Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-professjonijiet legali - il-Kroazja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: Kroat diġà ġew tradotti.


Il-professjonijiet legali

Ġuristi f’korpi ġudizzjarji

Imħallfin (suci; sing. sudac).

Ir-rekwiżiti edukattivi: Iridu jkunu kisbu grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi u għaddew mill-eżami nazzjonali tal-avukati.

Persuna li tkun ċittadin Kroat tista’ tiġi maħtura mħallef.

Persuna li tkun gradwat minn Skola Pubblika għal Uffiċjali Ġudizzjarji (Državna škola za pravosudne dužnosnike) tista' tkun maħtura mħallef ta' qorti tal-kontravvenzjonijiet (prekršajni sud), ta' qorti muniċipali (općinski sud), ta' qorti kummerċjali (trgovački sud) jew ta' qorti amministrattiva (upravni sud).

Persuna li tkun ħadmet bħala uffiċjal ġudizzjarju għal mill-inqas tmien snin tista’ tiġi maħtura mħallef ta' qorti tal-kontea (županijski sud), tal-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki prekršajni sud Republike Hrvatske), tal-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud Republike Hrvatske) u tal-Qorti Amministrattiva Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki upravni sud Republike Hrvatske).

Sabiex tiġi maħtura mħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud Republike Hrvatske), persuna trid tkun ħadmet għal mill-inqas 15-il sena bħala uffiċjal ġudizzjarju, prokuratur, nutar jew professur tal-liġi fl-università (fl-aħħar każ, l-esperjenza ta’ xogħol rilevanti hija dik ta' wara l-eżami tal-warrant), jew tkun avukat magħruf li jkun għadda mill-eżami nazzjonali tal-warrant, ikollu mill-inqas 20 sena esperjenza ta’ xogħol u jkun wera l-kapaċità tiegħu permezz tax-xogħol tiegħu f’qasam partikolari tal-liġi u permezz tax-xogħlijiet professjonali u akkademiċi tiegħu.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-Qrati (Zakon o sudovima)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tal-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Zakon o državnom sudbenom vijeću)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar ir-Rimunerazzjoni tal-Imħallfin u l-Uffiċjali Ġudizzjarji l-Oħra (Zakon o plaćama sudaca i drugih pravosudnih dužnosnika)

Persunal tal-qorti

L-għadd ta’ persunal tal-qorti u persunal assistenti meħtieġ għat-twettiq ta’ kompiti professjonali, klerikali u tekniċi jiġi deċiż mill-Ministru tal-Ġustizzja.

L-impjieg ta’ persunal statali u persunal assistenti fil-qrati, ir-rimunerazzjoni u d-drittijiet, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltajiet l-oħra relatati max-xogħol tagħhom u r-responsabbiltà tagħhom għal kondotta professjonali ħażina huma regolati mir-regolamenti dwar persunal statali u persunal assistenti u r-regolamenti ġenerali fuq ix-xogħol.

Postijiet battala tal-qorti jistgħu jimtlew biss bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Fejn il-persunal tal-qorti u l-persunal assistenti jkunu reklutati ma' qorti, għandu jittieħed kont tar-rappreżentazzjoni ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali.

Ir-Regolamenti dwar ir-rekwiżiti edukattivi għall-persunal tal-qorti u l-persunal assistenti, l-apprendistati, il-kundizzjonijiet biex isir l-eżami statali speċjalist, il-kurrikulu u l-metodu ta' kif isir dak l-eżami u kwistjonijiet relatati oħrajn jiġu adottati mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Il-persunal tal-qorti jista’ jiġi trasferit lejn qorti oħra permezz ta’ deċiżjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja skont il-ħtiġijiet tas-servizz. Qorti jista’ jkollha konsulenti tal-qorti (sudski savjetnici; sing. sudski savjetnik) u konsulenti anzjani tal-qorti (viši sudski savjetnici; sing. viši sudski savjetnik).

Persuna bi grad universitarju fil-liġi u li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-warrant tista' taħdem bħala konsulent tal-qorti.

