Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

Navigation path

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Talbiet għal manteniment

Jekk tixtieq titlob manteniment, pereżempju billi titlob ħlas mensili għall-manteniment ta' tifel minn ġenitur li mhux jgħix ma' dak it-tifel, il-liġi tal-UE tippermettilek li tuża l-qrati tal-Istat tiegħek biex jiddeterminaw l-obbligu tad-debitur li jħallas il-manteniment u jistabbilixxu l-ammont li jrid jitħallas. Sentenza dwar dan tiġi rikonoxxuta faċilment fl-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea.


Network gudizzjarju ewropew fil-qasam civili u kummercjali

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ir-regoli l-ġodda minn Ġunju 2011

Mit-18 ta' Ġunju 2011 'il quddiem, japplikaw Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-regoli l-ġodda dwar materji ta' manteniment. Dawn xorta jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja tal-kreditur ta' manteniment billi jippermettulu jfittex lid-debitur quddiem il-qrati tal-Istat tiegħu. Barra minn hekk, f'ħafna każijiet, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Protokoll tal-Aja tal-2007 jiddetermina l-liġi applikabbli għall-obbligi ta' manteniment u kull sentenza dwar il-manteniment mogħtija mill-qrati tal-Isati Membri tiċċirkola liberament fl-Unjoni Ewropea u tista' tiġi eżegwita fl-Istati Membri kollha mingħajr formalitajiet addizzjonali. Finalment, il-kredituri u d-debituri ta' manteniment jibbenefikaw minn għajnuna amministrattiva offruta mill-Istati Membri.

Ir-regoli l-ġodda japplikaw fit-28 Stat Membru tal-UE, inkluża d-Danimarka, bis-saħħa tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Madankollu, id-Danimarka ma tapplikax xi regoli, b'mod partikolari, ir-regoli dwar il-liġi applikabbli u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali.

Ir-Regolament jipprovdi wkoll li l-awtoritajiet amministrattivi jistgħu jitqiesu bħala qrati għall-iskop ta' proċeduri ta' manteniment. Tista' ssib lista ta' dawk l-awtoritajiet hawnhekkPDF(217 Kb)mt.

Meta l-manteniment ikun dovut minn persuna li tgħix f'pajjiż li mhux Stat tal-UE jew għall-benefiċċju tagħha, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni dwar l-irkupru internazzjonali ta’ appoġġ tat-tfal u forom oħrajn ta’ manteniment familjari u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProtokoll dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta' manteniment jistgħu jgħinuk biex tirkupra l-manteniment fi Stati mhux tal-UE li jkunu partijiet kontraenti għal dawn l-istrumenti internazzjonali. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ għall-UE fir-rigward ta' Stati terzi li huma parti fil-Konvenzjoni mill-1 ta' Awissu 2014.

Formola standard mhux obbligatorja dwar id-dikjarazzjoni ta' arretrati fil-manteniment

Sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni prattika tar-Regolament dwar il-Manteniment, u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet taċ-ċittadini madwar l-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali żviluppa formola standard mhux obbligatorja dwar id-dikjarazzjoni tal-arretrati fil-manteniment.

Din il-formola mhux obbligatorja għandha l-għan li tiffaċilita l-irkupru tal-arretrati tal-manteniment u hija disponibbli fi 23 lingwa. Mal-formola hemm mehmuża gwida prattika dwar kif timlieha. Il-formola tinsab fil-formati li ġejjin: PDFPDF(1044 Kb)mt, PDF editjabbliPDF(1232 KB)mt u XLSExcel(390 Kb)mt.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019