jew industrijali jew ma' korpi oħra. Is-solicitors jistgħu jagħżlu t-tip ta' ambjent fil-post tax-xogħol l-aktar adatt għalihom.

Ġeneralment is-solicitors jagħtu pariri legali lill-klijenti tagħhom. Jekk dawk il-klijenti wara jkollhom bżonn rappreżentazzjoni quddiem il-qrati superjuri fl-Ingilterra u Wales, is-solicitor ġeneralment iqabbad barrister biex imexxi l-kawża l-qorti. Barrister mhux dejjem ikun hemm bżonnu, madankollu, għaliex solicitors bil-kwalifiki xierqa għandhom dritt jidhru quddiem il-qorti (jiġifieri għandhom dritt jidhru għall-klijenti) fil-qrati superjuri.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Liġi tirrappreżenta lis-solicitors fl-Ingilterra u Wales. Id-dmirijiet tagħha jistgħu jvarjaw minn neguzjar u l-lobbying mar-regolaturi tal-professjoni, mal-gvern u oħrajn sa joffru taħriġ u pariri. L-Assoċjazzjoni tal-Liġi teżisti biex tgħin, tħares u tippromwovi lis-solicitors fl-Ingilterra u Wales.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAwtorità ta' Regolamentazzjoni tas-Solicitors (Solicitors Regulation Authority, SRA) ikollha x'taqsam mal-kwistjonijiet kollha marbuta mar-regolamentazzjoni u d-dixxiplina, u tistabbilixxi, tissorvelja u tinforza l-istandards għas-solicitors fl-Ingilterra u Wales. Fl-imgħoddi magħrufa bħala l-Bord ta' Regolamentazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Liġi, taġixxi biss fl-interess pubbliku.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju għall-Ilmenti Legali huwa disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jkunu jixtiequ jagħmlu lment dwar solicitor. Dan il-korp indipendenti u imparzjali, li qabel kien magħruf bħala s-Servizz għall-Ilmenti Legali, jaħdem biex isolvi kwalunkwe kwistjoni malajr u b'mod effiċjenti.

Nutara

In-nutara huma t-tielet u l-eqdem fergħa tal-professjoni legali fl-Ingilterra u Wales. In-nutara jistgħu jipprattikaw u jingħataw din il-fakultà tagħhom (l-awtorità biex jipprattikaw) mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Fakultà (li waqqfu l-Arċisqof ta' Canterbury għall-ewwel darba fl-1279) u r-regolatur hija l-Qorti tal-Fakultajiet. In-nutara jipprovdu pont bejn il-liġi ċivili u l-common law.

In-nutara kollha jirċievu taħriġ legali u, għalkemm ħafna minnhom jistgħu jkunu wkoll solicitors, il-kwalifiki ta' nutar jinkisbu permezz ta' eżamijiet indipendenti u separati. In-nutara kollha jridu jsegwu l-ewwel kors inizjali sabiex jikkwalifikaw għall-professjoni: Hija meħtieġa t-tlestija b’suċċess Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida tal-kors tal-prattika notarili mogħti mill-University College ta’ Londra Ladarba kwalifikati, in-nutara jistgħu jipprattikaw kullimkien fl-Ingilterra u Wales u kollha għandhom l-istess setgħat. In-nutara, minbarra li jħejju u jippubblikaw atti u strumenti notarili, jistgħu wkoll jagħtu pariri fuq it-tħejjija tat-testmenti, kwistjonijiet ta' suċċessjoni, l-amministrazzjoni tal-patrimonji u t-trasferiment tal-propjetà.

L-attivitajiet notarili ġew rikonoxxuti mad-dinja kollha għal għexieren ta' snin u dan ippermetta ċ-ċirkolazzjoni ħielsa taċ-ċittadini u tan-negozji. B'hekk, in-nutara jiffaċilitaw il-kummerċ u l-ħajja taċ-ċittadini ordinarji, billi jippermettulhom jgħixu ħajjithom u jinnegozjaw b'mod liberu bi prezz raġonevoli u mingħajr dewmien żejjed.

In-nutar għandu siġill uffiċjali u l-atti nutarili fl-Ingilterra u Wales għandhom forza probatorja. L-atti notarili jiġu preparati fil-privat u b'att pubbliku; dawn tal-aħħar huma magħrufa wkoll bħala "atti notarili f'forma awtentika". L-atti notarili bil-firma u s-siġill ta' nutar huma rikonoxxuti bħala prova ta' uffiċjal legali responsabbli fil-pajjiżi kollha madwar id-dinja.