Persuna bi grad universitarju fil-liġi, li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-avukati u ħadmet għal mill-inqas sentejn bħala kunsillier tal-qorti, uffiċjal ġudizzjarju, avukat jew nutar, jew persuna li tkun ħadmet għal mill-inqas ħames snin fuq affarijiet legali oħra wara li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-warrant tista' tinħatar f'kariga ta’ kunsillier anzjan tal-qorti jew f'kariga ta’ kunsillier tal-qorti fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Persuna li tkun ħadmet għal mill-inqas erba' snin bħala kunsillier tal-qorti, uffiċjal ġudizzjarju, avukat jew nutar, jew persuna li tkun ħadmet għal mill-inqas għaxar snin fuq affarijiet legali oħra wara li tkun għaddiet mill-eżami nazzjonali tal-warrant tista' tinħatar fil-kariga ta’ kunsillier anzjan tal-qorti fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Is-setgħat tal-konsulenti tal-qorti u konsulenti anzjani tal-qorti

Konsulenti tal-qorti u konsulenti anzjani tal-qorti jieħdu sehem fil-proċessi u huma awtorizzati jmexxu ċerti proċedimenti tal-qorti b’mod indipendenti, jivvalutaw l-evidenza u jistabbilixxu l-fatti.

Fuq il-bażi ta’ tali proċedimenti, konsulent tal-qorti jew konsulent anzjan tal-qorti li jippreżenta abbozz lill-imħallef awtorizzat għal dak l-għan mill-president tal-qorti, li fuq il-bażi tagħhom l-imħallef jadotta deċiżjoni. Il-konsulent tal-qorti jew konsulent anzjan tal-qorti jippubblika din id-deċiżjoni bl-awtorizzazzjoni tal-imħallef.

Jekk l-imħallef ma jaċċettax l-abbozz sottomess mill-konsulent tal-qorti jew konsulent anzjan tal-qorti, jibda l-proċedimenti huwa stess.

Skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Att dwar il-Qrati, il-konsulenti tal-qorti u konsulenti anzjani tal-qorti huma awtorizzati jwettqu l-proċedimenti u jipproponu abbozzi ta’ deċiżjonijiet, kif ġej:

  1. fi proċedimenti ċivili fi kwistjonijiet rigward il-ħlas ta’ talba monetarja jew kumpens fejn l-ammont inkwistjoni ma jeċċedix il-HRK 100,000.00 u f’tilwim kummerċjali fejn l-ammont inkwistjoni ma jeċċedix il-HRK 500,000.00,
  2. f’tilwim industrijali li jirriżulta minn ftehim kollettiv,
  3. f’tilwim amministrattiv li jikkonċerna azzjoni legali relatata ma’ kwistjonijiet li qed jiġu adottati fuq il-bażi ta’ sentenza finali f’mudell ta’ tilwima, jew azzjoni legali kontra att jew omissjoni mwettqa minn korp irregolat mid-dritt pubbliku, u f’tilwim amministrattiv fejn l-ammont inkwistjoni ma jeċċedix il-HRK 100,000.00,
  4. fi proċedimenti ta' eżekuzzjoni,
  5. fi proċedimenti dwar is-suċċessjoni,
  6. fi proċedimenti tar-reġistru tal-artijiet,
  7. fi proċedimenti dwar kontravvenzjonijiet,
  8. fi proċedimenti mhux kontenzjużi, bl-eċċezzjoni ta’ proċedimenti rigward iċ-ċaħda tal-kapaċità operattiva, ix-xoljiment ta’ assoċjazzjoni ta' koproprjetà, soluzzjoni ta’ konfini u proċedimenti taħt l-Att dwar il-Familja (Obiteljski zakon),
  9. fi proċedimenti tar-reġistrazzjoni,
  10. fi proċedimenti tal-insolvenza imqassra,
  11. fir-rigward tal-ispejjeż tal-proċedimenti tal-qorti.

Il-konsulenti tal-qorti u konsulenti anzjani tal-qorti huma awtorizzati jaġixxu u jieħdu deċiżjonijiet fi proċedimenti partikolari meta dan ikun previst minn leġiżlazzjoni speċifika.

