Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Il-professjonijiet legali - Litwanja

Din il-paġna tipprovdilek ħarsa ġenerali tal-professjonijiet legali fil-Litwanja.


Il-professjonijiet legali

Professjonijiet legali - introduzzjoni

Il-professjonijiet legali fil-Litwanja jinkludu:

  • Prosekuturi (prokurorai)
  • Imħallfin (prokurorai)
  • Avukati (advokatai)
  • Nutara (notarai)
  • Bailiffs (antstoliai)

Il-prosekuturi

Organizzazzjoni

Fil-Litwanja, hemm 56 uffiċċju tal-prosekuturi territorjali:

  • 51 Reġjonali
  • 5 Distrettwali

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Generalinė prokuratūra huwa responsabbli mill-uffiċċji tal-prosekuturi territorjali (teritorinės prokuratūros). Hija jew huwa tinħatar/jinħatar għal perjodu ta’ seba’ snin mill-President tar-Repubblika Litwana (Lietuvos Respublikos Prezidentas), bil-kunsens tal-Parlament (Seimas).

Il-prosekutur ġenerali huwa responsabbli lejn il-Parlament u l-President. Tipi ta’ prosekuturi huma:

  • Il-prosekuturi ġenerali (generalinis prokuroras)
  • Il-prosekuturi territorjali prinċipali (distrettwali jew reġjonali) (vyriausieji (apylinkių arba apygardų) prokurorai)
  • Prosekuturi oħra.

M’hemm l-ebda relazzjoni bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-prosekuzzjoni – ta’ subordinazzjoni, ġurisdizzjoni komuni jew kwalunkwe relazzjoni speċifika oħra.

Rwol u dmirijiet

Il-funzjonijiet tal-uffiċċji tal-prosekuturi huma li:

  • Jorganizzaw u jidderiġu l-investigazzjonijiet ta’ qabel is-smigħ
  • Isostnu l-akkużi f’isem l-istat f’kawżi kriminali
  • Jipproteġu l-interess pubbliku
  • Jiżguraw ġustizzja
  • Jassistu l-ġudikatura fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja

Il-prosekuturi jipparteċipaw fil-każijiet kriminali kollha u f’każijiet ċivili jew amministrattivi, fl-ordni indikat fit-talba.

L-imħallfin

Organizzazzjoni

M’hemmx tipi differenti ta’ imħallfin fil-Litwanja; kollha huma imħallfin professjonali (profesionalūs teisėjai).

Il-prinċipji ġenerali tal-ġudikatura huma stabbiliti fil-Kostituzzjoni u fl-att parlamentari li jirregola l-qrati. Il-qrati huma indipendenti, bil-korpi awto-regolatorji li ġejjin:

  • Il-laqgħa ġenerali tal-imħallfin (Visuotinis teisėjų susirinkimas)
  • Il-kunsill ġudizzjarju (Teisėjų taryba)
  • Il-qorti tal-unur ġudizzjarja (Teisėjų garbės teismas)

Il-qrati huma assistiti fl-attivitajiet tagħhom mill-amministrazzjoni nazzjonali tal-qrati (Nacionalinė teismų administracija).

Organizzazzjoni tal-professjoni legali: L-avukati

Avukati / Barristers

Hemm avukati (advokatai) u apprendisti ta’ avukati (advokatų padėjėjai) fil-Litwanja. L-apprendisti tal-avukati jistgħu jirrapreżentaw lill-klijenti tagħhom fi proċedimenti ċivili u jiddefenduhom fi proċedimenti kriminali – bil-permess tal-avukat li jkun qiegħed jissuperviżjonahom u meta jistgħu skont il-liġi.

L-avukati u l-apprendisti tal-avukati mhumiex klassifikati skont it-tip. L-avukati huma liberi li jagħżlu l-qasam tal-liġi li fih jixtiequ jispeċjalizzaw (speċjalizzazzjoni tal-avukat).

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Litwana (Lietuvos advokatūra).

L-aċċess għal dan il-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għas-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Litwana huwa mingħajr ħlas.

Solicitors / Konsulenti legali

M’hemmx solicitors jew konsulenti legali fil-Litwanja.

Nutara

L-organizzazzjoni

Teżisti  tip ta' klassifikazzjoni waħda biss ta' nutara (notarai) fil-Litwanja. In-numru ta’ nutara, l-uffiċċji tagħhom u t-territorju ta’ ġurisdizzjoni tagħhom huma determinati mill-Ministru tal-Ġustizzja (Teisingumo ministerija). In-nutara huma maħtura u mkeċċija mill-Ministru.

In-nutara jaqgħu taħt il-Kamra tan-Nutara (Notarų rūmai). Kull sena, il-kamra tan-nutara tissottometti lill-Ministeru tal-Ġustizzja rapport annwali dettaljat dwar l-attivitajiet tagħha, flimkien ma’ ħarsa ġenerali u linji gwida għall-attivitajiet tan-nutara fis-sena ta’ wara.

L-atti regolatorji li jirregolaw lin-nutara huma approvati mill-Ministru tal-Ġustizzja, wara li titqies l-opinjoni tal-Presidenza tal-Kamra tan-Nutara (Notarų rūmų prezidiumas).

Jekk il-Ministru tal-Ġustizzja jkun tal-opinjoni li riżoluzzjoni jew deċiżjoni tal-Kamra tan-Nutara tmur kontra l-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja, hija jew huwa tista’/jista’ tappella quddiem il-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius (Vilniaus apygardos teismas) għal revoka ta’ dawk ir-riżoluzzjonijiet jew deċiżjonijiet.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tan-nutara Litwana.

Rwol u dmirijiet

Id-dmirijiet prinċipali tal-Kamra tan-Nutara huma:

  1. Koordinazzjoni tal-attivitajiet tan-nutara
  2. Li tieħu ħsieb tal-avvanz professjonali tan-nutara
  3. Protezzjoni u rappreżentazzjoni tal-interessi tan-nutara fl-istituzzjonijiet tat-tmexxija u amministrazzjoni tal-istat
  4. Iddisinjar ta’ abbozzi ta’ atti regolatorji dwar kwistjonijiet relatati man-notarjat, u s-sottomissjoni tagħhom lill-Ministeru tal-Ġustizzja
  5. Uniformità tal-prattika notarili
  6. Superviżjoni tal-mod kif in-nutara jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-etika professjonali
  7. Li tiżgura l-preservazzjoni u l-użu tal-atti ppreparati waqt il-prattika tal-professjoni notarili
  8. Li tiżgura t-taħriġ notarili
  9. Twettiq ta’ xogħolijiet oħra li huma msemmija fl-Istatut tal-Kamra tan-Nutara (Notarų rūmų statutas).

Professjonijiet legali oħra

Bailiffs

Teżistu tip ta' klassifikazzjoni waħda biss ta' bailiff (antstoliai) fil-Litwanja.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-bailiffs fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-professjoni tal-Bailiffs u fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Bailiffs (Antstolių rūmai).


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/02/2019