In-nutara huma soġġetti għar-regoli professjonali simili għal dawk tas-solicitors u huma mitluba jġeddu ċ-ċertifikati tal-prattika notarili tagħhom kull sena u jkunu koperti minn assigurazzjoni ta' indennizz professjonali u assigurazzjoni kontra atti frawdolenti. It-tiġdid huwa soġġett għall-konformità mar-regoli. Appuntament notarili huwa appuntament personali mogħti minn nutar individwali. L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tan-Nutara hija l-organizzazzjoni li tirrapreżenta madwar 800 nutar pubbliku. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Society of Scrivener Notaries tirrapreżenta mawdwar 30 nutar scrivener li jipprattikaw prinċipalment fiċ-ċentru ta’ Londra, maħtura mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIscriveners Company, xirka antika.

L-avukati li jipprattikaw fil-qasam tal-privattivi u tat-trade marks

L-avukati li jipprattikaw fil-qasam tal-privattivi u tat-trade marks huwa konsulenti speċjalizzati fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. Huma jagħtu pariri legali lill-klijenti tagħhom f'dan il-qasam, partikolarment b'rabta mal-privattivi, il-marki kummerċjali, id-disinji u d-drittijiet tal-awtur. Huma jidhru wkoll għall-klijenti tagħhom fil-qrati speċjalizzati tal-IP (proprjetà intellettwali) (uħud jiksbu aktar drittijiet wara li jkunu ġabu kwalifika addizzjonali biex jipprattikaw fil-litigazzjoni). Il-maġġoranza tal-avukati fil-qasam tal-privattivi u t-trade marks jaħdmu f'uffiċċju privat. Ħafna jaħdmu fi prattika speċjalizzata, iżda wħud jaħdmu wkoll flimkien ma' solicitors. Barra minn hekk, proporzjon mhux ħażin tal-professjoni taħdem fl-industrija. L-avukati li jaċċettaw litigazzjoni fil-qasam tal-privattivi u tat-trade marks jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fil-qorti, bl-istess mod li jagħmlu s-solicitors, f’kawżi dwar proprjetà intellettwali, u jistgħu jagħtu struzzjonijiet biex il-kawża titmexxa minn avukat li jipprattika fil-qrati superjuri (barrister). L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut tal-Avukati Kwalifikati fil-qasam tal-Privattivi(Chartered Institute of Patent Attorneys, CIPA) jirrappreżenta lill-avukati fil-qasam tal-Privattivi fir-Renju Unit kollu. Ir-rwol tiegħu jinkludi d-diskussjoni mal-Gvern dwar il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-avukati u tal-apprendisti fil-qasam tal-privattivi u l-konsultazzjonijiet mar-regolaturi tal-professjoni. CIPA tara li tippromwovi l-liġi tal-PI u l-professjonijiet fil-qasam tal-PI. L- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut tal-Avukati Kwalifikati fil-qasam tat-Trade Marks (Institute of Trade Mark Attorneys, ITMA) jirrapreżenta lill-Avukati kwalifikati fil-qasam tat-Trade Marks u l-professjoni fir-Renju Unit kollu. Fost id-dmirijiet tiegħu hemm in-negozjati mal-gvern u lobbying biex jinfluwenza l-gvern, il-fergħa regolatorja indipendenti tiegħu (Intellectual Property Regulation Board, IPReg) u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn. Huwa jipprovdi l-edukazzjoni, taħriġ u pariri għall-professjoni ta’ Avukat ikkwalifikat fil-qasam tat-Trade Marks u jieħu ħsieb jippromwovi l-professoni u l-PI. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Propjetà Intellettwali (IPReg) jieħu ħsieb il-kwistjonijiet regolatorji u ta’ dixxiplina, u jistabbilixxi, jimmonitorja u jeżegwixxi standards għall-avukati kkwalifikati fil-qasam tat-trade marks fir-Renju Unit kollhu. Huwa jaġixxi fl-interess pubbliku u jżomm Reġistri statutorji tal-avukati kwalifikati fil-qasam tal-privattivi u dawk kwalifikati fil-qasam tat-trade marks, kemm individwalment u bħala entitajiet

Professjonijiet legali oħrajn

Minbarra dawk li jaħdmu fil-qrati tal-maġistrati, l-iskrivana u l-persunal ieħor fil-maġġoranza tal-qrati fl-Ingilterra u Wales ma għandhomx bżonn ikollhom taħriġ legali. Huma ufiċjali pubbliċi li jieħdu ħsieb il-kwistjonijiet amministrattivi u jassistu lill-imħallfin. Ma jistgħux jagħtu parir legali. Bħala uffiċjali pubbliċi, il-persunal tal-qorti jiġi impjegat mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kategoriji tal-persunal tal-qrati ara hawnhekkPDF(456 Kb)MT.