Fi proċedimenti tat-tieni istanza u proċedimenti taħt rimedji ġuridiċi straordinarji konsulenti tal-qorti u konsulenti anzjani tal-qorti jirraportaw dwar il-progress tal-każ u jfasslu abbozz ta' deċiżjoni.

L-imħallfin apprendisti (sudački vježbenici; sing. sudački vježbenik)

Kull sena, il-Ministeru tal-Ġustizzja jiddeċiedi l-għadd ta’ postijiet ta’ apprendisti fil-qrati skont il-fondi disponibbli allokati fil-baġit nazzjonali.

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-reklutaġġ ta’ mħallfin apprendisti għall-qrati, il-mod li bih dan isir u t-tul tal-apprendistati, u l-arranġamenti għalihom huma regolati b’liġi separata.

Soċji esperti (stručni suradnici; sing. stručni suradnik)

Il-qrati jistgħu wkoll ikollhom persunal li jkunu għamlu studji vokazzjonali rilevanti jew programm ta' studju universitarju għall-studenti li għadhom ma gradwawx jew li gradwaw u li għandhom l-esperjenza ta' xogħol meħtieġa fid-difettoloġija, fis-soċjoloġija, fl-edukazzjoni, fl-ekonomija, fil-kontabilità u fil-finanzi jew f'qasam ieħor rilevanti.

soċji esperti u assistenti esperti (stručni pomoćnici; sing. stručni pomoćnik) jassistu lill-imħallfin fix-xogħol fuq każijiet li jirrikjedu għarfien espert.

L-imħallfin onorarji (suci porotnici; sing. sudac porotnik)

Sabiex tiġi maħtura imħallef onorarju, persuna trid tkun ċittadin adult Kroat li jkun kapaċi jokkupa tali kariga.

L-imħallfin onorarji jinħatru għal mandat ta’ erba’ snin u jistgħu jinħatru mill-ġdid fi tmiem ta' dak il-mandat.

Jekk ma jkun ġie maħtur l-ebda mħallef onorarju sal-aħħar tal-mandat ta’ mħallef onorarju eżistenti, dan tal-aħħar għandu jkompli jwettaq dmirijietu qabel ma ssir il-ħatra.

L-imħallfin onorarji ta’ qrati muniċipali u tal-kontea jinħatru minn assemblea tal-kontea (županijska skupština) jew, fil-każ ta’ Zagreb, l-Assemblea tal-Belt ta’ Zagreb (Gradska skupština Grada Zagreba) wara l-preżentazzjoni tal-proposti mressqa mill-kunsill muniċipali jew tal-komun, it-trejdunjins, l-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-Kamra tal-Ekonomija.

L-imħallfin onorarji tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja jinħatru mill-Parlament Kroat, abbażi ta’ proposta mill-Ministru għall-Ġustizzja, b’tali mod li l-pajjiżi kollha jkunu rappreżentati.

Qabel ma jinħatru l-imħallfin onorarji, jeħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-president tal-qorti kkonċernata dwar il-kandidati proposti.

Direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti (ravnatelj sudske uprave)

Qorti li jkollha aktar minn 40 imħallef jista’ jkollħa direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti.

Diversi qrati ta’ istanzi u tipi differenti li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti tal-kontea u li għandhom iktar minn 40 imħallef b’kollox jista’ jkollhom direttur konġunt tal-amministrazzjoni tal-qorti li jwettaq kompiti għal dawn il-qrati. Il-Qrati li għandhom direttur konġunt tal-amministrazzjoni tal-qorti jikkonkludu ftehim dwar it-twettiq konġunt tal-kompiti li d-direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti huwa responsabbli għalihom.

Id-direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti huwa responsabbli għall-prestazzjoni xierqa u f’waqtha ta’ xogħol espert, amministrattiv, tekniku u ieħor fil-qorti, kif ġej:

  • jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-binja tal-qorti, il-bini u t-tagħmir tax-xogħol, u l-investiment,
  • jorganizza u jikkoordina l-abbozzar tal-pjan annwali għall-akkwisti skont il-liġi u l-ħtiġijiet tal-qorti,
  • ikun responsabbli li jwettaq proċeduri ta’ akkwist pubbliku,
  • jimmoniterja materjali u operazzjonijiet finanzjarji u jwettaq kompiti klerikali u tekniċi anċillari,
  • jieħu ħsieb u jimmoniterja l-użu tal-baġit tal-qorti u riżorsi proprji,
  • jieħu sehem fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-qorti ta’ amministrazzjoni u sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ tali proġetti,
  • jieħu ħsieb u jkun responsabbli għall-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-kompjuter fil-qorti,
  • jiżgura li l-istatistiki dwar ix-xogħol tal-qorti jkunu prodotti b’mod tajjeb u fil-ħin,
  • jikkoopera mal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar ix-xiri ta’ tagħmir u l-forniment ta’ riżorsi għal attivitajiet speċifiċi ta’ qrati,
  • iwettaq kompiti oħra li huma assenjati lilu mill-president tal-qorti.

Il-president tal-qorti huwa responsabbli għax-xogħol tad-direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti.

Sabiex jinħatar direttur tal-amministrazzjoni tal-qorti, persuna jrid ikollha grad universitarju fil-liġi jew fl-ekonomija u esperjenza relevanti fil-ħidma organizzattiva u finanzjarja.

Ir-Reġistratur tal-qorti (tajnik suda)

Qorti li għandha aktar minn 15-il imħallef jista’ jkollha reġistratur. Ir-reġistratur tal-qorti jassisti lill-president tal-qorti fil-prestazzjoni tal-kompiti tal-amministrazzjoni tal-qorti. Persuna bi grad universitarju fil-liġi tista’ tinħatar reġistratur tal-qorti.

Sabiex jinħatar reġistratur tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Amministrativa Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja, tali persuna trid tissodisfa l-kundizzjonijiet biex tkun kunsillier ta' qorti superjuri fil-qorti inkwistjoni.

Ir-reġistratur tal-qorti huwa responsabbli għall-prestazzjoni xierqa u f’waqtha ta’ xogħol klerikali u xogħol tekniku ieħor fil-qorti, kif ġej:

  • jorganizza u jkun responsabbli għax-xogħol tal-persunal tal-qorti u persunal assistenti,
  • jimmoniterja u jippjana t-taħriġ tal-persunal u tal-persunal assistenti, u jissorvelja l-prestazzjoni tagħhom,
  • bil-kunsens tal-president tal-qorti, jadotta deċiżjonijiet dwar l-assenjazzjoni ta’ persunal tal-qorti u persunal assistenti,
  • abbażi ta’ delega mill-president tal-qorti, ikun responsabbli għat-talbiet u d-denunzji mingħand il-partijiet dwar il-ħidma tax-xogħol tal-qorti,
  • iwettaq kompiti oħra li l-qorti amministrattiva hija responsabbli għalihom u li jiġu assenjati lilu mill-president tal-qorti,
  • iwettaq kompiti oħra stipulati minn leġiżlazzjoni speċifika.

Il-president tal-qorti huwa responsabbli għax-xogħol tar-reġistratur tal-qorti.

Il-kelliem tal-qorti (glasnogovornik suda)

Qorti jkollha kelliem.

Qorti li l-kelliem ikun imħallef, kunsillier tal-qorti jew persuna nnominata mill-president tal-qorti, fil-programm ta’ ħidma annwali.

Il-president ta’ qorti tal-kontea jista’ jaħtar imħallef wieħed minn dik il-qorti biex ikun kelliem għal dik il-qorti u għall-qrati muniċipali fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħha. Jista’ jiġi maħtur ukoll deputat kelliem.

Il-kelliem tal-qorti jipprovdi informazzjoni dwar il-ħidma tal-qorti skont l-Att dwar il-Qrati, il-Qorti tar-Regoli ta’ Proċedura (Sudski poslovnik) u l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Zakon o pravu na pristup informacijama).

L-Avukati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (državni odvjetnici; sing. državni odvjetnik)

Ir-rekwiżiti edukattivi: Iridu jkunu kisbu grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi u għaddew mill-eżami nazzjonali tal-avukati.