Ir-rwol tal-iskrivana huwa differenti fil-qrati tal-maġistrati. Il-maġistrati lajċi ma għandhomx kwalifiki legali u joqogħdu fuq il-parir tal-iskrivana b'taħriġ legali, li minnhom hemm żewġ tipi: l-iskrivana tal-ġustizzja u konsulenti legalikonsulenti (jew skrivana tal-qorti).

  • L-iskrivana tal-ġustizzja huma l-konsulenti legali ewlenin tal-maġistrati. Huma avukati (jew barristers jew solicitors) bi kwalifika rilevanti ta' mill-inqas ħames snin. Huma jagħtu parir lill-maġistrati dwar il-liġi u l-proċedura kemm ġewwa u barra l-qorti. Huma responsabbli wkoll għall-ġestjoni u t-taħriġ tal-konsulenti legali, tal-kwalità tas-servizzi legali provvduti u l-forniment ta' pariri legali konsistenti fil-qasam amministrattiv tagħhom.

  • Il-konsulenti legali jaħdmu l-qorti u jagħtu pariri lill-maġistrati dwar il-liġi, il-prattika legali u l-proċedura. Huma għandhom ukoll kwalifiki legali (normalment bħala solicitors jew barristers).

Ir-rikorsi tal-High Court issa jiġu eżegwiti mill-uffiċjali ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni tal-high court li jiġu maħtura u assenjati mil-Lord Chancellor jew mid-delegat tiegħu. Huma responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-qorti għall-irkupru ta' flus dovuti skont sentenza tal-high court jew sentenza tal-qorti tal-kontea li ġiet trasferita lill-High Court. Huma jistgħu jissekwestraw u jbiegħu l-oġġetti maqbuda biex ikopru l-ammont tad-dejn. Jistgħu wkoll jissorveljaw il-pussess tal-proprjetà u r-ritorn tal-oġġetti.

Il-bailiffs tal-qorti tal-kontea huma uffiċjali pubbliċi impjegati mis-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha biex jieħdu ħsieb l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u / jew l-ordnijiet magħmula u rreġistrati fil-qrati tal-kontea. Huma uffiċjali pubbliċi li jeżegwixxu mandati eżekuttivi, jagħtu lura l-artijiet permezz ta' mandati ta' pussess u jirkupraw l-oġġetti permezz ta' mandati għar-ritorn tal-oġġetti. Ir-regoli dwar il-bailiffs li jeżegwixxu mandati huma stabbiliti fit-Taqsimiet 85-111 tal-Att tal-1984 dwar il-Qrati tal-Kontea. Il-proċeduri għall-eżekuzzjoni huma stabbiliti fir-regoli tal-proċedura ċivili. Barra minn hekk, il-bailiffs tal-qorti tal-kontea għandhom iktar dmirijiet, inkluża n-notifika tad-dokumenti u mandati minħabba nuqqas ta' konformità mat-termini ta' sentenza eżekuttiva. Ir-regoli dwar dawn tal-aħħar huma stabbiliti fit-Taqsima 118-122 tal-Att dwar il-Qrati tal-Kontea.

Il-bailiffs ċertifikati huma bailiffs ċertifikati privati biex jissekwestraw il-proprjetà tal-kerrej (distress for rent), u għandhom l-awtorizzazzjoni minn imħallef tas-circuit li jippresjedi qorti tal-kontea. Id-distress for rent tirreferi għas-sekwestru tal-oġġetti tal-kerrej mis-sid biex jiżgura l-ħlas tal-kera li għadu dovut mingħajr l-intervent tal-qorti. Skont numru ta' Atti oħra, il-bailiffs ċertifikati jistgħu jeżegwixxu wkoll dejn speċifiku ieħor, bħat-taxxa tal-kunsill u rati mhux domestiċi.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCrown Prosecution Service,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFaculty Office,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNotaries Society,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJudiciary of England and Wales,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Law Society,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSolicitors Regulation Authority,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOffice for Legal Complaints,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLegal Services Commission,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaChartered Institute of Patent Attorneys;
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInstitute of Trade Mark Attorneys,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntellectual Property Regulation Board,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHer Majesty's Courts and Tribunals Service.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 30/06/2017