Avukat tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa responsabbli għat-twettiq ta’ kompiti relatati mal-qasam ta’ kompetenza tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (državno odvjetništvo) li jkun jirrappreżenta u jamministra.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huwa korp ġuridiku awtonomu u indipendenti li huwa awtorizzat u obbligat li jieħu azzjoni legali kontra l-awturi ta' delitti u reati punibbli oħra, biex jieħu azzjoni legali biex jipproteġi l-assi tar-Repubblika tal-Kroazja u biex juża rimedji biex jipproteġu l-Kostituzzjoni u l-leġiżlazzjoni.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jeżerċita l-kompetenzi tiegħu fuq il-bażi tal-Kostituzzjoni, il-leġiżlazzjoni, it-trattati internazzjonali li jiffurmaw parti mill-ordni legali tar-Repubblika tal-Kroazja u regolamenti oħra li ġew adottati f’konformità mal-Kostituzzjoni, trattat internazzjonali jew liġi tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika tal-Kroazja ġie stabbilit biex ikopri t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Kroazja, l-uffiċċji tal-avukat ġenerali muniċipali (općinska državna odvjetništva; sing. općinsko državno odvjetništvo) ġew stabbiliti biex ikopru t-territorju ta’ wieħed jew aktar qrati muniċipali, u l-uffiċċji tal-avukat ġenerali tal-kontea (županijska državna odvjetništva; sing. županijsko državno odvjetništvo) ġew stabbiliti biex ikopru t-territorju ta’ qorti tal-kontea jew qorti kummerċjali u l-ġuriżdizzjoni ta’ qorti amministrattiva.

L-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

UFFIĊĊJU GĦALL-PREVENZJONI TAL-KORRUZZJONI U

TAL-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA (URED ZA SUZBIJANJE KORUPCIJE I ORGANIZIRANOG KRIMINALITETA) [USKOK]

L-UFFIĊĊJI TAL-AVUKAT ĠENERALI TAL-KONTEA (15)

L-UFFIĊĊJI TAL-AVUKAT ĠENERALI MUNIĊIPALI (33)

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika tal-Kroazja
Gajeva 30a, 10 000 Zagreb
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dorh.hr/

L-Avukat Ġenerali tar-Repubblika tal-Kroazja (glavni državni odvjetnik)
tel.: +385 1 459 18 88
fax: +385 1 459 18 54
email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo.dorh@dorh.hr

Diviżjoni tal-Liġi Kriminali (kazneni odjel)
tel.: +385 1 459 18 00
fax: +385 1 459 18 05
e-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo.kazneni@dorh.hr

Diviżjoni tal-Affarijiet Ċivili u Amministrattivi (građansko upravni odjel)
tel.: +385 1 459 18 61
fax: +385 1 459 19 12
e-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatajnistvo.gradjanski@dorh.hr

L-Uffiċċji tal-Avukat Ġenerali MuniċipaliPDF(370 Kb)hr

L-Uffiċċji tal-Avukat Ġenerali tal-KonteaPDF(284 Kb)hr

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali (Zakon o državnom odvjetništvu)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida(L-Att dwar l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tat-Territorji u l-Uffiċċji Reġistrati (Zakon o područjima i sjedištima državnih odvjetništava)

L-Att il-ġdid dwar it-Territorji u l-Uffiċċji Reġistrati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jissimplifika n-netwerk tal-uffiċċji tal-avukat ġenerali jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2015.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar l-Uffiċċju għal Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u Kriminalità Organizzata (Zakon o Uredu za suzbijanje korupcije i organiziranog kriminaliteta)

Avukati (odvjetnici; sing. odvjetnik)

Ir-rekwiżiti edukattivi: Iridu jkunu kisbu grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi u għaddew mill-eżami nazzjonali tal-avukati.

Il-professjoni legali hija servizz indipendenti li jipprovdi għajnuna legali lil persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw u jiddefendu d-drittijiet u l-interessi legali tagħhom. Il-professjoni legali hija regolata permezz tal-Att dwar il-Professjoni Legali (Zakon o odvjetništvu).

L-awtonomija u l-indipendenza tal-professjoni legali hija żgurata minn prokuraturi li jeżerċitaw il-professjoni libera tagħhom b’mod awtonomu u indipendenti. L-avukati huma organizzati fi ħdan il-Kamra tal-Avukati Kroata (Hrvatska odvjetnička komora), li hija assoċjazzjoni awtonoma u indipendenti tal-avukati fit-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-avukati jistgħu jkunu organizzati bħala uffiċċju legali (odvjetnički ured), uffiċċju legali assoċjat (zajednički odvjetnički ured) jew ditta ta' avukati (odvjetničko društvo), fl-aħħar każ speċifikament bħala kumpanija kummerċjali pubblika (javno trgovačko društvo) jew kumpanija b'responsabbiltà limitata (društvo s ograničenom odgovornošću). L-avukati jipprovdu servizz ta’ avukatura bħala professjoni u ma jistgħux iwettqu dmirijiet oħra.

L-avukati jridu jingħaqdu mal-Kamra tal-Avukati Kroata, li hija organizzazzjoni awtonoma u indipendenti b’karatteristiċi ta’ persuna ġuridika. Il-Kamra tal-Avukati Kroata tirrappreżenta l-professjoni legali tar-Repubblika tal-Kroazja kollha kemm hi. Il-korpi tal-Kamra huma l-Assemblea (Skupština), il-Bord ta’ Amministrazzjoni (Upravni odbor), il-Bord Eżekuttiv (Izvršni odbor), il-President (Predsjednik) u korpi oħra definiti bl-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha.

L-avukati jistgħu joffru kull tip ta’ assistenza legali, b’mod partikolari:

  • jagħtu parir legali,
  • jabbozzaw dokumenti (kuntratti, testmenti, dikjarazzjonijiet, eċċ.) u jiftħu kawżi, jippreżentaw denunzji, mozzjonijiet, talbiet, rikorsi, rimedji legali straordinarji u dokumenti oħra,
  • jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom.

Avukat jista’ jwettaq il-prattika legali tiegħu b'mod awtonomu jew f'uffiċċju assoċjat jew f'ditta ta' avukati.

L-avukati biss jistgħu joffru assistenza legali fuq bażi professjonali, minbarra fejn il-liġi tipprevedi mod ieħor. Professuri u assistenti professuri (docenti) li jgħallmu suġġetti legali f' università fir-Repubblika tal-Kroazja jistgħu jagħtu pariri u konsulenza legali bi ħlas. Dan ma jinkludix l-abbozzar ta' dokumenti (kuntratti, testmenti, dikjarazzjonijiet, eċċ.) jew il-ftuħ ta' kawżi, il-preżentazzjoni ta' denunzji, mozzjonijiet, talbiet, rikorsi, rimedji legali straordinarji u dokumenti oħra. Dawn il-persuni mhumiex awtorizzati joffru forom oħra ta’ assistenza legali, u huma obbligati jinfurmaw il-Kamra tal-Avukati Kroata bl-intenzjoni tagħhom li joffru assistenza legali sabiex tkun tista’ tiġi rreġistrata.

Persuna takkwista d-dritt li taħdem bħala prokuratur fit-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja billi tiġi iskritta fil-lista ta’ prokuraturi u meta tieħu l-ġurament. Id-deċiżjoni speċjali biex tiddaħħal persuna fil-lista ta’ avukati tittieħed mill-Kamra tal-Avukati Kroata.

Kamra tal-Avukati Kroata
Koturaška 53/II, 10 000 Zagreb
tel.: +385 1 6165 200
fax: +385 1 6170 686
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahok-cba@hok-cba.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.hok-cba.hr/
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Legali Professjonali

Nutara (javni bilježnici; sing. javni bilježnik)

Ir-rekwiżiti edukattivi: Iridu jkunu kisbu grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi u għaddew mill-eżami tal-kamra għall-professjoni ta' nutar.

In-nutara ma jirrappreżentawx lill-klijenti. Dawn huma esperti b’esperjenza kkummissjonati minn klijenti. L-għan tagħhom huwa li jgħinu lill-klijenti tagħhom jamministraw l-affarijiet tagħhom tajjeb kemm jista' jkun sabiex jiġi evitat tilwim twil u għali. Barra minn hekk, huma imparzjali, peress li jaġixxu sabiex jipproteġu s-sigurtà legali, aktar milli għall-interess ta' klijent speċifiku, u huma ma jistgħux jirrifjutaw li jwettqu dmirijiet uffiċjali sakemm ikollhom raġuni valida. Dawn huma obbligati li jittrattaw bħala kunfidenzjali l-informazzjoni li jiksbu fit-twettiq ta’ xogħolhom.

Is-servizzi notarili jinkludi l-abbozzar u l-ħruġ uffiċjali ta’ dokumenti pubbliċi dwar tranżazzjonijiet legali, dikjarazzjonijiet u l-fatti li fuqhom huma bbażati d-drittijiet, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ dokumenti privati, l-aċċettazzjoni għaż-żamma sigura ta’ dokumenti, flus u oġġetti ta’ valur bl-għan li jingħataw lil persuni oħra jew korpi kompetenti, u t-twettiq ta’ proċeduri stabbiliti bil-liġi wara struzzjoni minn qorti jew korp pubbliku ieħor. L-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' nutara bħala servizz pubbliku huma stipulati skont l-Att dwar in-Nutara (Zakon o javnom bilježništvu).

Is-servizzi notarili huma pprovduti minn nutara professjonali bħala awtonomi u indipendenti kkonferiti b'fiduċja pubblika. In-nutara jinħatru mill-Ministru għall-Ġustizzja. L-uffiċċju reġistrat ta’ nutara fit-territorju li jkunu maħtura għalih tiġi ddeterminata mill-Ministeru, u t-territorju uffiċjali kopert minn nutara jikkorrispondi għat-territorju stabbilit bil-liġi għall-qorti muniċipali li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fit-territorju tagħha. Nutar huwa awtorizzat li jirrappreżenta klijent quddiem il-qrati u korpi pubbliċi oħrajn f’kawża mhux kontenzjuża jekk din il-kawża tkun marbuta direttament ma’ kwalunkwe dokument tiegħu, u f’dak il-każ huwa jkollu d-drittijiet u d-dmirijiet ta’ avukat.

Fir-Repubblika tal-Kroazja n-nutara jridu jissieħbu mal-Kamra tan-Nutara tal-Kroazja (Hrvatska javnobilježnička komora). L-uffiċċju tal-Kamra huwa rreġistrat f'Zagreb. Il-Kamra għandha l-għan li tipproteġi r-reputazzjoni u l-unur tan-nutara u tiddefendi d-drittijiet u l-interessi tagħhom, u hija tiddeċiedi dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom. Il-korpi tal-Kamra huma l-Assemblea tagħha (Skupština), il-Bord ta’ Amministrazzjoni (Upravni odbor) u l-President (Predsjednik).

Ix-xogħol tan-nutara huwa ssorveljat mill-Ministeru tal-Ġustizzja u mill-Kamra.

Il-Kamra tan-Nutara tal-Kroazja
Radnička cesta 34/II, 10 000 Zagreb
tel.: +385 1 4556 566
fax: +385 1 4551 544
e-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahjk@hjk.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.hjk.hr/Uredi
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar in-Nutara (Zakon o javnom bilježništvu)
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att tat-Tariffi Notarili (Zakon o javnobilježničkim pristojbama)

Ġuristi f'awtoritajiet nazzjonali, lokali u reġjonali

Ir-rekwiżiti edukattivi: Iridu jkunu kisbu grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi u għaddew mill-eżami nazzjonali tal-warrant (għal karigi li jirrappreżentaw impjegatur).

Il-pożizzjoni tal-persunal statali (inkluż l-avukati) f'awtoritajiet nazzjonali hija rregolata mill-Att dwar il-persunal Statali (Zakon o državnim službenicima), fejn il-pożizzjoni tal-persunal (inkluż avukati) ta' awtoritajiet lokali u reġjunali huma rregolati mill-Att dwar l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali (Zakon o lokalnoj i područnoj (regionalnoj) samoupravi).

Avukati f’kumpaniji kummerċjali

Ir-rekwiżiti edukattivi: Iridu jkunu kisbu grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi u għaddew mill-eżami nazzjonali tal-warrant (għal karigi li jirrappreżentaw impjegatur).

L-avukati f’kumpaniji kummerċjali huma awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpanija kummerċjali kkonċernata, fil-kapaċità tagħha ta’ rappreżentant awtorizzat bis-saħħa tal-impjieg, quddiem l-awtoritajiet kollha u fi kwalunkwe relazzjonijiet legali, bħal proċeduri ċivili, il-konklużjoni tal-kuntratti, kwistjonijiet tal-liġi tax-xogħol, il-proprjetà u l-istatus, imġiba ħażina u proċedimenti kriminali, eċċ. L-avukati li jaħdmu fin-negozju huma awtorizzatijagħmlu l-eżami nazzjonali tal-warrant taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi.

Ir-Repubblika tal-Kroazja ma għandha l-ebda kamra tal-avukati li taħdem f’kumpaniji kummerċjali. Għal din ir-raġuni ċertu għadd ta’ avukati li jaħdmu f’kumpaniji kummerċjali jappartjenu għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li ġew stabbiliti biex jippromwovu l-interessi tal-professjoni legali fin-negozju u li jiksbu taħriġ professjonali avvanzat għall-avukati f’dawn il-kumpaniji.

Il-pożizzjoni tal-avukati f’kumpaniji kummerċjali fir-Repubblika tal-Kroazja mhix regolata minn regolamenti separati.

Avukati fl-istituzzjonijiet u l-akkademja

Ir-rekwiżiti edukattivi: Iridu jkunu kisbu grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi u għaddew mill-eżami nazzjonali tal-warrant (għal karigi li jirrappreżentaw impjegatur).

Edukazzjoni għal xogħol fil-qasam akkademiku jew għall-eżerċizzju xjentifiku u okkupazzjonali edukazzjonali: Il-persuna kkonċernata għandha tkun ingħatat grad universitarju jew grad ta' Masters fil-liġi jew Dottorat, tkun għamlet preżentazzjonijiet pubbliċi f’laqgħat xjentifiċi jew akkademiċi fil-qasam ikkonċernat u ppubblikat xogħlijiet xjentifiċi u akkademiċi.

Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (Državno sudbeno vijeće)

Il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali huwa korp awtonomu u indipendenti li jiżgura l-awtonomija u l-indipendenza tal-ġudikatura fir-Repubblika tal-Kroazja. Huwa jiddeċiedi b’mod awtonomu, f’konformità mal-Kostituzzjoni u l-liġi dwar il-ħatra, il-promozzjoni, it-trasferiment, it-tkeċċija u r-responsabbiltà dixxiplinari ta' mħallfin u presidenti tal-qrati, ħlief il-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-President tal-Qorti Suprema jiġi elett u jitneħħa mill-Parlament Kroat fuq il-bażi ta’ proposta tal-President tal-Kroazja ladarba l-Assemblea Ġenerali (Opća sjednica) tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja u l-kumitat kompetenti tal-Parlament Kroat ikunu taw l-opinjoni tagħhom. Il-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja jiġi elett għal mandat ta’ erba’ snin.

Il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali għandu 11-il membru, li minnhom sebgħa huma mħallfin, tnejn huma professuri universitarji tal-liġi u tnejn huma membri Parlamentari, li wieħed minnhom għandu jkun mill-oppożizzjoni.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat (Zakon o državnom sudbenom vijeću)

Il-Kunsill tal-Uffiċċju tal-Avukati Ġenerali (Državnoodvjetničko vijeće)

Il-Kunsill tal-tal-Uffiċċju Avukati Ġenerali jaħtar u jiċħad, u jiddeċiedi fuq ir-responsabbiltà dixxiplinarja ta', avukati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, barra l-Avukat Ġenerali tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja u tal-viċijiet tagħhom. L-Avukat Ġenerali tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja jinħatar għal mandat ta' erba' snin mill-Parlament Kroat, fuq il-bażi ta' proposta mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, ladarba il-kumitat kompetenti tal-Parlament Kroat ikun ta l-opinjoni tiegħu.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Uffiċċju tal-Avukati Ġenerali għandu 11-il membru, li minnhom sebgħa huma viċi avukati ġenerali, tnejn huma professuri universitarji tal-liġi u tnejn huma membri Parlamentari, li wieħed minnhom għandu jkun mill-oppożizzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 09/09/2016